This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12005SA
Act concerning the conditions of accession of the Republic of Bulgaria and Romania and the adjustments to the Treaties on which the European Union is founded
Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea
Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea
ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203–375
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
203 |
ATT
dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea
Skond l-Artikolu 2 tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, dan l-Att għandu jkun applikabbli fil-każ li t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ma jkunx fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007 sad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.
L-EWWEL PARTI
PRINĊIPJI
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan l-Att:
— |
il-frażi “Trattati oriġinali” tfisser:
|
— |
il-frażi ”Stati Membri attwali” tfisser ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq; |
— |
il-frażi “l-Unjoni” tfisser l-Unjoni Ewropea kif stabbilita bit-Trattat ta' l-UE; |
— |
il-frażi “il-Komunità” tfisser waħda jew aktar mill-Komunitajiet imsemmija fl-ewwel inċiż, skond kif ikun il-każ; |
— |
il-frażi “l-Istati Membri l-ġodda” tfisser ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija; |
— |
il-frażi “l-istituzzjonijiet” tfisser l-istituzzjonijiet stabbiliti bit-Trattati oriġinali. |
Artikolu 2
Mid-data ta' l-adeżjoni, id-disposizzjonjiet tat-Trattati oriġinali u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet u l-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-adeżjoni għandhom jorbtu lill-Bulgarija u lir-Rumanija u għandhom japplikaw f'dawk l-Istati bil-kondizzjonijiet kif elenkati f'dawk it-Trattati u f'dan l-Att.
Artikolu 3
1. Il-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mad-deċiżjonijiet u l-ftehim adottati mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill.
2. Il-Bulgarija u r-Rumanija huma fl-istess sitwazzjoni bħall-Istati Membri attwali fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet jew riżoluzzjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill jew ta' posizzjonijiet oħra meħuda minnhom u fir-rigward ta' dawk li jikkonċernaw il-Komunità jew l-Unjoni adottati bil-ftehim komuni ta' l-Istati Membri; huma għaldaqstant għandhom josservaw il-prinċipji u l-linji gwida li joħorġu minn dawk id-dikjarazzjonijiet, riżoluzzjonijiet jew posizzjonijiet oħra u għandhom jieħdu dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom.
3. Il-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu mal-konvenzjonijiet u mal-protokolli, elenkati fl-Anness I. Dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija fid-data determinata mill-Kunsill fid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.
4. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni mal-konvenzjonijiet u mal-protokolli msemmija fil-paragrafu 3 u jippubblika t-test adattat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
5. Il-Bulgarija u r-Rumanija jintrabtu fir-rigward tal-konvenzjonijiet u l-protokolli msemmija fil-paragrafu 3 li jintroduċu arranġamenti amministrattivi u arranġamenti oħra, bħal dawk adottati sad-data ta' l-adeżjoni mill-Istati Membri preżenti jew mill-Kunsill, u li jiffaċilitaw koperazzjoni prattika bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet ta' l-Istati Membri.
6. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jissupplementa l-Anness I b'dawk il-konvenzjonijiet, ftehim u protokolli ffirmati qabel id-data ta' l-adeżjoni.
Artikolu 4
1. Id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea permezz tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Protokoll ta' Schengen”), u l-atti li jibnu fuqu jew li b'xi mod ieħor huma relatati miegħu, elenkati fl-Anness II, kif ukoll kull att ieħor bħal dan li jista' jiġi adottat qabel id-data ta' l-adeżjoni, għandhom jorbtu u jkunu applikabbli fil-Bulgarija u r-Rumanija mid-data ta' l-adeżjoni.
2. Dawk id-disposizzjonjiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-atti li jibnu fuqu jew li b'xi mod ieħor huma relatati miegħu li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jorbtu lill-Bulgarija u lir-Rumanija mid-data ta' l-adeżjoni, għandhom japplikaw biss f'dawk l-Istati skond deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-iskop wara verifika skond il-proċeduri Schengen applikabbli ta' valutazzjoni li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha ta' l-acquis konċernat ikunu ġew sodisfatti f'dak l-Istat.
Il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi bl-unanimità tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li fir-rigward tagħhom id-disposizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu diġà ddaħħlu fis-seħħ u tar-rappreżentant tal-Gvern ta' l-Istat Membru li fir-rigward tiegħu dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiddaħħlu fis-seħħ. Il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw il-Gvernijiet ta' l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom jieħdu sehem f'din id-deċiżjoni safejn tirrigwarda id-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li fihom jipparteċipaw dawn l-Istati Membri.
Artikolu 5
Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jipparteċipaw fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja mid-data ta' l-adeżjoni bħala Stati Membri b'deroga fis-sens ta' l-Artikolu 122 tat-Trattat tal-KE.
Artikolu 6
1. Il-ftehim jew il-konvenzjonijiet konklużi jew applikati provviżorjament mill-Komunità jew li jaqgħu taħt l-Artikolu 24 jew l-Artikolu 38 tat-Trattat ta' l-UE, ma' Stat terz wieħed jew aktar, ma' organizzazzjoni internazzjonali jew ma' ċittadin ta' Stat terz, għandhom jorbtu lill-Bulgarija u lir-Rumanija taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati oriġinali u f'dan l-Att.
2. Il-Bulgarija u r-Rumanija jintrabtu li jaderixxu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Att, mal-ftehim jew konvenzjonijiet konklużi jew iffirmati b'mod konġunt mill-Istati Membri attwali u l-Komunità.
L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-ftehim jew mal-konvenzjonijiet konklużi jew iffirmati mill-Komunità u l-Istati Membri attwali li jaġixxu b'mod konġunt ma' pajjiżi terzi partikolari jew organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tiġi miftehma bil-konklużjoni ta' protokoll għal dawn il-ftehim jew konvenzjonijiet bejn il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu f'isem l-Istati Membri, u l-pajjiż jew pajjiżi terzi jew organizzazzjoni internazzjonali konċernati. Il-Kummissjoni għandha tinnegozja dawn il-protokolli f'isem l-Istati Membri abbażi ta' direttivi dwar in-negozjati approvati mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità, u b'konsultazzjoni ta' kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri. Għandha tippreżenta abbozz tal-protokolli sabiex jiġu konklużi mill-Kunsill.
Din il-proċedura hija bla preġudizzju għall-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-Komunità innifisha u ma taffetwax l-allokazzjoni tas-setgħat bejn il-Komunità u l-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjoni ta' dan il-ftehim fil-ġejjieni jew ta' kwalunkwe emenda oħra li mhijiex relatata ma' l-adeżjoni.
3. Hekk kif jaderixxu mal-ftehim u mal-konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiksbu l-istess drittijiet u obbligi taħt dawk il-ftehim u l-konvenzjonijiet bħall-Istati Membri attwali.
4. Mid-data ta' l-adeżjoni, u sakemm jidħlu fis-seħħ il-protokolli meħtieġa msemmija fil-paragrafu 2, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-ftehim jew il-konvenzjonijiet konklużi b'mod konġunt mill-Istati Membri attwali u l-Komunità qabel l-adeżjoni, bl-eċċezzjoni tal-ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni konkluż ma' l-Isvizzera. Dan l-obbligu japplika wkoll għal dawk il-ftehim jew il-konvenzjonijiet li l-Unjoni u l-Istati Membri attwali qablu li japplikaw b'mod provviżorju.
Sakemm jidħlu fis-seħħ il-protokolli msemmija fil-paragrafu 2, il-Komunità u l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b'mod konġunt kif jixraq fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu kwalunkwe miżura xierqa.
5. Il-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu għall-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (1), iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000.
6. Il-Bulgarija u r-Rumanija jintrabtu li jaderixxu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Att, mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), skond l-Artikolu 128 ta' dak il-Ftehim.
7. Mid-data ta' l-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom japplikaw il-ftehim u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessili konklużi mill-Komunità ma' pajjiżi terzi.
Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti u tal-lbies għandhom jiġu aġġustati sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Komunità. Għal dan il-għan, il-Komunità tista' tinnegozja emendi għall-ftehim bilaterali u l-arranġamenti msemmija aktar 'il fuq mal-pajjiżi terzi konċernati qabel id-data ta' l-adeżjoni.
Jekk l-emendi għall-ftehim u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessili ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data ta' l-adeżjoni, il-Komunità għandha tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għar-regoli tagħha dwar l-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti u tal-lbies minn pajjiżi terzi sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
8. Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq l-importazzjoni ta' l-azzar u tal-prodotti ta' l-azzar għandhom jiġu aġġustati abbażi ta' l-importazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul is-snin reċenti ta' prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-pajjiżi fornituri konċernati.
Għal dan il-għan, l-emendi meħtieġa għall-ftehim u l-arranġamenti bilaterali dwar l-azzar konklużi mill-Komunità ma' pajjiżi terzi għandhom jiġu negozjati qabel id-data ta' l-adeżjoni.
Jekk l-emendi għall-ftehim u l-arranġamenti bilaterali ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data ta' l-adeżjoni, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu.
9. Ftehim dwar is-sajd konklużi, qabel l-adeżjoni, mill-Bulgarija u r-Rumanija ma' pajjiżi terzi għandhom jitmexxew mill-Komunità.
Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija skond dawk il-ftehim ma għandhomx jintlaqtu matul il-perjodu li fih id-disposizzjonijiet ta ' dawk il-ftehim jinżammu fis-seħħ provviżorjament.
Kemm jista' jkun malajr, u f' kull każ qabel it-tmiem tal-ftehim imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kunsill, għandu jadotta f'kull każ b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni, dawk id-deċiżijonijiet adatti għall-kontinwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' sajd li jirriżultaw minn dawk il-ftehim, inkluża l-possibbiltà li ċerti ftehim jiġu estiżi għal perjodi ta' mhux aktar minn sena.
10. B'effett mid-data ta' l-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jirtiraw minn kull ftehim ta' kummerċ ħieles ma' pajjiżi terzi, inkluż il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali.
Safejn ftehim bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija jew iż-żewġ Stati minn naħa waħda, u pajjiż terz wieħed jew aktar min-naħa l-oħra, ma jkunux kompatibbli ma' l-obbligi stabbiliti b'dan l-Att, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jieħdu l-passi kollha adegwati sabiex jeliminaw l-inkompatibbilitajiet realizzati. Jekk il-Bulgarija jew ir-Rumanija jiltaqgħu ma' diffikultajiet fl-aġġustament ta' ftehim konkluż ma' xi pajjiż terz jew aktar qabel l-adeżjoni, hija għandha, skond it-termini tal-ftehim, tirtira minn dak il-ftehim.
11. Il-Bulgarija u r-Rumanija jaderixxu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Att, mal-ftehim interni konklużi mill-Istati Membri attwali għall-fini li jiġu implimentati l-ftehim jew il-konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 5 u 6.
12. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, fejn ikun meħtieġ, sabiex jaġġustaw il-posizzjoni tagħhom fir-rigward ta' organizzazzjonjiet internazzjonali, kif ukoll fir-rigward ta' ftehim internazzjonali li l-Komunità jew Stati Membri oħra huma partijiet fihom, tad-drittijiet u l-obbligi li joriġinaw mill-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni.
B'mod partikolari mad-data ta' l-adeżjoni jew malajr kemm jista' jkun wara, għandhom jirtiraw minn dawk il-ftehim internazzjonali dwar is-sajd u minn organizzazzjonijiet li minnhom il-Komunità wkoll tagħmel parti, sakemm is-sħubija tagħhom mhijiex konnessa ma' materji oħra barra s-sajd.
Artikolu 7
1. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan l-Att, id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att ma jistgħux jiġu sospiżi, emendati jew imħassra ħlief permezz tal-proċedura stipulata fit-Trattati oriġinali li tippermetti r-reviżjoni ta' dawk it-Trattati.
2. L-Atti adottati mill-istituzzjonijiet li magħhom għandhom x' jaqsmu d-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti f'dan l-Att għandhom iżommu l-istatus tagħhom fil-liġi; b'mod partikolari, il-proċeduri sabiex jiġu emendati dawk l-atti għandhom ikomplu japplikaw.
3. Dawk id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att li għandhom il-fini jew l-effett li jħassru jew jemendaw atti adottati mill-istituzzjonijiet, meta ma jkunux miżuri transitorji, għandhom ikollhom l-istess status fil-liġi bħad-disposizzjonijiet li huma jħassru jew jemendaw u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk id-disposizzjonijiet.
Artikolu 8
L-applikazzjoni tat-Trattati oriġinali u ta' l-atti adottati mill-istituzzjonijiet għandha, bħala miżura transitorja, tkun soġġetta għad-derogi previsti f'dan l-Att.
IT-TIENI PARTI
AĠĠUSTAMENTI LIT-TRATTATI
TITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 9
1. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 189 tat-Trattat tal-KE kif ukoll it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 107 tat-Trattat tal-KEEA għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
“In-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew ma għandux jaqbeż is-736.”.
2. B'effett mill-bidu tal-leġislatura 2009-2014, fl-Artikolu 190(2) tat-Trattat tal-KE u fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat tal-KEEA, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“2. |
In-numru ta' rappreżentanti eletti f'kull Stat Membru għandu jkun kif ġej:
|
Artikolu 10
1. L-Artikolu 205(2) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 118(2) tat-Trattat tal-KEEA għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
“2. |
Meta l-Kunsill ikun jeħtieġ li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, l-voti tal-membri tiegħu għandhom jiġu peżati kif ġej:
L-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu għall-adozzjoni tagħhom mill-anqas 255 vot favur espressi minn maġġoranza tal-membri fejn dan it-Trattat jeħtieġ li jiġu adottati fuq proposta mill-Kummissjoni. Fil-każijiet l-oħra, għall-adozzjoni tagħhom l-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu mill-anqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ terzi tal-membri”. |
2. Fl-Artikolu 23 (2) tat-Trattat ta' l-UE, it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“Il-voti tal-membri tal-Kunsill għandhom ikunu peżati skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Sabiex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet għandhom jeħtieġu mill-anqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ terzi tal-membri. Fejn deċiżjoni trid tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob verifika li l-Istati Membri li jifformaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-anqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jintwera li dik il-kondizzjoni ma ġietx sodisfatta, id-deċiżjoni in kwistjoni ma għandhiex tiġi adottata.”
3. L-Artikolu 34(3) tat-Trattat tal-UE għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“3. |
Meta l-Kunsill ikun jeħtieġ li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri tiegħu għandhom ikunu peżati kif stabbilit fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u sabiex jiġu adottati l-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu mill-inqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ-terzi tal-membri. Fejn deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob verifika li l-Istati Membri li jifformaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-anqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jintwera li dik il-kondizzjoni ma ġietx sodisfatta, id-deċiżjoni in kwistjoni ma għandhiex tiġi adottata.” |
Artikolu 11
1. L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 9 tal-Protokoll anness mat-Trattat ta' l-UE, it-Trattat tal-KE u t-Trattat tal-KEEA dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“Meta, kull tliet snin, ikun hemm sostituzzjoni parzjali ta' l-Imħallfin, għandhom jiġu sostitwiti alternattivament ebatax u tlettax-il-Imħallef.”.
2. L-Artikolu 48 tal-Protokoll anness mat-Trattat ta' l-UE, it-Trattat tal-KE u t-Trattat tal-KEEA dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi mibdul b' dan li ġej:
“Artikolu 48
Il-Qorti tal-Prim' Istanza għandha tikkonsisti f'sebgħa u għoxrin Imħallef.”
Artikolu 12
It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 258 tat-Trattat tal-KE u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 166 tat-Trattat tal-KEEA dwar il-komposizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jiġu mibdula b' dan li ġej:
“In-numru ta' membri tal-Kumitat għandu jkun kif ġej:
Belġju |
12 |
Bulgarija |
12 |
Repubblika Ċeka |
12 |
Danimarka |
9 |
Ġermanja |
24 |
Estonja |
7 |
Greċja |
12 |
Spanja |
21 |
Franza |
24 |
Irlanda |
9 |
Italja |
24 |
Ċipru |
6 |
Latvja |
7 |
Litwanja |
9 |
Lussemburgu |
6 |
Ungerija |
12 |
Malta |
5 |
Olanda |
12 |
Awstrija |
12 |
Polonja |
21 |
Portugall |
12 |
Rumanija |
15 |
Slovenja |
7 |
Slovakkja |
9 |
Finlandja |
9 |
Isvezja |
12 |
Renju Unit |
24.” |
Artikolu 13
It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 263 tat-Trattat tal-KE dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“In-numru ta' membri tal-Kumitat għandu jkun kif ġej:
Belġju |
12 |
Bulgarija |
12 |
Repubblika Ċeka |
12 |
Danimarka |
9 |
Ġermanja |
24 |
Estonja |
7 |
Greċja |
12 |
Spanja |
21 |
Franza |
24 |
Irlanda |
9 |
Italja |
24 |
Ċipru |
6 |
Latvja |
7 |
Litwanja |
9 |
Lussemburgu |
6 |
Ungerija |
12 |
Malta |
5 |
Olanda |
12 |
Awstrija |
12 |
Polonja |
21 |
Portugall |
12 |
Rumanija |
15 |
Slovenja |
7 |
Slovakkja |
9 |
Finlandja |
9 |
Isvezja |
12 |
Renju Unit |
24.”. |
Artikolu 14
Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, anness mat-Trattat tal-KE, jiġi b'dan emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 3, għandu jiġi inserit dan li ġej bejn l-entrati għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:
u, bejn l-entrati għall-Portugall u s-Slovenja:
|
2) |
Fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu:
|
3. |
Fl-Artikolu 11(2) l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:
|
Artikolu 15
L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 134(2) tat-Trattat tal-KEEA dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“2. |
Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn wieħed u erbgħin membru, maħtura mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.” |
TITOLU II
AĠĠUSTAMENTI OĦRA
Artikolu 16
L-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 57(1) tat-Trattat tal-KE għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:
“Rigward ir-restrizzjonijiet eżistenti skond il-liġi nazzjonali tal-Bulgarija, l-Estonja u l-Ungerija, id-data rilevanti għandha tkun il-31 ta' Diċembru 1999.”.
Artikolu 17
L-Artikolu 299(1) tat-Trattat tal-KE għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“1. |
Dan it-Trattat għandu japplika għar-Renju tal-Belġju, għar-Repubblika tal-Bulgarija, għar-Repubblika Ċeka, għar-Renju tad-Danimarka, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għar-Repubblika ta' l-Estonja, għar-Repubblika Ellenika, għar-Renju ta' Spanja, għar-Repubblika Franċiża, għall-Irlanda, għar-Repubblika Taljana, għar-Repubblika ta' Ċipru, għar-Repubblika tal-Latvja, għar-Repubblika tal-Litwanja, għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu, għar-Repubblika ta' l-Ungerija, għar-Repubblika ta' Malta, għar-Renju ta' l-Olanda, għar-Repubblika ta' l-Awstrija, għar-Repubblika tal-Polonja, għar-Repubblika Portugiża, għar-Rumanija, għar-Repubblika tas-Slovenja, għar-Repubblika Slovakka, għar-Repubblika tal-Finlandja, għar-Renju ta' l-Isvezja u għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.” |
Artikolu 18
1. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.”
2. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 225 tat-Trattat tal-KEEA għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.”
3. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 53 tat-Trattat ta' l-UE għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
“Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Eston, bil-Finlandiż, bl-Ungeriż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.”
IT-TIELET PARTI
DISPOSIZZJONIJIET PERMANENTI
TITOLU I
ADATTAMENTI LIL ATTI ADOTTATI MILL-ISTITUZZJONIJIET
Artikolu 19
L-atti elenkati fl-Anness III ma' dan l-Att għandhom jiġu adattati kif speċifikat f'dak l-Anness.
Artikolu 20
L-adattamenti lill-atti elenkati fl-Anness IV ma' dan l-Att li saru meħtieġa bl-adeżjoni għandhom jiġu mfassla b'mod konformi mal-linji gwida stabbiliti f'dak l-Anness.
TITOLU II
DISPOSIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 21
Il-miżuri elenkati fl-Anness V ma' dan l-Att għandhom jiġu applikati skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 22
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista' jagħmel l-adattamenti lid-disposizzjonjiet ta' dan l-Att relattivi għall-politika agrikola komuni li jistgħu jkunu meħtieġa minħabba xi modifika fir-regoli Komunitarji.
IR-RABA' PARTI
DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI
TITOLU I
MIŻURI TRANSITORJI
Artikolu 23
Il-miżuri elenkati fl-Annessi VI u VII ma' dan l-Att għandhom japplikaw fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Annessi.
TITOLU II
DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 24
1. B'deroga min-numru massimu ta' Membri tal-Parlament Ewropew stipulat fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 189 tat-Trattat KE u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 107 tat-Trattat KEEA, in-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew għandu jiġi miżjud sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija bin-numru ta' Membri, li ġej, minn dawk il-pajjiżi għall-perjodu mid-data ta' l-adeżjoni sal-bidu tal-leġislatura ta' l-2009‐2014 tal-Parlament Ewropew:
Bulgarija |
18 |
Rumanija |
35. |
2. Qabel il-31 ta' Diċembru 2007, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom rispettivament jagħmlu elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, b'vot dirett universali taċ-ċittadini tagħhom, għan-numru ta' Membri stipulat fil-paragrafu 1, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (3).
3. B'deroga mill-Artikolu 190(1) tat-Trattat KE u l-Artikolu 108(1) tat-Trattat KEEA, jekk l-elezzjonijiet isiru wara d-data ta' l-adeżjoni, il-Membri tal-Parlament Ewropew li jirrapreżentaw liċ-ċittadini tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-perjodu li jkopri mid-data ta' l-adeżjoni sa kull waħda mill-elezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu maħtura mill-Parlamenti ta' dawk l-Istati minnhom infushom skond il-proċedura stabbilita minn kull wieħed minn dawk l-Istati.
TITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 25
1. Mid-data ta' l-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom iħallsu l-ammonti li ġejjin li jikkorrispondu għas-sehem tagħhom mill-kapital imħallas għall-kapital sottoskritt kif definit fl-Artikolu 4 ta' l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (4):
Bulgarija |
EUR 14 800 000 |
Rumanija |
EUR 42 300 000 |
Dawn il-kontributi għandhom jiġu mħallsa fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fil-31 ta' Mejju 2007, il-31 ta' Mejju 2008, il-31 ta' Mejju 2009, it-30 ta' Novembru 2009, il-31 ta' Mejju 2010, it-30 ta' Novembru 2010, il-31 ta' Mejju 2011 u t-30 ta' Novembru 2011.
2. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jikkontribwixxu, fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fid-dati msemmija fil-paragrafu 1, għar-riservi u l-provvedimenti ekwivalenti għal riservi, kif ukoll għall-ammont li għad irid ikun approprjat għar-riservi u l-provvedimenti, li jinkludu l-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf, stabbilit fl-aħħar tax-xahar ta' qabel l-adeżjoni, kif imniżżel fil-karta tal-bilanċ tal-Bank, f'ammonti li jikkorrispondu għall-perċentwali li ġejjin tar-riservi u l-provvisti (4):
Bulgarija |
0,181 % |
Rumanija |
0,517 %. |
3. Il-kapital u l-pagamenti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu mill-Bulgarija u mir-Rumanija f'euro kontanti, ħlief jekk ikun hemm deroga deċiża b'mod unanimu mill-Bord tal-Gvernaturi.
Artikolu 26
1. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom iħallsu l-ammonti li ġejjin lill-Fond għar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar imsemmi fid-Deċiżjoni 2002/234/KEFA tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tas-27 ta' Frar 2002 dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat ta' KEFA u dwar il-Fondi għar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (5):
(EUR miljun, prezzijiet attwali) |
|
Bulgarija |
11,95 |
Rumanija |
29,88 . |
2. Il-kontributi għall-Fond għar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom isiru f'erba' pagamenti li jibdew fl-2009 u jitħallsu kif ġej, f'kull każ fl-ewwel jum ta' xogħol ta' l-ewwel xahar ta' kull sena:
2009: |
15 % |
2010: |
20 % |
2011: |
30 % |
2012: |
35 %. |
Artikolu 27
1. Ix-xogħol bl-appalt, l-implimentazzjoni ta' kuntratti u l-pagamenti għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni taħt il-programm Phare (6), il-programm Phare CBC (7) u għal assistenza taħt il-Faċilità ta' Transizzjoni msemmija fl-Artikolu 31 għandhom ikunu amministrati minn aġenziji ta' implimentazzjoni fil-Bulgarija u fir-Rumanija mid-data ta' l-adeżjoni.
Il-kontroll ex-ante mill-Kummissjoni fuq ix-xogħol bl-appalt u l-għoti ta' kuntratti għandu jiġi rinunzjat permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni għal dak il-għan, wara proċedura ta' akkreditament kondotta mill-Kummissjoni u valutazzjoni pożittiva tas-Sistema ta' Implimentazzjoni Deċentralizzata Estiża (EDIS) skond il-kriterji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1266/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-kordinazzjoni ta' l-għajnuna għall-pajjiżi applikanti fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni u r-Regolament emendatorju (KEE) Nru. 3906/89 (8) u fl-Artikolu 164 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9).
Jekk din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrinunzja għall-kontroll ex-ante ma tkunx ittieħdet qabel id-data ta' l-adeżjoni, kuntratti iffirmati bejn id-data ta' l-adeżjoni u d-data li fiha ttieħdet id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma jkunux eliġibbli għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni.
Madanakollu, eċċezzjonalment, jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrinunzja għall-kontroll ex-ante tkun posposta sa wara d-data ta' l-adeżjoni għal raġunjiet li mhumiex attribwibbli għall-awtoritajiet tal-Bulgarija jew tar-Rumanija, il-Kummissjoni tista' taċċetta, f'każijiet debitament ġustifikati, l-eliġibbiltà għal assistenza ta' qabel l-adeżjoni ta' kuntratti ffirmati bejn id-data ta' l-adeżjoni u d-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni kontinwa ta' l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni għal perjodu limitat, bla ħsara għall-kontroll ex-ante mill-Kummissjoni fuq ix-xogħol bl-appalt u l-għoti ta' kuntratti.
2. L-impenji finanzjarji magħmula qabel l-adeżjoni taħt l-istrumenti finanzjarji ta' qabel l-adeżjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll dawk magħmula taħt il-Faċilità ta' Transizzjoni msemmija fl-Artikolu 31 wara l-adeżjoni, inkluż il-konklużjoni u r-reġistrazzjoni ta' impenji u ħlasijiet legali individwali sussegwenti magħmula wara l-adeżjoni għandhom ikomplu jiġu regolati mir-regoli u r-regolamenti ta' l-istrumenti finanzjarji ta' qabel l-adeżjoni u jiddaħlu fil-budget korrispondenti sa l-għeluq tal-programmi u l-proġetti konċernati. Minkejja dan, il-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku li nbdew wara l-adeżjoni għandhom jitwettqu skond id-Direttivi Komunitarji pertinenti.
3. L-aħħar eżerċizzju ta' programmazzjoni għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jseħħ fl-aħħar sena qabel l-adeżjoni. Azzjonijiet taħt dawn il-programmi ikollhom jiġu kuntrattati fi żmien is-sentejn ta' wara. Ma tista' tingħata l-ebda estensjoni għal perjodu kontrattwali. Eċċezzjonalment u f'każijiet debitament ġustifikati, jistgħu jingħataw estensjonijiet ta' żmien limitati għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti.
Minkejja dan, fondi ta' qabel l-adeżjoni sabiex ikopru spejjeż amministrattivi, kif definit fil-paragrafu 4, jistgħu jiġu mpenjati fl-ewwel sentejn wara l-adeżjoni. Għal spejjeż ta' verifika u valutazzjoni, jistgħu jiġu mpenjati fondi ta' qabel l-adeżjoni sa ħames snin wara l-adeżjoni.
4. sabiex tiġi żgurata t-terminazzjoni gradwali meħtieġa ta' l-istrumenti finanzjari ta' qabel l-adeżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tal-programm ISPA (10), il-Kummissjoni tista tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tiżgura li l-persunal statutorju meħtieġ jinżamm fil-Bulgarija u fir-Rumanija għal massimu ta' dsatax-il xahar wara l-adeżjoni. Matul dan il-perjodu, uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali assenjati għal postijiet fil-Bulgarija u fir-Rumanija qabel l-adeżjoni u li huma meħtieġa jibqgħu fis-servizz f'dawk l-Istati wara d-data ta' l-adeżjoni għandhom jibbenefikaw, bħala eċċezzjoni, mill-istess kondizzjonijiet finanzjarji u materjali bħal dawk li kienu applikati mill-Kummissjoni qabel l-adeżjoni skond ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 (11). In-nefqa amministrattiva, inklużi s-salarji ta' persunal ieħor meħtieġ, għandha tkun koperta mill-intestatura Terminazzjoni gradwali ta' l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni għal Stati Membri ġodda jew l-ekwivalenti taħt il-qasam politiku pertinenti tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li jitratta t-tkabbir.
