Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E159

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
    It-Tielet parti - Politika tal-Komunita'
    TITOLU XVII - Il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali
    Artikolu 159

    ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 118–119 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_159/oj

    12006E159

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XVII - Il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali - Artikolu 159

    Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0118 - 0119
    Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0104 - Consolidated version
    Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0250 - Consolidated version
    Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0050 - Consolidated version


    Artikolu 159

    L-Istati Membri għandhom imexxu l-linji politiċi ekonomiċi tagħhom u jikkordinawhom b’tali mod li, jintlaħqu wkoll il-miri msemmija fl-Artikolu 158. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull politika u azzjoni tal-Komunità u l-implimentazzjoni tas-suq intern għandhom jieħdu in konsiderazzjoni il-miri imsemmija fl-Artikolu 158 u jwasslu għat-twettiq tagħhom. Il-Komunità għandha wkoll tappoġġa t-twettiq ta’ dawn il-miri imsemmija, bl-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali (il-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida; il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew), il-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-bqija ta’ l-istrumenti finanzjarji eżistenti.

    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, kull tliet snin, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, dwar il-progress li jkun sar sabiex tintlaħaq il-koeżjoni ekonomika u soċjali u dwar il-mod ta’ kif il-mezzi varji msemmija f’dan l-Artikolu ikunu wasslu għal dan l-iskop. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun hekk meħtieġ, jinkludi l-proposti xierqa.

    Jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra tal-Komunità, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill li jkun jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

    --------------------------------------------------

    Top