Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012J024

    Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Artikolu 24

    ĠU L 112, 24.4.2012, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 300, 9.11.2013, p. 28–29 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2012/act_1/art_24/sign

    24.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 112/6


    ATT

    dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    IR-RABA’ PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI

    TITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

    Artikolu 24

    1.   B’deroga mill- Artikolu 305(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet transitorji anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 8

    Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:

    Belġju

    12

    Bulgarija

    12

    Repubblika Ċeka

    12

    Danimarka

    9

    Ġermanja

    24

    Estonja

    7

    Irlanda

    9

    Greċja

    12

    Spanja

    21

    Franza

    24

    Kroazja

    9

    Italja

    24

    Ċipru

    6

    Latvja

    7

    Litwanja

    9

    Lussemburgu

    6

    Ungerija

    12

    Malta

    5

    Pajjiżi l-Baxxi

    12

    Awstrija

    12

    Polonja

    21

    Portugall

    12

    Rumanija

    15

    Slovenja

    7

    Slovakkja

    9

    Finlandja

    9

    Svezja

    12

    Renju Unit

    24”

    2.   L-għadd ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiżdied temporanjament għal 353 biex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-perijodu li jibda mid-data tal-adeżjoni sa tmiem il-mandat li matulu l-Kroazja taderixxi mal-Unjoni jew sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 305(2) tat-TFUE, skont liem minnhom jiġi l-ewwel.

    3.   Jekk id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 305(2) tat-TFUE tkun diġà ġiet adottata sad-data tal-adeżjoni, b’deroga mill- Artikolu 305(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kroazja għandha temporanjament tiġi allokata għadd adatt ta’ membri sa tmiem il-mandat li matulu taderixxi mal-Unjoni.


    Top