Artikolu 28
1. Dawk il-miżuri li fid-data ta' l-adeżjoni kienu s-suġġett ta' deċiżjonijiet dwar assistenza taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-adeżjoni u li l-implimentazzjoni tagħhom ma ġietx kompletata sa dik id-data għandhom ikunu kkunsidrati bħala approvati mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1164/94 tas-16 ta' Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (12). Ammonti li għad iridu jiġu mpenjati bl-għan ta' l-implimentazzjoni ta' tali miżuri għandhom jiġu mpenjati taħt ir-Regolament marbut mal-Fond ta' Koeżjoni fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni u allokati lill-kapitolu li jikkorispondi għal dak ir-Regolament taħt il-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Sakemm il-paragrafi 2 u 5 ma jistipulawx mod ieħor, id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' miżuri approvati skond ir-Regolament ta' l-aħħar għandhom japplikaw għal dawk il-miżuri.
2. Kull proċedura ta' l-akkwist li tirrigwarda xi miżura msemmija fil-paragrafu 1 li fid- data ta' l-adeżjoni diġà kienet is-suġġett ta' sejħa għall-offerti pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata skond ir-regoli stabbiliti f'dik is-sejħa għall-offerti. Madankollu, id-disposizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 165 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ma għandhomx japplikaw. Kwalunkwe proċedura ta' akkwist fir-rigward ta' miżura msemmija fil-paragrafu 1 li għadha ma kienetx is-suġġett ta' sejħa għal offerti pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet tat-Trattati, ma' l-istrumenti adotatti skond dawn u mal-politika tal-Komunità, inkluża dik dwar il-protezzjoni ambjentali, it-trasport, ir-rettikolati trans-Ewropej, il-kompetizzjoni u l-għoti ta' kuntratti pubbliċi.
3. Il-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni taħt xi miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu addebitati lill-impenn miftuħ l-iżjed kmieni, magħmul l-ewwelnett skond ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999, u mbagħad skond ir-Regolament relatat mal-Fond ta' Koeżjoni fis-seħħ f'dak iż-żmien.
4. Għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà ta' l-infiq skond ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999 għandhom jibqgħu applikabbli, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati li tiddeċiedi fuqhom il-Kummissjoni fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat.
5. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, li tawtorizza eżenzjonijiet speċifiċi mir-regoli applikabbli skond ir-Regolament relattiv għall-Fond ta' Koeżjoni fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 29
Fejn il-perjodu għal impenji pluriennali magħmula taħt il-programm SAPARD (13), fir-rigward ta' l-afforestazzjoni ta' art agrikola, l-appoġġ għall-istabbiliment ta' gruppi ta' produtturi jew skemi agri-ambjentali jestendi lil hinn mid-data finali permissibbli għall-pagamenti taħt SAPARD, l-impenji li jkun baqa' jiġu koperti fil-programm ta' żvilupp rurali 2007-2013. Jekk miżuri transitorji speċifiċi jkunu meħtieġa f'dan ir-rigward, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet ġenerali tal-Fondi Strutturali (14).
Artikolu 30
1. Il-Bulgarija, wara li għalqet — skond l-impenji tagħha — b'mod definittiv għad-diżattivazzjoni sussegwenti l-Unità 1 u l-Unità 2 ta' l-Impjant ta' l-Enerġija Nukleari ta' Kozloduy qabel is-sena 2003, timpenja ruħha għall-għeluq definittiv ta' l-Unità 3 u l-Unità 4 ta' dan l-impjant fl-2006 u għad-diżattivazzjoni sussegwenti ta' dawn l-unitajiet.
2. Matul il-perjodu 2007-2009, il-Komunità għandha tipprovdi lill-Bulgarija b'assistenza finanzjarja b'appoġġ għall-isforzi tagħha sabiex tiddiżattiva u sabiex tindirizza l-konsegwenzi ta' l-għeluq u d-diżattivazzjoni ta' l-Unitajiet 1 sa 4 ta' l-Impjant ta' l-Enerġija Nukleari ta' Kozloduy.
L-assistenza għandha, inter alia, tkopri: miżuri b'appoġġ għad-diżattivazzjoni ta' l-Unitajiet 1 sa 4 ta' l-Impjant ta' l-Enerġija Nukleari ta' Kozloduy; miżuri għat-titjib ambjentali b'mod konformi ma' l-acquis; miżuri għall-modernizzazzjoni tas-setturi l-produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni konvenzjonali ta' l-enerġija, is-setturi fil-Bulgarija; miżuri sabiex tiġi mtejba l-effiċenzja ta' l-enerġija, sabiex jiġi msaħħaħ l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u sabiex tiġi mtejba s-sigurtà tal-provvista ta' enerġija.
Għall-perjodu 2007-2009, l-assistenza għandha tammonta għal EUR 210 miljun (prezzijiet ta' l-2004) f'approprjazzjonijiet ta' impenji, li għandhom ikunu impenjati f'somom annwali indaqs ta' EUR 70 miljun (prezzijiet ta' l-2004).
L-assistenza, jew partijiet minnha, tista' ssir disponibbli bħala kontribut Komunitarju lill-Fond Internazzjonali ta' Appoġġ għad-Diżattivazzjoni ta' Kozloduy, amministrat mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli għall-implimentazzjoni ta' l-assistenza msemmija fil-paragrafu 2. Ir-regoli għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta'l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (15). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' sitt ġimgħat. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 31
1. Għall-ewwel sena ta' l-adeżjoni, l-Unjoni għandha tipprovdi assistenza finanzjarja temporanja, minn hawn 'l quddiem imsejħa “il-Faċilità ta' Transizzjoni”, lill-Bulgarija u lir-Rumanija sabiex jiżviluppaw u jsaħħu l-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja tagħhom sabiex jimplimentaw u jinfurzaw il-liġi Komunitarja u sabiex jippromovu l-iskambju ta' l-aħjar prattika inter pares. Din l-assistenza għandha tiffinanzja proġetti ta' bini ta' istituzzjonijiet u investimenti, limitati u fuq skala żgħira, li jkunu anċillari għalihom.
2. L-assistenza għandha tindirizza l-bżonn kontinwu li tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali f'ċerti oqsma permezz ta' azzjoni li ma tistax tiġi ffinanzjata mill-Fondi Strutturali jew mill-Fondi għall-Iżvilupp Rurali.
3. Għal proġetti ta' ġemellaġġ bejn amministrazzjonijiet pubbliċi bil-għan li jiġu żviluppati istituzzjonijiet, il-proċedura għal sejħa għal proposti permezz ta' network ta' punti ta' kuntatt fl-Istati Membri għandha tkompli tapplika, kif stabbilit fil-Ftehim Kwadru ma' l-Istati Membri bl-għan ta' assistenza ta' qabel l-adeżjoni.
L-approprjazzjonijiet ta' impenji għall-Faċilità ta' Transizzjoni, bil-prezzijiet ta' l-2004, għall-Bulgarija u r-Rumanija, għandhom ikunu ta' EUR 82 miljun fl-ewwel sena wara l-adeżjoni sabiex jiġu indirizzati prijoritajiet nazzjonali u orizzontali. L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.
4. l-assistenza taħt il-Faċilità ta' Transizzjoni għandha tkun deċiża u implimentata skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3906/89 dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.
Artikolu 32
1. B'dan hija stabbilita Faċilità ta' Cash flow u ta' Schengen bħala strument temporanju sabiex jgħin lill-Bulgarija u lir-Rumanija bejn id-data ta' l-adeżjoni u l-aħħar ta' l-2009 fil-finanzjament ta' azzjonijiet fuq il-fruntieri esterni ġodda ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen u l-kontroll tal-fruntieri esterni u sabiex tgħin fit-titjib tal-cash flow fil-budgets nazzjonali.
2. Għall-perjodu 2007-2009, l-ammonti li ġejjin (prezzijiet ta' l-2004) għandhom jitpoġġew għad-disposizzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-forma ta' ħlasijiet ta' darba taħt il-Faċilità temporanja ta' Cash-flow u ta' Schengen:
(EUR miljun, prezzijiet ta' l-2004) |
|||
|
2007 |
2008 |
2009 |
Bulgarija |
121,8 |
59,1 |
58,6 |
Rumanija |
297,2 |
131,8 |
130,8 |
3. Mill-inqas 50% ta' l-allokazzjoni ta' kull pajjiż taħt il-Faċilità temporanja ta' Cash-flow u ta' Schengen għandha tintuża sabiex tagħti appoġġ lill-Bulgarija u lir-Rumanija fl-obbligu tagħhom li jiffinanzjaw azzjonijiet fuq il-fruntieri esterni l-ġodda ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen u l-kontroll tal-fruntieri esterni.
4. Sehem wieħed minn tnax ta' kull ammont annwali għandu jitħallas lill-Bulgarija u lir-Rumanija fl-ewwel jum ta' xogħol ta' kull xahar fis-sena korrispondenti. Is-somma sħiħa ta' ħlasijiet għandha tintuża fi tliet snin mill-ewwel ħlas. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jippreżentaw, sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu ta' tliet snin, rapport komprensiv dwar l-eżekuzzjoni finali tal-ħlasijiet tas-somma sħiħa taħt il-parti ta' Schengen tal-Faċilità temporanja ta' Cash-flow u ta' Schengen b' dikjarazzjoni li tiġġustifika l-infiq. Kwalunkwe fondi li ma ġewx użati jew li ntnefqu bla ġustifikazzjoni xierqa għandhom jiġu rkuprati mill-Kummissjoni.
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta kull disposizzjoni teknika meħtieġa għat-tħaddim tal-Faċilità temporanja ta' Cash-flow u ta' Schengen.
Artikolu 33
1. Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet futuri ta' politika, l-approprazzjonijiet ta' impenn ġenerali għal azzjonijiet strutturali li għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul il-perjodu ta' tliet snin bejn l-2007 u l-2009 għandhom ikunu kif ġej:
(EUR miljun, prezzijiet ta' l-2004) |
|||
|
2007 |
2008 |
2009 |
Bulgarija |
539 |
759 |
1 002 |
Rumanija |
1 399 |
1 972 |
2 603 |
2. Matul it-tliet snin 2007-2009, il-firxa u n-natura ta' l-interventi fi ħdan dawn il-pakketti fissi stipulati għall-pajjiżi rispettivi għandhom jiġu determinati abbażi tad-disposizzjonijiet applikabbli f'dak iż-żmien għall-infiq li jiffinanzja l-azzjonijiet strutturali.
Artikolu 34
1. Minbarra r-regolamenti li jikkonċernaw l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni, id-disposizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjonijiet I sa III ta' l-Anness VIII għandhom japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija għall-perjodu ta' l-2007-2009 u d-disposizzjonijiet finanzjarji speċifiċi stabbiliti fis-Sezzjoni IV ta' l-Anness VIII għandhom japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija matul il-perjodu ta' programmazzjoni ta' l-2007-2013.
2. Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet futuri ta' politika, approprazzjonijiet ta' impenn mis-Sezzjoni ta' Garanzija ta' l-EAGGF għall-iżvilupp rurali għall-Bulgarija u għar-Rumanija matul il-perjodu ta' tliet snin 2007-2009 għandhom jammontaw għal EUR 3 041 miljun (prezzijiet ta' l-2004).
3. Għandhom jiġu adottati regoli ta' implimentazzjoni, fejn meħtieġ, għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Anness VIII skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1260/1999.
4. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jagħmel kull adattament lid-disposizzjonijiet ta' l-Anness VIII fejn meħtieġ sabiex jiżgura l-koerenza mar-regolamenti li jikkonċernaw l-iżvilupp rurali.
Artikolu 35
L-ammonti msemmija fl-Artikoli 30, 31, 32, 33 u 34 għandhom jiġu aġġustati mill-Kummissjoni kull sena skond il-movimenti fil-prezzijiet bħala parti mill-aġġustamenti tekniċi annwali għall-perspettiva finanzjarja.
TITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 36
1. Jekk, sa l-aħħar ta' perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, jinqalgħu diffikultajiet serji u li x'aktarx jippersistu fi kwalunkwe settur ta' l-ekonomija jew li jistgħu jikkawżaw deterjorazzjoni serja fis-sitwazzjoni ekonomika ta' xi żona partikolari, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jieħdu miżuri protettivi sabiex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni u jiġi adattat is-settur konċernat għall-ekonomija tas-suq intern.
Fl-istess ċirkostanzi, kwalunkwe Stat Membru attwali jista' japplika għal awtorizzazzjoni sabiex jieħu miżuri protettivi fir-rigward tal-Bulgarija, tar-Rumanija, jew taż-żewġ Stati li huma.
2. Fuq talba ta' l-Istat konċernat, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' proċedura ta' emerġenza, tiddetermina l-miżuri protettivi li hija tikkunsidra meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet li taħthom għandhom jiddaħħlu fis-seħħ.
Fil-każ ta' diffikultajiet ekonomiċi serji u fuq it-talba espressa ta' l-Istat Membru konċernat, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mir-riċezzjoni tat-talba flimkien ma' l-informazzjoni bażika pertinenti. Il-miżuri hekk deċiżi għandhom ikunu applikabbli minnufih, għandhom jieħdu kont ta' l-interess tal-partijiet kollha konċernati u ma għandhomx jinvolvu kontrolli fuq il-fruntieri.
3. Il-miżuri awtorizzati taħt il-paragrafu 2 jistgħu jinvolvu derogi mir-regoli tat-Trattat KE u minn dan l-Att safejn u għal dawk il-perjodi li huma strettament meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Għandha tingħata prijorità lil dawk il-miżuri li jagħmlu l-inqas ostakoli lill-funzjonament tas-suq intern.
Artikolu 37
Jekk il-Bulgarija jew ir-Rumanija tkun naqset milli timplimenta l-impenji assunti fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni, u tikkawża ksur kontra l-funzjonament tas-suq intern, inklużi kwalunkwe impenji fil-politika settorjali kollha li tikkonċerna l-attivitajiet ekonomiċi b'effett transkonfinali, jew toħloq xi riskju imminenti ta' tali ksur, il-Kummissjoni tista', sa l-aħħar ta' perjodu ta' mhux akar minn tliet snin wara l-adeżjoni, fuq talba motivata ta' Stat Membru jew bl-inizjattiva tagħha stess, tieħu l-miżuri adatti.
Il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u għandha tingħata prijorità lil miżuri li l-anqas ifixklu l-funzjonament tas-suq intern u, fejn kunsiljabbli, lill-applikazzjoni ta' mekkaniżmi eżistenti ta' salvagwardja settorali. Tali miżuri ta' salvagwardja ma għandhomx jiġu invokati bħala mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-klawsola ta' salvagwardja tista' tiġi invokata wkoll qabel l-adeżjoni abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ u l-miżuri adottati għandhom jidħlu fis-seħħ mill-ewwel jum ta' l-adeżjoni sakemm ma jipprovdux għal data aktar tard. Il-miżuri m'għandhomx jinżammu għal żmien aktar milli huwa strettament meħtieġ u, fi kwlunkwe każ, għandhom jitneħħew meta l-impenn rilevanti jiġi implementat. Madankollu jistgħu jiġu applikati lil hinn mill-perjodu speċifikat fl-ewwel paragrafu sakemm l-impenji rilevanti ma jkunux ġew imwettqa. Bi tweġiba għall-progress li jagħmel l-Istat Membru l-ġdid konċernat fit-twettiq ta' l-impenji tiegħu, il-Kummissjoni tista' tadatta l-miżuri kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien suffiċjenti qabel tirrevoka l-miżuri ta' salvagwardja, u hija għandha tikkunsidra kif dovut kull osservazzjoni tal-Kunsill f'dan ir-rigward.
Artikolu 38
Jekk jeżistu nuqqasijiet serji jew xi riskji imminenti ta' tali nuqqasijiet fil-Bulgarija jew fir-Rumanija fit-trasposizzjoni, fl-istat ta' l-implimentazzjoni, jew fl-applikazzjoni tad-deċizjonijiet kwadru jew ta' kwalunkwe impenn pertinenti ieħor, ta' kwalunkwe strument ta' koperazzjoni u deċizjoni konnessa mar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-liġi kriminali taħt it-Titolu VI tat-Trattat ta' l-UE u taħt id-Direttivi u r-Regolamenti dwar ir-rikonoxximent reċiproku f'materji ċivili taħt it-Titolu IV tat-Trattat KE, il-Kummissjoni tista', sa tmiem perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, fuq it-talba motivata ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tieħu l-miżuri adatti u tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet li taħthom dawn il-miżuri għandhom jiddaħħlu fis-seħħ.
Dawn il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' sospensjoni temporanja ta' l-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet u deċiżjonijiet pertinenti fir-relazzjonijiet bejn il-Bulgarija jew ir-Rumanija u kwalunkwe wieħed jew aktar mill-Istati Membri oħra, mingħajr preġudizzju għall-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja mill-qrib. Il-klawsola ta' salvagwardja tista' tiġi nvokata anki qabel l-adeżjoni abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ u l-miżuri adottati għandhom jidħlu fis-seħħ mill-ewwel jum ta' l-adeżjoni sakemm ma jipprovdux għal data iktar tard. Il-miżuri ma għandhomx jinżammu għal aktar żmien minn dak strettament meħtieġ u, fi kwalunkwe każ, għandhom jitneħħew meta n-nuqqasijiet jiġu rimedjati. Madanakollu jistgħu jiġu applikati lil hinn mill-perjodu speċifikat fl-ewwel paragrafu sakemm dawn in-nuqqasijiet jippersistu. Bi tweġiba għall-progress li jagħmel l-Istat Membru l-ġdid konċernat fir-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati, il-Kummissjoni tista' tadatta l-miżuri kif ikun adatt wara li tikkonsulta ma' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien debitu qabel tirrevoka l-miżuri ta' salvagwardja, u hija għandha tikkunsidra kif dovut kwalunkwe osservazzjonijiet tal-Kunsill f'dan ir-rigward.
Artikolu 39
1. Jekk, abbażi tal-monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni ta' impenji meħuda mill-Bulgarija u mir-Rumanija fil-kuntest tan-negozjati ta' l-adeżjoni u b'mod partikolari r-rapporti ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni, hemm evidenza ċara li l-istat tat-tħejjijiet għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-acquis fil-Bulgarija u fir-Rumanija hu tali li hemm riskju serju li wieħed minn dawk l-Istati jinsab li huwa manifestament mhux ippreparat sabiex jilħaq il-ħtiġiet ta' sħubija sad-data ta' l-adeżjoni ta' l-1 ta' Jannar 2007 f'numru ta' oqsma importanti, il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jiddeċiedi li d-data ta' l-adeżjoni ta' dak l-Istat tiġi posposta b'sena waħda sa l-1 ta' Jannar 2008.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata abbazi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-Rumanija jekk nuqqasijiet serji ġew osservati fit-twettiq mir-Rumanija ta' wieħed jew iżjed mill-impenji u l-ħtiġijiet elenkati fl-Anness IX, punt I.
3. Minkejja l-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37, il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata abbazi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara valutazzjoni dettaljata li għandha ssir fil-ħarifa ta' l-2005 tal-progress magħmul mir-Rumanija fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-Rumanija jekk nuqqasijiet serji ġew osservati fit-twettiq mir-Rumanija ta' l-obbligi assunti taħt il-Ftehim Ewropew (16) jew ta' wieħed jew iżjed mill-impenji u ħtiġijiet elenkati fl-Anness IX, punt II.
4. Fil-każ ta' deċiżjoni meħuda taħt il-paragrafu 1, 2 jew 3, il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jiddeċiedi immedjatament dwar tali aġġustamenti lil dan l-Att, inklużi l-Annessi u l-Appendiċi tiegħu, li jkunu saru indispensabbli minħabba d-deċiżjoni ta' posponiment.
Artikolu 40
Sabiex ma jiġix ostakolat il-funzjonament korrett tas-suq intern, l-infurzar tar-regoli nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul il-perjodi transitorji msemmija fl-Annessi VI u VII ma għandux iwassal għal kontrolli fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri.
Artikolu 41
Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Bulgarija u fir-Rumanija għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Att, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taċ-ċereali (17), jew, kif xieraq, fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew il-proċedura rilevanti kif determinata fil-leġislazzjoni applikabbli. Il-miżuri transitorji msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati matul perjodu ta' tliet snin wara d-data ta' l-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perjodu. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista' jestendi dan il-perjodu.
Il-miżuri transitorji relatati ma' l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti dwar il-politika agrikola komuni li mhumiex speċifikati f'dan l-Att li huma meħtieġa b'riżultat ta' l-adeżjoni għandhom jiġu adottati qabel id-data ta' l-adeżjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jew, fejn jolqtu strumenti li kienu inizjalment adottati mill-Kummissjoni, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-istrumenti in kwistjoni.
Artikolu 42
Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Bulgarija u fir-Rumanija għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji u fitosanitarji Komunitarji u r-regoli Komunitarji dwar is-sigurtà ta' l-ikel, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura pertinenti kif determinat fil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu matul il-perjodu ta' tliet snin wara d-data ta' l-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perjodu.
IL-ĦAMES PARTI
DISPOSIZZJONIJIET RELATTIVI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAN L-ATT
TITOLU I
STABBILIMENT TA' L-ISTITUZZJONIJIET U L-KORPI
Artikolu 43
Il-Parlament Ewropew għandu jagħmel lir-Regoli ta' Proċedura tiegħu dawk l-adattamenti li jsiru meħtieġa bl-Adeżjoni.
Artikolu 44
Il-Kunsill għandu jagħmel lir-Regoli ta' Proċedura tiegħu dawk l-adattamenti li jsiru meħtieġa bl-Adeżjoni.
Artikolu 45
Għandu jinħatar ċittadin minn kull Stat Membru ġdid fuq il-Kummissjoni mid-data ta' l-adeżjoni. Il-Membri l-ġodda tal-Kummissjoni għandhom jinħatru mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
Il-mandat tal-Membri hekk maħtura għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-Membri li jkunu fil-kariga fiż-żmien ta' l-adeżjoni.
Artikolu 46
1. Għandhom jinħatru żewġ Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja u għandhom jinħatru żewġ Imħallfin fil-Qorti ta' Prim' Istanza.
2. Il-mandat ta' wieħed mill-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja maħtur skond il-paragrafu 1 għandu jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2009. Dan l-Imħallef għandu jintgħażel bix-xorti. Il-mandat ta' l-Imħallef l-ieħor għandu jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2012.
Il-mandat ta' wieħed mill-Imħallfin tal-Qorti ta' Prim' Istanza maħtur skond il-paragrafu 1 għandu jiskadi fil-31 ta' Awissu 2007. Dan l-Imħallef għandu jintgħażel bix-xorti. Il-mandat ta' l-Imħallef l-ieħor għandu jiskadi fil-31 ta' Awissu 2010.
3. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel lir-Regoli ta' Proċedura tagħha dawk l-adattamenti li jsiru meħtieġa bl-adeżjoni.
Il-Qorti ta' Prim' Istanza, bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tagħmel lir-Regoli ta' Proċedura tagħha dawk l-adattamenti li jsiru meħtieġa bl-adeżjoni.
Ir-Regoli ta' Proċedura kif adattati għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
4. Għall-fini tad-deċiżjoni ta' każijiet pendenti quddiem il-Qrati fid-data ta' l-adeżjoni li bdew jinstemgħu oralment qabel dik id-data, il-Qrati jew l-Awli plenarji għandhom ikunu kostitwiti bħal ma kienu qabel l-adeżjoni u għandhom japplikaw ir-Regoli ta' Proċedura li kienu fis-seħħ fil-jum ta' qabel id-data ta' l-adeżjoni.
Artikolu 47
Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha titkabbar bil-ħatra ta' żewġ membri addizzjonali għal mandat ta' sitt snin.
Artikolu 48
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jitkabbar bil-ħatra ta' 27 membru li jirrappreżentaw il-kategoriji varji ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata fil-Bulgarija u-Rumanija. Il-mandat tal-membri hekk maħtura għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-membri li jkunu fil-kariga fiż-żmien ta' l-adeżjoni.
Artikolu 49
Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jitkabbar bil-ħatra ta' 27 membru li jirrappreżentaw il-korpi reġjonali u lokali fil-Bulgarija u-Rumanija, li jew għandhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali, jew huma politikament responsabbli lejn assemblea eletta. Il-mandat tal-membri hekk maħtura għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-membri li jkunu fil-kariga fiż-żmien ta' l-adeżjoni.
Artikolu 50
L-adattamenti lir-regoli tal-Kumitati stabbiliti bit-Trattati oriġinali u lir-regoli ta' proċedura tagħhom, li jsiru meħtieġa bl-adeżjoni, għandhom isiru mill-iktar fis possibbli wara l-adeżjoni.
Artikolu 51
1. Membri ġodda tal-kumitati, gruppi jew korpi oħra maħluqa bit-Trattati jew b'att ta' l-istituzzjonijiet għandhom jinħatru taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri previsti għall-ħatra ta' membri ta' dawn il-kumitati, gruppi jew korpi oħra. Il-mandat tal-membri li għadhom kemm ġew maħtura għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-membri li jkunu fil-kariga fiż-żmien ta' l-adeżjoni.
2. Is-sħubija f'kumitati jew gruppi maħluqa bit-Trattati jew b'att ta' l-istituzzjonijiet b'numru fiss ta' membri irrispettivament min-numru ta' Stati Membri għandha tiġi mġedda kompletament ma' l-adeżjoni, sakemm il-mandati tal-membri attwali ma jiskadix matul is-sena ta' l-adeżjoni.
TITOLU II
APPLIKABBILTÀ TA' L-ATTI TA' L-ISTITUZZJONIJIET
Artikolu 52
Ma' l-adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jitqiesu bħala destinatarji tad-direttivi u tad-deċiżjonijiet fis-sens ta' l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE u ta' l-Artikolu 161 tat-Trattat tal-KEEA, sakemm dawk id-direttivi u d-deċiżjonijiet ikunu ġew indirizzati lill-Istati Membri attwali kollha. Ħlief fir-rigward ta' direttivi u deċiżjonijiet li daħlu fis-seħħ skond l-Artikolu 254 (1) u (2) tat-Trattat tal-KE, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jitqiesu li jkunu rċevew notifika ta' tali direttivi u deċiżjonijiet ma' l-adeżjoni.
Artikolu 53
1. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex huma jikkonformaw, mid-data ta' l-adeżjoni, mad-disposizzjonijiet ta' direttivi u deċiżjonijiet fis-sens ta' l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE u ta' l-Artikolu 161 tat-Trattat tal-KEEA, sakemm ma jkunx previst terminu perentorju ieħor għal dan l-Att. Huma għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni l-aktar tard sad-data ta' l-adeżjoni jew, fejn ikun il-każ, sat-terminu perentorju previst f'dan l-Att.
2. Safejn emendi għal direttivi fis-sens ta' l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE u ta' l-Artikolu 161 tat-Trattat tal-KEEA introdotti b'dan l-Att jeħtieġu modifika tal-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri attwali, l-Istati Membri attwali għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw, mid-data ta' l-adeżjoni, mad-direttivi emendati, sakemm ma jkunx previst terminu perentorju ieħor f'dan l-Att. Huma għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni sad-data ta' l-adeżjoni jew, meta aktar tard, sat-terminu perentorju previst f'dan l-Att.
Artikolu 54
Id-disposizzjonijiet kif stabbiliti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva mfassla sabiex jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija kontra l-perikoli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti għandhom, skond l-Artikolu 33 tat-Trattat tal-KEEA, ikunu komunikati minn dawk l-Istati lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adeżjoni.
Artikolu 55
Fuq talba debitament sostanzjata preżentata lill-Kummissjoni mill-Bulgarija jew mir-Rumanija sottomessa lill-Kumissjoni mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni, il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali kien adottat mill-Kummissjoni, jistgħu jieħdu miżuri li jikkonsistu f'derogi temporanji minn atti ta' l-istituzzjonijiet adottati bejn l-1 ta' Ottubru 2004 u d-data ta' l-adeżjoni. Il-miżuri għandhom jiġu adottati skond ir-regoli ta' votazzjoni li jirregolaw l-adozzjoni ta' l-att li minnu qed tintalab deroga temporanja. Meta dawn id-derogi huma adottati wara l-adeżjoni jistgħu jiġu applikati mid-data ta' l-adeżjoni.
Artikolu 56
Fejn atti ta' l-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali ġie adottat mill-Kummissjoni, għandhom għal dan il-għan jadottaw l-atti meħtieġa. Meta dawn l-adattamenti huma adottati wara l-adeżjoni jistgħu jiġu applikati mid-data ta' l-adeżjoni.
Artikolu 57
Sakemm mhux stipulat mod ieħor, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta d-disposizzjonijiet ta' dan l-Att.
Artikolu 58
It-testi ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet, u tal-Bank Ċentrali Ewropew, adottati qabel l-adeżjoni u mfassla mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew bil-Bulgaru u bir-Rumen għandhom, mid-data ta' l-adeżjoni, jkunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi mfassla fil-lingwi uffiċjali attwali. Dawn għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea jekk it-testi fil-lingwi attwali kienu ġew hekk pubblikati.
TITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 59
L-Annessi I u IX u l-Appendiċi tagħhom għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan l-Att.
Artikolu 60
Il-Gvern tar-Repubblika Taljana għandu jibgħat lill-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija kopja awtentikata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u tat-Trattati li jemendawhom jew jissupplementawhom, inkluż it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, ta' l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja, u t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiza, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża.
It-testi ta' dawk it-Trattati, imfassla bil-Bulgaru u bir-Rumen, għandhom jiġu annessi ma' dan l-Att. Dawk it-testi għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi tat-Trattati msemmija fl-ewwel paragrafu, imfassla fil-lingwi attwali.
Artikolu 61
Kopja awtentikata tal-ftehim internazzjonali li jinsabu depożitati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandha tintbagħat lill-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mis-Segretarju Ġenerali.
(1) OJ L 317, 15.12.2000, p. 3.
(3) ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5. Att kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1).
(4) Iċ-ċifri kwotati huma indikattivi u bbażati fuq id-data ta' l-2003 pubblikata mill-Eurostat.
(5) ĠU L 79, 22.3.2002, p. 42.
(6) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3906/89 tat-18.12.1989 dwar għajnuna ekonomika lil ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 769/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1).
(7) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2760/98 tat-18.12.1998 dwar l-implimentazzjoni ta' programm għal koperazzjoni transkonfinali fil-qafas tal-programm PHARE (ĠU L 345, 19.12.1998, p. 49). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1822/2003 (ĠU L 267, 17.10.2003, p. 9).
(8) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 68.
(9) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25.6.2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(10) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1267/1999 tal-21.6.1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 769/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1).
(11) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).
(12) ĠU L 130, 25.5.1994. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(13) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21.6.1999 dwar appoġġ Komunitarju għal miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 2008/2004 (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 12).
(14) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(15) ĠU L 184, 10.7.1999, p. 23.
(16) Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ekonomiċi Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra (ĠU L 357, 31.12.1994, p. 2).
(17) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.
ANNESS I
Lista ta' konvenzjonijiet u ta' protokolli li magħhom jaderixxu l-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-adeżjoni (msemmija fl-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-Adezjoni)
1. |
Il-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1980 (ĠU L 266, 9.10.1980, p. 1)
|
2. |
Il-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10)
|
3. |
Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49)
|
4. |
Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, bażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2)
|
5. |
Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika għal finijiet doganali (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34)
|
6. |
Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3(2)(ċ) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2) |
7. |
Il-Konvenzjoni tat-18 ta' Diċembru 1997, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar assistenza u koperazzjoni reċiproka bejn amministrazzjonijiet doganali (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2) |
8. |
Il-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998, imfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar skwalifiki tas-sewqan (ĠU C 216, 10.7.1998, p. 2) |
9. |
Il-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3)
|
ANNESS II
Lista ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu u jkunu applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni)
1. |
Il-Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom ta' l-14 ta' Ġunju 1985 (1). |
2. |
Id-disposizzjonijiet, li ġejjin, tal-Konvenzjoni iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Att Finali u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti relatati miegħu (2), kif emendati minn xi uħud mill-atti elenkati fil-paragrafu 8 hawn taħt: L-Artikolu 1 safejn jirrigwarda dawn id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu; l-Artikoli 3 sa 7, eskluż l-Artikolu 5(1)(d); l-Artikolu 13; l-Artikoli 26 u 27; l-Artikolu 39; l-Artikoli 44 sa 59; l-Artikoli 61 sa 63; l-Artikoli 65 sa 69; l-Artikoli 71 sa 73; l-Artikoli 75 u 76; l-Artikolu 82; l-Artikolu 91; l-Artikoli 126 sa 130 safejn jirrigwardaw id-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu; u l-Artikolu 136; id-Dikjarazzjonijiet Konġunti 1 u 3 ta' l-Att Finali. |
3. |
Id-disposizzjonijiet, li ġejjin, tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni mal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Atti Finali tagħhom u d-Dikjarazzjonijiet relatati, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 hawn taħt:
|
4. |
Il-ftehim li ġejjin konklużi mill-Kunsill skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Schengen:
|
5. |
Id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 hawn taħt:
|
6. |
Id-Dikjarazzjonijiet, li ġejjin, tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq:
|
7. |
Id-Deċiżjonijiet, li ġejjin, tal-Grupp Ċentrali stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 2 hawn fuq:
|
8. |
L-atti li ġejjin li jibnu fuq l-acquis ta' Schengen jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu:
|
(1) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 13.
(2) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Il-Konvenzjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29).
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 35.
(7) Sakemm dan il-Ftehim ikun għadu ma ġiex konkluż, safejn japplika b'mod provviżorju.
ANNESS III
Lista msemmija fl-Artikolu 19 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: adattamenti lil atti adottati mill-istituzzjonijiet
1. LIĠI TAL-KUMPANNIJI
DRITTIJIET TA' PROPRJETÀ INDUSTRIJALI
31994 R 0040: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1), kif emendat bi:
— |
31994 R 3288: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3288/94 tat-22.12.1994 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 83), |
— |
32003 R 0807: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 807/2003 tal-14.4.2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36), |
— |
12003 T: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati - Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33), |
— |
32003 R 1653: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1653/2003 tat-18.6.2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 36), |
— |
32003 R 1992: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1992/2003 tas-27.10.2003 (ĠU L 296, 14.11.2003, p. 1), |
— |
32004 R 0422: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 422/2004 tad-19.2.2004 (ĠU L 70, 9.3.2004, p. 1). |
L-Artikolu 159a(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:
“1. |
Mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘Stat(i) Membru/i ġdid/ġodda’), trade mark Komunitarja reġistrata jew li għaliha saret applikazzjoni skond dan ir-Regolament qabel id-data ta' l-adeżjoni rispettiva għandha tiġi estiża għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollha effett ugwali fil-Komunità kollha.”. |
II. ĊERTIFIKATI TA' PROTEZZJONI SUPPLEMENTARI
1. |
31992 R 1768: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1768/92 tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, 2.7.1992, p. 1), kif emendat bi:
|
(a) |
Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 19a:
|
(b) |
L-Artikolu 20(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
2. |
31996 R 1610: Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30), kif emendat bi:
|
(a) |
Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 19a:
|
(b) |
L-Artikolu 20(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
III. DISINNI KOMUNITARJI
32002 R 0006: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinni Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1), kif emendat bi:
— |
12003 T: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati - Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33). |
L-Artikolu 110a(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:
“1. |
Mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘Stat(i) Membru/i ġdid/ġodda’), disinn Komunitarju protett jew li għalih issir applikazzjoni skond dan ir-Regolament qabel id-data ta' l-adeżjoni rispettiva għandu jiġi estiż għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollu effett ugwali fil-Komunità kollha.”. |
2. AGRIKOLTURA
1. |
31989 R 1576: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb spirituż (ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1), kif emendat bi:
|
(a) |
Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 1(4), punt (i):
|
(b) |
Fl-Anness II, jiżdiedu l-indikazzjonijiet ġeografiċi li ġejjin:
|
2. |
31991 R 1601: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91 ta' l-10 ta' Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta' l-inbid (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1), kif emendat bi:
Fl-Artikolu 2(3), jiġi inserit is-subparagrafu li ġej wara s-subparagrafu (h):
u s-subparagrafu (i) jingħata l-ittra (j). |
3. |
31992 R 2075: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70), kif emendat bi:
|
(a) |
Fl-Anness, punt V. “Sun-cured”, jiżdied dan li ġej:
|
(b) |
Fl-Anness, punt VI. “Basmas”, jiżdied dan li ġej:
|
(ċ) |
Fl-Anness, punt VIII. “Kaba Koulak (klassiku)”, jiżdied dan li ġej:
|
4. |
31996 R 2201: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29), kif emendat bi:
L-Anness III jiġi mibdul b'dan li ġej: “ANNESS III Il-limiti ta' proċessar imsemmija fl-Artikolu 5 Piż nett tal-prodott frisk
|
5. |
31998 R 2848: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2848/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2075/92 dwar l-iskema ta' premium, kwoti ta' produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lill-gruppi ta' produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 17), kif emendat bi:
L-Anness I jiġi mibdul b'dan li ġej: “ANNESS I Perċentwali tal-limitu ta' garanzija ta' kull stat membru jew reġjun speċifiku għall-għarfien ta' gruppi ta' produtturi
|
6. |
31999 R 1493: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1), kif emendat bi:
|
(a) |
Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 6:
|
(b) |
Fl-Anness III (Żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid), dan li ġej jiżdied mal-punt 2:
|
(ċ) |
Fl-Anness III (Żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid), l-aħħar sentenza fil-punt 3 tiġi mibdula b'dan li ġej:
|
(d) |
Fl-Anness III (Żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid), dan li ġej jiżdied mal-punt 5:
|
(e) |
Fl-Anness III (Żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid), dan li ġej jiżdied mal-punt 6: “Fil-Bulgarija, iż-żona tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid Ċ III a) hija magħmula miż-żoni bid-dwieli mhux inklużi fil-punt 5(e)” |
(f) |
Fl-Anness V, il-Parti D.3, jiżdied dan li ġej: “u fir-Rumanija”. |
7. |
32000 R 1673: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1673/2000 tas-27 ta' Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16), kif emendat bi:
|
(a) |
Fl-Artikolu 3, is-subparagrafu (1) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(b) |
Fl-Artikolu 3(2), il-paragrafu introduttorju u s-subparagrafu (a) huma mibdula b'dan li ġej:
Madankollu, il-kwantità nazzjonali garantita ffissata għall-Ungerija tikkonċerna l-ħjut tal-qanneb biss.” |
8. |
32003 R 1782: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru. 1673/2000, (KE) Nru. 2358/71 u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1), kif emendat bi:
|
(a) |
L-Artikolu 2(g) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(b) |
Fl-Artikolu 5(2), dan li ġej jiżdied fl-aħħar ta' l-ewwel subparagrafu: “Madankollu, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżguraw li art li kienet bħala mergħa permanenti fl-1 ta' Jannar 2007 tinżamm bħala mergħa permanenti.” |
(ċ) |
Fl-Artikolu 54(2), dan li ġej jiżdied fl-aħħar ta' l-ewwel subparagrafu: “Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, id-data prevista għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona għandha tkun it-30 ta' Ġunju 2005.” |
(d) |
Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 71g:
|
(e) |
Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 71h: “Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija r-referenza għat-30 ta' Ġunju 2003 għandha tkun għat-30 ta' Ġunju 2005.” |
(f) |
L-Artikolu 74(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(g) |
L-Artikolu 78(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(h) |
L-Artikolu 80(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(i) |
L-Artikolu 81 jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 81 Żoni Base area nazzjonali għal kull Stat Membru produttur hija b'dan stabbilita. Madankollu, żewġ base areas huma stabbiliti għal Franza. Il-base areas għandhom ikunu kif ġej:
Stat Membru jista' jissuddividi l-base area jew base areas tiegħu f'sub-base areas skond kriterji oġġettivi.” |
(j) |
L-Artikolu 84 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 84 Żoni 1. Stat Membru għandu jagħti l-għajnuna tal-Komunità fil-limitu ta' ammont massimu kalkulat bil-multiplikazzjoni tan-numru ta' ettari ta' l-NGA tiegħu kif iffissat fil-paragrafu 3 bl-ammont medju ta' EUR 120,75. 2. Żona massima garantita ta' 829 229 ettaru hija b'dan stabbilita. 3. Iż-żona massima garantita msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi maqsuma fl-NGA li ġejjin:
4. Stat Membru jista' jissuddividi l-NGA tiegħu f'sub-areas skond kriterji oġġettivi, b'mod partikolari fil-livell reġjonali jew fir-rigward tal-produzzjoni.” |
(k) |
Fl-Artikolu 95(4), jiżdiedu is-subparagrafi li ġejjin: “Għall-Bulgarija u r-Rumanija l-kwantitajiet totali msemmija fl-ewwel subparagrafu huma stabbiliti fit-tabella (f) ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1788/2003 u riveduti skond is-sitt subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1788/2003. Għall-Bulgarija u r-Rumanija l-perjodu ta' 12-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun dak ta' l-2006/2007.” |
(l) |
Fl-Artikolu 103, dan li ġej jiżdied mat-tieni paragrafu: “Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija l-kondizzjoni għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu sejra tkun li l-iskema ta' pagament uniku għaż-żona tiġi applikata fl-2007 u li tkun ġiet magħżula l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 66.” |
(m) |
L-Artikolu 105(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(n) |
Fl-Artikolu 108, dan li ġej jiżdied mat-tieni paragrafu: “Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, ma jistgħux isiru applikazzjonijiet għal pagamenti fir-rigward ta' art li, fit-30 ta' Ġunju 2005, kienet tintuża bħala mergħa permanenti, għall-uċuħ tar-raba' b'mod permanenti jew għall-imsaġar jew kienet użata għal għanijiet mhux agrikoli.” |
(o) |
L-Artikolu 110ċ(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(p) |
L-Artikolu 110ċ(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(q) |
L-Artikolu 116(4) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(r) |
L-Artikolu 123(8) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(s) |
L-Artikolu 126(5) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(t) |
Fl-Artikolu 130(3), it-tieni subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Għall-Istati Membri l-ġodda l-limiti massimi nazzjonali għandhom ikunu dawk li jinsabu fit-tabella li ġejja.
|
(u) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 143a: “Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija pagamenti diretti għandhom jiġu introdotti skond l-iskeda ta' żidiet li ġejja espressi bħala perċentwali tal-livell applikabbli ta' tali pagamenti fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004:
|
(v) |
Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 143b(4): “Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, iż-żona agrikola taħt l-iskema ta' pagament uniku għaż-żona għandha tkun il-parti taż-żona agrikola użata li tkun miżmuma f'kundizzjoni agrikola tajba, kemm jekk tkun kif ukoll jekk ma tkunx tipproduċi, fejn xieraq aġġustata skond il-kriterji oġġettivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Bulgarija jew ir-Rumanija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni.” |
(w) |
L-Artikolu 143b(9) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(x) |
Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 143b(11): “Għall-Bulgarija u r-Rumanija, sa l-aħħar tal-perjodu ta' 5 snin ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku għaż-żona (jiġifieri l-2011), għandha tapplika r-rata ta' perċentwali stipulata fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 143a. Jekk l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku għaż-żona tkun estiża lil hinn minn dik id-data fuq deċiżjoni li tittieħed taħt il-punt(b), ir-rata ta' perċentwali stipulata fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 143a għall-2011 għandha tapplika sat-tmiem ta' l-aħħar sena li fiha tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku għaż-żona.” |
(y) |
Fl-Artikolu 143ċ, il-paragrafu (2) jiġi mibdul b'dan li ġej:
Għall-iskop li jiġi kkalkolat l-ammont totali msemmi fl-ewwel inċiż hawn fuq, għandhom jiġu inklużi l-pagamenti diretti nazzjonali u/jew il-komponenti tiegħu korrispondenti għall-pagamenti diretti Komunitarji u/jew il-komponenti tiegħu li ġew ikkonsidrati għall-kalkolu tal-limitu massimu effettiv ta' l-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat skond l-Artikoli 64(2), 70(2) u 71ċ. Għal kull pagament dirett ikkonċernat Stat Membru ġdid jista' jagħżel li japplika jew l-għażla (a) jew l-għażla (b) ta' hawn fuq. Is-sostenn dirett totali li l-bidwi jista' jingħata fl-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni taħt il-pagament dirett rilevanti inkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari ma għandux jaqbeż il-livell ta' sostenn dirett li l-bidwi jkun intitolat jirċievi taħt il-pagament dirett korrispondenti applikabbli dakinhar għall-Istati Membri fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004.” |
(z) |
L-Artikolu 154a(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(aa) |
Fl-Anness III, jiżdiedu n-noti, ta'qiegħ il-paġna, li ġejjin mat-titolu tal-punt A: “* Għall-Bulgarija u r-Rumanija r-referenza għall-2005 għandha tinqara bħala referenza għall-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku.” mat-titolu tal-punt B: “* Għall-Bulgarija u r-Rumanija r-referenza għall-2006 għandha tinqara bħala referenza għat-tieni sena ta' applikazzjoni ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku.” u, mat-titolu tal-punt Ċ: “* Għall-Bulgarija u r-Rumanija r-referenza għas-sena 2007 għandha tinqara bħala referenza għat-tielet sena ta' applikazzjoni ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku.”. |
(ab) |
L-Anness VIIIA jiġi mibdul b'dan li ġej: “ANNESS VIIIA Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 71ċ Il-limiti massimi ġew ikkalkolati b'kont meħud ta' l-iskeda ta' żidiet prevista fl-Artikolu 143a, u għalhekk ma jinħtieġx li jiġu mnaqqsa.
|
(aċ) |
Dan li ġej jiżdied ma' l-Anness X:
|
(ad) |
L-Anness XIB jiġi mibdul b'dan li ġej: “ANNESS XIB Base areas nazzjonali ta' wċuħ tar-raba' u reference yields fl-Istati Membri l-ġodda msemmija fl-Artikoli 101 u 103
|
9. |
32003 R 1788: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123), kif emendat bi:
|
(a) |
Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 1(4): “Għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha tiġi stabbilita riżerva speċjali ta' ristrutturazzjoni kif indikat fit-tabella (g) ta' l-Anness I. Din ir-riżerva għandha tiġi rilaxxata mill-1 ta' April 2009 sakemm l-konsum tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib fl-irziezet stess f'kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jkun naqas mill-2002. Id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tar-riserva u d-distribuzzjoni tagħha għall-kwota tat-twassil u tal-bejgħ dirett għandha tittieħed mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2) abbażi ta' stima ta' rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Bulgarija u r-Rumanija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2008. Dan ir-rapport għandu jkun fih dettalji dwar ir-riżultati u x-xejriet tal-proċess attwali ta' ristrutturazzjoni fis-settur tal-produzzjoni mill-ħalib tal-pajjiż u b'mod partikolari l-bidla mill-produzzjoni mmirata lejn il-konsum fir-razzett stess għall-produzzjoni għas-suq.” |
(b) |
L-Artikolu 1(5) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(ċ) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 1:
|
(d) |
Fl-Artikolu 6(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi jiġu mibdula b'dan li ġej: “Għall-Bulgarija, għar-Repubblika Ċeka, għall-Estonja, għal Ċipru, għal-Latvja, għal-Litwanja, għall-Ungerija, għal Malta, għar-Rumanija, għall-Polonja, għas-Slovenja u għas-Slovakkja l-bażi tal-kwantitajiet ta' referenza individwali msemmija hija stabbilita fit-tabella (f) ta' l-Anness I. Fil-każ tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja il-perjodu ta' tnax-il xhar għall-istabbiliment tal-kwantitajiet ta' referenza individwali għandu jibda fi: l-1 ta' April 2001 għall-Ungerija, l-1 ta' April 2002 għal Malta u l-Litwanja, l-1 ta' April 2003 għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja u s-Slovakkja, l-1 ta' April 2004 għall-Polonja u s-Slovenja u l-1 ta' April 2006 għall-Bulgarija u r-Rumanija.” |
(e) |
Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 6(1): “Għall-Bulgarija u r-Rumanija d-distribuzzjoni tal-kwantità totali bejn twassil u bejgħ dirett kif stabbiliti fit-tabella (f) ta' l-Anness I għandha tiġi riveduta abbażi tal-figuri attwali ta' l-2006 dwar it-twassil u l-bejgħ dirett u, jekk ikun neċessarju, għandha tiġi aġġustata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).” |
(f) |
Fl-Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Għall-Bulgarija, għar-Repubblika Ċeka, għall-Estonja, għal Ċipru, għal-Latvja, għal-Litwanja, għall-Ungerija, għall-Polonja, għar-Rumanija, għas-Slovenja u għas-Slovakkja, il-kontenut ta' referenza ta' xaħam msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-istess bħall-kontenut ta' referenza ta' xaħam tal-kwantitajiet allokati lill- produtturi fid-dati li ġejjin: il-31 ta' Marzu 2002 għall-Ungerija, il-31 ta' Marzu 2003 għall-Litwanja, il-31 ta' Marzu 2004 għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja u s-Slovakkja, il-31 ta' Marzu 2005 għall-Polonja u s-Slovenja u l-31 ta' Marzu 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija.” |
(g) |
Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 9(5): “Għar-Rumanija l-kontenut ta' referenza ta' xaħam stabbilit fl-Anness II għandu jiġi rivedut abbażi tal-figuri għas-sena sħiħa 2004 u, jekk ikun neċessarju, għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).” |
(h) |
Fl-Anness I, it-tabelli (d), (e), (f) u (g) jiġu mibdula b'dan li ġej:
|
(i) |
Fl-Anness II, it-tabella tiġi mibdula b'dan li ġej: “KONTENUT TA' REFERENZA TA' XAĦAM
|
3. POLITIKA TAT-TRASPORT
31996 L 0026: Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta' operatur tat-trasport ta' merkanzija bit-triq u operatur ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà ta' l-istabbiliment f' operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1), kif emendata bi:
— |
31998 L 0076: Direttiva tal-Kunsill 98/76/KE ta' l-1.10.1998 (ĠU L 277, 14.10.1998, p.17), |
— |
12003 T: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati - Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33), |
— |
32004 L 0066: Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26.4.2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p.35). |
(a) |
Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu ma' l-Artikolu 10:
|
(b) |
Fl-Artikolu 10b, it-tieni paragrafu qed jiġi mibdul b'li ġej: “Iċ-ċertifikati ta' kompetenza professjonali msemmija fil-paragrafi 4 sa 12 ta' l-Artikolu 10 jistgħu jerġgħu jinħarġu mill-Istati Membri konċernati fil-forma taċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness Ia.”. |
4. TASSAZZJONI
1. |
31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif emendata bi:
Fl-Artikolu 24a, dan li ġej jiġi inserit qabel l-inċiż
u dan li ġej jiġi inserit wara l-inċiż
|
2. |
31992 L 0083: Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21), kif emendata bi:
|
(a) |
L-Artikolu 22(6) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(b) |
Fl-Artikolu 22(7) jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
(*) Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stipulati fregolament (KE) Nru. 1454/2001
(**) Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stipulati fregolament (KE) Nru. 1452/2001
(***) Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stipulati fregolament (KE) Nru. 1453/2001.
(****) Dan il-limitu massimu għandu jiżdied temporarjament b'100 000 sa 1 519 811 sakemm bhejjem ħajjin ta' anqas minn sitt xhur jistgħu jiġu esportati.”
(*****) Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stipulati fir-Regolament (KE) Nru. 1454/2001.
(******) Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stipulati fir-Regolament (KE) Nru. 1452/2001.
(*******) Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stipulati fir-Regolament (KE) Nru. 1453/2001.”
ANNESS IV
Lista msemmija fl-Artikolu 20 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: adattamenti supplementari lil atti adottati mill-istituzzjonijiet
AGRIKOLTURA
A. LEĠISLAZZJONI AGRIKOLA
1. |
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Parti Tlieta, Titolu II, Agrikoltura
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandu jemenda r-Regolament li jiggverna l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'hekk jiġu adattati l-kwoti taz-zokkor u ta' l-isoglukosju, u l-ħtiġijiet massimi ta' forniment għall-importazzjonijiet ta' zokkor mhux raffinat, kif stabbilit fl-iskeda li ġejja li tista' tiġi adattata bl-istess mod bħall-kwoti għall-Istati Membri attwali, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor fis-seħħ f'dak iż-żmien. Kwantitajiet miftiehma
Jekk ikun mitlub mill-Bulgarija fl-2006, il-kwantitajiet bażiċi għaz-zokkor A u B hawn fuq imsemmija għandhom jiġu trasferiti għall-kwantitajiet bażiċi għall-isoglukosju A u B rispettivi tal-Bulgarija. |
2. |
31998 R 2848: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2848/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2075/92 dwar l-iskema ta' premium, kwoti ta' produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lill-gruppi ta' produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 17), kif emendat bi:
Fejn ikun il-każ u bl-użu tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (3), il-Kummissjoni għandha sa l-adeżjoni tadotta l-emendi neċessarji għal-lista Komunitarja taż-żoni ta' produzzjoni rikonoxxuti stabbiliti fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru. 2848/98, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu inseriti f'dik il-lista ż-żoni ta' produzzjoni tat-tabakk indikati Bulgari u Rumeni. |
3. |
32003 R 1782: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru. 1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1), kif emendat bi:
|
B. LEĠISLAZZJONI VETERINARJA U FITOSANITARJA
31999 L 0105: Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal forestali riproduttiv (ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17).
Fejn huwa meħtieġ u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 1999/105/KE, il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I ta' dik id-Direttiva fir-rigward ta' l-ispeċi forestali Pinus peuce Griseb., Fagus orientalis Lipsky, Quercus frainetto Ten. u Tilia tomentosa Moench.
(1) F'tunnellati metriċi ta' zokkor abjad.
(2) F'tunnellati metriċi ta' materjal niexef.
ANNESS V
Lista msemmija fl-Artikolu 21 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: disposizzjonijiet permanenti oħra
1. LIĠI DWAR IL-KUMPANNIJI
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea: Parti Tlieta, Titolu I Moviment Liberu tal-Merkanzija
MEKKANIŻMU SPEĊIFIKU
Fir-rigward tal-Bulgarija jew tar-Rumanija, id-detentur, jew il-benefiċjarju, ta' privattiva jew ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodott farmaċewtiku reġistrat fi Stat Membru fi żmien meta tali protezzjoni ma setgħetx tinkiseb f'wieħed mill-Istati Membri ġodda msemmija hawn fuq għal dak il-prodott, jista' jinvoka d-drittijiet mogħtija minn dik il-privattiva jew minn dak iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari sabiex jimpedixxi l-importazzjoni u l-kommerċjalizzazzjoni ta' dak il-prodott fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri fejn il-prodott in kwistjoni jgawdi protezzjoni permezz ta' privattiva jew xi protezzjoni supplimentari, anki jekk il-prodott tqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru ġdid għall-ewwel darba minnu jew bil-kunsens tiegħu.
Kwalunkwe persuna li għandha l-ħsieb timporta jew tqiegħed fis-suq prodott farmaċewtiku kopert mill-paragrafu ta' hawn fuq fi Stat Membru fejn il-prodott igawdi protezzjoni permezz ta' privattiva jew ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għandha turi lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni rigward dik l-importazzjoni li ġiet mogħtija notifika ta' xahar bil-quddiem lid-detentur jew lill-benefiċjarju ta' tali protezzjoni.
