Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02024R2642-20241216

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/2024-12-16

02024R2642 — MT — 16.12.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2642

tat-8 ta’ Ottubru 2024

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

(ĠU L 2642 9.10.2024, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3188 tas-16 ta’ Diċembru 2024

  L 3188

1

16.12.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 90665, 31.10.2024, p.  1 (2024/2642)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2642

tat-8 ta’ Ottubru 2024

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja



Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:

(i) 

pretensjoni għall-prestazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni,jew b’rabta magħhom;

(ii) 

pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta’ kwalunkwe forma;

(iii) 

pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta’ kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) 

kontropretensjoni;

(v) 

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta’ exequatur, ta’ sentenza, deċiżjoni arbitrali jew ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;

(b) 

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni tkun kif tkun il-forma u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dak l-iskop “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni jew li tkun marbuta magħha;

(c) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;

(d) 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, li iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(e) 

“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi b’kwalunkwe mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(f) 

“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta’, aċċess għal, jew in-negozjar b’fondi b’kwalunkwe mod li jirriżulta f’xi tibdil fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura jew id-destinazzjoni tagħhom jew tibdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta’ portafolli;

(g) 

“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal:

(i) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;

(ii) 

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta’ dejn;

(iii) 

titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, titoli obbligazzjonarji u kuntratti tad-derivattivi;

(iv) 

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) 

ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;

(vii) 

dokumenti li jagħtu prova ta’ xi interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;

(h) 

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I, jew li huma l-proprjetà, jew fil-pussess jew fil-kontroll tagħhom, għandhom jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha tkun disponibbli, direttament jew indirettament, lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew tkun għall-beneficċju tagħhom.
3.  

L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:

(a) 

huma responsabbli għal, li jimplimentaw, jappoġġaw, jew jibbenefikaw minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, f’organizzazzjoni internazzjonali jew f’pajjiż terz, jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, jew ta’ pajjiż terz, permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment dirett jew indirett fi, jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor tat-tfixkil jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku, inkluż billi jostakolaw jew jimminaw l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet jew jippruvaw jiddestabbilizzaw jew iwaqqgħu l-ordni kostituzzjonali;;

(ii) 

l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment, dirett jew indirett fi, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor ta’ dimostrazzjonijiet vjolenti;

(iii) 

l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment dirett jew indirett fi, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor ta’ atti ta’ vjolenza, inkluż attivitajiet li jsikktu, jintimidaw, jisforzaw, jew iwasslu għal tpattija kontra persuni li jikkritikaw l-azzjonijiet jew il-politiki tal-Federazzjoni Russa;

(iv) 

l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment dirett jew indirett fi, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor tal-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza koordinati;

(v) 

l-ippjanar ta’ kwalunkwe azzjoni mmirata kontra l-funzjonament ta’ istituzzjonijiet demokratiċi, attivitajiet ekonomiċi jew servizzi ta’ interess pubbliku, id-direzzjoni tagħha, l-involviment, dirett jew indirett fiha, jew l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor tagħha, inkluż permezz ta’ dħul mhux awtorizzat fit-territorju ta’ Stat Membru, inkluż l-ispazju tal-ajru tiegħu, jew bl-għan li jinterferixxu ma’ infrastruttura kritika, inkluż l-infrastruttura sottomarina, jagħmlulha ħsara jew jeqirduha, inkluż permezz ta’ sabotaġġ jew attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi bħala parti minn attivitajiet ibridi;

(vi) 

l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment dirett jew indirett fi, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor tal-istrumentalizzazzjoni ta’ migranti kif imsemmija fl-Artikolu 1(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1359;

(vii) 

l-isfruttar ta’ kunflitt armat, instabbiltà jew insigurtà, inkluż permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu ta’ riżorsi naturali u ħajja selvaġġa f’pajjiż terz;

▼C1

(viii) 

l-inċitament jew l-iffaċilitar ta’ kunflitt armat f’pajjiż terz;

▼B

(b) 

huma assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fil-punt (a) I;

(c) 

jappoġġaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi involuti f’attivitajiet imsemmija fil-punt (a).

Artikolu 3

1.  

B’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a) 

neċessarji biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattamenti mediċi, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż tas-servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) 

neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;

(e) 

iridu jitħallsu fi jew jinħarġu minn kont ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari jew l-organizzazzjoni internazzjonali;

(f) 

neċessarji għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inkluż delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali; jew

(g) 

neċessarji għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, u għall-forniment ta’ faċilitajiet u servizzi assoċjati neċessaarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ tali servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn minn dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 4

1.  

L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li jkunu neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a) 

in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) 

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) 

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) 

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji koordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;

(e) 

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;

(f) 

aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew

(g) 

impjegati, benefiċjarji, sussidjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.

2.  
L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi identifikati b’asterisk fl-Anness I.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun neċessarju biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jsostnu l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem.
4.  
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.
5.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien 4 ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.

