This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E000
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PREAMBLE
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
PREAMBOLU
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
PREAMBOLU
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/49 |
PREAMBOLU
IL-MAESTA’ TIEGĦU IR-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA TAGĦHA REALI L-GRAN DUKESSA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA (1),
DETERMINATI li jistabbilixxu s-sisien ta’ għaqda dejjem akbar fost il-popli Ewropej,
DEĊIŻI li jassiguraw il-progress ekonomiku u soċjali ta' l-Istati tagħhom b' ħidma komuni fit-tneħħija tal-barrieri li jaqsmu l-Ewropa,
FILWAQT LI JASSENJAW lill-isforzi tagħhom l-għan ewlieni li jtejbu kostantement l-għajxien u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-popli tagħhom,
FILWAQT LI JIFHMU li t-tneħħija ta’ l-ostakoli esiztenti titlob ħidma konċertata sabiex tiggarantixxi kondizzjonijiet stabbli għal espansjoni, kummerċ bilanċjat u kompetizzjoni ġusta,
ANZJUŻI sabiex isaħħu l-unità ta' l-ekonomiji tagħhom u jassiguraw l-iżvilupp tagħhom armonjuż bit-tnaqqis tad-disparità bejn ir-reġjuni differenti u r-ritard ta’ dawk inqas favoriti,
FILWAQT LI JIXTIEQU li jikkontribwixxu permezz ta’ politika kummerċjali komuni għat-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fil-kummerċ internazzjonali,
BIL-ĦSIEB li jikkonfermaw is-solidarjeta li tgħaqqad l-Ewropa u pajjiżi barranin, u bix-xewqa li jassiguraw l-Iżvilupp tal-prosperità tagħhom, skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
RIŻOLUTI li jsaħħu il-ħarsien tal-paċi u l-libertà billi jibnu din l-għaqda ta’ rizorsi, u li jsejjħu lill-popli l-oħra ta' l-Ewropa li jaqsmu l-ideal tagħhom sabiex jingħaqdu fl-isforzi tagħhom,
IDDETERMINATI li jippromwovu l-iżvilupp ta’ l-għola livell possibli ta’ konoxxenza għall-popli tagħhom pemezz ta’ aċċess miftuħ għall-edukazzjoni u permezz ta’ aġġornament kontinwu,
(lista ta' plenipotenzjarji mhux riprodotta)
(1) Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq saru wkoll membri ta' l-Unjoni Ewropea.