Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012L/AFI/DCL/08

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
DIKJARAZZJONIJIET annessi ma' l-Att Finali
A. - DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI
8. - Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona

ĠU C 326, 26.10.2012, p. 342–342 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2012/fna_1/dcl_8/oj

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


DIKJARAZZJONIJIET

ANNESSI MA' L-ATT FINALI TAL-KONFERENZA INTERGOVERNEMENTALI LI ADOTTAT IT-TRATTAT TA' LISBONA

ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007

A.   DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI

8.   Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin

Fil-każ li t-Trattat ta' Lisbona jidħol fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar 2009, il-Konferenza tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza semestrali tal-Kunsill f'dak iż-żmien, minn naħa, u lill-persuna li tkun eletta President tal-Kunsill Ewropew u lill-persuna li tinħatar Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, min-naħa l-oħra, sabiex, f'konsultazzjoni mal-presidenza semestrali li jkun imiss, jieħdu l-miżuri konkreti meħtieġa li jippermettu transizzjoni effiċjenti ta' l-aspetti materjali u organizzattivi ta' l-eżerċizzju tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin.


Top