Artikolu 5

1.  

B’deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn minn dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6

1.  

B’deroga mill-Artikolu 2(1) u dment li jkun dovut pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I skont kuntratt jew ftehim li jkun ġie konkluż minn, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(b) 

il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 2(2).

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn minn dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 7

1.  
L-Artikolu 2(2) ma għandux iwaqqaf l-ikkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dment li kwalunkwe żieda ma’ dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b’kull tali tranżazzjoni mingħajr dewmien.
2.  

L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a) 

l-imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) 

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu ġew inklużi fl-Anness I; jew

(c) 

pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,dment li kwalunkwe mgħax, dħul ieħor u pagament bħal dan ikun iffriżat skont l-Artikolu 2(1).

Artikolu 8

1.  

Persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:

(a) 

ifornu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar il-kontijiet u l-ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u

(b) 

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għar-regoli nazzjonali jew regoli applikabbli oħra dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet ġudizzjarji, u konsistenti mar-rispett għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom iggarantita mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għal dak l-għan, tali komunikazzjonijiet jinkludu dawk relatati ma’ pariri legali pprovduti minn professjonisti ċċertifikati oħra li huma awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji, sa fejn tali pariri legali jingħataw b’rabta ma’ proċedimenti ġudizzjarji pendenti jew prospettivi.
3.  
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
4.  
Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun pprovduta jew riċevuta.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-infurzar, l-awtoritajiet doganali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), kif ukoll l-amministraturi ta’ reġistri uffiċjali fejn huma rreġistrati persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kif ukoll proprjetà immobbli jew mobbli, għandhom jipproċessaw u jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni, inkluża data personali, u, jekk neċessarju, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru tagħhom, ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni, jekk tali pproċessar u skambju jkun neċessarju biex jitwettqu l-kompiti tal-awtorità tal-ipproċessar jew tal-awtorità riċeventi skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jidentifikaw każijiet ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, jew tentattivi ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 9

1.  
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun biex jiġu evitati l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament, inkluż bil-parteċipazzjoni f’tali attivitajiet mingħajr it-tfittxija b’mod deliberat ta’ dak l-għan jew l-effett iżda bl-għarfien li l-parteċipazzjoni jista’ jkollha dak l-għan jew l-effett u l-aċċettazzjoni ta’ dik il-possibbiltà..
2.  

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness I, għandhom:

(a) 

jirrapportaw fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu lilhom, li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi; u

(b) 

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ tali informazzjoni.

3.  
In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala parteċipazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.
4.  
L-Istat Membru kkonċernt għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn bl-informazzjoni li jkun irċieva skont il-paragrafu 2, il-punt (a).
5.  
Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ipprovduta jew riċevuta.
6.  
Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725, u safejn ikun neċessarju biss għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

1.  
L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew iċ-ċaħda li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fide abbażi tal-fatt li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandu joħloq l-ebda tip ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawhom, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.
2.  
Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 11

1.  

L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I;

(b) 

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a) jew inkella f’isimhom.

2.  
Fi kwalunkwe proċediment għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tal-pretensjoni ma huwiex ipprojbit bil-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta’ dik il-pretensjoni.
3.  
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-noneżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

1.  

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar:

(a) 

fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt id-derogi stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(b) 

problemi ta’ ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

1.  
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, huwa għandu jemenda l-Anness I kif meħtieġ.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika deċiżjoni li tirriżulta mill-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati, kemm direttament jekk l-indirizz ikun magħruf u jekk tali komunikazzjoni tkun tista’ ssir, jew inkella permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, li jipprovdi lil dik il-persuna, l-entità jew il-korp l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.
3.  
Fejn jitressqu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni kkonċernata u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati kif meħtieġ.
4.  
Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 14

1.  
L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi kkonċernati.
2.  
L-Anness I għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: l-ismijiet u l-psewdonimi; id-data u l-post tat-twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; il-ġeneru; l-indirizz, jekk ikun magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni, u l-post tan-negozju.

Artikolu 15

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll il-miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 16

1.  

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawk il-kompiti jinkludu:

(a) 

fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u d-dħul ta’ emendi fl-Anness I;

(b) 

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi fl-Anness I;

(c) 

fir-rigward tal-Kummissjoni:

(i) 

l-inklużjoni tal-kontenut tal-Anness I fil-lista elettronika, kkonsolidata tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva tas-sanzjonijiet, li t-tnejn huma disponibbli għall-pubbliku;

(ii) 

l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw, fejn dan japplika, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lil tali persuni sal-punt biss li dan l-ipproċessar ikun neċessarju għat-tħejjija tal-Anness I.
3.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrollur” skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8, tar-Regolament (UE) 2018/1725 sabiex jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament.

Artikolu 17

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.
3.  
Meta dan ir-Regolament jistipula l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha b’xi mod ieħor, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 18

Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta- f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża mill-Kummissjoni għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta biss.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c) 

għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;

(d) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp ġuridiku, fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ li jkun sar, interament jew parzjalment, fl-Unjoni.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2

▼M1

A. 

