This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E310
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE II - FINANCIAL PROVISIONS#Article 310 (ex Article 268 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 310 (ex Artikolu 268 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 310 (ex Artikolu 268 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 181–181
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/181 |
Artikolu 310
(ex Artikolu 268 TKE)
1. L-entrati fil-kontijiet tad-ddħul u tal-ħruġ kollha ta' l-Unjoni għandhom jiġu nklużi fl-estimi li jsiru ta’ kull sena finanzjarja u għandhom jidhru fl-estimi.
Il-baġit annwali ta' l-Unjoni għandu jkun stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skond l-Artikolu 314.
Id-dħul u l-ħruġ murija fl-estimi finanzjarji għandhom ikunu jaqblu.
2. L-infiq li jidher fil-baġit għandu jkun awtorizzat għall-perijodu baġitarju annwali skond ir-regolament previst fl-Artikolu 322.
3. L-implimentazzjoni ta' l-infiq li jidher fil-baġit jeħtieġ l-adozzjoni minn qabel ta' att ta' l-Unjoni legalment vinkolanti li jipprovdi bażi legali għall-azzjoni tagħha u għall-implimentazzjoni ta' l-infiq korrispondenti skond ir-regolament previst fl-Artikolu 322, ħlief fil-każijiet previsti minn dan ta' l-aħħar.
4. Biex tinżamm id-dixxiplina baġitarja, l-Unjoni m'għandha tadotta l-ebda att li jista' jkollu implikazzjonijiet notevoli fuq il-baġit mingħajr ma tipprovdi assigurazzjoni li n-nefqa li tirriżulta minn dawn l-atti tista' tiġi ffinanzjata fil-limitu tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni u skond il-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312.
5. Il-baġit għandu jkun implimentat skond il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' l-Unjoni sabiex jassiguraw li l-approprazzjonijiet imdaħħla fil-baġit jintużaw skond dan il-prinċipju.
6. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 325, jiġġieldu l-frodi u kwalunkwe attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni.