This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12012E169
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE XV - CONSUMER PROTECTION#Article 169#(ex Article 153 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA UAZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XV - PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Artikolu 169
(ex Artikolu 153 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA UAZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XV - PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Artikolu 169
(ex Artikolu 153 TKE)
ĠU C 326, 26.10.2012, p. 124–124
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XV
PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Artikolu 169
(ex Artikolu 153 TKE)
1. Sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, s-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom.
2. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta' l-objettivi imsemmija fil-paragrafu 1, permezz ta’:
a) |
miżuri adottati skond l-Artikolu 114 fil-kuntest tal-kompletament tas-suq intern; |
b) |
miżuri li jgħinu, jissuplimentaw u jissorveljaw l-politika użata mill-Istati Membri. |
3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2(b).
4. Il-miżuri adottati skond il-paragrafu 3 m’għandhomx jimpedixxu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kumpattibli mat-Trattati. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa bihom.