Persuni fiżiċi



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Artem Sergeevich KUREEV

(bir-Russu: Артём Сергеевич КУРЕЕВ)

Uffiċjal tal-Ħames Servizz tas-Servizz Federali tas-Sigurtà, Kap Editur tal-“African Initative”, Fundatur ta' “Rusafro”

Data tat-twelid: 24.10.1980

Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 4002209800

Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 782500167259

Artem Sergeevich Kureev huwa uffiċjal tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu involut f'attivitajiet malinni, b'mod partikolari kampanji ta' diżinformazzjoni kkoordinati, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Afrika. Huwa jwettaq kampanji ta' influwenza fl-Ewropa, inkluż billi jorganizza t-tixrid ta' artikli bir-Russu u bit-traduzzjoni tagħhom bl-Ingliż fuq siti web proxy u billi jagħmel pagamenti għall-pubblikazzjoni ta' artikli favur ir-Russja, bl-għan li jxerred id-diżinformazzjoni Russa fl-Ewropa. Huwa waqqaf żewġ mezzi tal-media fl-Afrika u wettaq kampanji intenzjonati ta' diżinformazzjoni bl-għan li jdgħajfu l-proġetti tas-saħħa tal-Punent fl-Afrika permezz tat-tixrid ta' teoriji ta' kospirazzjoni bħall-użu allegat tal-Afrika għal esperimenti ta' gwerra bijoloġika u provi illeċiti ta' diversi drogi minn kumpaniji farmaċewtiċi tal-Punent.

Għalhekk, Artem Sergeevich Kureev qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi billi jippjana u jidderieġi l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

2.

Nikolai Aleksandrovich TUPIKIN

(bir-Russu: Николай Александрович ТУПИКИН)

Direttur Eżekuttiv ta' Structura National Technologies magħrufa wkoll bħala GK Struktura

Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 773402066160

Nikolai Aleksandrovich Tupikin huwa l-kap u l-fundatur ta' Structura National Technologies (GK Struktura). Il-kumpanija kienet involuta fil-kampanja hekk imsejħa “Doppelganger”, kampanja diġitali ta’ diżinformazzjoni mmexxija mir-Russja mmirata lejn il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u t-tixrid tad-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u mmirata lejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-Istati Uniti u l-Ukrajna. Huwa jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Amministrazzjoni Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kien ukoll wieħed mill-persuni ewlenin fil-kampanja ta' diżinformazzjoni tar-Russja fl-Amerka Latina kollha bl-għan li jimmina l-appoġġ għall-Ukrajna.

Għalhekk, Nikolai Aleksandrovich Tupikin qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi billi jippjana u jidderieġi l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. Huwa assoċjat ukoll ma' Sofia Avraamovna Zakharova, kap tad-dipartiment fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

16.12.2024

3.

Sofia Avraamovna ZAKHAROVA

(bir-Russu: София Авраамовна ЗАХАРОВА)

Kap tad-dipartiment fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni

Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: mara

Sofia Avraamovna Zakharova hija l-kap tad-dipartiment fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Hija kienet involuta fil-kampanja hekk imsejħa “Doppelganger” immirata lejn il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u t-tixrid tad-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u mmirata lejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-Istati Uniti u l-Ukrajna. Hija ilha taħdem direttament ma' Ilya Gambashidze u Nikolai Tupikin, kapijiet ta' Social Design Agency u GK Struktura, rispettivament, fuq din l-operazzjoni. Hija kienet ukoll wieħed mill-mexxejja tat-tim u l-membri attivi tal-hekk imsejjaħ “Tim I” immexxi minn Ilya Gambashidze, li tinsab wara l-kampanja tal-Kremlin għad-diżinformazzjoni fil-Punent, li qed tinterferixxi fl-elezzjonijiet ta' pajjiżi differenti, u qed tħejji proġetti biex tiskredita l-oppożizzjoni Russa.

Għalhekk, Sofia Avraamovna Zakharova qed timplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi billi tippjana u tidderieġi l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

4.

Andrey Vladimirovich AVERYANOV

(bir-Russu: Андрей Владимирович АВЕРЬЯНОВ)

Kmandant tal-unità 29155 tal-GRU

Maġġur Ġeneral

Data tat-twelid: 29.9.1967

Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 773378888007

Andrey Vladimirovich Averyanov huwa uffiċjal militari għoli tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Wara l-mewt ta' Yevgeny Prigozhin u r-ristrutturar tal-Wagner Group, il-kmand tal-operazzjonijiet militari Russi fl-Afrika ġie ristrutturat u tqiegħed taħt il-Korp Afrikan taħt il-kappa tal-Ministeru għad-Difiża Russu, u Averyanov tqiegħed responsabbli għall-operazzjonijiet. F'ħafna pajjiżi Afrikani, il-forzi Russi jipprovdu sigurtà lill-ġunti militari li waqqgħu l-gvernijiet demokratiċi leġittimi, u b'hekk aggravaw serjament l-istabbiltà, is-sigurtà u d-demokrazija tal-pajjiżi.

