Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E003

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU I: KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI - Artikolu 3

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_3/oj

    12008E003

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU I: KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI - Artikolu 3

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0051 - 0051


    Artikolu 3

    1. L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fl-oqsma li ġejjin:

    a) l-unjoni doganali;

    b) l-istabbiliment tar-regoli tal-kompetizzjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern;

    ċ) il-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro;

    d) il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd;

    e) il-politika kummerċjali komuni.

    2. L-Unjoni għandha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f'att leġislattiv ta' l-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista' tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom.

    --------------------------------------------------

    Top