EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012M028

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
Kapitolu 2 - Dispożizzjonijiet speċifiċidwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni
Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 28
(ex Artikolu 14 TUE)

ĠU C 326, 26.10.2012, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2012/art_28/oj

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 28

(ex Artikolu 14 TUE)

1.   Meta s-sitwazzjoni internazzjonali teħtieġ azzjoni operattiva mill-Unjoni, l-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa. Huma għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom, l-ambitu, il-meżżi li għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-Unjoni, jekk meħtieġ it-tul ta' żmien tagħhom, u l-kondizzjonijiet għall-implementazzjoni tagħhom.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi li jkollha effett sostanzjali fuq kwistjoni suġġetta għal deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jirrieżamina l-prinċipji u l-għanijiet ta' dik id-deċiżjoni u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

2.   Id-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom jikkommettu lill-Istati Membri fil-pożizzjonijiet li jadottaw u fit-tmexxija ta' l-attività tagħhom.

3.   Kull meta jkun hemm pjan sabiex tiġi adottata pożizzjoni nazzjonali jew sabiex tittieħed azzjoni nazzjonali fuq deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1, l-informazzjoni mill-Istati Membru konċernat għandha tingħata fi żmien li jippermetti, jekk ikun hemm bżonn konsultazzjoni minn qabel fi ħdan il-Kunsill. L-obbligu li tingħata informazzjoni bil-quddiem m’għandux japplika għal miżuri li huma sempliċement traspożizzjoni nazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill.

4.   F'każijiet ta' bzonnijiet imperattivi li joriġinaw minn tibdil fis-sitwazzjoni u fin-nuqqas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill prevista fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa bħala materja ta' urġenza wara li jikkunsidraw l-għanijiet ġenerali tad-deċiżjoni msemmija. L-Istati Membri involuti għandhom jinformaw lill-Kunsill immedjatament dwar miżuri bħal dawn.

5.   Jekk jinħolqu diffikultajiet maġġuri fl-implimentazzjoni ta' deċiżjoni prevista f'dan l-Artikolu, Stat Membru għandu jirriferihom lill-Kunsill li għandu jiddiskutihom u jfittex soluzzjonijiet xierqa. Dawn is-soluzzjonijiet ma għandhomx imorru kontra l-għanijiet tad-deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1 jew ifixklu l-effettività tagħha.


Top