Barra minn hekk, il-forzi Russi fl-Afrika jisfruttaw ir-riżorsi naturali hemmhekk biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom. Fil-bidu tal-2024, il-forzi Russi ħadu l-kontroll tal-minjiera tad-deheb ta' Intahaka fil-Mali.

Għalhekk, Andrey Vladimirovich Averyanov qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà f’pajjiżi terzi billi jdgħajjef il-proċess politiku demokratiku fil-pajjiżi Afrikani fejn joperaw il-forzi Russi u billi jisfrutta kunflitt armat, instabbiltà jew nuqqas ta' sigurtà, inkluż permezz tal-isfruttament illeċitu jew il-kummerċ ta' riżorsi naturali u organiżmi selvaġġi f'pajjiż terz.

16.12.2024

5.

Tinatin Givievna KANDELAKI

magħruf ukoll bħala

Tina KANDELAKI

(bir-Russu: Тинатин Гивиевна КАНДЕЛАКИ)

Ġurnalista, figura pubblika, ċelebrità, preżentatriċi u produttriċi tat-TV, Viċi Direttur Ġenerali ta' Gazprom Media Holding

Data tat-twelid: 10.11.1975

Post tat-twelid: Tbilisi, Georgian SSR (issa Georgia)

Ċittadinanza: Georgjana

Sess: mara

Tinatin Givievna Kandelaki hija ġurnalista Russa impjegata mill-kumpanija tal-istat Gazprom Media, u figura pubblika li ilha tuża l-popolarità u l-influwenza tagħha fl-isfera pubblika biex issemma' l-propaganda Russa u biex tiġġustifika l-gwerra ta’aggressjoni Russa li għaddejja kontra l-Ukrajna. Kienet fost dawk li wettqu l-kunċert tal-istadium ta' Luzhniki tat-18 ta' Marzu 2022 li fakkar it-tmien anniversarju tal-annessjoni illegali tal-Krimea u serva bħala simbolu ta' appoġġ għall-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. Wara l-2014, hija appoġġat bis-sħiħ l-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, hija Viċi Direttur Ġenerali ta' Gazprom Media Holding, azjenda ta' diversi mezzi tal-media li jxerrdu propaganda kontra l-Ukrajna u jiġġustifikaw l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Diversi stazzjonijiet televiżivi li huma proprjetà ta' Gazprom Media Holding u rregolati minnha ssostitwew l-istazzjonijiet televiżivi Ukreni fuq frekwenzi tat-televiżjoni lokali li qabel kienu ssekwestrati bil-qawwa mir-Russi wara l-invażjoni Russa tal-Krimea u għalhekk ipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess tal-annessjoni illegali tal-Krimea.

Għalhekk, Tinatin Givievna Kandelaki hija responsabbli għal, timplimenta, tappoġġa, jew tibbenefika minn, azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-Unjoni, f'organizzazzjoni internazzjonali, jew f'pajjiż terz, jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, jew ta' pajjiż terz, billi tippjana, tiddirieġi, tinvolvi ruħha fi, direttament jew indirettament, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni u interferenza tal-informazzjoni kkoordinati.

16.12.2024

6.

Vladimir Vladimirowich SERGIYENKO

(bir-Russu: Владимир Владимирович СЕРГИЕНКО)

Eks assistent tal-Membru tal-Bundestag Eugen Schmidt

Data tat-twelid: 23.5.1971

Post tat-twelid: Lviv, Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Ċittadinanza: Russa /Ukrena

Sess: raġel

Vladimir Vladimirovich Sergiyenko huwa eks assistent parlamentari tal-Membru tal-Bundestag, Eugen Schmidt Ġermaniż. B'mod parallel, Sergiyenko kkollabora b'mod attiv mal-uffiċjali tal-intelligence Russi li fittxew li jisfruttaw l-aċċess parlamentari u politiku privileġġat tiegħu għad-detriment tal-proċess politiku demokratiku u l-ordni kostituzzjonali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Għalhekk, Vladimir Vladimirovich Sergiyenko implimenta u appoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-sigurtà fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja billi involva ruħu fi, direttament jew indirettament, it-tfixkil jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku.

16.12.2024

7.