2. POLITIKA DWAR IL-KOMPETIZZJONI
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea: Parti Tlieta, Titolu VI, Kapitolu 1 Regoli dwar il-Kompetizzjoni
1. |
L-iskemi ta' għajnuna li ġejjin u l-għajnuna individwali li bdew isseħħu fi Stat Membru ġdid qabel id-data ta' l-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data għandhom jiġu meqjusa, ma' l-adeżjoni, bħala għajnuna eżistenti fis-sens ta' l-Artikolu 88(1) tat-Trattat KE:
Kull miżura li tibqa' tapplika wara d-data ta' l-adeżjoni li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq għandha, ma' l-adeżjoni, tiġi meqjusa bħala għajnuna ġdida għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE. Id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq ma japplikawx għall-għajununa lis-settur tat-trasport, u lanqas għall-attivitajiet konnessi mal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I mat-Trattat KE bl-eċċezzjoni ta' prodotti tas-sajd u ta' prodotti li ġejjin minnhom. Id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq ukoll ma għandhomx jippreġudikaw il-miżuri transitorji li jirrigwardaw il-Politika dwar il-Kompetizzjoni stabbiliti fl'Att u l-miżuri stabbiliti fl-Anness VII, Kapitolu 4, Sezzjoni B, ma' l-Att. |
2. |
Safejn Stat Membru ġdid ikun jixtieq li l-Kummissjoni teżamina xi miżura ta' għajnuna taħt il-proċedura deskritta fil-paragrafu 1(ċ), dan għandu regolarment jipprovdi lill-Kummissjoni bi:
skond il-format għar-rapportaġġ konkret provdut mill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-miżura eżistenti ta' għajnuna abbażi ta' dubbji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq komuni, fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni ta' l-informazzjoni kompleta dwar dik il-miżura jew mir-riċezzjoni tad-dikjarazzjoni mill-Istat Membru l-ġdid li fiha jinforma lill-Kummissjoni li huwa jikkunsidra l-informazzjoni pprovduta bħala kompleta billi l-informazzjoni supplimentari mitluba mhijiex disponibbli jew tkun diġà ngħatat, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tkun ressqet ebda oġġezzjoni. Kull miżura ta' għajnuna preżentata lill-Kummissjoni taħt il-proċedura deskritta fil-paragrafu 1(ċ) qabel id-data ta' l-adeżjoni hija soġġetta għall-proċedura ta' hawn fuq irrispettivament mill-fatt li fil-perjodu ta' l-eżami l-Istat Membru l-ġdid konċernat ikun diġà sar membru ta' l-Unjoni. |
3. |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni li toġġezzjona għal xi miżura, fis-sens tal-paragrafu 1(ċ), għandha titqies bħala deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1). Jekk tali deċiżjoni tittieħed qabel id-data ta' l-adeżjoni, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss fid-data ta' l-adeżjoni. |
4. |
Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri dwar għajnuna eżistenti previsti fl-Artikolu 88 tat-Trattat KE, l-iskemi ta' għajnuna u l-għajnuna individwali mogħtija fis-settur tat-trasport, li bdew isseħħu fi Stat Membru ġdid qabel id-data ta' l-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data għandhom jiġu meqjusa bħala għajnuna eżistenti fis-sens ta' l-Artikolu 88(1) tat-Trattat KE soġġett għall-kondizzjoni li gejja:
Dawn il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu bħala għajnuna “eżistenti” fis-sens ta' l-Artikolu 88(1) tat-Trattat KE sa l-aħħar tat-tielet sena mid-data ta' l-adeżjoni. L-Istati Membri l-ġodda għandhom, fejn ikun meħtieġ, jemendaw dawn il-miżuri ta' għajnuna sabiex ikunu konformi mal-linji gwida applikati mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-tmiem tat-tielet sena mid-data ta' l-adeżjoni. Wara dik id-data, kull għajnuna li tinsab li tkun inkompatibbli ma' dawk il-linji gwida għandha tkun meqjusa bħala għajnuna ġdida. |
5. |
Fir-rigward tar-Rumanija, il-paragrafu 1(ċ) għandu japplikaw biss għal miżuri ta' għajnuna valutati mill-awtorità Rumena li tissorvelja l-għajnuna mill-Istat wara tali data, li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni iddeċidiet, abbażi ta' monitoraġġ kontinwu ta' l-impenji assunti mir-Rumanija fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni, li l-prestazzjoni Rumena fl-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni laħqet livell sodisfaċenti. Tali livell sodisfaċenti għandu jiġi kunsidrat bħala milħuq biss ladarba r-Rumanija turi l-applikazzjoni konsistenti ta' kontroll sħiħ u adegwat fuq l-għajnuna mill-Istat relattivament għall-miżuri kollha ta' għajnuna mogħtija fir-Rumanija, inklużi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċizjonijiet motivati kompletament u korrettament mill-awtorità Rumena li tissorvelja l-għajnuna mill-Istat li jkun fihom valutazzjoni preċiża tan-natura ta' l-għajnuna Statali ta' kull miżura u applikazzjoni korretta tal-kriterji ta' kompatibbiltà. Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona, abbażi ta' dubbji serji dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni, għal kwalunkwe miżura ta' għajnuna mogħtija fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni bejn l-1 ta' Settembru 2004 u d-data ffissata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' hawn fuq li sabet li l-prestazzjoni ta' l-infurzar laħqet livell sodisfaċenti. Tali deċiżjoni tal-Kummissjoni li toġġezzjona għal xi miżura għandha titqies bħala deċiżjoni biex tinbeda proċedura ta' investigazzjoni formali fis-sens tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999. Jekk tali deċiżjoni tittieħed qabel id-data ta' l-adeżjoni, id-deciżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss fid-data ta' l-adeżjoni. Fejn il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni negattiva wara l-bidu tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li r-Rumanija għandha tieħu kull miżura neċessarja biex tirkupra effettivament l-għajnuna mill-benefiċjarju. L-għajnuna li għandha tiġi irkuprata għandha tinkludi imgħax b'rata adatta determinata skond ir-Regolament (KE) Nru. 794/2004 (2), u li għandu jitħallas mill-istess data. |
3. AGRIKOLTURA
(a) |
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Parti Tlieta, Titolu II, Agrikoltura
|
(b) |
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Parti Tlieta, Titolu VI, Kapitolu 1, Regoli dwar il-Kompetizzjoni Bla preġudizzju għall-proċeduri dwar l-għajnuna eżistenti previsti fl-Artikolu 88 tat-Trattat KE, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali mogħtija għal attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq ta' prodotti elenkati fl-Anness I mat-Trattat KE, bl-eċċezzjoni ta' prodotti tas-sajd u prodotti derivati minnhom, li jkunu bdew jitwettqu fi Stat Membru ġdid qabel id-data ta' l-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data, għandhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 88(1) tat-Trattat KE soġġett għall-kondizzjoni li ġejja:
Dawn il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu bħala għajnuna “eżistenti” skond it-tifsira ta' l-Artikolu 88(1) tat-Trattat KE sa l-aħħar tat-tielet sena mid-data ta' l-adeżjoni. L-Istati Membri ġodda għandhom, fejn ikun meħtieġ, jemendaw dawn il-miżuri ta' għajnuna sabiex jikkonformaw mal-linji gwida applikati mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet sena mid-data ta' l-adeżjoni. Wara dik id-data, kwalunkwe għajnuna li tinstab li tkun inkompatibbli ma' dawk il-linji gwida għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida. |
4. UNJONI DOGANALI
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Taqsima Tlieta, Titolu I Moviment Liberu tal-Merkanzija, Kapitolu 1, L-Unjoni Doganali
|
31992 R 2913: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1) kif l-aħħar emendat bi:
|
|
31993 R 2454: Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:
|
Ir-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 u r-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda soġġett għad-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
PROVA TA' STATUS KOMUNITARJU (KUMMERĊ FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ MKABBRA)
1. |
Minkejja l-Artikolu 20 tar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92, il-merkanziji li fid-data ta' l-adeżjoni jinsabu maħżuna temporanjament jew taħt xi wieħed jew waħda mit-trattamenti jew proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) ta' dak ir-Regolament fil-Komunità mkabbra, jew li jkunu qegħdin jiġu trasportati wara li kienu soġġetti għall-formalitajiet ta' l-esportazzjoni fil-Komunità mkabbra, għandhom ikunu ħielsa mid-dazji doganali u miżuri doganali oħra meta jiġu ddikjarati għall-ħelsien fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità mkabbra bil-kondizzjoni li tiġi preżentata wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
|
2. |
Ghall-finijiet tal-ħruġ tal-provi msemmija fil-paragrafu 1(b) hawn fuq, b'referenza għas-sitwazzjoni fid-data ta' l-adeżjoni u b'żjieda mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92, ‘merkanzija Komunitarja’ għandha tfisser merkanzija:
|
3. |
Għall-finijiet tal-verifikazzjoni tal-provi msemmija fil-paragrafu 1(a) hawn fuq, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva taħt il-Ftehim Ewropej rispettivi jew il-ftehim preferenzjali ekwivalenti konklużi bejn l-Istati Membri l-ġodda bejniethom. Talbiet għal verifikazzjoni sussegwenti ta' dawk il-provi għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta' l-Istati Membri attwali u ta' l-Istati Membri l-ġodda għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' l-oriġini konċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova ta' l-oriġini b'sostenn ta' dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera. |
PROVA TA' L-ORIĠINI PREFERENZJALI (KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI, INKLUŻA T-TURKIJA, FIL-QAFAS TAL-FTEHIM PREFERENZJALI DWAR L-AGRIKOLTURA, IL-FAĦAM U PRODOTTI TA' L-AZZAR)
4. |
Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, għandha tiġi aċċettata fl-Istati Membri l-ġodda rispettivi prova ta' l-oriġini regolarment maħruġa minn pajjizi terzi jew kompilata fil-qafas ta' ftehim preferenzjali konklużi mill-Istati Membri l-ġodda ma' dawk il-pajjiżi jew maħruġa jew kompilata fil-qafas ta' leġislazzjoni nazzjonali unilaterali ta' l-Istati Membri l-ġodda, sakemm:
Fejn merkanzija ġiet dikjarata għall-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid qabel id-data ta' l-adeżjoni, tista' tiġi aċċettata wkoll fl-Istat Membru l-ġdid konċernat prova ta' l-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament taħt ftehim preferenzjali jew arranġamenti fis-seħħ f'dak l-Istat Membru l-ġdid fid-data tal-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera, sakemm tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' l-adeżjoni. |
5. |
Il-Bulgarija u r-Rumanija huma awtorizzati jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ġie mogħti l-istatus ta' ‘esportaturi approvati’ fil-qafas ta' ftehim konklużi ma' pajjiżi terzi, sakemm:
Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mill-Istati Membri l-ġodda, mhux iżjed tard minn sena wara d-data ta' l-adeżjoni, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa taħt il-kondizzjonijiet tal-liġi Komunitarja. |
6. |
Għall-finijiet tal-verifikazzjoni tal-provi msemmija fil-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva tal-ftehim jew l-arranġamenti rilevanti. Talbiet għal verifikazzjoni sussegwenti ta' dawk il-provi għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta' l-Istati Membri attwali u ta' l-Istati Membri l-ġodda għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' l-oriġini konċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova ta' l-oriġini b'sostenn ta' dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera. |
7. |
Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, għandha tiġi aċċettata fl-Istati Membri l-ġodda prova ta' l-oriġini maħruġa retrospettivament minn pajjiżi terzi fil-qafas ta' ftehim preferenzjali konklużi mill-Komunità ma' dawk il-pajjiżi għall-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li fid-data ta' l-adeżjoni hija fi triqitha jew f'ħażna temporanja, f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa f'wieħed minn dawn il-pajjiżi terzi jew f'dak l-Istat Membru l-ġdid, sakemm l-Istat Membru l-ġdid li fih iseħħ il-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera ma kellu ebda ftehim ta' kummerċ ħieles fis-seħħ mal-pajjiż terz, fir-rigward tal-prodotti konċernati, fil-mument meta d-dokumenti tat-trasport inħarġu, u sakemm:
|
8. |
Għall-finijiet tal-verifikazzjoni tal-provi msemmija fil-paragrafu 7, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva tal-ftehim jew l-arranġamenti rilevanti. |
PROVA TA' STATUS TAĦT ID-DISPOSIZZJONIJIET DWAR IĊ-ĊIRKOLAZZJONI LIBERA GĦAL PRODOTTI INDUSTRIJALI FL-UNJONI DOGANALI KE-TURKIJA
9. |
Għandhom jiġu aċċettati provi ta' oriġini regolarment maħruġa mit-Turkija jew minn Stat Membru ġdid fil-qafas ta' ftehim ta' kummerċ preferenzjali applikati bejniethom u li jippermettu kumulazzjoni ta' oriġini mal-Komunità ibbażata fuq regoli identiċi ta' oriġini u projbizzjoni ta' kwalunkwe restituzzjoni jew sospensjoni mid-dazji doganali fuq il-merkanzija konċernata, fil-pajjiżi rispettivi bħala prova ta' status taħt id-disposizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti industrijali, stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru. 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (8), sakemm:
Fejn merkanzija ġiet dikjarata għall-ħelsien għal ċirkolazzjoni libera fit-Turkija jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta' l-adeżjoni, fil-qafas ta' ftehim ta' kummerċ preferenzjali msemmijin hawn fuq, tista' tiġi aċċettata wkoll prova ta' l-oriġini maħruġa retrospettivament taħt dawk il-ftehim sakemm tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' l-adeżjoni. |
10. |
Għall-finijiet tal-verifikazzjoni tal-provi msemmija fil-paragrafu 9, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva tal-ftehim preferenzjali rilevanti. Għandhom jiġu aċċettati talbiet għal verifikazzjoni sussegwenti ta' dawk il-provi mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta' l-Istati Membri attwali u ta' l-Istati Membri l-ġodda għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' l-oriġini konċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova ta' l-oriġini b'sostenn ta' dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera. |
11. |
Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, għandu jiġi aċċettat fl-Istati Membri l-ġodda ċertifikat ta' moviment A.TR maħruġ taħt id-disposizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti industrijali, stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru. 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta' Diċembru 1995, għall-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li fid-data ta' l-adeżjoni hija fi triqitha wara li kienet soġġetta għall-formalitajiet ta' esportazzjoni fil-Komunità jew it-Turkija, jew hija f'ħażna temporanja jew taħt xi proċedura doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(b) sa (h) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 fit-Turkija jew f'dak l-Istat Membru l-ġdid, sakemm:
|
12. |
Għall-finijiet tal-verifikazzjoni taċ-ċertifikati ta' moviment A.TR imsemmija fil-paragrafu 11 hawn fuq, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħruġ ta' ċertifikati ta' moviment A.TR u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva taħt id-Deċiżjoni Nru. 1/2001 tal-Kumitat ta' Koperazzjoni Doganali KE-Turkija (9). |
PROĊEDURI DOGANALI
13. |
Il-ħażna temporanja u l-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(16) (b) sa (h) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 li ġew mibdija qabel l-adeżjoni għandhom jintemmu jew jitwettqu taħt il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni Komunitarja. Fejn it-tmiem jew it-twettiq jagħti lok għal dejn doganali, l-ammont ta' dazju ta' l-importazzjoni li għandu jitħallas għandu jkun dak fis-seħħ meta sar id-dejn doganali skond it-Tariffa Doganali Komuni u l-ammont imħallas għandu jkun ikkunsidrat bħala parti mir-riżorsi proprji tal-Komunità. |
14. |
Il-proċeduri li jirregolaw it-tqegħid f'imħażen doganali stipulati fl-Artikoli 84 sa 90 u 98 sa 113 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 535 tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda skond id-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
15. |
Il-proċeduri li jirregolaw il-perfezzjonament attiv stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 114 sa 129 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 536 sa 550 tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda soġġett għad-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
16. |
Il-proċeduri li jirregolaw l-importazzjoni temporanja stipulati fl-Artikoli 84 sa 90 u 137 sa 144 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 553 sa 584 tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda skond id-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
17. |
Il-proċeduri li jirregolaw il-perfezzjonament passiv stipulati fl-Artikoli 84 sa 90 u 145 sa 160 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 585 sa 592 tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda soġġett għad-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
DISPOSIZZJONIJIET OĦRA
18. |
L-awtorizzazzjonijiet li jkunu ngħataw qabel id-data ta' l-adeżjoni għall-użu tal-proċeduri doganali li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 4(16)(d), (e) u (g) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 għandhom ikunu validi sa l-aħħar tal-validità tagħhom jew sa sena wara d-data ta' l-adeżjoni, skond liema tiġi l-ewwel. |
19. |
Il-proċeduri li jirregolaw il-ħolqien ta' dejn doganali, l-entrati fil-kotba tal-kontijiet u l-irkupru wara l-ħelsien ta' merkanzija stabbiliti fl-Artikoli 201 sa 232 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 u l-Artikoli 859 sa 876a tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda skond id-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
20. |
Il-proċeduri li jiggvernaw il-ħlas lura u l-maħfra ta' dazju stipulati fl-Artikoli 235 sa 242 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 u l-Artikoli 877 sa 912 tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda skond id-disposizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
(1) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni. (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 794/2004 tal-21.4.2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(3) ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1259/96 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 10).
(4) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.
(5) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16).
(6) ĠU L 358, 31.12.1994, p. 3. Protokoll kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni Nru. 1/2003 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE/Bulgarija ta' l-4.6.2003 (ĠU L 191, 30.7.2003, p. 1).
(7) ĠU L 357, 31.12.1994, p. 2. Protokoll kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni Nru. 2/2003 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE/Rumanija tal-25.9.2003 (li għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(8) Deċiżjoni Nru. 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22.12.1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta' l-Unjoni Doganali (ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1). Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni Nru. 2/99 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (ĠU L 72, 18.3.1999, p. 36).
(9) Deċiżjoni Nru. 1/2001 tal-Kumitat ta' Koperazzjoni Doganali KE-Turkija tat-28.3.2001 li temenda d-Deċizjoni Nru. 1/96 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (ĠU L 98, 7.4.2001, p. 31). Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni Nru. 1/2003 tal-Kumitat ta' Koperazzjoni Doganali KE-Turkija (ĠU L 28, 4.2.2003, p. 51).
Appendiċi ta' L-Anness V
Lista ta' miżuri eżistenti ta' għajnuna msemmija fil-punt 1(b) tal-mekkaniżmu eżistenti ta' għajnuna previst fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness V
Nota: Il-miżuri ta' għajnuna elenkati f'dan l-Appendiċi għandhom biss jitqiesu bħala għajnuna eżistenti għall-finijiet tal-mekkaniżmu eżistenti ta' għajnuna stabbilit f'Kapitolu 2 ta' l-Anness V sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu tiegħu.
Nru. |
Titolu (oriġinali) |
Data ta' approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali għas-sorveljanza ta' l-għajnuna mill-Istat |
Tul ta' żmien |
||
MS |
Nr |
Yr |
|||
BG |
1 |
2004 |
Предоговаряне на задълженията към държавата, възникнали по реда на Закона за уреждане на необслужваните кредити, договорени до 31.12.1990 г. със “Силома” АД, гр.Силистра, чрез удължаване на срока на изплащане на главницата за срок от 15 години |
29.7.2004 |
2004-2018 |
BG |
2 |
2004 |
Средства за компенсиране от държавния бюджет на доказания от “Български пощи” ЕАД дефицит от изпълнението на универсалната пощенска услуга |
18.11.2004 |
31.12.2010 |
BG |
3 |
2004 |
Целево финансиране на дейността на Българската телеграфна агенция- направление “Информационно обслужване” |
16.12.2003 |
31.12.2010 |
ANNESS VI
Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Miżuri transitorji, Bulgarija
1. MOVIMENT LIBERU TA' PERSUNI
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea
ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2
— |
32004 L 0038: Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.4.2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77); |
31996 L 0071: Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1);
32004 L 0038: Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
1. |
L-Artikolu 39 u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat KE għandhom japplikaw fl-intier biss, relattivament għal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema u l-libertà tal-provvista ta' servizzi li jinvolvu l-moviment temporanju ta' ħaddiema kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE bejn il-Bulgarija minn naħa waħda, u kull wieħed mill-Istati Membri attwali min-naħa l-oħra, soġġett għad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 14. |
2. |
B'deroga mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u sa l-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data ta' l-adeżjoni, l-Istati Membri attwali sejrin japplikaw miżuri nazzjonali, jew dawk li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali, sabiex jirregolaw l-aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom minn ċittadini Bulgari. L-Istati Membri attwali jistgħu jkomplu japplikaw tali miżuri sa l-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin wara d-data ta' l-adeżjoni. Ċittadini Bulgari li jkunu jaħdmu legalment f'xi Stat Membru attwali fid-data ta' l-adeżjoni u ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perjodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom igawdu aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru iżda mhux għas-suq tax-xogħol ta' Stati Membri oħra li japplikaw miżuri nazzjonali. Ċittadini Bulgari ammessi fis-suq tax-xogħol ta' xi Stat Membru attwali wara l-adeżjoni għal perjodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom ukoll igawdu l-istess drittijiet. Il-ċittadini Bulgari msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi hawn fuq għandhom jitilfu d-drittijiet kontenuti f'dawk is-subparagrafi jekk huma jitilqu volontarjament mis-suq tax-xogħol ta' l-Istat Membru attwali in kwistjoni. Ċittadini Bulgari li jkunu jaħdmu legalment f'xi Stat Membru attwali fid-data ta' l-adeżjoni, jew matul xi perjodu li fih ikunu applikati miżuri nazzjonali, u li kienu ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perjodu ta' inqas minn 12-il xahar ma għandhomx igawdu dawn id-drittijiet. |
3. |
Qabel l-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data ta' l-adeżjoni, il-Kunsill għandu jirrivedi l-funzjonament tad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafu 2, abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni. Hekk kif din ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard mill-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data ta' l-adeżjoni, l-Istati Membri attwali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk humiex sejrin ikomplu japplikaw miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali, jew jekk humiex sejrin japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 minn dakinhar 'il quddiem. Fin-nuqqas ta' tali notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68. |
4. |
Fuq talba tal-Bulgarija, tista' ssir reviżjoni oħra. Għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, li għandha tigi kompletata fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni tat-talba mill-Bulgarija. |
5. |
Stat Membru li jibqa' jżomm miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali fl-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin indikat fil-paragrafu 2 jista', f'każ ta' disturbi serji tas-suq tax-xogħol tiegħu jew ta' theddida tagħhom u wara li jinnotifika lill-Kummissjoni, ikompli japplika dawn il-miżuri sa l-aħħar tal-perjodu ta' seba' snin wara d-data ta' l-adeżjoni. Fin-nuqqas ta' tali notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68. |
6. |
Matul il-perjodu ta' seba' snin wara d-data ta' l-adeżjoni, dawk l-Istati Membri li fihom japplikaw, bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 jew 5, l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 fir-rigward ta' ċittadini Bulgari, u li jkunu qegħdin joħorgu permessi tax-xogħol lil ċittadini tal-Bulgarija għall-finijiet ta' monitoraġġ matul dan il-perjodu, sejrin jagħmlu dan awtomatikament. |
7. |
Dawk l-Istati Membri li fihom japplikaw, bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 jew 5, l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 fir-rigward ta' ċittadini Bulgari, jistgħu jirrikorru għall-proċeduri stabbiliti fis-subparagrafi hawn taħt sa l-aħħar tal-perjodu ta' seba' snin wara d-data ta' l-adeżjoni. Meta xi Stat Membru imsemmi fl-ewwel subparagrafu iġarrab jew jipprevedi disturbi fis-suq tax-xogħol tiegħu li jistgħu jheddu serjament il-livell ta' l-għajxien jew il-livell ta' l-impjiegi f'xi reġjun jew f'xi okkupazzjoni partikolari, dak l-Istat Membru għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u għandu jgħaddilhom l-informazzjoni rilevanti kollha. Abbażi ta' din l-informazzjoni, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara li għandha tiġi sospiża kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 sabiex tiġi normalizzata mill-ġdid is-sitwazzjoni f'dak ir-reġjun jew f'dik l-okkupazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-sospensjoni u dwar it-tul ta' żmien u l-ambitu tagħha mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li tirċievi tali talba u għandha tinnotifika lill-Kunsill b'tali deċiżjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista', fi żmien ġimagħtejn mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, jitlob lill-Kunsill sabiex iħassar jew jemenda d-Deċiżjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi, b'maġġoranza kwalifikata, fuq tali talba fi żmien ġimagħtejn. Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu jista', f'każijiet urġenti u eċċezzjonali, jissospendi l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68, u jagħti notifika motivata ex-post lill-Kummissjoni. |
8. |
Sakemm l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 hija sospiża bis-saħħa tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 hawn fuq, għandu japplika l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE fil-Bulgarija fir-rigward ta' ċittadini ta' l-Istati Membri attwali, u fl-Istati Membri attwali fir-rigward ta' ċittadini Bulgari, skond il-kondizzjonijiet li ġejjin, safejn huwa konċernat id-dritt tal-membri tal-familja tal-ħaddiema li jiksbu impjieg:
Dawn id-disposizzjonijiet ma għandhomx jippreġudikaw miżuri aktar favorevoli kemm jekk huma miżuri nazzjonali kif ukoll jekk jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali. |
9. |
Safejn disposizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE li jipprevalixxu fuq disposizzjonijiet tad-Direttiva 68/360/KEE (1) ma jistgħux jiġu dissoċjati minn dawk tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 li l-applikazzjoni tagħhom hija differita skond il-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8, il-Bulgarija u l-Istati Membri attwali jistgħu jidderogaw minn dawk id-disposizzjonijiet safejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8. |
10. |
Kull meta miżuri nazzjonali, jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali, jiġu applikati mill-Istati Membri attwali bis-saħħa tad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti hawn fuq, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ miżuri ekwivalenti fir-rigward taċ-ċittadini ta' l-Istat Membru jew Stati Membri in kwistjoni. |
11. |
Jekk l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 tiġi sospiża minn xi wieħed mill-Istati Membri attwali, il-Bulgarija tista' tirrikorri għall-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 7 fir-rigward tar-Rumanija. Matul kwalunkwe perjodu bħal dan, il-permessi ta' xogħol maħruġa mill-Bulgarija għall-finijiet ta'monitoraġġ lil ċittadini tar-Rumanija għandhom jinħargu awtomatikament. |
12. |
Kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika miżuri nazzjonali skond il-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 9, jista' jintroduċi, skond il-liġi nazzjonali, libertà ta' moviment akbar minn dik li tkun teżisti fid-data ta' l-adeżjoni, inkluż l-aċċess sħiħ għas-suq tax-xogħol. Mit-tielet sena wara d-data ta' l-adeżjoni, kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika miżuri nazzjonali jista' f'kull waqt jiddeċiedi li minflok japplika l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din. |
13. |
Sabiex jiġu indirizzati disturbi serji jew it-theddida tagħhom fis-swieq tax-xogħol tagħhom f'setturi sensittivi u speċifiċi ta' servizzi, li jistgħu jirriżultaw f'ċerti reġjuni mill-provvista transnazzjonali ta' servizzi, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE, u sakemm huma japplikaw, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti hawn fuq, miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali fir-rigward tal-moviment liberu ta' ħaddiema Bulgari, il-Ġermanja u l-Awstrija jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jidderogaw mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat KE bil-ħsieb li jillimitaw fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi minn kumpanniji stabbiliti fil-Bulgarija, il-moviment temporanju ta' ħaddiema li d-dritt tagħhom li jiksbu xogħol fil-Ġermanja u fl-Awstrija huwa soġġett għal miżuri nazzjonali. Il-lista tas-setturi tas-servizzi li jistgħu jaqgħu taħt din id-deroga hija kif ġej:
Safejn il-Ġermanja jew l-Awstrija jidderogaw mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat KE skond is-subparagrafi preċedenti, il-Bulgarija tista' tieħu miżuri ekwivalenti wara li tinnotifika lill-Kummissjoni. L-effett ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu ma għandux jirriżulta f'kondizzjonijiet iktar restrittivi għall-moviment temporanju ta' ħaddiema fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta' servizzi bejn il-Ġermanja jew l-Awstrija u l-Bulgarija minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni. |
14. |
L-effett ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 12 ma għandux jirriżulta f'kondizzjonijiet, għal ċittadini Bulgari, ta' aċċess iktar restrittivi għas-swieq tax-xogħol ta' l-Istati Membri attwali minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni. Minkejja l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 13, l-Istati Membri attwali għandhom, matul kwalunkwe perjodu li fih jiġu applikati miżuri nazzjonali jew miżuri li joħorġu minn xi ftehim bilaterali, jagħtu preferenza lil ħaddiema ċittadini ta' l-Istati Membri vis-à-vis ħaddiema ċittadini ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq tax-xogħol tagħhom. Ħaddiema migranti Bulgari u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru ieħor jew ħaddiema migranti minn Stati Membri oħra u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fil-Bulgarija ma għandhomx jiġu trattati b'mod iktar restrittiv minn dawk il-persuni minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu f'dak l-Istat Membru jew fil-Bulgarija rispettivament. Barra minn hekk, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' preferenza Komunitarja, ħaddiema migranti minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu fil-Bulgarija ma għandhomx jiġu trattati aħjar minn ċittadini tal-Bulgarija. |
2. LIBERTÀ TAL-PROVVISTA TA' SERVIZZI
31997 L 0009: Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).
B'deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 97/9/KE, il-livell minimu ta' kumpens ma għandux japplika fil-Bulgarija sal-31 ta' Diċembru 2009. Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-iskema tagħha ta' kumpens għall-investituri tipprevedi kopertura ta' mhux inqas minn EUR 12 000 mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007 u ta' mhux inqas minn EUR 15 000 mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2009.
Matul il-perjodu transitorju l-Istati Membri l-oħra jżommu d-dritt li jżommu milli topera fergħa ta' xi ditta ta' investiment Bulgara stabbilita fit-territorji tagħhom jekk u sakemm tali fergħa ma tkunx ingħaqdet ma' skema ta' kumpens għall-investitur rikonoxxuta uffiċjalment fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat sabiex tkopri d-differenza bejn il-livell ta' kumpens Bulgaru u l-livell minimu msemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 97/9/KE.
