Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E004

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU I: KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI - Artikolu 4

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_4/oj

    12008E004

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU I: KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI - Artikolu 4

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0051 - 0052


    Artikolu 4

    1. L-Unjoni għandha kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri fejn it-Trattati jtuha kompetenza li ma tirrigwardax l-oqsma previsti fl-Artikoli 3 u 6.

    2. Il-kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tapplika għall-oqsma prinċipali li ġejjin:

    a) is-suq intern;

    b) il-politika soċjali, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat;

    ċ) il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

    d) l-agrikoltura u s-sajd, eskluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

    e) l-ambjent;

    f) il-protezzjoni tal-konsumatur;

    g) it-trasport;

    h) in-netwerks trans-Ewropej;

    i) l-enerġija;

    j) l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

    k) l-interessi komuni ta' sigurtà f'materji ta' saħħa pubblika, għall-aspetti definiti f'dan it-Trattat.

    3. Fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni għandha l-kompetenza sabiex tieħu azzjonijiet, b'mod partikolari sabiex tiddefinixxi u timplimenta programmi mingħajr ma' l-eżerċizzju ta' din il-kompetenza ma jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom.

    4. Fl-oqsma tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u ta' l-għajnuna umanitarja, l-Unjoni għandha l-kompetenza sabiex tieħu azzjonijiet u tmexxi politika komuni mingħajr ma l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza jkun jista' jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw tagħhom.

    --------------------------------------------------

    Top