This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12008E191
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union - PART THREE: UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS - TITLE XX: ENVIRONMENT - Article 191 (ex Article 174 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XX: L-AMBJENT - Artikolu 191 (ex Artikolu 174 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XX: L-AMBJENT - Artikolu 191 (ex Artikolu 174 TKE)
ĠU C 115, 9.5.2008, p. 132–133
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XX: L-AMBJENT - Artikolu 191 (ex Artikolu 174 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0132 - 0133
Artikolu 191 (ex Artikolu 174 TKE) 1. Il-politika ta' l-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jinkisbu l-għanijiet li ġejjin: - Is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent; - il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem; - l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali; - il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima. 2. Il-politika ta' l-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta' protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni ta' l-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas. F’dan il-kuntest, il-miżuri ta’armonizzazzjoni li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta' protezzjoni ambjentali għandhom jinkludu, fejn xieraq, klawsola ta' salvagwardja li tħalli l-Istati Membri li jieħdu miżuri provviżorji għal raġunijiet ambjentali non-ekonomiċi, suġġett għall-proċedura ta' monitoraġġ mill-Unjoni. 3. Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika dwar l-ambjent, l-Unjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni: - dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti; - l-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti ta' l-Unjoni; - il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni; - l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' l-Unjoni in ġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha. 4. Fil-qafas ta' l-isferi ta' kompetenza rispettiva tagħhom tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' pajjizi terzi u mal-organizazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-arranġamenti dwar il-koperazzjoni ta' l-Unjoni jistgħu jkunu s-suġġett ta' ftehim bejn l-Unjoni u t-terzi involuti. Is-subparagrafu preċedenti m’għanduxjippreġudika il-kompetenza ta' l-Istati Membri li jinnegozjaw f’korpi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali. --------------------------------------------------