3. MOVIMENT LIBERU TAL-KAPITAL
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
1. |
Minkejja l-obbligi taħt it-Trattati li fuqhom hija fondata l-Unjoni Ewropea, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data ta' l-adeżjoni r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi tagħha, eżistenti fil-mument ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, dwar l-akkwist ta' proprjetà immobbli għal residenzi sekondarji minn ċittadini, ta' l-Istati Membri jew ta' l-Istati li huma parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (FŻEE), li mhumiex residenti fil-Bulgarija u minn persuni ġuridiċi ffurmati skond il-liġijiet ta' xi Stat Membru ieħor jew ta' xi Stat FŻEE. Iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri u ċ-ċittadini ta' l-Istati li huma parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li huma legalment residenti fil-Bulgarija ma għandhomx ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tal-Bulgarija. |
2. |
Minkejja l-obbligi taħt it-Trattati li fuqhom hija fondata l-Unjoni Ewropea, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ għal seba' snin mid-data ta' l-adeżjoni r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi tagħha, eżistenti fil-mument ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, dwar l-akkwist ta' art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini ta' Stat Membru ieħor, minn ċittadini ta' l-Istati li huma parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u minn persuni ġuridiċi ffurmati skond il-liġijiet ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stat FŻEE. Fl-ebda każ ma jista' ċittadin ta' Stat Membru jiġi trattat b'mod inqas favorevoli fir-rigward ta' l-akkwist ta' art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattar ta' l-Adeżjoni jew jiġi trattat b'mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta' pajjiż terz. Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu legalment fil-Bulgarija ma għandhomx ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tal-Bulgarija. Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta' dawn il-miżuri transitorji fit-tielet sena wara d-data ta' l-adeżjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perjodu transitorju indikat fl-ewwel subparagrafu. |
4. AGRIKOLTURA
A. LEĠISLAZZJONI AGRIKOLA
31997 R 2597: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2597/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jistabbilixxi regoli supplimentari dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb (ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13), kif l-aħħar emendat bi:
— |
31999 R 1602: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1602/1999 tad-19.7.1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 43). |
B'deroga mill-Artikolu 3(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru. 2597/97, ir-rekwiżiti relattivi għall-kontenut ta' xaħam ma għandhomx japplikaw għall-ħalib tax-xorb prodott fil-Bulgarija sat-30 ta' April 2009, b'tali mod li l-ħalib b'kontenut ta' xaħam ta' 3 % (m/m) jista' jiġi kummerċjalizzat bħala ħalib sħiħ, u l-ħalib b'kontenut ta' xaħam ta' 2 % (m/m) jista jiġi kummerċjalizzat bħala ħalib nofsu xkumat. Il-ħalib tax-xorb li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti relattivi għall-kontenut ta' xaħam jista' jiġi kummerċjalizzat biss fil-Bulgarija jew jiġi esportat lejn pajjiżi terzi.
B. LEĠISLAZZJONI VETERINARJA U FITOSANITARJA
32004 R 0853: Regolament (KE) Nru. 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(a) |
L-istabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib elenkati f' Kapitoli I u II ta' l-Appendiċi ta' dan l-Anness jistgħu sal-31 ta' Diċembru 2009 jirċievu kunsinni ta' ħalib nej li mhuwiex konformi mar-Regolament (KE) Nru. 853/2004, Anness III, Sezzjoni IX, Kapitolu I, subkapitoli II u III jew li ma ġiex trattat skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, sakemm dawk l-azjendi agrikoli li minnhom huwa kkunsinjat il-ħalib huma msemmija f'lista miżmuma għal dak il-għan mill-awtoritajiet Bulgari. |
(b) |
Sakemm l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu (a) hawn fuq igawdu mid-disposizzjonijiet ta' dak il-paragrafu, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti għandhom biss jitqiegħdu fis-suq domestiku jew jiġu wżati għal aktar ipproċessar fi stabbilimenti fil-Bulgarija wkoll koperti mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a), irrespettivament mid-data tat-tqegħid fis-suq. Dawn il-prodotti għandhom iġibu fuqhom marka ta' identifikazzjoni differenti minn dik prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 853/2004. |
(ċ) |
L-istabbilimenti elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Appendiċi A ta' dan l-Anness jistgħu sal-31 ta' Diċembru 2009 jipproċessaw kemm ħalib konformi mar-regoli ta' l-UE kif ukoll ħalib mhux konformi mar-regoli ta' l-UE fuq linji ta' produzzjoni separati. F'dan il-kuntest ħalib mhux konformi mar-regoli ta' l-UE huwa mifhum bħala l-ħalib imsemmi fil-paragrafu (a). Tali stabbilimenti għandhom jikkonformaw kompletament mar-rekwiżiti ta' l-UE għall-istabbilimenti, inkluża l-implementazzjoni tal-prinċipji tas-sistema ta' analiżi tar-riskji u tal-punti kritiċi ta' kontroll (HACCP) (imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 852/2004 (2), u għandhom juru l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw kompletament mal-kondizzjonijiet li ġejjin, inkluża l-indikazzjoni tal-linji tal-produzzjoni rilevanti tagħhom:
L-awtorijatiet Bulgari għandhom:
Il-prodotti tal-ħalib u/jew ibbażati fuq il-ħalib li joriġinaw minn linji ta' produzzjoni separati li jipproċessaw ħalib nej li mhuwiex konformi mar-regoli ta' l-UE fi stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib approvati mill-UE jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu (b). Il-prodotti bbażati fuq ħalib nej konformi mar-regoli ta' l-UE proċessati fuq linja ta' produzzjoni separata fi stabbiliment elenkat fil-Kapitolu II ta' l-Appendiċi A ta' dan l-Anness jistgħu jiġu kummerċjalizzati bħala prodotti konformi sakemm li jinżammu l-kondizzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-separazzjoni ta' linji ta' prodotti. |
(d) |
Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib prodotti skond id-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (ċ) għandhom jingħataw sostenn taħt it-Titolu I, Kapitoli II u III, minbarra l-Artikolu 11, u t-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru. 1255/1999 (3) biss jekk ikollhom il-marka ta' identifikazzjoni ta' forma ovali msemmija fl-Anness II, Sezzjoni I tar-Regolament (KE) Nru. 853/2004. |
(e) |
Il-Bulgarija għandha tiżgura l-allineament gradwali mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu (a) u għandha tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress magħmul fil-miljorament ta' l-azjendi tal-ħalib u tas-sistema ta' ġbir tal-ħalib. Il-Bulgarija għandha tiżgura konformità sħiħa ma' dawn ir-rekwiżiti sal-31 ta' Diċembru 2009. |
(f) |
Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru. 178/2002 (4), taġġorna l-Appendiċi A ta' dan l-Anness qabel l-adeżjoni u sal-31 ta' Diċembru 2009 u f'dan il-kuntest iżżid jew tħassar stabbilimenti individwali fid-dawl tal-progress magħmul fil-korrezzjoni ta' nuqqasijiet eżistenti u r-riżultat tal-proċess ta' monitoraġġ. Jistgħu jiġu adottati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru. 178/2002, regoli ta' implimentazzjoni dettaljati biex tiġi żgurata l-operazzjoni bla xkiel tar-reġim transitorju msemmi hawn fuq. |
5. POLITIKA TAT-TRASPORT
1. |
31993 R 3118: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal-25 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' skariġġ bit-triq ġewwa Stat Membru (ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:
|
2. |
31996 L 0026: Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta' operatur tat-trasport ta' merkanzija bit-triq u operatur ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà ta' l-istabbiliment f' operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1) kif emendata l-aħħar bi:
Sal-31 ta' Diċembru 2010, l-Artikolu 3(3)(ċ) tad-Direttiva 96/26/KE m'għandhiex tapplika fil-Bulgarija għal impriżi ta' trasport okkupati esklużivament f'operazzjonijiet ta' trasport domestiku ta' merkanzija u ta' passiġġieri bit-triq. Il-kapital disponibbli u r-riżervi ta' dawk l-impriżi għandu jilħaq gradwalment ir-rati minimi stabbiliti f'dak l-Artikolu skond l-iskeda li ġejja:
|
3. |
31996 L 0053: Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bi:
B'deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/53/KE, vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tal-kategoriji 3.2.1, 3.4.1, 3.4.2, u 3.5.1. speċifikati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva jistgħu jużaw dawk il-partijiet min-network ta' toroq Bulgaru li l-livell tagħhom mhux imtejjeb sal-31 ta' Diċembru 2013 biss jekk jikkonformaw mal-limiti Bulgari tal-piż tal-fus. Mid-data ta' l-adeżjoni, l-ebda restrizzjoni ma tista' tiġi imposta fuq l-użu, minn vetturi li jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 96/53/KE, tar-rotot ta' transitu prinċipali stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni Nru. 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (5). Il-Bulgarija għandha taderixxi ma' l-iskeda ta' żmien stabbilita fit-tabelli hawn taħt għat-titjib tal-livell tan-network tat-toroq prinċipali tagħha. Kwalunkwe investiment ta' infrastruttura li jinvolvi l-użu ta' fondi mill-budget Komunitarju għandu jiżgura li l-arterji jiġu mibnija jew il-livell tagħhom imtejjeb sabiex ikollhom kapaċità li jifilħu piż ta' 11,5 tunnellata metrika għal kull fus. Flimkien mat-tlestija tat-titjib tal-livell, għandu jkun hemm ftuħ progressiv tan-network tat-toroq Bulgaru, inkluż in-network kif imniżżel fl-Anness I tad-Deċiżjoni Nru. 1692/96/KE, għal vetturi fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva. Fejn hu teknikament possibbli, matul il-perjodu transitorju kollu l-użu ta' partijiet min-network tat-toroq sekondarji li l-livell tagħhom mhux imtejjeb għandu jitħalla għall-iskopijiet ta' tagħbija u ħatt. Mid-data ta' l-adeżjoni, il-vetturi kollha fit-traffiku internazzjonali mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva 96/53/KE m'għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe ħlasijiet addizzjonali temporanji fuq in-network sħiħ Bulgaru ta' trasport bit-triq. Ħlasijiet addizzjonali temporanji għall-użu ta' partijiet tan-network li l-livell tagħhom mhux imtejjeb minn vetturi fit-traffiku internazzjonali li m' humiex mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja u li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva għandhom jiġu imposti b'mod mhux diskriminatorju. Is-sistema tal-ħlasijiet imposti għandha tkun trasparenti, u l-pagament ta' dawn il-ħlasijiet m'għandux jgħabbi lill-utent b'piż amministrattiv jew dewmien żejjed, u lanqas m'għandu jwassal għal kontroll sistematiku tal-limiti tal-piż tal-fus fuq il-fruntiera. L-infurzar tal-limiti tal-piż tal-fus għandu jiġi assigurat b'mod mhux diskriminatorju fit-territorju kollu u għandu jkun effettiv ukoll fir-rigward ta' vetturi reġistrati fil-Bulgarija. Programm ta' titjib fil-livell tat-toroq (km) Tabella 1
Tabella 2
|
6. TASSAZZJONI
1. |
31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif l-aħħar emendata bi:
Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 28(3)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, imsemmija fil-punt 17 ta' l-Anness F ma' l-imsemmija Direttiva, sa meta l-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 28(4) tad-Direttiva tiġi sodisfatta jew sakemm l-istess eżenzjoni tiġi applikata minn Stati Membru attwali wieħed jew aktar, skond liema minn dawn iseħħ l-ewwel. |
2. |
31992 L 0079: Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8), kif l-aħħar emendata bi:
B'deroga mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/79/KEE, il-Bulgarija tista' tipposponi sal-31 ta' Diċembru 2009 l-applikazzjoni tad-dazju tas-sisa minimu globali fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut (inklużi t-taxxi kollha) għas-sigaretti tal-kategorija tal-prezz l-aktar rikjesta, bil-kondizzjoni li matul dan il-perjodu l-Bulgarija taġġusta b'mod gradwali r-rati tad-dazju tas-sisa tagħha lejn id-dazju tas-sisa minimu globali previst fid-Direttiva. Bla preġudizzju għall-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (6), u wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu, sakemm id-deroga ta' hawn fuq tkun tapplika, iżommu fis-seħħ l-istess limiti kwantitattivi li huma applikati għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi għas-sigaretti li jistgħu jiddaħħlu fit-territorji tagħhom mill-Bulgarija mingħajr ħlas ulterjuri tad-dazju tas-sisa. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà jistgħu jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sakemm dawn il-kontrolli ma jolqtux l-operazzjoni korretta tas-suq intern. |
3. |
32003 L 0049: Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpanniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49), kif l-aħħar emendata bi:
Il-Bulgarija għandha tkun awtorizzata sabiex ma tapplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/49/KE sal-31 ta' Diċembru 2014. Matul dak il-perjodu transitorju, ir-rata ta' taxxa fuq pagamenti ta' imgħax jew royalties magħmula lil xi kumpannija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lil xi stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor ta' xi kumpannija assoċjata ta' Stat Membru ma għandhiex taqbeż l-10 % sal-31 ta' Diċembru 2010 u ma għandhiex taqbeż il-5 % għas-snin ta' wara sal-31 ta' Diċembru 2014. |
4. |
32003 L 0096: Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità għat-tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51), kif l-aħħar emendata bi:
|
7. POLITIKA SOĊJALI U IMPJIEGI
32001 L 0037: Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26).
B'deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/37/KE, id-data ta' applikazzjoni tal-kontenut massimu ta' qatran ta' sigaretti manifatturati u kummerċjalizzati fit-territorju tal-Bulgarija, għandha tkun l-1 ta' Jannar 2011. Matul il-perjodu tansitorju:
— |
sigaretti manifatturati fil-Bulgarija b' kontenut ta' qatran akbar minn 10 mg għal kull sigarett m' għandhomx jiġu kummerċjalizzati fi Stati Membri oħra; |
— |
sigaretti manifatturati fil-Bulgarija b' kontenut ta' qatran akbar minn 13 mg għal kull sigarett m' għandhomx jiġu esportati lejn pajjiżi terzi; dan il-limitu għandu jitnaqqas għal 12 mg mill-1 ta' Jannar 2008 u għal 11 mg mill-1 ta' Jannar 2010; |
— |
Il-Bulgarija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni aġġornata regolarment fuq l-iskeda u l-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata konformità mad-Direttiva. |
8. ENERĠIJA
31968 L 0414: Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (ĠU L 308, 23.12.1968, p. 14), kif l-aħħar emendata bi:
— |
31998 L 0093: Direttiva tal-Kunsill 98/93/KE ta' l-14.12.1998 (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 100). |
B'deroga mill-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 68/414/KEE, il-livell minimu ta' ħażniet ta' prodotti petroliferi ma għandux japplika fil-Bulgarija sal-31 ta' Diċembru 2012. Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-livell minimu tagħha ta' ħażniet ta' prodotti petroliferi jikkorrispondi, għal kull waħda mill-kategoriji ta' prodotti petroliferi elenkati fl-Artikolu 2, għall-inqas għall-konsum medju intern ta' kuljum għan-numru ta' jiem li ġejjin kif definit fl-Artikolu 1(1):
— |
30 jum sa l-1 ta' Jannar 2007; |
— |
40 jum sal-31 ta' Diċembru 2007; |
— |
50 jum sal-31 ta' Diċembru 2008; |
— |
60 jum sal-31 ta' Diċembru 2009; |
— |
70 jum sal-31 ta' Diċembru 2010; |
— |
80 jum sal-31 ta' Diċembru 2011; |
— |
90 jum sal-31 ta' Diċembru 2012. |
9. TELEKOMUNIKAZZJONI U TEKNOLOĠIJA INFORMATIKA
32002 L 0022: Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).
B'deroga mill-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2002/22/KE, il-Bulgarija tista' tipposponi l-introduzzjoni tal-portabilità tan-numru għal mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2009.
10. L-AMBJENT
A. IL-KWALITÀ TA' L-ARJA
1. |
31994 L 0063: Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (VOC)li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24), kif emendata bi:
|
2. |
31999 L 0032: Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill tas-26 ta' April 1999 dwar il-kontenut tal-kubrit ta' ċerti karburanti likwidi, li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13), kif emendata bi:
|
B. L-IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART
1. |
31993 R 0259: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi bil-baħar ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:
|
2. |
31994 L 0062: Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10), kif l-aħħar emendata bi:
|
3. |
31999 L 0031: Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1), kif emendata bi:
B'deroga mill-Artikolu 5(3)(a) u (b) u mit-tieni inċiż tal-punt 2 ta' l-Anness I mad-Direttiva 1999/31/KE u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(ċ)(ii) tad-Direttiva u d-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (11), il-ħtiġijiet għal skart likwidu, korrużiv u ossidanti, u għal dak li jirrigwarda l-prevenzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ milli jidħol fl-iskart f'terraferma, ma għandhomx japplikaw għall-14-il impjant eżistenti li ġejjin sal-31 ta' Diċembru 2014:
Il-Bulgarija għandha tiżgura riduzzjoni gradwali ta' skart f'terraferma f'dawn l-14-il impjant eżistenti li mhumiex f'konformità skond il-kwantitajiet massimi annwali li ġejjin:
|
4. |
32002 L 0096: Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24), kif emendata bi:
B'deroga mill-Artikoli 5(5) u 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE, il-Bulgarija għandha tilħaq ir-rata ta' ġbir separat ta' WEEE minn residenzi privati fuq medja ta' mill-anqas erba' kilogrammi għal kull abitant fis-sena, ir-rata ta' rkupru u r-rata ta' l-użu mill-ġdid ta' komponenti u riċiklagg ta' materjal u sustanzi sal-31 ta' Diċembru 2008. |
Ċ. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA
31991 L 0271: Direttiva 91/271/KEE tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi:
— |
32003 R 1882: Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). |
B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġijiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi ma għandhomx japplikaw kompletament fil-Bulgarija sal-31 ta' Diċembru 2014, skond il-mira intermedja li ġejja:
— |
sal-31 ta' Diċembru 2010, il-konformità mad-Direttiva għandha tintlaħaq f'agglomerazzjonijiet b'ekwivalenza ta' popolazzjoni ta' aktar minn 10 000. |
D. IL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS INDUSTRIJALI U L-IMMANIĠĠAR TAR-RISKJI
1. |
31996 L 0061: Direttiva 96/61/KE tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26), kif emendata l-aħħar bi:
B'deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva Nru. 96/61/KE, il-ħtiġijiet għall-għoti ta' permessi lil installazzjonijiet eżistenti ma għandhomx japplikaw fil-Bulgarija fir-rigward ta' l-installazzjonijiet li ġejjin sad-data indikata għal kull installazzjoni, fir-rigward ta' l-obbligu, skond l-Artikolu 9(3) u (4), li dawn l-installazzjonijiet jitħaddmu skond il-valuri ta' limiti ta' emissjonijiet, parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi bbażati fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli:
Għandhom jinħarġu permessi kompletament kordinati għal dawn l-installazzjonijiet qabel it-30 ta' Ottubru 2007, li jikkontjenu skedi kronoloġiċi individwalment obbligatorji sabiex tinkiseb konformità sħiħa. Dawn il-permessi għandhom jiżguraw konformità mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet bażiċi ta' l-operaturi hekk kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva sat-30 ta' Ottubru 2007. |
2. |
32001 L 0080: Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1), kif emendata bi:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta' Stati Membri u l-familji tagħhom (ĠU L 257, 19.10.68, p. 13). Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33) u mħassra b'effett mit-30 ta' April 2006 bid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(*) NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bi 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill KE Nru. 1882/2003 tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(**) NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bi 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill KE Nru. 1882/2003 tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) Regolament (KE) Nru. 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48), Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).
(4) Regolament (KE) Nru. 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).
(5) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).
(6) ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(7) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(8) ĠU L 78, 26.3.1991, p. 32.
(9) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.
(10) ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (ĠU L 236, 23.09.2003, p. 33).
(11) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE, u kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
Appendiċi A għall-Anness VI
KAPITOLU 1
Lista ta' stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib li jipproċessaw ħalib mhux konformi, imsemmija fil-Kapitolu 4, Sezzjoni B, paragrafu (a), ta' l-Anness VI
Nru. |
Nru. Vet. |
Isem u indirizz ta' l-istabbiliment |
Sit tal-fond konċernat |
Reġjun ta' Blagoevgrad — Nru. 1 |
|||
1 |
BG 0112004 |
“Matand” EOOD gr. Pernik ul. “Lenin” 111 |
s. Eleshnitsa |
Reġjun ta' Burgas — Nru. 2 |
|||
2 |
BG 0212013 |
ET “Marsi-Mincho Bakalov” gr. Burgas j.k. “Vazrajdane” bl. 1 |
Burgas j.k. “Pobeda” ul. “Baykal” 9 |
3 |
BG 0212027 |
DZZD “Mlechen svyat” gr. Burgas j.k. “Izgrev” ul. “Malchika” 3 |
s. Debelt ul. “Indje voyvoda” 5 obl. Burgaska |
4 |
BG 0212028 |
“Vester” OOD gr. Burgas ul. “Fotinov” 36 |
s. Sigmen |
5 |
BG 0212047 |
“Complektstroy” EOOD gr. Burgas ul. “Aleksandar Stamboliiski” 17 |
s. Veselie |
Reġjun ta' Vidin — Nru. 5 |
|||
6 |
BG 0512025 |
“El Bi Bulgarikum” EAD gr. Vidin |
gr. Vidin Yujna promishlena zona |
Reġjun ta' Vratsa — Nru. 06 |
|||
7 |
BG 0612010 |
“Hadjiiski i familiya” EOOD s. Gradeshnitsa |
s. Gradeshnitsa |
8 |
BG 0612027 |
“Mlechen ray 99” EOOD gr. Vratsa j.k. “Dabnika” bl. 48 ap. 3 |
gr. Vratsa j.k. Bistrets Stopanski dvor |
9 |
BG 0612035 |
ET “Nivego” s. Chiren |
s. Chiren |
Reġjun ta' Gabrovo — Nru. 7 |
|||
10 |
BG 0712001 |
“Ben Invest” OOD s. Kostenkovtsi obsht. Gabrovo |
s. Kostenkovtsi obsht. Gabrovo |
11 |
BG 0712002 |
“Shipka 97” AD gr. Gabrovo ul. “V. Levski” 2 |
gr. Gabrovo ul. “V. Levski” 2 |
12 |
BG 0712003 |
“Elvi” OOD s. Velkovtsi obsht. Gabrovo |
s. Velkovtsi obsht. Gabrovo |
13 |
BG 0712008 |
“Milkieks” OOD gr. Sevlievo j.k. “d-r Atanas Moskov” |
gr. Sevlievo j.k. “Atanas Moskov” |
Reġjun ta' Dobrich — Nru. 8 |
|||
14 |
BG 0812002 |
“AVITA” OOD gr. Sofia ul. “20-ti April” 6 |
s. Tsarichino |
15 |
BG 0812008 |
“Roles 2000” OOD gr. Varna ul. “Tsar Ivan Shishman” 13 |
s. Kardam |
16 |
BG 0812019 |
“Filipopolis” OOD gr. Plovdiv ul. “Hristo Danov” 2 |
s. Jeglartsi |
17 |
BG 0812029 |
“AKURAT - MLECHNA PROMISHLENOST” OOD gr. Sofia ul. “Baba Vida 2” |
gr. Dobrich j.k. “Riltsi” |
18 |
BG 0812030 |
“FAMA” AD gr. Varna ul. “Evlogi Georgiev” 23 |
gr. Dobrich bul. “Dobrudja” 2 |
Reġjun ta' Kardjali — Nru. 9 |
|||
19 |
BG 0912004 |
ET “Rado” s. Byal izvor |
s. Byal izvor obsht. Ardino |
Reġjun ta' Kyustendil — Nru. 10 |
|||
20 |
BG 1012012 |
“Galkom” OOD gr. Dupnitsa |
gr. Dupnitsa ul. “Venelin” 57 |
21 |
BG 1012008 |
ET “Nikolay Kolev” s. Konyavo |
s. Konyavo |
Reġjun ta' Lovech — Nru. 11 |
|||
22 |
BG 1112001 |
“Prima Lakta” Ltd. gr. Lovech ul. “Troyansko shose” 1 |
gr. Lovech ul. “Troyansko shose” |
23 |
BG 1112004 |
“Mlekoprodukt” OOD gr. Lovech |
s. Goran |
24 |
BG 1112008 |
“Plod” AD gr. Apriltsi |
gr. Apriltsi |
25 |
BG 1112012 |
“Stilos” OOD gr. Dupnitsa ul. “Batenberg” 64 |
s. Lesidren |
Reġjun ta' Pazardjik — Nru. 13 |
|||
26 |
BG 1312011 |
“Eko-F” EAD gr. Sofia ul. “Stara planina” 34 |
s. Karabunar |
27 |
BG 1312015 |
“Mevgal Bulgaria” EOOD gr. Velingrad |
gr. Velingrad j.k. “Industrialen” |
28 |
BG 1312022 |
ET “Palmite-Vesela Popova” gr. Plovdiv ul. “Koprivkite” 23 |
gr. Strelcha ul. “Osvobojdenie” 17 |
Reġjun ta' Pleven — Nru. 15 |
|||
29 |
BG 1512003 |
“Mandra 1” EOOD gr. Obnova |
s. Tranchovitsa |
30 |
BG 1512006 |
“Mandra” OOD s. Obnova |
s. Obnova |
31 |
BG 1512008 |
ET “Viola” s. Koynare |
gr. Koynare ul. “Hristo Botev” 16 |
32 |
BG 1512010 |
ET “Militsa Lazarova - 90” gr. Slavyanovo |
gr. Slavyanovo ul. “Asen Zlatarev” 2 |
Reġjun ta' Plovdiv — Nru. 16 |
|||
33 |
BG 1612009 |
ET “D.Madjarov” gr. Plovdiv |
gr. Stamboliiski-mandra |
34 |
BG 1612013 |
ET “Polidey - EI” gr. Karlovo |
s. Domlyan |
35 |
BG 1612017 |
“Snep” OOD gr. Rakovski |
gr. Rakovski ul. “F.Stanislavov” 57 |
36 |
BG 1612020 |
ET “Bor -Chvor” s. Dalbok izvor |
s. Dalbok izvor |
37 |
BG 1612023 |
“Vanela” OOD gr. Plovdiv bul. “Bulgaria” 170 |
s. Tsarimir |
38 |
BG 1612024 |
SD “Kostovi - EMK” gr. Saedinenie |
gr. Saedinenie |
39 |
BG 1612039 |
“Topolovo-Agrokomers” OOD gr. Sofia z.k. Dianabad, bl.20 |
s. Topolovo Stopanski dvor |
40 |
BG 1612040 |
“Mlechni produkti” OOD gr. Plovdiv |
s. Manole |
Reġjun ta' Razgrad — Nru. 17 |
|||
41 |
BG 1712002 |
ET “Rosver” gr. Tsar Kaloyan ul. “Ivan Vazov” 4 |
gr. Tsar Kaloyan ul. “Sofia” 41 |
42 |
BG 1712010 |
“Bulagrotreyd” OOD gr. Ruse ul. “Elin Pelin” 15A |
s. Juper |
43 |
BG 1712020 |
ET “Prelest-Sevim Ahmed” s. Podayva ul. “Struma” 12 |
s. Lavino Stopanski dvor |
44 |
BG 1712042 |
ET “Madar” s. Madrevo ul. “Han Kubrat” 65 |
s. Terter Stopanski dvor |
Reġjun ta' Ruse — Nru. 18 |
|||
45 |
BG 1812002 |
“Laktis-Byala” AD gr. Byala |
gr. Byala ul. “Stefan Stambolov” 75 |
46 |
BG 1812005 |
ET “DAV” gr. Ruse ul. “6-ti Septemvri” 43 |
gr. Vetovo |
47 |
BG 1812022 |
ZKPU “Tetovo” s. Tetovo |
s. Tetovo ul. “Tsar Osvoboditel” 5 |
48 |
BG 1812011 |
ET “Georgi Bojinov-Gogo” s. Nikolovo |
s. Nikolovo |
Reġjun ta' Silistra — Nru. 19 |
|||
49 |
BG 1912004 |
ET “Merone-Hristo Kunev” gr. Silistra bul. “Makedonia” 150 |
gr. Alfatar |
50 |
BG 1912013 |
“JOSI” OOD gr. Sofia ul. “Hadji Dimitar” 142 vh.A |
s. Chernolik |
51 |
BG 1912024 |
“Buldeks” OOD gr. Silistra ul. “D.Donchev” 6 |
s. Belitsa |
Reġjun ta' Sliven — Nru. 20 |
|||
52 |
BG 2012007 |
“Delta lakt” OOD gr. Stara Zagora ul. “Tsar Kaloyan” 20 |
s. Stoil Voyvoda |
53 |
BG 2012020 |
“Yotovi” OOD gr. Sliven j.k. Rechitsa ul. “Kosharite” 12 |
gr. Sliven j.k. Rechitsa |
54 |
BG 2012022 |
“Bratya Zafirovi” OOD gr. Sliven ul. “Treti mart” 7 |
gr. Sliven Industrialna zona Zapad |
55 |
BG 2012030 |
“Agroprodukt” OOD gr. Sliven ul. “Oreshak” 24 |
s. Dragodanovo |
56 |
BG 2012036 |
“Minchevi” OOD s. Korten obl. Sliven |
s. Korten obl. Sliven |
Reġjun ta' Smolyan — Nru. 21 |
|||
57 |
BG 2112001 |
“Belev” EOOD gr. Smolyan |
gr. Smolyan ul. “Trakiya” 15 |
58 |
BG 2112021 |
“Rossi” EOOD gr. Dospat |
gr. Dospat |
59 |
BG 2112018 |
ET “Rosen Atanasov-Komers” s. Kutela |
s. Kutela |
60 |
BG 2112023 |
ET “Iliyan Isakov” s. Trigrad |
s. Trigrad obsht. Devin |
Reġjun tal-Belt ta' Sofia — Nru. 22 |
|||
61 |
BG 2212001 |
“Danon — Serdika” AD gr. Sofia ul. “Ohridsko ezero” 3 |
ul. “Ohridsko ezero” 3 |
62 |
BG 2212002 |
“Formalat” EOOD s. G.Lozen ul. “Saedinenie” 132 |
s. G. Lozen ul. “Saedinenie” 132 |
63 |
BG 2212009 |
“Serdika-94” OOD j.k. Jeleznitsa |
j.k. Jeleznitsa |
64 |
BG 2212022 |
“Megle - MJ” OOD ul. “Probuda” 14 |
ul. “Probuda” 12-14 |
65 |
BG 2212023 |
“EL BI BULGARIKUM” EAD gr. Sofia ul. “Saborna” 9 |
ul. “Malashevska” 12A |
Reġjun tad-Distrett ta' Sofia —- Nru. 23 |
|||
66 |
BG 2312013 |
