Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003T046

    ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI: DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAN L-ATT - TITOLU I: STABBILIMENT TA' L-ISTITUZZJONIJIET U KORPI - Artikolu 46

    ĠU L 236, 23.9.2003, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2003/act_1/art_46/sign

    12003T046



    Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0047 - 0047


    Artikolu 46

    1. Għaxar imħallfin għandhom ikunu maħtura għall-Qorti tal-Ġustizzja u għaxar imħallfin għandhom ikunu maħtura għall-Qorti ta' Prim'Istanza.

    2. (a) Il-mandat tal-ħatra ta' ħamsa mill-imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja li jkunu maħtura skond il-paragrafu 1 għandu jiskadi fis- 6 ta' Ottubru 2006. Dawn l-imħallfin għandhom jintgħażlu bix-xorti. Il-mandat tal-ħatra ta' l-imħallfin l-oħra jiskadi fis- 6 ta' Ottubru 2009.

    (b) Il-mandat tal-ħatra ta' ħamsa mill-imħallfin fil-Qorti tal-Prim'Istanza li jkunu maħtura skond il-paragrafu 1 għandu jiskadi fil- 31 ta' Awissu 2004. Dawk l-imħallfin għandhom jintgħażlu bix-xorti. Il-mandat tal-ħatra ta' l-imħallfin l-oħra jiskadi fil- 31 ta' Awissu 2007.

    3. (a) Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel dawk it-tibdiliet għar-Regoli tal-Proċedura tagħha skond kif isir meħtieġ bl-adeżjoni.

    (b) Il-Qorti tal-Prim'Istanza, bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tagħmel dawk it-tibdiliet għar-Regoli tal-Proċedura tagħha skond kif isir meħtieġ bl-adeżjoni.

    (ċ) Ir-Regoli tal-Proċedura kif adattati jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni unanima tal-Kunsill.

    4. Għall-iskopijiet ta' deċiżjoni ta' każijiet pendenti quddiem il-Qrati fil-jum ta' l-adeżjoni li bdew jinstemgħu oralment qabel dik id-data, il-Qrati plenari jew l-Awli għandhom ikunu kostitwiti bħal ma kienu qabel l-Adeżjoni u għandhom japplikaw ir-Regoli ta' Proċedura li kienu fis-seħħ fil-jum ta' qabel il-jum ta' l-adeżjoni.

    --------------------------------------------------

    Top