This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12008E065
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union - PART THREE: UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS - TITLE IV: FREE MOVEMENT OF PERSONS, SERVICES AND CAPITAL - Chapter 4: Capital and payments - Article 65 (ex Article 58 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 4: Il-kapital u l-pagament - Artikolu 65 (ex Artikolu 58 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 72–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 4: Il-kapital u l-pagament - Artikolu 65 (ex Artikolu 58 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0072 - 0073
Artikolu 65 (ex Artikolu 58 TKE) 1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 63 m’għandhomx jippreġudikaw id-dritt ta' l-Istati Membri: a) li japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi fiskali tagħhom li jagħmlu distinzjoni bejn persuni li jħallsu t-taxxa li mhumiex fl-istess sitwazzjoni rigward il-post ta' residenza tagħhom jew rigward il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit. b) li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jevitaw il-ksur tal-liġi u tar-regolamenti nazzjonali, partikolarment fil-qasam fiskali u fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji, jew li jimponu proċeduri għal finijiet ta' informazzjoni amministrattiva jew ta' statistika għad-dikjarazzjoni ta' movimenti ta' kapital, jew li jieħdu miżuri li jkunu ġustifikabbli minħabba fl-interess pubbliku jew is-sigurtà pubblika. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ta' restrizzjoni fuq id-dritt ta' stabbiliment li huma kompatibbli mat-Trattati. 3. Il-miżuri u l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta' kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63. 4. Fin-nuqqas ta' miżuri f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 64(3), il-Kummissjoni jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mit-talba ta' l-Istat Membru kkonċernat, il-Kunsill, jista' jadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri fiskali restrittivi adottati minn Stat Membru li jikkonċernaw pajjiż terz wieħed jew aktar, għandhom ikunu kkunsidrati kompatibbli mat-Trattati ġaladarba dawn ikunu ġustifikati minn wieħed mill-objettivi ta' l-Unjoni u jkunu kompatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq talba minn Stat Membru. --------------------------------------------------