ET “Dobrev” s. Dragushinovo |
s. Dragushinovo |
67 |
BG 2312016 |
AD “Bovis” s. Trudovets |
s. Trudovets |
68 |
BG 2312026 |
“Dyado Liben” OOD gr. Sofia ul. “Hubcha” 2 |
gr. Koprivshtitsa bul. “H.Nencho Palaveev” 137 |
69 |
BG 2312033 |
“Balkan Spetsial” OOD gr. Sofia |
s. Gorna Malina |
70 |
BG 2312002 |
ET “Danim” gr. Elin Pelin |
gr. Elin Pelin bul. “Vitosha” 18A |
Reġjun ta' Stara Zagora — Nru. 24 |
|||
71 |
BG 2412019 |
“Dekada” OOD gr. Stara Zagora bul. “Ruski” 41 et.3. ap.9 |
s. Elhovo |
72 |
BG 2412023 |
Agricultural Institutegr. Stara Zagora |
gr. Stara Zagora |
73 |
BG 2412033 |
“Gospodinovi” OOD gr. Stara Zagora pl. “Beroe” 1 ap.21 |
s. Julievo |
Reġjun ta' Targovishte — Nru. 25 |
|||
74 |
BG 2512004 |
“Byal potok-Davidovo” OOD gr. Sofia ul. “Baba Vida” 2 |
s. Davidovo |
75 |
BG 2512006 |
“Hadad” OOD s. Makariopolsko |
s. Makariopolsko |
76 |
BG 2512016 |
“Milktreyd-BG” OOD gr. Sofia obsht. “Studentska” 58-A-115 |
s. Saedinenie obl. Targovishte |
77 |
BG 2512017 |
“YU E S - Komers” OOD gr. Opaka |
s. Golyamo Gradishte ul. “Rakovski” 2 |
Reġjun ta' Yambol —- Nru. 28 |
|||
78 |
BG 2812002 |
“Arachievi” OOD gr. Elhovo ul. “Bakalov” 19 |
s. Kirilovo |
79 |
BG 2812003 |
“Balgarski jogurt” OOD s. Ravda |
s. Veselinovo Kompleks “Ekaterina” |
80 |
BG 2812025 |
“Sakarela” OOD gr. Yambol ul. “Hr. Botev” 24-B-15 |
gr. Yambol ul. “Preslav” 269 |
KAPITOLU II
Lista ta' stabbilimenti ta' l-ipproċessar kemm ta' ħalib konformi kif ukoll ta' ħalib mhux konformi, imsemmija fil-Kapitolu 4, Sezzjoni B, paragrafi (a) u (ċ), ta' l-Anness VI
Nru. |
Nru. Vet. |
Isem u indirizz ta' l-istabbiliment |
Sit tal-fond konċernat |
Reġjun ta' Veliko Tarnovo — Nru. 4 |
|||
1 |
BG 0412002 |
“Sofbiolayf-BG” OOD gr. Svishtov |
gr. Svishtov ul. “33-ti svishtovski polk.” 67 |
2 |
BG 0412009 |
“Milki-luks” OOD gr. Plovdiv |
s. Byala Cherkva |
3 |
BG 0412010 |
“Bi Si Si Handel” OOD gr. Elena |
gr. Elena ul. “Treti mart” 19 |
Reġjun ta' Vratsa — Nru. 6 |
|||
4 |
BG 0612012 |
ET “Zorov - 97” gr. Vratsa j.k. Kulata ul. “Palkovitsa” 7 |
Vrachanski balkan, mestnost “Parshevitsa” |
Reġjun ta' Dobrich — Nru. 8 |
|||
5 |
BG 0812009 |
“Serdika - 90” AD gr. Dobrich |
gr. Dobrich ul. “25 septemvri” 100 |
Reġjun ta' Lovech —- Nru. 11 |
|||
6 |
BG 1112006 |
“Kondov Ekoproduktsiya” OOD gr. Sofia |
s. Staro selo |
Reġjun ta' Plovdiv — Nru. 16 |
|||
7 |
BG 1612001 |
“OMK” gr. Sofia |
gr. Plovdiv bul. “Dunav” 3 |
8 |
BG 1612002 |
“Shipka 99” OOD gr. Parvomay |
gr. Parvomay |
9 |
BG 1612037 |
“Filipopolis-RK” OOD gr. Plovdiv |
gr. Plovdiv j.k. “Proslav” ul. “Prosveta” 2A |
10 |
BG 1612041 |
“Elit-95” EOOD s. Dalbok izvor |
s. Dalbok izvor |
Reġjun ta' Ruse — Nru. 18 |
|||
11 |
BG 1812003 |
“Sirma Prista” AD gr. Ruse |
gr. Ruse bul. “3-ti mart” 1 |
Reġjun ta' Sliven — Nru. 20 |
|||
12 |
BG 2012006 |
“Mlechen pat” AD gr. Sofia ul. “Vasil Levski” 109 |
gr. Nova Zagora j.k. Industrialen |
13 |
BG 2012009 |
“Vangard” OOD gr. Sliven ul. “Al. Stamboliiski” 1 |
s. Jelyo voyvoda obl. Sliven |
14 |
BG 2012019 |
“Hemus milk komers” OOD gr. Sliven ul. “Neofit Rilski” 3a |
gr. Sliven Industrialna zona Zapad j.k. 10 |
15 |
BG 2012042 |
“Tirbul” EAD gr. Sliven |
“Tirbul” EAD gr. Sliven |
Reġjun ta' Stara Zagora — Nru. 24 |
|||
16 |
BG 2412005 |
“Markeli” AD gr. Stara Zagora ul. “Sv.Kn.Boris” 67 et.3. ap.6 |
gr. Kazanlak j.k. Industrialen |
Reġjun ta' Targovishte — Nru. 25 |
|||
17 |
BG 2512001 |
“Mladost - 2002” OOD gr. Targovishte |
gr. Targovishte bul. “29-ti yanuari” 7 |
18 |
BG 2512020 |
“Mizia-Milk” OOD gr. Targovishte ul. “Rodopi” 5 |
gr. Targovishte Industrialna zona |
Reġjun ta' Haskovo — Nru. 26 |
|||
19 |
BG 2612047 |
“Balgarsko sirene” OOD gr. Harmanli ul. “Gotse Delchev” 1 |
gr. Haskovo bul. “Saedinenie” 94 |
Reġjun ta' Yambol — Nru. 28 |
|||
20 |
BG 2812022 |
“Karil i Tanya” OOD gr. Yambol |
gr. Yambol ul. “Graf Ignatiev” 189 |
ANNESS VII
Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Miżuri transitorji, Rumanija
1. MOVIMENT LIBERU TA' PERSUNI
Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea
|
31968 R 1612: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2), kif l-aħħar emendat bi:
|
|
31996 L 0071: Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1); |
|
32004 L 0038: Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77). |
1. |
L-Artikolu 39 u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat KE għandhom japplikaw fl-intier biss, relattivament għal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema u l-libertà tal-provvista ta' servizzi li jinvolvu l-moviment temporanju ta' ħaddiema kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE bejn ir-Rumanija minn naħa waħda, u kull wieħed mill-Istati Membri attwali min-naħa l-oħra, soġġett għad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 14. |
2. |
B'deroga mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u sa l-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data ta' l-adeżjoni, l-Istati Membri attwali sejrin japplikaw miżuri nazzjonali, jew dawk li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali, sabiex jirregolaw l-aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom minn ċittadini Rumeni. L-Istati Membri attwali jistgħu jkomplu japplikaw tali miżuri sa l-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin wara d-data ta' l-adeżjoni. Ċittadini Rumeni li jkunu jaħdmu legalment f'xi Stat Membru attwali fid-data ta' l-adeżjoni u ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perjodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom igawdu aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru iżda mhux għas-suq tax-xogħol ta' Stati Membri oħra li japplikaw miżuri nazzjonali. Ċittadini Rumeni ammessi fis-suq tax-xogħol ta' xi Stat Membru attwali wara l-adeżjoni għal perjodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom ukoll igawdu l-istess drittijiet. Il-ċittadini Rumeni msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi hawn fuq għandhom jitilfu d-drittijiet kontenuti f'dawk is-subparagrafi jekk huma jitilqu volontarjament mis-suq tax-xogħol ta' l-Istat Membru attwali in kwistjoni. Ċittadini Rumeni li jkunu jaħdmu legalment f'xi Stat Membru attwali fid-data ta' l-adeżjoni, jew matul xi perjodu li fih ikunu applikati miżuri nazzjonali, u li kienu ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perjodu ta' inqas minn 12-il xahar ma għandhomx igawdu dawn id-drittijiet. |
3. |
Qabel l-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data ta' l-adeżjoni, il-Kunsill għandu jirrivedi l-funzjonament tad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafu 2, abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni. Hekk kif din ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard mill-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data ta' l-adeżjoni, l-Istati Membri attwali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk humiex sejrin ikomplu japplikaw miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali, jew jekk humiex sejrin japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 minn dakinhar 'il quddiem. Fin-nuqqas ta' tali notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68. |
4. |
Fuq talba tar-Rumanija, tista' ssir reviżjoni oħra. Għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, li għandha tigi kompletata fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni tat-talba mir-Rumanija. |
5. |
Stat Membru li jibqa' jżomm miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali fl-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin indikat fil-paragrafu 2 jista', f'każ ta' disturbi serji tas-suq tax-xogħol tiegħu jew ta' theddida tagħhom u wara li jinnotifika lill-Kummissjoni, ikompli japplika dawn il-miżuri sa l-aħħar tal-perjodu ta' seba' snin wara d-data ta' l-adeżjoni. Fin-nuqqas ta' tali notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68. |
6. |
Matul il-perjodu ta' seba' snin wara d-data ta' l-adeżjoni, dawk l-Istati Membri li fihom japplikaw, bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 jew 5, l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 fir-rigward ta' ċittadini Rumeni, u li jkunu qegħdin joħorgu permessi tax-xogħol lil ċittadini tar-Rumanija għall-finijiet ta' monitoraġġ matul dan il-perjodu, sejrin jagħmlu dan awtomatikament. |
7. |
Dawk l-Istati Membri li fihom japplikaw, bis-saħħa tal-paragrafu 3, 4 jew 5, l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 fir-rigward ta' ċittadini Rumeni, jistgħu jirrikorru għall-proċeduri stabbiliti fis-subparagrafi hawn taħt sa l-aħħar tal-perjodu ta' seba' snin wara d-data ta' l-adeżjoni. Meta xi Stat Membru imsemmi fl-ewwel subparagrafu iġarrab jew jipprevedi disturbi fis-suq tax-xogħol tiegħu li jistgħu jheddu serjament il-livell ta' l-għajxien jew il-livell ta' l-impjiegi f'xi reġjun jew f'xi okkupazzjoni partikolari, dak l-Istat Membru għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u għandu jgħaddilhom l-informazzjoni rilevanti kollha. Abbażi ta' din l-informazzjoni, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara li għandha tiġi sospiża kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 sabiex tiġi normalizzata mill-ġdid is-sitwazzjoni f'dak ir-reġjun jew f'dik l-okkupazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-sospensjoni u dwar it-tul ta' żmien u l-ambitu tagħha mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li tirċievi tali talba u għandha tinnotifika lill-Kunsill b'tali deċiżjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista', fi żmien ġimagħtejn mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, jitlob lill-Kunsill sabiex iħassar jew jemenda d-Deċiżjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi, b'maġġoranza kwalifikata, fuq tali talba fi żmien ġimagħtejn. Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu jista', f'każijiet urġenti u eċċezzjonali, jissospendi l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68, u jagħti notifika motivata ex-post lill-Kummissjoni. |
8. |
Sakemm l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 hija sospiża bis-saħħa tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 hawn fuq, għandu japplika l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE fir-Rumanija fir-rigward ta' ċittadini ta' l-Istati Membri attwali, u fl-Istati Membri attwali fir-rigward ta' ċittadini Rumeni, skond il-kondizzjonijiet li ġejjin, safejn huwa konċernat id-dritt tal-membri tal-familja tal-ħaddiema li jiksbu impjieg:
Dawn id-disposizzjonijiet ma għandhomx jippreġudikaw miżuri aktar favorevoli kemm jekk huma miżuri nazzjonali kif ukoll jekk jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali. |
9. |
Safejn disposizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE li jipprevalixxu fuq disposizzjonijiet tad-Direttiva 68/360/KEE (1) ma jistgħux jiġu dissoċjati minn dawk tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 li l-applikazzjoni tagħhom hija differita skond il-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8, ir-Rumanija u l-Istati Membri attwali jistgħu jidderogaw minn dawk id-disposizzjonijiet safejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8. |
10. |
Kull meta miżuri nazzjonali, jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali, jiġu applikati mill-Istati Membri attwali bis-saħħa tad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti hawn fuq, ir-Rumanija tista' żżomm fis-seħħ miżuri ekwivalenti fir-rigward taċ-ċittadini ta' l-Istat Membru jew Stati Membri in kwistjoni. |
11. |
Jekk l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 tiġi sospiża minn xi wieħed mill-Istati Membri attwali, ir-Rumanija tista' tirrikorri għall-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 7 fir-rigward tal-Bulgarija. Matul kwalunkwe perjodu bħal dan, il-permessi ta' xogħol maħruġa mir-Rumanija għall-finijiet ta'monitoraġġ lil ċittadini tal-Bulgarija għandhom jinħargu awtomatikament. |
12. |
Kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika miżuri nazzjonali skond il-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 9, jista' jintroduċi, skond il-liġi nazzjonali, libertà ta' moviment akbar minn dik li tkun teżisti fid-data ta' l-adeżjoni, inkluż l-aċċess sħiħ għas-suq tax-xogħol. Mit-tielet sena wara d-data ta' l-adeżjoni, kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika miżuri nazzjonali jista' f'kull waqt jiddeċiedi li minflok japplika l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru. 1612/68. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din. |
13. |
Sabiex jiġu indirizzati disturbi serji jew it-theddida tagħhom fis-swieq tax-xogħol tagħhom f'setturi sensittivi u speċifiċi ta' servizzi, li jistgħu jirriżultaw f'ċerti reġjuni mill-provvista transnazzjonali ta' servizzi, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE, u sakemm huma japplikaw, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet transitorji stabbiliti hawn fuq, miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn xi ftehim bilaterali fir-rigward tal-moviment liberu ta' ħaddiema Rumeni, il-Ġermanja u l-Awstrija jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jidderogaw mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat KE bil-ħsieb li jillimitaw fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi minn kumpanniji stabbiliti fir-Rumanija, il-moviment temporanju ta' ħaddiema li d-dritt tagħhom li jiksbu xogħol fil-Ġermanja u fl-Awstrija huwa soġġett għal miżuri nazzjonali. Il-lista tas-setturi tas-servizzi li jistgħu jaqgħu taħt din id-deroga hija kif ġej:
Safejn il-Ġermanja jew l-Awstrija jidderogaw mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat KE skond is-subparagrafi preċedenti, ir-Rumanija tista' tieħu miżuri ekwivalenti wara li tinnotifika lill-Kummissjoni. L-effett ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu ma għandux jirriżulta f'kondizzjonijiet iktar restrittivi għall-moviment temporanju ta' ħaddiema fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta' servizzi bejn il-Ġermanja jew l-Awstrija u r-Rumanija minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni. |
14. |
L-effett ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 12 ma għandux jirriżulta f'kondizzjonijiet, għal ċittadini Rumeni, ta' aċċess iktar restrittivi għas-swieq tax-xogħol ta' l-Istati Membri attwali minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni. Minkejja l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 13, l-Istati Membri attwali għandhom, matul kwalunkwe perjodu li fih jiġu applikati miżuri nazzjonali jew miżuri li joħorġu minn xi ftehim bilaterali, jagħtu preferenza lil ħaddiema ċittadini ta' l-Istati Membri vis-à-vis ħaddiema ċittadini ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq tax-xogħol tagħhom. Ħaddiema migranti Rumeni u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru ieħor jew ħaddiema migranti minn Stati Membri oħra u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fir-Rumanija ma għandhomx jiġu trattati b'mod iktar restrittiv minn dawk il-persuni minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu f'dak l-Istat Membru jew fir-Rumanija rispettivament. Barra minn hekk, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' preferenza Komunitarja, ħaddiema migranti minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu fir-Rumanija ma għandhomx jiġu trattati aħjar minn ċittadini tar-Rumanija. |
2. LIBERTÀ TAL-PROVVISTA TA' SERVIZZI
31997 L 0009: Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22).
B'deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 97/9/KE, il-livell minimu ta' kumpens ma għandux japplika fir-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2011. Ir-Rumanija għandha tiżgura li l-iskema tagħha ta' kumpens għall-investituri tipprevedi kopertura ta' mhux inqas minn EUR 4 500 mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, ta' mhux inqas minn EUR 7 000 mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008, ta' mhux inqas minn EUR 9 000 mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009, ta' mhux inqas minn EUR 11 000 mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010 u ta' mhux inqas minn EUR 15 000 mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011.
Matul il-perjodu transitorju l-Istati Membri l-oħra jżommu d-dritt li jżommu milli topera fergħa ta' xi ditta ta' investiment Rumena stabbilita fit-territorji tagħhom jekk u sakemm tali fergħa ma tkunx ingħaqdet ma' skema ta' kumpens għall-investitur rikonoxxuta uffiċjalment fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat sabiex tkopri d-differenza bejn il-livell ta' kumpens Rumen u l-livell minimu msemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 97/9/KE.
3. MOVIMENT LIBERU TAL-KAPITAL
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
1. |
Minkejja l-obbligi taħt it-Trattati li fuqhom hija fondata l-Unjoni Ewropea, ir-Rumanija tista' żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data ta' l-adeżjoni r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, fil-mument ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, dwar l-akkwist ta' proprjetà immobbli għal residenzi sekondarji minn ċittadini, ta' l-Istati Membri jew ta' l-Istati li huma parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (FŻEE), li mhumiex residenti fir-Rumanija u minn kumpanniji ffurmati skond il-liġijiet ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stat FŻEE u li la huma stabbiliti u lanqas għandhom fergħa jew aġenzija rappreżentattiva fit-territorju tar-Rumanija. Iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri u ċ-ċittadini ta' l-Istati li huma parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li huma legalment residenti fir-Rumanija ma għandhomx ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tar-Rumanija. |
2. |
Minkejja l-obbligi taħt it-Trattati li fuqhom hija fondata l-Unjoni Ewropea, ir-Rumanija tista' żżomm fis-seħħ għal seba' snin mid-data ta' l-adeżjoni r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, fil-mument ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, dwar l-akkwist ta' art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini ta' l-Istati Membri, minn ċittadini ta' l-Istati li huma parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u minn kumpanniji ffurmati skond il-liġijiet ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stat FŻEE li la huma stabbiliti u lanqas huma reġistrati fir-Rumanija. Fl-ebda każ ma jista' ċittadin ta' Stat Membru jiġi trattat b'mod inqas favorevoli fir-rigward ta' l-akkwist ta' art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' l-Adeżjoni jew jiġi trattat b'mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta' pajjiż terz. Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor u li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu fir-Rumanija ma għandhomx ikunu soġġetti għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tar-Rumanija. Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta' dawn il-miżuri transitorji fit-tielet sena wara d-data ta' l-adeżjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perjodu transitorju indikat fl-ewwel subparagrafu. |
4. POLITIKA DWAR IL-KOMPETIZZJONI
A. GĦAJNUNA FISKALI
1. Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, Titolu VI, Kapitolu 1, Regoli dwar il-Kompetizzjoni
(a) |
Minkejja L-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE, fir-rigward ta' intrapriżi li ġew mogħtija ċ-ċertifikat ta' investitur permanenti f'Żona Żvantaġġata qabel l-1 ta' Lulju 2003, ir-Rumanija tista' tkompli tagħti eżenzjonijiet mit-taxxa fuq id-dħul ta' korpi ġuridiċi abbażi ta' l-Ordinanza ta' Emerġenza tal-Gvern Nru. 24/1998 dwar Żoni Żvantaġġati, kif emendata:
|
(b) |
Ir-Rumanija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni:
|
2. Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, Titolu VI, Kapitolu 1, Regoli dwar il-Kompetizzjoni
(a) |
Minkejja l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE, fir-rigward ta' intrapriżi li ffirmaw kuntratti kummerċjali ma' l-Amministrazzjonijiet taż-Żoni Ħielsa ta' Kummerċ qabel l-1 ta' Lulju 2002, ir-Rumanija tista' tkompli tagħti eżenzjonijiet mir-royalties abbażi tal-Liġi Nru. 84/1992 dwar Żoni ta' Kummerċ Ħieles, kif emendata, sal-31 ta' Diċembru 2011 taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
Ir-Rumanija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni:
|
B. RISTRUTTURAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TA' L-AZZAR
Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, Titolu VI, Kapitolu 1, Regoli dwar il-Kompetizzjoni
1. |
Minkejja l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE, l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Rumanija għall-finijiet tar-ristrutturazzjoni lil partijiet speċifiċi ta' l-industrija Rumena ta' l-azzar mill-1993 sa l-2004 għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni sakemm:
|
2. |
Huma biss il-kumpanniji elenkati fl-Appendiċi A Parti I (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“kumpanniji benefiċjarji”) li għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat fil-qafas tal-programm Rumen tar-ristrutturazzjoni ta' l-azzar. |
3. |
Ir-ristrutturazzjoni tas-settur Rumen ta' l-azzar, kif deskritt fil-pjanijiet azjendali individwali tal-kumpanniji benefiċjarji u fil-programm nazzjonali ta' ristrutturazzjoni, u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn id-disposizzjonijiet u fl-Appendiċi A, għandu jiġi kompletat mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-tmien tal-perjodu ta' ristrutturazzjoni”). |
4. |
Kumpannija benefiċjarja ma tistax:
|
5. |
Kwalunkwe bidla sussegwenti tas-sid ta' kwalunkwe kumpannija benefiċjarja għandha tirrispetta l-kondizzjonijiet u l-prinċipji dwar il-vijabbiltà, l-għajnuniet mill-Istat u t-tnaqqis tal-kapaċità definiti f'dawn id-disposizzjonijiet u fl-Appendiċi A. |
6. |
Kumpanniji li mhumiex elenkati bħala “kumpanniji benefiċjarji” taħt l-Appendiċi A, Parti I ma għandhomx jibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat għal ristrutturazzjoni jew kwalunkwe għajnuna oħra li mhijiex kunsidrata kompatibbli mar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat u ma għandhomx jiġu mitluba jnaqqsu l-kapaċità f'dan il-kuntest. Kwalunkwe tnaqqis fil-kapaċità f'dawn il-kumpanniji ma għandux jiġi kkunsidrat fir-rigward tat-tnaqqis minimu. |
7. |
L-ammont totali ta' għajnuna grossa għal ristrutturazzjoni li għandu jiġi approvat għall-kumpanniji benefiċjarji għandu jiġi determinat mill-ġustifikazzjonijiet għal kull miżura ta' għajnuna prevista fil-programm finali ta' ristrutturazzjoni nazzjonali u fil-pjanijiet azjendali individwali li għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet Rumeni u soġġett għal verifika finali tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(4) tal-Protokol 2 għall-Ftehim Ewropa u approvat mill-Kunsill. Fi kwalunkwe każ, l-ammont totali ta' għajnuna grossa għal ristrutturazzjoni mogħti u mħallas fil-perjodu 1993-2004 ma għandux jaqbeż ROL 49 985 biljun. Fil-limiti ta' dan il-limitu massimu ġenerali, għandhom japplikaw il-limiti massimi parzjali jew l-ammonti massimi ta' għajnuna mill-Istat mogħtija u mħallsa lil kull kumpannija benefiċjarja fil-perjodu 1993-2004, li ġejjin:
L-għajnuna mill-Istat għandha twassal għall-vijabbiltà tal-kumpanniji benefiċjarji taħt kondizzjonijiet normali tas-suq fit-tmiem tal-perjodu ta' ristrutturazzjoni. L-ammont u l-intensità ta' tali għajnuna għandhom ikunu strettament limitati għal dak li huwa assolutament meħtieġ sabiex tiġi ristabbilita din il-vijabbiltà. Il-vijabbiltà għandha tiġi determinata b'kont meħud tal-punti ta' referenza deskritti fl-Appendiċi A Parti III. Ma għandha tingħata l-ebda għajnuna Statali ulterjuri mir-Rumanija għal għanijiet ta' ristrutturazzjoni lill-industrija ta' l-azzar Rumena. |
8. |
Ir-riduzzjonijiet totali netti fil-kapaċità għal prodotti lesti li għandhom jinkisbu mill-kumpanniji benefiċjarji matul il-perjodu 1993-2008 għandhom ikunu ta' minimu ta' 2,05 miljun tunnellata metrika. Dawn ir-riduzzjonijiet fil-kapaċità għandhom jitkejlu abbażi ta' l-għeluq permanenti permezz tad-distruzzjoni fiżika tal-faċilitajiet konċernati ta' l-azzar laminat bis-sħana, b'mod li ma jkunx restitwibbli l-funzjonament tal-faċilitajiet. Dikjarazzjoni ta' falliment ta' kumpannija benefiċjarja ma tikkwalifikax bħala riduzzjoni ta' kapaċità (7). Ir-riduzzjoni netta minima fil-kapaċità ta' 2,05 miljun tunnellata metrika u d-dati kemm tat-twaqqif tal-produzzjoni kif ukoll ta' l-għeluq permanenti tal-faċilitajiet koperti, għandhom jinkisbu skond l-iskeda kronoloġika stabbilita fl-Appendiċi A Parti II. |
9. |
Il-pjanijiet azjendali individwali għandhom ikollhom l-approvazzjoni bil-miktub tal-kumpanniji benefiċjarji. Għandhom jiġu implimentati u b'mod partikolari jinkludu:
|
10. |
Kwalunkwe bidla sussegwenti fil-programm ta' ristrutturazzjoni nazzjonali u fil-pjanijiet azjendali individwali għandha ssir bi qbil mal-Kummissjoni, u fejn ikun il-każ, mal-Kunsill. |
11. |
L-implimentazzjoni tar-ristrutturazzjoni għandha sseħħ taħt il-kondizzjonijiet ta' trasparenza sħiħa u abbażi ta' prinċipji sodi ta' l-ekonomija tas-suq. |
12. |
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programm ta' ristrutturazzjoni u tal-pjanijiet azjendali individwali, kif ukoll il-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn id-disposizzjonijiet u fl-Appendiċi A qabel u wara l-adeżjoni sa l-2009. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-impenji u d-disposizzjonijiet prinċipali stabbiliti fil-paragrafi 7 u 8 dwar l-għajnuna mill-Istat, il-vijabbiltà u r-riduzzjonijiet fil-kapaċità, bl-użu partikolari tal-punti ta' referenza għar-ristrutturazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 9 u fl-Appendiċi A Parti III. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Kunsill. |
13. |
Il-monitoraġġ għandu jinkludi valutazzjoni indipendenti li għandha tiġi mwettqa annwalment f'kull waħda mis-snin 2005 sa l-2009. |
14. |
Ir-Rumanija għandha tikkopera bis-sħiħ ma' l-arranġamenti kollha ta' monitoraġġ. B'mod partikolari:
|
15. |
Kumitat Konsultattiv li jkun jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-awtoritajiet Rumeni u tal-Kummissjoni għandu jiltaqa' darba kull 6 xhur. Il-laqgħat ta' dan il-Kumitat Konsultattiv jistgħu jissejħu wkoll ad hoc jekk ikun meqjus meħtieġ mill-Kummissjoni. |
16. |
Jekk il-Kummissjoni tistabbilixxi, abbażi tal-monitoraġġ, li seħħew devjazzjonijiet sostanzjali mill-previżjonijiet ta' l-iżviluppi makroekonomiċi, mis-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanniji benefiċjarji jew mill-istima tal-vijabbiltà, hija tista' titlob lir-Rumanija tieħu l-miżuri opportuni sabiex tirrinforza jew timmodifika l-miżuri ta' ristrutturazzjoni tal-kumpanniji benefiċjarji konċernati. |
17. |
Jekk il-monitoraġġ juri li:
il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi adatti maħsuba li bihom tesiġi mingħand kwalunkwe kumpannija konċernata ir-rimbors ta' kwalunkwe għajnuna mogħtija bi ksur tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn id-disposizzjonijiet u fl-Appendiċi A. Fejn meħtieġ, għandu jsir rikors għall-klawżoli ta' salvagwardja kif stabbiliti fl-Artikolu 37 jew taħt l-Artikolu 39 ta' l-Att. |
5. AGRIKOLTURA
A. LEĠISLAZZJONI AGRIKOLA
31999 R 1493: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:
— |
32003 R 1795: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1795/2003 tat-13.10.2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13). |
B'deroga mill-Artikolu 19(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999, ir-Rumanija tista' tirrikonoxxi drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid miksuba mit-tindif ta' varjetajiet ibridi li ma jistgħux jiġu inklużi fil-klassifikazzjoni ta' varjetajiet ta' dwieli, kultivati f'żona ta' 30 000 ettaru. Dawn id-drittijiet ta' tħawwil mill-ġdid jistgħu jintużaw biss sal-31 ta' Diċembru 2014 u esklussivament għal tħawwil mal-Vitis vinifera.
