Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A000

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
PREAMBOLU

ĠU C 203, 7.6.2016, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/pbl_1/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/5


PREAMBOLU

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI ĠERMANIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA RJALI TAGĦHA IL-GRAN DUKESSA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, (1)

KONXJI li l-enerġija nukleari tikkostitwixxi riżorsa essenzjali biex tkun assigurata l-espansjoni u t-tisħiħ ta' produzzjoni u biex jitwettaq ix-xogħol tal-paċi,

KONVINTI li jkun biss sforz komuni w immedjat li jista' jwassal għal twettiq proporzjonat mal-kapaċitajiet kreattivi tal-pajjiżi tagħhom,

RIŻOLUTI li joħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp ta' industrija nukleari b'saħħitha li tkun tista tipprovdi fornimenti estensivi ta' enerġija, li jwasslu għall-moderni zzazzjoni ta' proċessi tekniċi u li addizzjonalment ikollhom ħafna applikazzjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-benessri tal-popli tagħhom,

ANZJUŻI li jistabbilixxu kondizzjonijiet ta' sigurtà li jeliminaw il-periklu għall-ħajja u s-saħħa tal-poplu,

MIXTIEQA li jassoċjaw pajjiżi oħra magħhom fl-isforzi tagħhom li jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li huma nkarigati bl-iżvilupp paċifiku tal-enerġija atomika,

(il-lista tal-plenipotenzjarji mhix riprodotta)


(1)  Minn dak iż-żmien saru membri tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika ta' l-Aswtrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.


Top