Denis Alexandrovich SMOLYANINOV

(bir-Russu: Денис Александрович СМОЛЯНИНОВ)

Kurunell tal-GRU

Data tat-twelid: 26.8.1976

Post tat-twelid: Chelyabinsk, USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 672904784466

Denis Alexandrovich Smolyaninov huwa kurunell tal-GRU, li jispeċjalizza f'operazzjonijiet psikoloġiċi. Huwa inkarigat mid-direzzjoni Ukrena tal-GRU. Listi ta' merċenarji li għandhom jintbagħtu lid-Donbass għaddew mid-direzzjoni Ukrena. Huwa ssorvelja wkoll żewġ kumpaniji militari privati (PMCs) assoċjati mal-Ministeru għad-Difiża: Longifolia, kumpanija militari ta' bosses tal-kriminalità mis-snin 90, li permezz tagħha ġew stabbiliti kuntatti mal-PMCs tal-Punent, u Convoy, il-kumpanija tas-sigurtà militari. Ftit qabel l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, huwa bagħat network ta' aġenti fl-Ukrajna. Huwa juża l-mezzi ta' Telegram biex ixerred id-diżinformazzjoni, inkluż fl-Ukrajna. Permezz tal-media soċjali huwa jirrekluta aġenti għal attivitajiet ta' sabotaġġ fl-Unjoni u attivitajiet oħra mmirati lejn il-ħolqien ta' tensjonijiet bejn il-pajjiżi tan-NATO.

Il-GRU huwa responsabbli għat-tħejjija attiva ta' splużjonijiet, ħruq, u ħsara lill-infrastruttura fit-territorju tal-Unjoni, bl-għan li jnaqqas ir-ritmu tal-provvista ta' armi lill-Ukrajna u li joħloq diżgwid u l-apparenza ta' nuqqas ta' sodisfazzjon bl-appoġġ għall-Ukrajna fl-Ewropa.

Għalhekk, Denis Alexandrovich Smolyaninov huwa responsabbli għal, jimplimenta, jappoġġa, jew jibbenefika minn, azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi, billi jippjana u jidderieġi atti ta' vjolenza, u billi jiffaċilita l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

8.

Vladimir/Volodymyr LIPCHENKO

(bir-Russu: Володимир ЛИПЧЕНКО)

Uffiċjal tal-GRU

Data tat-twelid: 28.9.1974

Post tat-twelid: Mykolaiv, Ukrainian SSR (issa Ukraine)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 4015400649

Vladimir Lipchenko huwa uffiċjal tal-GRU responsabbli għall-attakki ibridi fl-Ewropa taħt il-psewdonimu tiegħu “Wlodek Lyakh”. Huwa parti minn dipartiment speċjali mmexxi mill-Kurunell tal-GRU Denis Alexandrovich Smolyaninov, stabbilit biex iwettaq attivitajiet ta' sabotaġġ fil-pajjiżi tal-Punent. Huwa rrekluta persuna biex tagħti n-nar lill-Mużew tal-Okkupazzjoni f'Riga billi jwaddab bombi Molotov lejh.

Għalhekk, Vladimir Lipchenko huwa responsabbli għal jew jimplimenta azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, billi jippjana u jidderieġi atti ta' vjolenza.

16.12.2024

9.

Yuriy SIZOV

(bir-Russu: Юрий СИЗОВ)

Uffiċjal militari tal-GRU

Data tat-twelid: 17.2.1988

Post tat-twelid: St. Petersburg, USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 784805190577

Yuriy Sizov huwa uffiċjal militari tal-GRU. Huwa jservi fl-unità militari Nru 92154. Personalment ta struzzjonijiet għar-reklutaġġ ta' aġenti biex jimmiraw supermarkets kbar fi Kiev u rreġistra tutorial vidjo dwar l-installazzjoni ta' apparat splussiv f'wieħed mill-ħwienet tal-istess katina fir-reġjun ta' Moska. Huwa kien responsabbli wkoll għall-organizzazzjoni tas-sabotaġġ fl-Ukrajna fir-reġjun ta' Lviv, fi Frar 2024. Huwa ssorvelja u ta ordnijiet lill-aġenti tal-intelligence Russi involuti fl-attività ta' sabotaġġ ippjanata.

Għalhekk, Yuriy Sizov huwa responsabbli għal, jimplimenta, jappoġġa, jew jibbenefika minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, billi jippjana u jidderieġi atti ta' vjolenza.

16.12.2024

10.

Visa Nokhayevich MIZAEV

(Виса Нохаевич МИЗАЕВ)

magħruf ukoll bħala

Vishan Nochaevic MIZAYEV;

Vysa Nokhaevich MIZAEV;

Visa Nokhaievych MIZAIEV;

Oleg SHISHKIN

Imprenditur

Data tat-twelid: 9.7.1963

Post tat-twelid: Grozny, USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Nru tal-Passaport 753870064 (Russian Federation)

Nru tal-Passaport PRE0018440 (Federation of Saint Christopher and Nevis)

Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 481101523410

Visa Nokhayevich Mizaev huwa imprenditur Russu. Huwa kellu rwol ewlieni f'operazzjoni tal-intelligence Russa kontra s-Servizz Federali tal-Intelligence Ġermaniż (BND) li fiha instiga lill-kompliċi tiegħu biex jakkwistaw informazzjoni ta' kunfidenzjalità għolja mill-BND u biex għaddiha lis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB).

Għalhekk, Visa Nokhayevich Mizaev jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sigurtà fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja billi pprova jiddestabbilizza l-ordni kostituzzjonali.