Ir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni ta' dawn l-oqsma tad-dwieli mhumiex sejrin ikunu eliġibbli għall-appoġġ Komunitarju previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999. Madankollu, tista' tingħata għajnuna nazzjonali mill-Istat għall-ispejjeż li jirriżultaw mir-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tagħhom. Tali għajnuna ma tistax taqbeż il-75 % ta' l-ispejjeż kollha għal kull qasam tad-dwieli.
B. LEĠISLAZZJONI VETERINARJA U FITOSANITARJA
I. Leġislazzjoni veterinarja
32004 R 0852: Regolament (KE) Nru. 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
32004 R 0853: Regolament (KE) Nru. 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(a) |
Ir-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru. 852/2004, Anness II, Kapitolu II u fir-Regolament (KE) Nru. 853/2004, Anness III, Sezzjoni I, Kapitoli II u III, Sezzjoni II, Kapitoli II u III, u Sezzjoni V, Kapitolu I, ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti fir-Rumanija elenkati fl-Appendiċi B ta' dan l-Anness sal-31 ta' Diċembru 2009, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. |
(b) |
Sakemm l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu (a) hawn fuq jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet ta' dak il-paragrafu, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti għandhom biss jitqiegħdu fis-suq domestiku jew jiġu wżati għal ipproċessar ulterjuri fi stabbilimenti fir-Rumanija koperti wkoll mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a), irrispettivament mid-data tat-tqegħid fis-suq. Dawn il-prodotti għandhom ikollhom fuqhom marka sanitarja jew marka ta' identifikazzjoni differenti minn dik prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 853/2004. Is-subparagrafu preċedenti japplika wkoll għall-prodotti kollha li joriġinaw minn stabbilimenti tal-laħam integrati fejn parti mill-istabbiliment hija soġġetta għad-diposizzjonijiet tal-paragrafu (a). |
(ċ) |
L-istabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Appendiċi B ta' dan l-Anness jistgħu sal-31 ta' Diċembru 2009 jirċievu kunsinni ta' ħalib nej li mhuwiex konformi mar-Regolament (KE) Nru. 853/2004, Anness III, Sezzjoni IX, Kapitolu I, subkapitoli II u III jew li ma ġiex trattat skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, sakemm dawk l-azjendi agrikoli li minnhom huwa kkunsinjat il-ħalib huma msemmija f'lista miżmuma għal dak il-għan mill-awtoritajiet Rumeni. Ir-Rumanija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar il-progress li jkun sar fit-titjib tal-livell ta' dawn l-azjendi li jagħmlu prodotti tal-ħalib u tas-sistema tal-ġbir tal-ħalib. |
(d) |
Ir-Rumanija għandha tiżgura l-allineament gradwali mar-rekwiżiti strutturali msemmija fil-paragrafu (a). Qabel id-data ta' l-adeżjoni, ir-Rumanija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' miljorament, approvat mill-awtorità veterinarja nazzjonali kompetenti, għal kull wieħed mill-istabbilimenti koperti mill-miżura stabbilita mill-paragrafu (a) u elenkati fl-Appendiċi B. Il-pjan għandu jinkludi lista tan-nuqqasijiet kollha fir-rigward tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu (a) u d-data ppjanata għall-korrezzjoni tagħhom. Ir-Rumanija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar il-progress li jkun sar f'kull wieħed mill-istabbilimenti. Ir-Rumanija għandha tiżgura li biss dawk l-istabbilimenti li sal-31 ta' Diċembru 2009 ikunu konformi għal kollox ma' dawn ir-rekwiżiti jkunu jistgħu jibqgħu joperaw. |
(e) |
Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru. 178/2002 (8), taġġorna l-Appendiċi B ta' dan l-Anness qabel l-adeżjoni u sal-31 ta' Diċembru 2009 u f'dan il-kuntest iżżid jew tħassar stabbilimenti individwali fid-dawl tal-progress magħmul fil-korrezzjoni ta' nuqqasijiet eżistenti u r-riżultat tal-proċess ta' monitoraġġ. Jistgħu jiġu adottati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru. 178/2002, regoli ta' implimentazzjoni dettaljati biex tiġi żgurata l-operazzjoni regolari tar-reġim transitorju msemmi hawn fuq. |
II. Leġislazzjoni fitosanitarja
31991 L 0414: Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1), kif l-aħħar emendata bi:
— |
32004 L 0099: Direttiva tal-Kummissjoni 2004/99/KE ta' l-1.10.2004 (ĠU L 309, 6.10.2004, p. 6). |
B'deroga mill-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Rumanija tista' tipposponi t-termini perentorji għall-għoti ta' l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti attwalment awtorizzati fir-Rumanija u kummerċjalizzati esklussivament fit-territorju Rumen u li jikkontienu komposti tar-ram (sulfat, ossiklorur jew idrossidu), kubrit, aċetoklor, dimetoat u 2,4-D, sakemm dawn l-ingredjenti f'dak iż-żmien ikunu elenkati fl-Anness I ma' dik id-Direttiva. It-termini perentorji msemmija hawn fuq jistgħu jiġu prorogati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, ħlief għal 2,4-D li għalih it-terminu perentorju jista' jiġi prorogat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008. Id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw biss għal dawk il-kumpanniji applikanti li effettivament bdew jaħdmu fuq il-ġenerazzjoni jew l-akkwist tad-data meħtieġa qabel l-1 ta' Jannar 2005.
6. POLITIKA TAT-TRASPORT
1. |
31993 R 3118: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal-25 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' skariġġ bit-triq ġewwa Stat Membru (ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar bi:
|
2. |
31996 L 0053: Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bi:
B'deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/53/KE, vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tal-kategoriji 3.2.1, 3.4.1, 3.4.2, 3.5.1 speċifikati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva jistgħu jużaw biss dawk il-partijiet min network tat-toroq Rumen li l-livell tagħhom mhux imtejjeb sal-31 ta' Diċembru 2013 jekk jikkonformaw mal-limiti tal-piż tal-fus Rumeni. Mid-data ta' l-adeżjoni, l-ebda restrizzjoni ma tista' tiġi imposta fuq l-użu, minn vetturi li jikkonformaw mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 96/53/KE, tar-rotot ta' transitu prinċipali stabbiliti fl-Anness 5 tal-Ftehim tat-Trasport KE/Rumanija (9) u l-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għal-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (10), li huma elenkati hawn taħt:
Ir-Rumanija għandha taderixxi ma' l-iskeda ta' żmien stabbilita fit-tabella hawn taħt biex ittejjeb in-network tat-toroq sekondarji tagħha kif muri fil-mappa hawn taħt. Kull investiment ta' infrastruttura li jinvolvi l-użu ta' fondi mill-budget Komunitarju għandu jiżgura li l-arterji jiġu mibnija jew il-livell tagħhom imtejjeb sabiex ikollhom il-kapaċità li jifilħu piż ta' 11,5 tunnellata metrika għal kull fus. Flimkien mat-tlestija tat-titjib fil-livell, għandu jkun hemm ftuħ progressiv tan-network tat-toroq sekondarji Rumen għal vetturi fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva. Fejn hu teknikament possibbli, matul il-perijodu transitorju kollu għandu jitħalla l-użu ta' partijiet min network tat-toroq sekondarji li l-livell tagħhom mhux imtejjeb għall-iskopijiet ta' tagħbija u ħatt. Mid-data ta' l-adeżjoni, il-vetturi kollha fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva 96/53/KE għandhom ikunu soġġetti biss għal ħlasijiet addizzjonali temporanji fuq in-network ta' trasport bit-triq sekondarju Rumen jekk jeċċedu l-limiti nazzjonali tal-piż tal-fus. Dawn il-vetturi m'għandhomx ikunu soġġetti għal tali ħlasijiet addizzjonali temporanji fuq in-network ta' trasport bit-triq sekondarju Rumen jekk jeċċedu l-limiti nazzjonali fir-rigward tad-daqs jew tal-piż totali tal-vettura. Barra minn dan dawk il-vetturi fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva 96/53/KE u huma mgħammra bis-sospensjoni ta' l-arja, għandhom ikunu soġġetti għal ħlasijiet b' mill-inqas 25 % aktar baxxi. Ħlasijiet addizzjonali temporanji għall-użu ta' partijiet tan-network sekondarju li l-livell tagħhom mhux imtejjeb minn vetturi fit-traffiku internazzjonali li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva għandhom jiġu imposti b'mod non-diskriminatorju. Is-sistema tal-ħlasijiet imposti għandha tkun trasparenti, u l-pagament ta' dawn il-ħlasijiet m'għandux jgħabbi lill-utent b'piż amministrattiv jew dewmien żejjed, u lanqas m'għandu jwassal għal kontroll sistematiku tal-limiti tal-piż tal-fus fuq il-fruntiera. L-infurzar tal-limiti tal-piż tal-fus għandu jiġi żgurat b'mod non-diskriminatorju fit-territorju kollu u għandu jkun effettiv ukoll fir-rigward ta' vetturi reġistrati fir-Rumanija. Il-ħlasijiet għal vetturi mingħajr sospensjoni ta' l-arja li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 96/53/KE m'għandhomx jeċċedu l-livell ta' ħlasijiet stabbiliti fit-tabella hawn taħt (espressi f'ċifri ta' l-2002). Vetturi mgħammra bis-sospensjoni ta' l-arja li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 96/53/KE għandhom ikunu soġġetti għal ħlasijiet b' mill-inqas 25 % aktar baxxi. Livell massimu ta' ħlasijiet (ċifri ta' l-2002) għal vetturi mingħajr sospensjoni ta' l-arja li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu stabbiliti fid-Direttiva 96/53/KE
Skeda ta' żmien għat-titjib tal-livell tan-network tat-toroq sekondarji fejn ser ikun hemm ftuħ progressiv għall-vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu tad-Direttiva 96/53/KE
|
3. |
31999 L 0062: Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42), kif emendata l-aħħar bi:
B'deroga mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 1999/62/KE, ir-rati minimi ta' taxxa stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija għall-vetturi okkupati esklużivament f'operazzjonijiet ta' trasport domestiku sal-31 ta' Diċembru 2010. Matul dan il-perijodu, ir-rati li għandhom jiġu applikati mir-Rumanija għal dawn il-vetturi għandhom jilħqu gradwalment ir-rati minimi ta' taxxa stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva skond l-iskeda segwenti:
|
7. TASSAZZJONI
1. |
31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif l-aħħar emendata bi:
Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 28(3)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Rumanija tista' żżomm fis-seħħ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, imsemmija fil-punt 17 ta' l-Anness F ma' l-imsemmija Direttiva, sa meta l-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 28(4) tad-Direttiva tiġi sodisfatta jew sakemm l-istess eżenzjoni tiġi applikata minn Stati Membru attwali wieħed jew aktar, skond liema minn dawn iseħħ l-ewwel. |
2. |
31992 L 0079: Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8), kif l-aħħar emendata bi:
B'deroga mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/79/KEE, ir-Rumanija tista' tipposponi sal-31 ta' Diċembru 2009 l-applikazzjoni tad-dazju tas-sisa minimu globali fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut (inklużi t-taxxi kollha) għas-sigaretti tal-kategorija tal-prezz l-aktar rikjesta, bil-kondizzjoni li matul dan il-perjodu r-Rumanija taġġusta b'mod gradwali r-rati tad-dazju tas-sisa tagħha lejn id-dazju tas-sisa minimu globali previst fid-Direttiva. Bla preġudizzju għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (13), u wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu, sakemm id-deroga ta' hawn fuq tkun tapplika, iżommu fis-seħħ l-istess limiti kwantitattivi li huma applikati għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi għas-sigaretti li jistgħu jiddaħħlu fit-territorji tagħhom mir-Rumanija mingħajr ħlas ulterjuri tad-dazju tas-sisa. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà jistgħu jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sakemm dawn il-kontrolli ma jolqtux l-operazzjoni korretta tas-suq intern. |
3. |
32003 L 0049: Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpanniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49), kif l-aħħar emendata bi:
Ir-Rumanija għandha tkun awtorizzata sabiex ma tapplikax id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/49/KE sal-31 ta' Diċembru 2010. Matul dak il-perjodu transitorju, ir-rata ta' taxxa fuq pagamenti ta' imgħax jew royalties magħmula lil xi kumpannija assoċjata ta' Stat Membru ieħor jew lil xi stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor ta' xi kumpannija assoċjata ta' Stat Membru ma għandhiex taqbeż l-10 %. |
4. |
32003 L 0096: Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità għat-tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51), kif l-aħħar emendata bi:
|
8. ENERĠIJA
31968 L 0414: Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta' prodotti taż-żejt — mhux raffinat u/jew prodotti petroliferi (ĠU L 308, 23.12.1968, p. 14), kif l-aħħar emendata bi:
— |
31998 L 0093: Direttiva tal-Kunsill 98/93/KE ta' l-14.12.1998 (ĠU L 358, 31.12.1998, p. 100). |
— |
68,75 jiem sa l-1 ta' Jannar 2007; |
— |
73 jum sal-31 ta' Diċembru 2007; |
— |
77,25 jiem sal-31 ta' Diċembru 2008; |
— |
81,5 jiem sal-31 ta' Diċembru 2009; |
— |
85,45 jiem sal-31 ta' Diċembru 2010; |
— |
90 jum sal-31 ta' Diċembru 2011. |
9. AMBJENT
A. IL-KWALITÀ TA' L-ARJA
31994 L 0063: Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' komposti organiċi li jisvintaw (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna ta' petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminali għal stazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24), kif emendat bi:
— |
32003 R 1882: Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). |
1. |
B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I għad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għall-installazzjonijiet ta' ħażna eżistenti f'terminali m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:
|
2. |
B'deroga mill-Artikolu 4 u mill-Anness II għad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għat-tagħbija u l-ħatt ta' containers mobbli eżistenti f'terminali m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:
|
3. |
B'deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għal containers mobbli eżistenti f'terminali m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:
|
4. |
B'deroga mill-Artikolu 6 u mill-Anness III għad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġijiet għat-tagħbija għal ġo installazzjonijet ta' ħażna eżistenti fi stazzjonijiet ta' servizz m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:
|
B. L-IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART
1. |
31993 R 0259: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' kunsinni ta' skart fi ħdan, fi u 'l barra mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30,6.2.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar bi:
|
2. |
31994 L 0062: Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10), kif emendata l-aħħar bi:
|
3. |
31999 L 0031: Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar l-irdim ta' l-iskart (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1), kif emendati bi:
|
4. |
32002 L 0096: Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24), kif emendat bi:
B'deroga mill-Artikoli 5(5) u 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE, ir-Rumanija għandha tilħaq ir-rata ta' ġbir separat ta' mill-inqas medja ta' erba' kilogrammi għal kull abitant fis-sena tal-WEEE minn djar privati, ir-rata ta' rkupru u r-rata ta' użu mill-ġdid u reċiklaġġ ta' komponenti, materjal u sustanzi sal-31 ta' Diċembru 2008. |
Ċ. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA
1. |
31983 L 0513: Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta' Settembru 1983 dwar il-valuri ta' limitu u l-għanijiet ta' kwalità għall-iskargar tal-kadmju (ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1), kif emendata bi:
31984 L 0156: Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta' Marzu 1984 dwar il-valuri ta' limitu u l-għanijiet ta' kwalità għall-iskargar tal-merkurju minn setturi oħra barra mill-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro-alkali (ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49), kif emendata bi:
B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I għad-Direttiva 83/513/KEE u l-Artikolu 3 u Anness I għad-Direttiva 84/156/KEE, il-valuri ta' limitu ta' l-iskargar ta' kadmju u merkurju fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE tat-4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat bl-iskargar ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (22), m'għandux japplika fir-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2009 għall-installazzjonijiet industrijali li ġejjin:
|
2. |
31984 L 0491: Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta' Ottubru 1984 dwar il-valuri ta' limitu u l-għanijiet ta' kwalità għall-iskargar ta' hexachlorocyclohexane (ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11), kif emendata bi:
B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I għad-Direttiva 84/491/KEE il-valuri ta' limitu għall-iskargar ta' lindane fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat bl-iskargar ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (23), m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2009 għall-installazzjonijiet industrijali li ġejjin:
|
3. |
31986 L 0280: Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-valuri ta' limitu u l-għanijiet ta' kwalità għall-iskargar ta' ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness għad-Direttiva 76/464/KEE (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16), kif emendata l-aħħar bi:
B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness II għad-Direttiva 86/280/KEE, il-valuri ta' limitu għall-iskargar ta' hexachlorobenzene, hexachlorobutadiene, 1,2 — dichloroethane (EDC), trichloroethylene (TRI) and trichlorobenzene (TCB) fl-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat bl-iskargar ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (23), m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2009 għall-installazzjonijiet industrijali li ġejjin:
|
4. |
31991 L 0271: Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi:
B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġijiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi m'għandhomx japplikaw fl-intier tagħhom fir-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2018, skond il-miri intermedji li ġejjin:
Ir-Rumanija għandha tiżgura żieda gradwali ta' proviżjon ta' sistemi ta' ġbir ta' l-Artikolu 3 skond ir-rati minimi ta' ekwivalenza għall-popolazzjoni globali li ġejjin:
Ir-Rumanija għandha tiżgura żieda gradwali ta' proviżjon ta' trattament ta' ilma mormi ta' l-Artikoli 4 u 5(2) skond ir-rati minimi ta' ekwivalenza għall-popolazzjoni globali li ġejjin:
|
5. |
31998 L 0083: Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma intiż għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32), kif emendata bi:
B'deroga mill-Artikoli 5(2) u 8 u mill-Anness I, Parti B u Parti Ċ għad-Direttiva 98/83/KE, il-valuri stabbiliti għall-parametri li ġejjin m'għandhomx japplikaw bis-sħiħ għar-Rumanija taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn isfel:
Ir-Rumanija għandha tiżgura l-konformità mal-ħtiġijiet tad-Direttiva, skond il-miri intermedji stabbiliti fit-tabella hawn isfel: Lokalitajiet li jikkonformaw sal-31 ta' Diċembru 2006
Lokalitajiet li jikkonformaw sa' l-aħħar ta' l-2010
Din id-deroga ma tapplikax għall-ilma tax-xorb intiż għall-ipproċessar ta' l-ikel. |
D. IL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS INDUSTRIJALI U L-IMMANIĠĠAR TAR-RISKJI
1. |
31996 L 0061: Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26), kif emendata l-aħħar bi:
B'deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva Nru. 96/61/KE, il-ħtiġijiet għall-għoti ta' permessi għal installazzjonijiet eżistenti m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija fir-rigward ta' l-installazzjonijiet li ġejjin sad-data indikata għal kull installazzjoni, safejn huwa kkonċernat l-obbligu skond l-Artikolu 9(3) u (4) li dawn l-installazzjonijiet jitħaddmu skond il-valuri limitu ta' emissjoni, il-parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi bbażati fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli:
Permessi kkordinati bis-sħiħ għandhom jinħarġu għal dawn l-installazzjonijiet qabel it-30 ta' Ottubru 2007, li jkun fihom skedi ta' żmien individwali li jorbtu għat-twettiq ta' konformità sħiħa. Dawn il-permessi għandhom jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-obbligi bażiċi ta' operaturi, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva sat-30 ta' Ottubru 2007. |
2. |
32000 L 0076: Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91). B'deroga mill-Artikoli 6, 7(1) u 11 tad-Direttiva 2000/76/KE, il-valuri ta' limitu għal emissjonijiet u l-ħtiġijiet għal kejl m'għandhomx japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2007 għal 52 inċineratur għal skart mediku u sal-31 ta' Diċembru 2008 għal 58 inċineratur għal skart mediku fir-Rumanija. Ir-Rumanija għandha tirrapporta lill-Kummissjoni sa tmiem l-ewwel trimestru ta' kull sena, bil-bidu jkun it-30 ta' Marzu 2007, dwar l-għeluq ta' installazzjonijiet għat-trattament termali ta' skart perikoluż li ma jikkonformawx u dwar il-kwantitajiet ta' skart mediku ttrattat fis-sena ta' qabel. |
3. |
32001 L 0080: Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet fl-arja ta' ċerti sustanzi li jniġġsu minn impjanti kbar ta' kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1), kif emendat bi:
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta' Stati Membri u l-familji tagħhom (ĠU L 257, 19.10.68, p. 13). Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33) u mħassra b'effett mit-30 ta' April 2006 bid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(*) NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bi 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(**) NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bi 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) Skond it-tifsira ta' l-Anness Ċ tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas multisettorali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment (ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8). Komunikazzjoni kif l-aħħar emendata u pubblikata fil-ĠU C 263, 1.11.2003, p. 3.
(3) ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9. Linji gwida kif l-aħħar emendati u pubblikati fil-ĠU C 258, 9.9.2000, p. 5.
(4) Skond it-tifsira ta' l-Anness Ċ tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas multisettorali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment (ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8). Komunikazzjoni kif l-aħħar emendata u pubblikata fil-ĠU C 263, 1.11.2003, p. 3.
(5) ĠU ĊC74, 10.3.1998, p. 9. Linji Gwida kif l-aħħar emendati u pubblikati fil-ĠU C 258, 9.9.2000, p. 5.
(6) ĠU L 357, 31.12.1994, p. 2. Ftehim kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni Nru. 2/2003 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni UE/Rumanija tal-25.9.2003 (li għadu mhuwiex pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(7) Ir-riduzzjonijiet fil-kapaċità għandhom ikunu permanenti kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 3010/91/KEFA (ĠU L 286, 6.10.1991, p. 20.)
(8) Regolament (KE) Nru. 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).
(9) Ftehim dwar Transitu bit-Triq bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija għall-ġarr ta' merkanzija tat-28 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 142, 31.5.2002, p. 75).
(10) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).
(11) Km qed isiru = sezzjonijiet ta' toroq li qegħdin isiru xogħlijiet għalihom matul is-sena ta' referenza. Dawn ix-xogħlijiet jistgħu jibdew fis-sena ta' referenza jew jistgħu jkunu bdew fis-snin ta' qabel.
(12) Km mdaħhla fis-servizz = sezzjonijiet ta' toroq li għalihom ix-xogħlijiet tlestew jew iddaħħlu fis-servizz fis-sena ta' referenza.
(13) ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(14) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(15) ĠU L 78, 26.3.1991, p. 32.
(16) ĠU L 78, 26.3.1991, p. 32.
(17) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(18) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.
(19) ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(20) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE, u kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(21) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).
(22) ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(23) ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
Appendiċi A ta' l-Anness VII
Ristrutturazzjoni ta' l-industrija ta' l-azzar Rumena (imsemmija fl-Anness VII, Kapitolu 4, Sezzjoni B)
PARTI I
KUMPANNIJI LI JIBBENEFIKAW MINN GĦAJNUNA MILL-ISTAT TAĦT IL-PROGRAMM TA' RISTRUTTURAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TA' L-AZZAR TAR-RUMANIJA
— |
Ispat Sidex Galaţi |
— |
Siderurgica Hunedoara |
— |
COS Târgoviote |
— |
CS Reoiţa |
— |
IS Câmpia Turzii |
— |
Donasid (Siderca) Călăraoi |
PARTI II
SKEDA KRONOLOĠIKA U DESKRIZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KAPAĊITÀ (1)
|
Impjant |
Tibdil fil-kapaċità (tunnellati metriċi) |
Data tal-waqfien mill-produzzjoni |
Data ta' l-għeluq permanenti |
Siderurgica Hunedoara |
Virga tal-wajer Nru. 1 |
–400 000 |
1995 |
1997 |
|
Virga tal-wajer Nru. 3 |
–280 000 |
1998 |
2000 |
|
Sezzjonijiet medji |
–480 000 |
L-ewwel trimestru 2008 |
It-tieni trimestru 2008 |
IS Câmpia Turzii |
Virga tal-wajer Nru. 1 |
–80 000 |
1995 |
1996 |
CS Reşiţa |
Sezzjonijiet ħfief |
–80 000 |
2000 |
2001 |
|
Roti tal-ferrovija |
–40 000 |
1999 |
2000 |
|
Sezzjonijiet tqal |
–220 000 |
Ir-raba' trimestru 2007 |
it-tieni trimestru 2008 |
|
Sezzjonijiet medji u speċjali |
–120 000 |
Ir-raba' trimestru 2006 |
Ir-raba' trimestru 2007 |
Donasid (Siderca) Călăraşi |
Sezzjonijiet medji |
–350 000 |
1997 |
1999 |
|
Tibdil nett fil-kapaċità |
–2 050 000 |
|
|
PARTI III
PUNTI TA' RIFERIMENT GĦAR-RISTRUTTURAZZJONI
1. Vijabbiltà
B'kont meħud tar-regoli speċjali tal-kontabbiltà applikati mill-Kummissjoni, kull kumpannija benefiċjarja għandha tikseb riżultat operattiv gross minimu annwali ta' turnover ta' 10 % għal impriżi ta' l-azzar mhux integrati u 13,5 % għal funderiji ta' l-azzar integrati u redditu minimu ta' 1, 5 % tat-turnover fuq il-kapital tagħha stess mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008. Dan għandu jiġi verifikat fil-valutazzjoni indipendenti li ssir kull sena bejn l-2005 u l-2009, kif previst fil-Kapitolu 4, Sezzjoni B, paragrafu 13, ta' l-Anness VII.
2. Produttività
Għandha tinkiseb, gradwalment sal-31 ta' Diċembru 2008, produttività globali komparabbli ma' dik milħuqa mill-industrija ta' l-azzar ta' l-UE. Dan għandu jiġi verifikat fil-valutazzjoni indipendenti li ssir kull sena bejn l-2005 u l-2009, kif previst fil-Kapitolu 4, Sezzjoni B, paragrafu 13, ta' l-Anness VII.
3. Tnaqqis fl-ispejjeż
Għandha tingħata importanza partikolari lit-tnaqqis ta' l-ispejjeż bħala wieħed mill-elementi ċentrali tal-vijabbiltà. Dawn għandhom jiġu implimentati b'mod komplet, skond il-pjanijiet azjendali tal-kumpanniji benefiċjarji.
