Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020D1465-20221001

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1465 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1465/2022-10-01

    02020D1465 — MT — 01.10.2022 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1465

    tat-12 ta’ Ottubru 2020

    dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen

    (ĠU L 335 13.10.2020, p. 13)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1991 tal-15 ta’ Novembru 2021

      L 405

    12

    16.11.2021

    ►M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1682 tad-29 ta’ Settembru 2022

      L 252

    76

    30.9.2022




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1465

    tat-12 ta’ Ottubru 2020

    dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen



    Artikolu 1

    1.  
    L-Unjoni għandha ġġedded l-appoġġ tagħha lill-UNVIM biex jimplimenta l-mandat tiegħu kif stipulat fil-UNSCRs rilevanti, b’mod partikolari UNSCRs 2216 (2015) u 2451 (2018). Dak l-appoġġ għandu jkollu l-objettivi ġenerali li jikkontribwixxi biex jerġa’ jinkiseb il-fluss liberu bla xkiel ta’ oġġetti kummerċjali lejn il-Jemen permezz tal-provvista ta’ proċess ta’ awtorizzazzjoni trasparenti u effettiv għall-vjeġġi kummerċjali destinati għall-portijiet Jemeniti li mhumiex taħt il-kontroll tal-Gvern tal-Jemen, u li ssaħħaħ ir-rwol tal-UNVIM fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Stokkolma.
    2.  

    L-objettivi speċifiċi ta’ dan il-proġett huma:

    — 
    li jiżdied il-fluss ta’ merkanzija kummerċjali lejn il-Jemen billi jiġi aċċellerat aktar il-proċess ta’ awtorizzazzjoni għall-vjeġġi kummerċjali u billi tinkiseb mill-ġdid il-fiduċja tal-kumpanniji tat-trasport marittimu fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa għat-trasport marittimu kummerċjali,
    — 
    li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UNVIM li jiskjera fil-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa kif stipulat fil-Ftehim ta’ Stokkolma u l-UNSCRs rilevanti.

    ▼M1

    3.  
    L-Unjoni għandha tappoġġa permezz ta' din id-Deċiżjoni lill-Uffiċċju tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Jemen u lill-UNMHA fir-rigward tal-iskjerament tal-UNVIM fil-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa u f'postijiet oħra f'pajjiżi ġirien tal-Jemen, kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-UNVIM. Għal dak il-għan, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż assoċjati mat-tisħiħ tal-UNVIM, u b’hekk tgħin biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni Jemenita bħala parti minn strateġija umanitarja usa.

    ▼M1 —————

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  
    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
    2.  
    L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1 għandha tkun fdata f’idejn l-UNOPS. Dan għandu jwettaq dak il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dak il-fini, ir-Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa mal-UNOPS.

    Artikolu 3

    ▼M2

    1.  

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’:

    — 
    EUR 2 059 838 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-28 ta’ Frar 2022,
    — 
    EUR 2 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022,
    — 
    EUR 2 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023.

    Il-Kunsill għandu jirrevedi l-ammont ta’ referenza finanzjarja sal-1 ta’ Marzu 2023 abbażi, fost l-oħrajn, tar-rata ta’ assorbiment u ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet mis-SEAE u mill-Kummissjoni.

    ▼B

    2.  
    In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiġi ġestit f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
    3.  
    Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-ġestjoni korretta tan-nefqa ffinanzjata bl-ammont stabbilit fil-paragrafu 1. Għal dak il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ kontribuzzjoni mal-UNOPS. Dak il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jistipula li l-UNOPS jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
    4.  
    Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ kontribuzzjoni msemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill dwar kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni ta’ dak il-ftehim ta’ kontribuzzjoni.

    Artikolu 4

    1.  
    Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-UNVIM, inkluż rapporti dwar il-laqgħat ta’ kull xahar tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-UNVIM. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.
    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Kunsill dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2020.

    ▼M2

    Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2023.

    ▼M1 —————

    Top