16.12.2024

11.

Olga Alekseevna BELYAVTSEVA

(Ольга Алексеевна БЕЛЯВЦЕВА)

magħrufa wkoll bħala

Olha Oleksiyivna BIELIAVTSEVA;

Olga Alekseevna BELJIAWZEWA;

Olga Aleksevna MIZAEV

Imprenditriċi

Data tat-twelid: 25.10.1969

Post tat-twelid: Lipetsk, USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: mara

Nru tal-Passaport 768613166 (Russian Federation)

Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 481100083621

Olga Alekseevna Belyavtseva hija imprenditriċi Russa. Hija l-mara u s-sieħba fin-negozju ta' Visa Nokhayevich Mizaev. Hija assoċjata ma' Visa Nokhayevichshe Mizaev permezz tas-sjieda konġunta taż-żewġ Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata bbażati fir-Russja “OOO Agronom-sad” u “OOO Biplast”. Hija waqqfet dawk il-kumpaniji u kienet l-unika azzjonista qabel ma ttrasferiet 30 % tal-ishma għal kull kumpanija wara li żżewġu fl-2018. Barra minn hekk, Belyavtseva u Mizaev kellhom arranġament ta' sjieda simili fuq il-kumpanija Agronom-Sad Trading qabel Mizaev biegħ l-ishma tiegħu lil Belyavtseva fit-22 ta' Frar 2023 eżattament fl-istess żmien tal-involviment ta' Visa Mizaev fl-operazzjoni tal-intelligence Russa kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u biex b'hekk Mizaev kiseb likwidità addizzjonali u ħeba l-bażi tal-assi tiegħu.

Għalhekk, Olga Alekseevna Belyavtseva tappoġġa persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Hija assoċjata wkoll ma' Visa Nokhayevich Mizaev.

16.12.2024

12.

Timofey Vyacheslavovich BORDACHEV

(bir-Russu: Тимофей Вячеславович БОРДАЧЕВ)

Espert fix-xjenza politika

Data tat-twelid: 28.1.1973

Post tat-twelid: St. Petersburg, USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Timofey Vyacheslavovich Bordachev huwa espert fix-xjenza politika Russu u jispeċjalizza fl-affarijiet internazzjonali. Huwa d-Direttur tal-Programm ta' Valdai Discussion Club, Kontrollur Akkademiku taċ-Ċentru għall-Istudji Ewropej u Internazzjonali Komprensivi fl-Università Nazzjonali tar-Riċerka - L-Iskola Superjuri tal-Ekonomija, kif ukoll membru tal-Kunsill għall-Politika Estera u ta' Difiża.

Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-bażi ideoloġika u r-razzjonalizzazzjoni tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-politiki aggressivi tal-Kremlin, inkluż billi jippromwovi l-fehma li la l-Ukrajna bħala stat u lanqas il-gvern tagħha ma huma leġittimi.

Għalhekk, Timofey Vyacheslavovich Bordachev huwa responsabbli għal jew jappoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukrajna billi involva ruħu fi u appoġġa l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

13.

Harouna DOUAMBA

Negozjant, direttur tal-Groupe Panafricain pour le Commerce et l'investissement

Data tat-twelid: 8.1.1973

Post tat-twelid: Cocody, Ivory Coast

Ċittadinanza: Ivorjana

Sess: raġel

Harouna Douamba huwa negozjant Avorjan, u l-kap ta' network ta' diżinformazzjoni pro-Russu u kontra l-Punent fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) u l-Burkina Faso.

Fl-2011, Douamba waqqaf organizzazzjoni mhux governattiva msejħa Aimons Notre Afrique (ANACOM) fir-RĊA. Dik l-organizzazzjoni rċeviet finanzjament mingħand Lobaye Invest, li kienet assoċjata mal-Grupp Wagner. Fl-2022, Harouna Douamba stabbilixxa l-Groupe Panafricain pour le Commerce et l'Investissement (GPCI) fil-Burkina Faso. Il-GPCI kien involut f'operazzjonijiet ta' influwenza moħbija.

In-networks ta' diżinformazzjoni ta' Harouna Douamba ġew żarmati minn Meta f'Mejju 2021, u aktar tard f'Mejju 2023. Minkejja dan, il-gruppi ta' diżinformazzjoni relatati mal-GPCI għadhom attivi u jmexxu kampanji strutturati u kkoordinati ta' diżinformazzjoni, bl-użu ta' network vast ta' ktajjen ta' informazzjoni. Dawk il-kampanji huma mmirati b'mod partikolari lejn Franza, inkluż permezz ta' akkużi ta' konfoffa, terroriżmu, operazzjonijiet ta' destabbilizzazzjoni jew it-tħejjija ta' kolpi ta' stat kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

Għalhekk, Harouna Douamba qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fi Stat Membru jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

14.

Anatolii PRIZENKO

Negozjant, impjegat fil-kumpanija Oriflame Cosmetics S.A.

