This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016M013
Consolidated version of the Treaty on European Union#TITLE III - PROVISIONS ON THE INSTITUTIONS#Article 13
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET
Artikolu 13
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET
Artikolu 13
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/22 |
Artikolu 13
1. L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali maħsub sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk ta' l-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u ta' l-azzjonijiet tagħha.
L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni huma:
— |
il-Parlament Ewropew, |
— |
il-Kunsill Ewropew, |
— |
il-Kunsill, |
— |
il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-‘Kummissjoni’), |
— |
il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, |
— |
il-Bank Ċentrali Ewropew, |
— |
il-Qorti ta' l-Awdituri. |
2. Kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skond il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. L-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali.
3. Id-dispożizzjonijiet dwar il-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-Qorti ta' l-Awdituri, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-istituzzjonijiet l-oħrajn, jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.
4. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.