This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016M011
Consolidated version of the Treaty on European Union#TITLE II - PROVISIONS ON DEMOCRATIC PRINCIPLES#Article 11
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI
Artikolu 11
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI
Artikolu 11
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/21 |
Artikolu 11
1. L-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha ta' l-Unjoni.
2. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari ma' l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili.
3. Sabiex tassigura li l-azzjonijiet ta' l-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa mal-partijiet konċernati.
4. Ċittadini ta' l-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta' għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati.
Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta' tali inizjattiva għandhom ikunu stabbiliti skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.