Data tat-twelid: 26.11.1974

Post tat-twelid: Moldovan SSR (issa Moldova)

Ċittadinanza: Moldovana

Sess: raġel

Anatolii Prizenko huwa negozjant Moldovan li jaħdem għall-kumpanija Oriflame Cosmetics S.A.. Lejn l-aħħar ta' Ottubru 2023, huwa kkoordina t-trasport ta' diversi ċittadini tal-Moldova lejn Franza, fejn pittru stilel ta' David fit-toroq bi skambju għal kumpens finanzjarju. Dik l-operazzjoni ġiet irrappurtata b'mod wiesa' mill-media u kellha effett destabbilizzanti sinifikanti, fil-kuntest tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas wara l-attakki tas-7 ta' Ottubru 2023. L-immaġnijiet ta' dik l-operazzjoni l-ewwel infirxu min-network tal-media Recent Reliable News, li huwa assoċjat mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u użat minn atturi Russi biex iwettqu kampanji ta' diżinformazzjoni.

Anatolii Prizenko pubblikament ħa r-responsabbiltà għar-rwol tiegħu ta' organizzatur ta' dik l-operazzjoni. Skont rapporti tal-media, dik l-operazzjoni destabbilizzanti twettqet għall-benefiċċju tas-servizz tal-intelligence militari Russu, il-GRU, u kellha l-għan li żżid it-tensjonijiet fis-soċjetà Franċiża.

Għalhekk, Anatolii Prizenko huwa responsabbli għal, jimplimenta, jappoġġ jew jibbenefika minn azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà fi Stat Membru u għalhekk, fl-Unjoni billi jippjana, jidderieġi, jew jinvolvi ruħu, direttament u indirettament fi, l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

15.

Alesia MILORADOVICH jew Alesya MILORADOVICH jew Olesya MILORADOVIC

Алеся МИЛОРАДОВИЧ jew Олеся МИЛОРАДОВИЧ

Impjegata tal-Gvern Russu,

“Faċilitatur tal-Affarijiet Barranin”

Soċju tal-proġett “Ġurnalisti barranin għar-Russja” (“Инностранные журналисты за Россию”)

Data tat-twelid: 10.3.1968

Post tat-twelid: Angarsk, USSR (issa Russian Federation)

Ċittadinanza: Russa

Sess: mara

Alesya Miloradovich hija kollaboratur tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa fi Franza, u ssejjaħ lilha nnifisha “faċilitatur tal-affarijiet barranin”.

Alesya Miloradovich organizzat missjoni ta' hekk imsejħa “osservazzjoni elettorali” fit-territorji Ukreni okkupati illegalment mir-Russja, fil-kuntest tar-referendum dwar l-annessjoni ta' dawk ir-reġjuni mar-Russja, u rreklutat ċittadini Franċiżi li pparteċipaw fil-missjoni. Hija ammettiet pubblikament li għamlet dan għall-benefiċċju tal-Gvern Russu.

Hija kienet ukoll koorganizzatriċi ta' vjaġġi għal tfal Franċiżi lejn iċ-Ċentru Internazzjonali tat-Tfal ta' Artek fil-Krimea annessa illegalment, li kienu ffinanzjati mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Hija kienet involuta wkoll fil-proġett ta' propaganda Russa “Ġurnalisti barranin għar-Russja” u pparteċipat fit-tixrid ta' fehmiet favur ir-Russja, inkluż billi sostniet li s-soċjetà Franċiża u dik tal-Punent jappoġġaw l-azzjonijiet Russi kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Alesya Miloradovich hija responsabbli għal, timplimenta, tappoġġa jew tibbenefika minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, jew tiffaċilita b'xi mod ieħor it-tfixkil jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku ta' pajjiż terz, inkluż billi tipprova tiddestabbilizza l-ordni kostituzzjonali tiegħu.

16.12.2024

16.

Oleg Sergeevich EREMENKO

(bir-Russu: Олег Сергеевич ЕРЕМЕНКО)

Rappreżentant tal-Uffiċjali tar-Russja, eks uffiċjal tal-GRU

Data tat-twelid: 18.5.1978

Post tat-twelid: Bischkek, Kyrgyz SSR (issa Kyrgyzstan)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Oleg Sergeevich Eremenko huwa eks uffiċjal tal-GRU u membru attiv ta' diversi gruppi ta' influwenza Russa. B'mod partikolari, huwa membru ta' Officers of Russia, organizzazzjoni li tintuża mis-servizzi militari u tas-sigurtà Russi biex jinfluwenzaw il-politika domestika billi jikkultivaw rabtiet ma' veterani fost id-dijaspora Russa u ma' persunal militari u membri tas-sigurtà rtirati ta' forzi armati alleati tal-eks Unjoni Sovjetika, fejn huwa jservi bħala r-rappreżentant ewlieni tagħhom fil-Ġermanja. F'dik il-kapaċità, Oleg Sergeevich Eremenko huwa assoċjat mal-entitajiet deżinjati mill-UE Rossotrudnitschestvo, li huwa l-operatur tar-“Russian House” f'Berlin, u l-Grupp Wagner. Fir-rwol tiegħu bħala mibgħut tal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat Russu, Oleg Sergeevich Eremenko qed jikkultiva rabtiet ma' organizzazzjonijiet antidemokratiċi fil-Ġermanja u jappoġġahom. Huwa konness sew ma' gruppi antidemokratiċi tax-xellug estrem u ma' gruppi illegali ta' eks persunal ta' servizzi tas-sigurtà tal-GDR u veterani ta' formazzjonijiet militari tal-GDR, bħal Desant e.V., assoċjazzjoni pro-Russa ta' eks paraxutisti.

