This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12008M013
Consolidated version of the Treaty on European Union - TITLE III: PROVISIONS ON THE INSTITUTIONS - Article 13
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 13
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 13
ĠU C 115, 9.5.2008, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU III: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET - Artikolu 13
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0022 - 0022
Artikolu 13 1. L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali maħsub sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk ta' l-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u ta' l-azzjonijiet tagħha. L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni huma: - il-Parlament Ewropew, - il-Kunsill Ewropew, - il-Kunsill, - il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Kummissjoni"), - il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, - il-Bank Ċentrali Ewropew, - il-Qorti ta' l-Awdituri. 2. Kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skond il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. L-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali. 3. Id-dispożizzjonijiet dwar il-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-Qorti ta' l-Awdituri, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-istituzzjonijiet l-oħrajn, jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. 4. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi. --------------------------------------------------