Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E043

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU III: AGRIKOLTURA U SAJD - Artikolu 43 (ex Artikolu 37 TKE)

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_43/oj

    12008E043

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU III: AGRIKOLTURA U SAJD - Artikolu 43 (ex Artikolu 37 TKE)

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0064 - 0065


    Artikolu 43

    (ex Artikolu 37 TKE)

    1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti sabiex telabora u timplimenta l-politika agrikola komuni, inkluża s-sostituzzjoni ta' l-organizzazzjonijiet nazzjonali b’waħda mill-forom ta' l-organizzazzjoni komuni previsti fl-Artikolu 40(1), u l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan it-Titolu tat-Trattati.

    Dawn il-proposti għandhom jieħdu konsiderazzjoni xierqa ta' l-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli mqajjma f' dan it-Titolu tat-Trattat.

    2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġisltattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba ta' l-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd.

    3. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

    4. L-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq jistgħu jiġu ssostitwiti bl-organizzazzjoni komuni prevista fl-Artikolu 40(1) taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1:

    a) jekk l-organizzazzjoni komuni toffri lill-Istati Membri li jopponu din il-misura u li jippossjedu huma stess organizzazzjoni nazzjonali għall-prodotti in kwistjoni, garanziji ekwivalenti dwar l-impjieg u l-livell ta' għijxien tal-produtturi interessati, waqt li jittieħed kont xieraq tar-ritmu ta' l-adattamenti li jkunu possibbli u ta' gradi ta' speċjalizzazzjoni meħtieġa; u

    b) jekk dik l-organizzazzjoni tkun tista’ tassigura għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni kondizzjonijiet simili għal dawk li jipprevalu fi swieq nazzjonali.

    5. Jekk organizzazzjoni komuni tiġi stabbilita għal ċerta materja prima, waqt li tkun għadha ma teżistix għal prodotti korrispondenti proċessati, il-materja prima in kwistjoni wżata għall-prodotti proċessati intizi għall-esportazzjoni f’pajjiżi mhux membri tista' tiġi importata minn barra l-Unjoni.

    --------------------------------------------------

    Top