Għalhekk, Oleg Sergeevich Eremenko qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja billi jdgħajfu l-proċess politiku demokratiku, inkluż billi jipprovaw jiddestabbilizzaw l-ordni kostituzzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

16.12.2024

B. 

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Unità 29155 tal-GRU

ФКУ “Войсковая Часть 29155”

Post tar-reġistrazzjoni: 105077, Moscow 11th Parkovaya Street, 38A

Nru tar-Reġistrazzjoni: 7719737879

OGRN: 1097746770395

L-Unità 29155 tal-GRU hija unità sigrieta fl-aġenzija tal-intelligence militari Russa (GRU), magħrufa għall-involviment tagħha f'assassinji barranin u attivitajiet ta' destabbilizzazzjoni madwar l-Ewropa. Permezz ta' kolpi ta' stat, qtil, attakki bil-bombi, u attakki ċibernetiċi kontra pajjiżi oħra madwar id-dinja b'rabta mal-gwerra fl-Ukrajna, hija fittxet li toħloq kaos u tiddestabbilizza l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Billi twettaq tali azzjonijiet, hija tfittex li tgħin u tkun ta' benefiċċju għar-Russja. L-Unità 29155 tal-GRU wettqet attakki ċibernetiċi u attakki oħra kontra l-infrastruttura kritika. Għalhekk, hija responsabbli għal, timplimenta, tappoġġa jew tibbenefika minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruhu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor atti ta' vjolenza, kif ukoll jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruhu fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-interferenza fi, il-ħsara jew il-qerda ta' infrastruttura kritika, inkluż permezz ta' sabotaġġ jew attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, bħala parti minn attivitajiet ibridi.

16.12.2024

2.

Groupe Panafricain pour le Commerce et l'Investissement

GPCI

Post tar-reġistrazzjoni: Lomé, Togo

Data tar-reġistrazzjoni: Jannar 2022

Groupe Panafricain pour le Commerce et l'Investissement (GPCI) huwa network ta' diżinformazzjoni li jwettaq operazzjonijiet ta' influwenza moħbija pro-Russa, b'mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u fil-Burkina Faso. Il-GPCI ġie żarmat minn Meta f'Mejju 2023. Minkejja dan, il-GPCI għadu attiv u jmexxi kampanji strutturati u kkoordinati ta' diżinformazzjoni, bl-użu ta' network vast ta' ktajjen ta' informazzjoni. Dawk il-kampanji huma mmirati b'mod partikolari lejn Franza, inkluż permezz ta' akkużi ta' konfoffa, terroriżmu, operazzjonijiet ta' destabbilizzazzjoni jew it-tħejjija ta' kolpi ta' stat kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Il-GPCI ġie ffinanzjat indirettament mill-Grupp Wagner.

Għalhekk, il-GPCI huwa responsabbli għal, jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

3.

African Initiative

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russia

Data tar-reġistrazzjoni: Settembru 2023

African Initiative hija aġenzija tal-aħbarijiet li topera fil-kontinent Afrikan. Hija kienet involuta fit-tixrid ta' propaganda u diżinformazzjoni Russi kontra l-Punent, u impjegat ġurnalisti u influwenzaturi għall-fini tat-tixrid tal-propaganda Russa. Hija organizzat ukoll żjarat għall-istampa għal ġurnalisti Afrikani fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna, li matulhom ġew imxerrda narrattivi pro-Russi dwar il-gwerra. African Initiative organizzat ukoll avvenimenti li jservu l-interessi tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa, inkluż billi ffaċilitat l-aċċess għar-riżorsi minerali.

Għalhekk, African Initiative hija responsabbli għal jew tappoġġa azzjonijiet u politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati.

16.12.2024

▼B




ANNESS II

Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

Il-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

https://fau.gov.cz/en/international-sanctions

ID-DANIMARKA

https://um.dk/udenrigspolitik/sanktioner

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

https://www.fid.gov.lv/en

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://smb.gov.mt/

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission Directorate-General for Financial Stability, Financial Services and Capital Markets Union (DG FISMA) SPA2 The Pavillion Rue de Spa 2 B-1000 Brussels, Belgium

Email: relex-sanctions@ec.europa.eu



( ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

Top