PARTI IV
LISTA INDIKATTIVA TA' REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI
1. Il-produzzjoni u l-effetti fuq is-suq
— |
il-produzzjoni ta' kull xahar ta' azzar mhux maħdum, ta' prodotti nofshom lesti u lesti skond il-kategorija kif ukoll skond il-firxa tal-prodotti, |
— |
prodotti mibjugħa, inklużi l-volumi, il-prezzijiet u s-swieq; suddiviżjoni skond il-firxa tal-prodotti. |
2. Investimenti
— |
dettalji ta' l-investimenti realizzati, |
— |
data tat-tlestija, |
— |
l-ispejjeż ta' l-investiment, il-fonti tal-finanzi u s-somma ta' kwalunkwe għajnuna relattiva involuta, |
— |
id-data tal-ħlas ta' l-għajnuna jekk ikun hemm. |
3. Tnaqqis tal-ħaddiema
— |
in-numru u l-kronoloġija tat-telf ta' impjiegi, |
— |
l-evoluzzjoni ta' l-impjieg fil-kumpanniji benefiċjarji (b'distinzjoni bejn impjieg dirett u indirett), |
— |
l-evoluzzjoni ta' l-impjieg fis-settur nazzjonali ta' l-azzar. |
4. Il-kapaċità (fir-rigward tas-settur kollu ta' l-azzar fir-Rumanija)
— |
id-data jew id-data mistennija tal-waqfien fil-produzzjoni ta' kapaċitajiet espressi f'MPP (MPP tfisser il-produzzjoni annwali massima possibbli li tista' tintlaħaq f'kondizzjonijiet tax-xogħol normali) li sejrin jingħalqu, u d-deskrizzjoni ta' dawn, |
— |
id-data (jew id-data mistennija) taż-żarmar, kif definita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 3010/91/KEFA dwar l-informazzjoni li trid tingħata mill-impriżi ta' l-azzar dwar l-investimenti tagħhom (2), ta' l-installazzjoni kkonċernata u tad-dettalji dwar iż-żarmar, |
— |
id-data (jew id-data mistennija) ta' l-introduzzjoni ta' kapaċitajiet ġodda u d-deskrizzjoni ta' dawn, |
— |
l-evoluzzjoni fil-kapaċità globali fir-Rumanija ta' l-azzar mhux maħdum u ta' prodotti lesti għal kull kategorija. |
5. Kosti
— |
suddiviżjoni tal-kosti u l-evoluzzjoni rispettiva tagħhom fl-imgħoddi u fil-ġejjieni, b'mod partikolari għall-ekonomiji fil-kosti tal-ħaddiema, għall-konsum ta' l-enerġija, għall-ekonomija fil-kosti tal-materja prima, għat-tnaqqis fl-aċċessorji u fis-servizzi esterni. |
6. Rendiment finanzjarju
— |
l-evoluzzjoni ta' proporzjonijiet finanzjarji prinċipali selezzjonati sabiex jiġi żgurat li qed isir progress lejn il-vijabbiltà (ir-riżultati finanzjarji u l-proporzjonijiet għandhom jingħataw b'mod li jippermetti paraguni mal-pjan ta' ristrutturazzjoni finanzjarja tal-kumpannija u jinkludu t-test tal-Kummissjoni dwar il-vijabbiltà), |
— |
id-dettalji dwar taxxi u dazji mħallsa li jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe devjazzjonijiet mir-regoli fiskali u doganali normalment applikabbli, |
— |
il-livell tal-piżijiet finanzjarji, |
— |
id-dettalji u l-kronoloġija tal-ħlas ta' l-għajnuna li diġà ngħatat skond it-termini ta' l-Att, |
— |
it-termini u l-kondizzjonijiet ta' kwalunkwe self ġdid (irrispettivament mill-fonti). |
7. Il-ħolqien ta' kumpannija ġdida jew ta' impjanti ġodda li jinkorporaw estensjonijiet tal-kapaċità
— |
l-identità ta' kull parteċipant mis-settur privat u mis-settur pubbliku, |
— |
il-fonti tal-finanzjament tagħhom għall-ħolqien tal-kumpannija l-ġdida jew ta' l-impjanti ġodda, |
— |
it-termini u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ta' l-azzjonisti privati u pubbliċi, |
— |
l-istruttura direzzjonali tal-kumpannija l-ġdida. |
8. Tibdil ta' proprjetarji.
(1) Ir-riduzzjonijiet fil-kapaċità għandhom ikunu permanenti kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 3010/91/KEFA tal-15 ta' Ottubru 1991 (ĠU L 286, 16.10.1991, p. 20).
Appendiċi B ta' l-Anness VII
Lista ta' stabbilimenti tal-laħam, tal-laħam tat-tjur, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib,imsemmija fil-Kapitolu 5, Sezzjoni B, Subsezzjoni I, ta' l-Anness VII
Stabbilimenti tal-Laħam
Nru |
Nru. Vet |
Isem l-istabbiliment |
Sit tal-fond ikkonċernat |
1 |
5806/2000 |
Comb Agroind Curtici |
Str. Revoluţiei, nr.33, Curtici, jud. Arad |
2 |
5065/2000 |
S.C. RB Prod S.R.L. |
Str. Constituţiei, Arad, jud. Arad |
3 |
101/2000 |
S.C. Cominca S.A. |
Str. Octavian Goga, nr. 4, Oradea, jud. Bihor |
4 |
102/1999 |
S.C. Prodaliment S.A. |
Str. Republicii, nr. 101, Salonta, jud. Bihor |
5 |
115/1996 |
S.C. Ferm Com Prod S.R.L. |
Căldărăşti, jud. Buzău |
6 |
1446/2002 |
S.C. Izocon MC S.A. |
Cuza Vodă, jud. Călăraşi |
7 |
19/2002 |
S.C. Carnob S.R.L. |
Str. Lebedelor, nr. 1, Lumina, jud. Constanţa |
8 |
154/1999 |
S.C. Casalco S.A. |
Str. Jókai Mór, nr. 9-11, Sf. Gheorghe, jud. Covasna |
9 |
312/1999 |
S.C. Olas Prod S.R.L. |
Str. N. Romanescu, nr. 28, Craiova, jud. Dolj |
10 |
58/2001 |
S.C. Elan Trident S.R.L. |
Str. Rákóczi, Miercurea Ciuc, jud. Harghita |
11 |
143/1999 |
S.C. Lorialba Prest S.R.L. |
Str. Crişul Alb, nr. 1, Brad, jud. Hunedoara |
12 |
4585/2002 |
S.C. Agro Prod Com Dosa S.R.L. |
Str. Principală, nr. 79, Chibed, jud. Mureş |
13 |
2585/2000 |
S.C. Cazadela S.R.L. |
Str. Oltului, nr. 34, Reghin, jud. Mureş |
14 |
4048/2000 |
S.C. Coniflor S.R.L. |
Str. Petru Maior, Gurghiu, jud. Mureş |
15 |
422/1999 |
S.C. Prodprosper S.R.L. |
Str. Dumbravei, nr. 18, Dumbrava Roşie, jud. Neamţ |
16 |
549/1999 |
S.C. Tce 3 Brazi S.R.L. |
Zăneşti, jud. Neamţ |
17 |
24/2000 |
S.C. Spar S.R.L. |
Str. Gării, nr. 10, Potcoava, jud. Olt |
18 |
2076/2002 |
S.C. Simona S.R.L. |
Str. Popa Şapcă, nr. 105, Balş, jud. Olt |
19 |
86/2002 |
S.C. Universal S.R.L. |
Crişeni, jud. Sălaj |
20 |
5661/2002 |
S.C. Harald S.R.L. |
Str. Mânăstirea Humorului, nr. 76A, jud. Suceava |
21 |
6066/2002 |
S.C. Raitar S.R.L. |
Cornu Luncii, jud. Suceava |
22 |
5819/2002 |
S.C. Mara Alex S.R.L. |
Milişăuţi, jud. Suceava |
23 |
93/2003 |
S.C. Mara Prod Com S.R.L. |
Str. Abatorului, nr. 1 bis, Alexandria, jud. Teleorman |
24 |
1/2000 |
S.C. Diana S.R.L. |
Bujoreni, jud. Vâlcea |
25 |
6/1999 |
S.C. Diana Prod S.R.L. |
Vlădeşti, jud. Vâlcea |
Stabbilimenti tal-Laħam tat-Tjur
Nru. |
Nru. Vet |
Isem l-istabbiliment |
Sit tal-fond ikkonċernat |
1 |
2951/2000 |
S.C. Agronutrisco Impex S.R.L. |
Str. Abatorului, nr. 2A, Mihăileşti, jud. Giurgiu |
2 |
3896/2002 |
S.C. Oprea Avicom S.R.L. |
Str. Dealul Viilor, nr. 5, Crăieşti, jud. Mureş |
Stabbilimenti tal-Ħalib u tal-Prodotti tal-Ħalib
Nru. |
Nru. Vet. |
Name of establishment |
Sit tal-fond ikkonċernat |
1 |
999/2000 |
S.C. Alba Lact S.A. |
Str. Muncii, nr. 4, Alba Iulia, jud. Alba |
2 |
5158/8.11.2002 |
S.C. Biolact Bihor S.R.L. |
Paleu, jud. Bihor |
3 |
2100/8.11.2001 |
S.C. Bendearcris S.R.L. |
Miceştii de Câmpie, nr. 202A, jud. Bistriţa-Năsăud |
4 |
2145/5.3.2002 |
S.C. Lech Lacto S.R.L. |
Lechinţa, nr. 387, jud. Bistriţa-Năsăud |
5 |
395/18.6.2001 |
S.C. Lacto Solomonescu S.R.L. |
Miron Costin, Vlăsineşti, jud. Botoşani |
6 |
115/1.2.2002 |
S.C. Comintex S.R.L. Darabani |
Darabani, jud. Botoşani |
7 |
A343827/ 30.8.2002 |
S.C. Prodlacta S.A. |
Str. Gării, nr. 403, Homorod, jud. Braşov |
8 |
258/10.4.2000 |
S.C. Binco Lact S.R.L. |
Săcele, jud. Constanţa |
9 |
12203/25.9.2003 |
S.C. Lacto Genimico S.R.L. |
Str. Căşăriei nr. 2A, Hârşova, jud. Constanţa |
10 |
2721/28.8.2001 |
S.C. Industrializarea Laptelui S.A. |
B-dul Independenţei, nr. 23, Târgovişte, jud. Dâmboviţa |
11 |
4136/10.6.2002 |
S.C. Galmopan S.A. |
B-dul G. Coşbuc, nr. 257, Galaţi, jud. Galaţi |
12 |
5/7.5.1999 |
S.C. Sandralact S.R.L. |
Şos. Bucureşti-Giurgiu, km. 23, jud. Giurgiu |
13 |
213/1996 |
S.C. Paulact S.R.L. |
Str. Principală, nr. 28, Sânpaul, jud. Harghita |
14 |
625/21.11.1996 |
S.C. Lactis S.R.L. |
Str. Beclean, nr. 31, Odorheiu Secuiesc, jud. Harghita |
15 |
913/17.3.2000 |
S.C. Lactex — Reghin S.R.L. |
Jabeniţa, nr. 33, jud. Mureş |
16 |
207/21.4.1999 |
S.C. Midatod S.R.L. |
Ibăneşti, nr. 273, jud. Mureş |
17 |
391/23.4.1999 |
S.C. Kubo Ice Cream Company S.R.L. |
Str. Dumbravei, nr. 5, Piatra Neamţ, jud. Neamţ |
18 |
1055/10.7.2000 |
S.C. Oltina S.A. |
Str. A. I. Cuza, nr. 152, Slatina, jud. Olt |
19 |
282/1999 |
S.C. Calion S.R.L. |
Str. Gheorghe Doja, nr. 39, Jibou, jud. Sălaj |
20 |
1562/27.12.1999 5750/23.5.2002 |
S.C. Bucovina S.A. Suceava |
Str.Humorului, nr.4, Suceava, jud. Suceava |
21 |
1085/26.5.1999 |
S.C. Bucovina S.A. Falticeni |
Str. Izvor, nr.5, Falticeni, jud. Suceava |
22 |
5614/20.4.2002 |
S.C. Coza Rux S.R.L. |
Str. Burdujeni, nr.11. A, Suceava, jud. Suceava |
23 |
1659/27.3.2003 |
S.C. Ecolact S.R.L. |
Milisauti, jud. Suceava |
24 |
1205/5.10.1999 |
S.C. Pro Putna S.R.L. |
Putna, jud. Suceava |
25 |
5325/13.2.2002 |
S.C. Cetina Prod Lact S.R.L. |
Neagra Sarului, Saru Dornei, jud. Suceava |
26 |
5245/6.11.2001 |
S.C. Simultan S.R.L. |
Ortisoara, jud. Timis |
27 |
2459/21.8.2002 |
S.C. Zan S.R.L. |
Str. Celulozei, nr. 5, Zarnesti, jud. Brasov |
ANNESS VIII
Żvilupp Rurali (imsemmi fl-Artikolu 34 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni)
SEZZJONI I
MIŻURI TEMPORANJI ADDIZZJONALI GĦALL-IŻVILUPP RURALI TAL-BULGARIJA U TAR-RUMANIJA
A. Sostenn għall-azjendi agrikoli ta' semi-sussistenza taħt ristrutturazzjoni
(1) |
Is-sostenn għall-azjendi agrikoli ta' semi-sussistenza taħt ristrutturazzjoni għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet li ġejjin:
|
(2) |
Sabiex igawdi mis-sostenn, il-bidwi għandu jippreżenta pjan azjendali li:
|
(3) |
Il-konformità mal-pjan azjendali imsemmi fil-punt (2) għandha tiġi riveduta wara tliet snin. Jekk l-għanijiet provviżorji stabbiliti fil-pjan ma jkunux ġew milħuqa saż-żmien tar-reviżjoni triennali, ma għandu jingħata ebda sostenn ulterjuri iżda ma jkun hemm l-ebda rekwiżit abbażi ta' dawn ir-raġunijiet tar-restituzzjoni ta' flejjes diġà riċevuti. |
(4) |
Is-sostenn għandu jitħallas kull sena f'forma ta' għajnuna b'rata fissa sa l-ammont massimu eliġibbli speċifikat fis-Sezzjoni I G u għal perjodu li ma jeċċedix ħames snin. |
B. Gruppi ta' produtturi
(1) |
Għandu jingħata sostenn b'rata fissa sabiex jiġu faċilitati l-istabbiliment u l-operazzjoni amministrattiva ta' gruppi ta' produtturi li għandhom bħala l-għanijiet tagħhom:
|
(2) |
Is-sostenn għandu jingħata biss lil gruppi ta' produtturi li huma formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jew tar-Rumanija bejn id-data ta' l-adeżjoni u l-31 ta' Diċembru 2009 abbażi tal-liġi nazzjonali jew tal-liġi Komunitarja. |
(3) |
Is-sostenn għandu jingħata permezz ta' pagamenti annwali għall-ewwel ħames snin wara d-data li fiha kien ġie rikonoxxut il-grupp ta' produtturi. Dan għandu jiġi kalkulat abbażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata fis-sena tal-grupp u ma għandux jeċċedi:
Fi kwalunkwe każ, is-sostenn ma għandux jeċċedi l-ammonti eliġibbli massimi stabbiliti fis-Sezzjoni I G. |
C. Miżuri tat-tip Leader +
(1) |
Jista' jingħata sostenn għal miżuri konnessi ma' l-akkwist ta' kapaċitajiet intiżi sabiex jippreparaw lill-komunitajiet rurali sabiex joħolqu u jimplimentaw strateġiji lokali ta' żvilupp rurali. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu b'mod partikolari:
|
(2) |
Jista' jingħata sostenn sabiex jiġu adottati strateġiji integrati għall-iżvilupp rurali tat-territorju, ta' natura sperimentali, preparati minn gruppi ta' azzjoni lokali skond il-prinċipji stabbiliti fil-punti 12, 14 u 36 ta' l-Avviż tal-Kummissjoni lill-Istati Membri ta' l-14 ta' April 2000 li jistabbilixxi linji gwida għall-inizjattiva Komunitarja għall-iżvilupp rurali (Leader +) (1). Dan is-sostenn għandu jkun limitat għal reġjuni fejn hemm diġà suffiċjentement kapaċità amministrattiva u esperjenza ta' approċċi għal żvilupp rurali ta' natura lokali. |
(3) |
Il-gruppi ta' azzjoni lokali msemmija fil-punt (2) jistgħu jkunu eliġibbli sabiex jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' koperazzjoni inter-territorjali u transnazzjonali skond il-prinċipji stabbiliti fil-punti 15 sa 18 ta' l-Avviż tal-Kummissjoni msemmi fil-punt (2). |
(4) |
Il-Bulgarija u r-Rumanija u l-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jingħataw aċċess għall-Osservatorju taż-żoni rurali previst fil-punt 23 ta' l-Avviż tal-Kummissjoni msemmi fil-punt (2). |
D. Servizzi ta' konsulenza u ta' estensjoni agrikoli
Għandu jingħata sostenn għall-provvista ta' servizzi ta' konsulenza u ta' estensjoni agrikoli.
E. Komplementi għal pagamenti diretti
(1) |
Jista' jingħata sostenn lil bdiewa li huma eliġibbli għal pagamenti jew għajnuniet diretti, nazzjonali, komplementari skond l-Artikolu 143ċ tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 (2). |
(2) |
Is-sostenn mogħti lil bidwi fir-rigward tas-snin 2007, 2008, 2009 ma għandux jeċċedi d-differenza bejn:
|
(3) |
Il-kontribut Komunitarju għas-sostenn mogħti taħt dan is-subsezzjoni E fil-Bulgarija jew fir-Rumanija fir-rigward ta' kull waħda mis-snin 2007, 2008 u 2009 ma għandux jeċċedi l-20 % ta' l-allokazzjoni annwali rispettiva tagħha. Madankollu, l-Bulgarija jew ir-Rumanija tista' tiddeċiedi li tibdel din ir-rata annwali ta' 20 % bir-rati li ġejjin: 25 % għall-2007, 20 % għall-2008 u 15 % għall-2009. |
(4) |
Is-sostenn mogħti lil bidwi taħt din is-Subsezzjoni E għandu jiġi meqjus bħala pagamenti jew għajnuniet diretti, nazzjonali, komplementari, skond kif applikabbli, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-livelli massimi stabbiliti fl-Artikolu 143ċ(2a) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003. |
F. Għajnuna teknika
(1) |
Jista' jingħata sostenn għall-miżuri ta' preparazzjoni, sorveljanza, valutazzjoni u kontroll li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dokumenti ta' programmazzjoni għall-iżvilupp rurali. |
(2) |
Il-miżuri msemmija fil-punt (1) għandhom jinkludu b'mod partikolari:
|
G. Tabella ta' ammonti għall-miżuri temporanji addizzjonali għall-iżvilupp rurali għall-Bulgarija u r-Rumanija
Miżura |
EUR |
|
Azjendi agrikoli ta' semi-sussistenza |
1 000 |
kull azjenda/kull sena |
Gruppi ta' produtturi |
100 000 |
Għall-ewwel sena |
|
100 000 |
Għat-tieni sena |
|
80 000 |
Għat-tielet sena |
|
60 000 |
Għar-raba' sena |
|
50 000 |
Għall-ħames sena |
SEZZJONI II
DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR SOSTENN GĦALL-INVESTIMENT LILL-BULGARIJA U LIR-RUMANIJA
(1) |
Is-sostenn għall-investiment lill-azjendi agrikoli taħt ir-regolamenti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni għandu jingħata lill-azjendi agrikoli li fir-rigward tagħhom tista' tintwera vijabbiltà ekonomika meta jsir l-investiment. |
(2) |
L-ammont totali ta' sostenn għall-investiment f'azjendi agrikoli, espress bħala perċentwali tal-volum ta' l-investiment eliġibbli, għandu jkun limitat sa massimu jew ta' 50 % u, f'żoni anqas vantaġġati, ta' 60 %, jew sal-perċentwali stabbiliti fir-regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' adeżjoni, skond liema jkun l-ogħla. Fejn isiru investimenti minn bdiewa żgħażagħ, kif definit fir-regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni, dawn il-perċentwali jistgħu jilħqu massimu ta' jew 55 %, u, f'żoni anqas vantaġġati, ta' 65 %, jew il-perċentwali stabbiliti fir-regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni, skond liema jkun l-ogħla. |
(3) |
Għandu jingħata sostenn għall-investiment sabiex jiġu mtejba l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli taħt ir-regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni lill-intrapriżi li jkunu ngħataw perjodu transitorju wara l-adeżjoni sabiex jilħqu l-istandards minimi fir-rigward ta' l-ambjent, l-iġjene u t-trattament xieraq tal-bhejjem. F'dan il-każ, l-intrapriża għandha tikkonforma ma' l-istandards rilevanti sa l-aħħar tal-perjodu transitorju speċifikat jew sa l-aħħar tal-perjodu ta' investiment, skond liema jiġi l-ewwel. |
SEZZJONI III
DISPOSIZZJONI SPEĊIFIKA DWAR SOSTENN GĦALL-IRTIRAR KMIENI GĦALL-BULGARIJA
(1) |
Il-bdiewa fil-Bulgarija li ġew allokati kwota fuq il-ħalib għandhom ikunu eliġibbli għall-iskema ta' irtirar kmieni bil-kondizzjoni li jkollhom inqas minn 70 sena meta jsir it-trasferiment. |
(2) |
L-ammont tas-sostenn għandu jkun soġġett għall-ammonti massimi stabbiliti fir-regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni u għandu jiġi kalkulat relattivament għad-daqs tal-kwota fuq il-ħalib u l-attività totali tal-biedja f'l-azjenda. |
(3) |
Il-kwoti fuq il-ħalib allokati lil min jittrasferixxi għandhom jiġu mdaħħla mill-ġdid fir-riserva tal-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib mingħajr ma jsir xi ħlas addizzjonali ta' kumpens. |
SEZZJONI IV
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI SPEĊIFIĊI GĦALL-BULGARIJA U GĦAR-RUMANIJA GĦALL-PERJODU 2007-2013
(1) |
Għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, is-sostenn Komunitarju mogħti fil-Bulgarija u r-Rumanija għall-miżuri kollha ta' żvilupp rurali għandu jiġi implimentat skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi strutturali (3). |
(2) |
Fiż-żoni koperti mill-Għan 1, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista' jammonta għal jew 85 % għall-miżuri agro-ambjentali u miżuri għat-trattament xieraq tal-bhejjem, u 80 % għal miżuri oħra, jew il-perċentwali stabbiliti fir-regolamenti dwar l-iżvilupp rurali fis-seħħ fid-data ta' l-adeżjoni, skond liema ikun l-ogħla. |
(1) ĠU C 139, 18.5.2000, p. 5.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' sostenn fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru. 1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71 u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1). Regolament adattat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/281/KE (ĠU L 93, 30.3.2004, p. 1) u Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).
(3) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni tat-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
ANNESS IX
Impenji speċifiċi assunti, u rekwiżiti aċċettati, mir-Rumanija fil-konklużjoni tan-negozjati dwar l-adeżjoni fl-14 ta' Diċembru 2004 (imsemmija fl-Artikolu 39 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni)
I. Fir-rigward ta' l-Artikolu 39(2)
(1) |
Sabiex jiġi implimentat mingħajr iżjed dewmien il-Pjan ta' Azzjoni ta' Schengen, hekk kif ippubblikat f' M. Of., p.I, nru. 129 bis/2005, emendat b' konformità ma' l-acquis u skond it-termini perentorji miftiehma. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' kontroll u sorveljanza fil-fruntieri esterni futuri ta' l-Unjoni, jitħaffu konsiderevolment l-isforzi fil-modernizzazzjoni ta' tagħmir u infrastruttura fil-fruntiera l-ħadra, fil-fruntiera l-blu u fil-punti fejn jaqsmu l-fruntieri, u tiġi msaħħa iżjed il-kapaċità ta' analiżi tar-riskju operazzjonali. Dan għandu jiġi rifless fi pjan wieħed ta' investiment pluriennali mressaq mhux iżjed tard minn Marzu 2005, li għandu jippermetti lill-Unjoni tkejjel il-progress fuq bażi annwali u sakemm tittieħed, fir-rigward tar-Rumanija, d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' l-Att. Barra minn dan, ir-Rumanija għandha tintensifika konsiderevolment il-pjanijiet tagħha sabiex tirrekluta 4 438 aġent u uffiċjal tal-pulizija tal-fruntieri u b'mod partikolari tiżgura li tilħaq, sa l-adeżjoni, livell ta' persunal qrib kemm jista' jkun ta' 100 % tul il-fruntieri ma' l-Ukraina, il-Moldova u mal-kosta tal-Baħar l-Iswed. Ir-Rumanija għandha timplimenta wkoll il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġġieled b'mod effettiv l-immigrazzjoni illegali, inkluż it-tisħiħ ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi. |
(3) |
Sabiex jiġi żviluppat u implimentat Pjan ta' Azzjoni u Strateġija għar-Riforma tal-Ġudikatura aġġornat u integrat li jinkludi l-miżuri ewlenin għall-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Ġudikatura, tal-Liġi dwar l-Istatus tal-Maġistrati u tal-Liġi dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura li daħlu fis-seħħ fit-30 ta' Settembru 2004. Iż-żewġ dokumenti aġġornati għandhom jiġu preżentati lill-Unjoni mhux iżjed tard minn Marzu 2005; għandhom jiġu żgurati riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni u dan għandu jiġi implimentat mingħajr iżjed dewmien u skond l-iskeda kronoloġika stabbilita. Ir-Rumanija għandha wkoll turi prova sa' Marzu 2005 tal-funzjonabbiltà sħiħa tas-sistema l-ġdida għad-distribuzzjoni, fuq bażi każwali, tal-każijiet. |
(4) |
Sabiex tiġi intensifikata konsiderevolment il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u partikolarment kontra l-korruzzjoni fi gradi għolja billi jiġu żgurati l-infurzar rigoruż tal-leġislazzjoni ta' kontra l-korruzzjoni u l-indipendenza effettiva ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Prosekuturi Anti-Korruzzjoni (NAPO) u billi jiġi preżentat fuq bażi annwali, minn Novembru 2005, rendikont konvinċenti ta' servizz dwar l-attivitajiet tan-NAPO fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi gradi għolja. In-NAPO għandu jingħata l-persunal, ir-riżorsi finanzjarji u ta' taħriġ, kif ukoll it-tagħmir meħtieġ sabiex iwettaq il-funzjoni vitali tiegħu. |
(5) |
Sabiex issir verifika indipendenti tar-riżultati u ta' l-impatt magħmul mill-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni attwali; sabiex jiġu riflessi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' din il-verifika fl-istrateġija ġdida pluriennali kontra l-korruzzjoni li għandha tikkonsisti f'dokument wieħed komprensiv, stabbilita mhux iżjed tard minn Marzu 2005, akkumpanjata minn pjan ta' azzjoni b'benchmarks, definiti b'mod ċar, li għandhom jintlaħqu u bir-riżultati li għandhom jinkisbu, kif ukoll disposizzjonijiet adatti ta' budget; l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija u tal-Pjan ta' Azzjoni għandha tkun sorveljata minn korp indipendenti wieħed u eżistenti, definit b'mod ċar; l-istrateġija għandha tinkludi l-impenn li tiġi riveduta sa tmiem l-2005 il-proċedura kriminali protratta sabiex jiġi żgurat li każijiet ta' korruzzjoni jiġu trattati rapidament u b'mod trasparenti, sabiex jiġu żgurati sanzjonijiet adegwati b'effett deterrenti; finalment, għandha tinkludi passi sabiex jitnaqqas konsiderevolment sa tmiem l-2005 in-numru ta' korpi li kollha għandhom poteri ta' prevenzjoni u investigazzjoni kontra l-korruzzjoni, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' responsabbiltajiet. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat sa Marzu 2005 qafas legali ċar għad-diviżjoni tal-kompiti rispettivi u l-koperazzjoni bejn il-ġendarmerija u l-pulizija li jkopri wkoll l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni, u sabiex jiġi żviluppat u implimentat sa nofs l-2005 pjan ta' reklutaġġ ċar għaż-żewġ istituzzjonijiet bil-għan li sad-data ta' adeżjoni jkun sar żvilupp konsiderevoli fil-mili tas-7 000 post battal fil-pulizija u tat-18 000 post battal fil-ġendarmerija. |
(7) |
Sabiex tiġi żviluppata u implimentata strateġija koerenti pluriennali kontra l-kriminalità li tinkludi azzjonijiet konkreti għat-trażżin l-użu tar-Rumanija bħala pajjiż ta' oriġini, transitu u destinazzjoni ta' vittmi ta' traffikar u sabiex tiġi preżentata, fuq bażi annwali u minn Marzu 2005, statistika affidabbli dwar kif dan il-fenomenu ta' kriminalità qed jiġi miġġieled. |
II. Fir-rigward ta' Artikolu 39(3)
(8) |
Sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv mill-Kunsill tal-Kompetizzjoni ta' kull għajnuna potenzjali mill-Istat, inkluż kontroll relattiv għall-għajnuna mill-Istat prevista permezz ta' differimenti ta' pagamenti lill-budget ta' l-Istat ta' debiti fiskali jew soċjali jew differimenti ta' debiti relattivi għall-provvista ta' l-enerġija. |
(9) |
Sabiex jiġi msaħħaħ bla dewmien ir-rekord ta' infurzar relattiv għall-għajnuna mill-Istat, u sabiex minn hemm 'il quddiem jiġi żgurat rekord sodisfaċenti ta' infurzar fl-oqsma kemm ta' anti-trust kif ukoll ta' għajnuna mill-Istat. |
(10) |
Sabiex jiġi preżentat lill-Kummissjoni, sa nofs Diċembru 2004, pjan rivedut ta' ristrutturazzjoni ta' l-industrija ta' l-azzar (li jinkludi l-Programm ta' Ristrutturazzjoni Nazzjonali u l-Pjanijiet Azjendali Individwali) konformement mal-ħtiġijiet stabbiliti fil-Protokoll 2 dwar prodotti tal-KEFA anness mal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra (1), kif ukoll mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII, Kapitolu 4, Sezzjoni B, ma' l-Att. Sabiex jiġi kompletament rispettat l-impenn li la tingħata u lanqas titħallas għajnuna mill-Istat lill-funderiji ta' l-azzar koperti mill-Istrateġija ta' Ristrutturazzjoni Nazzjonali mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008 u sabiex jiġu rispettati kompletament l-ammonti ta' għajnuna mill-Istat u l-kondizzjonijiet dwar riduzzjonijiet ta' kapaċità li għandhom jiġu deċiżi fil-kuntest tal-Protokoll 2 dwar prodotti tal-KEFA anness mal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r- Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra. |
(11) |
Sabiex jibqgħu jiġu provduti lill-Kunsill tal-Kompetizzjoni mezzi finanzjarji adegwati u riżorsi umani suffiċjenti u adegwatament kwalifikati. |
(1) ĠU L 357, 31.12.1994, p. 2. Ftehim kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni UE/Rumanija tal-25.9.2003 (għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).