This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0287-20250511
Regulation (EU) 2019/287 of the European Parliament and of the Council of 13 February 2019 implementing bilateral safeguard clauses and other mechanisms allowing for the temporary withdrawal of preferences in certain trade agreements concluded between the European Union and third countries
Consolidated text: Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi
Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi
02019R0287 — MT — 11.05.2025 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2019/287 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Frar 2019 (ĠU L 053 22.2.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1362 tat-13 ta’ Marzu 2024 |
L 1362 |
1 |
17.5.2024 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2634 tad-29 ta’ Lulju 2024 |
L 2634 |
1 |
4.10.2024 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/880 tal-25 ta’ Frar 2025 |
L 880 |
1 |
8.5.2025 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/287 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Frar 2019
li jimplimenta klawżoli ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tinsab fil-ftehimiet kummerċjali u li hi elenkata fl-Anness b'rabta ma' klawżoli ta' salvagwardja bilaterali jew mekkaniżmi oħrajn għall-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor, meta tali dispożizzjonijiet ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għaldaqstant ma għandux iżomm lill-Kummissjoni milli tinnegozja dispożizzjonijiet speċifiċi bħal dawn fi ftehimiet kummerċjali futuri.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
“Ftehim” tfisser ftehim kummerċjali imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament;
“klawżola ta' salvagwardja bilaterali” tfisser dispożizzjoni marbuta mas-sospensjoni temporanja ta' tariffi preferenzjali li huma stabbiliti fi Ftehim;
“partijiet interessati” tfisser il-partijiet milquta mill-importazzjonijiet tal-prodott;
“industrija tal-Unjoni” tfisser jew il-produtturi tal-Unjoni kollha flimkien ta' prodott simili jew ta' prodott f'kompetizzjoni diretta li joperaw fit-territorju tal-Unjoni jew produtturi tal-Unjoni li l-produzzjoni kollettiva tagħhom ta' prodott simili jew ta' prodott f'kompetizzjoni diretta tikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' dak il-prodott: fejn prodott simili jew prodott f'kompetizzjoni diretta jkun biss wieħed minn fost diversi prodotti magħmulin minn produtturi tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni għandha tiġi definita fir-rigward tal-operazzjonijiet speċifiċi li huma involuti fil-produzzjoni tal-prodott simili jew f'kompetizzjoni diretta;
“dannu serju” tfisser ħsara sinifikanti ġenerali għall-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni;
“theddida ta' dannu serju” tfisser dannu serju li jkun imminenti b'mod ċar, li d-determinazzjoni tal-eżistenza tagħha għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni verifikabbli;
“prodott sensittiv” tfisser prodott identifikat fi Ftehim speċifiku bħala relattivament iktar vulnerabbli minn prodotti oħra għal żieda f'importazzjonijiet;
“perijodu ta' tranżizzjoni” tfisser perijodu ta' 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' Ftehim, sakemm mhux definit mod ieħor fil-Ftehim rilevanti;
“pajjiż ikkonċernat” tfisser pajjiż terz li huwa parti għal Ftehim.
Artikolu 3
Prinċipji
Miżura ta' salvagwardja tista' tiġi imposta f'konformità ma' dan ir-Regolament meta prodott li joriġina f'pajjiż ikkonċernat jiġi impurtat fl-Unjoni:
f'tali kwantitajiet miżjuda, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni; u
taħt tali kundizzjonijiet, li joħolqu jew jheddu li joħolqu dannu serju lill-industrija tal-Unjoni; u
iż-żieda ta' importazzjonijiet tkun ir-riżultat tal-effett ta' obbligi li joħorġu mill-Ftehim rispettiv, inkluż it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq dak il-prodott.
Miżura ta' salvagwardja tista' tieħu waħda mill-forom li ġejjin:
sospensjoni ta' tnaqqis ieħor fir-rata tad-dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat previst fl-Iskeda ta' Tneħħija tat-Tariffi tal-Ftehim mal-pajjiż ikkonċernat;
żieda fir-rata ta' dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat sa livell li ma jaqbiżx l-inqas minn dawn:
ir-rata tad-dazju applikata tal-pajjiż l-aktar iffavorit fuq il-prodott ikkonċernat li tkun effettiva fiż-żmien li fih tittieħed il-miżura ta' salvagwardja; jew
ir-rata ta' bażi ta' dazju doganali kif speċifikata fl-Iskeda għat-Tneħħija tat-Tariffi tal-Ftehim mal-pajjiż ikkonċernat.
Artikolu 4
Monitoraġġ
Artikolu 5
Ftuħ ta' investigazzjoni
Talbiet għall-ftuħ ta' investigazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, f'termini assoluti u relattivi;
is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, u l-bidliet fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-livelli ta' bejgħ, produzzjoni, produttività, użu tal-kapaċità, qligħ u telf, u impjiegi.
L-avviż tal-ftuħ tal-investigazzjoni għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
ġabra fil-qosor tat-tagħrif riċevut mill-Kummissjoni u talba li t-tagħrif rilevanti kollu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni;
il-perijodu ta' żmien li fih il-partijiet interessati jkunu jistgħu jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jippreżentaw it-tagħrif lill-Kummissjoni, jekk iridu li dawn il-fehmiet u t-tagħrif jitqiesu matul l-investigazzjoni;
il-perijodu li matulu l-partijiet interessati jkunu jistgħu japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(9).
Artikolu 6
Twettiq tal-investigazzjoni
Artikolu 7
Miżuri ta' sorveljanza minn qabel
Artikolu 8
Impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja proviżorji
Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja proviżorji f'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien aktarx li joħloq dannu li jkun diffiċli jissewwa, u b'hekk azzjoni immedjata tkun neċessarja, skont determinazzjoni preliminari mill-Kummissjoni abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 6(5) li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li prodott li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat ikun impurtat:
f'tali kwantitajiet miżjuda, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni; u
taħt tali kundizzjonijiet, biex joħolqu jew jheddu li joħolqu dannu serju lill-industrija tal-Unjoni; u
iż-żieda tal-importazzjonijiet tkun ir-riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq dak il-prodott.
Dawk il-miżuri ta' salvagwardja proviżorji għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(2).
Artikolu 9
Tmiem tal-investigazzjonijiet u proċedimenti mingħajr miżuri
Artikolu 10
Impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja definittivi
Artikolu 11
Tul ta' żmien u rieżami tal-miżuri ta' salvagwardja
Artikolu 12
Kunfidenzjalità
Artikolu 13
Rapport
Artikolu 14
Mekkaniżmi u kriterji oħra għal irtirar temporanju ta' preferenzi tarriffarji jew ta' trattament preferenzjarju ieħor
Jekk Ftehim jipprevedi mekkaniżmi jew kriterji oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor fir-rigward ta' ċerti prodotti, bħal mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni f'dak li jikkonċerna r-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, per eżempju, jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim rilevanti jkunu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex:
tissospendi jew tikkonferma n-nuqqas ta' sospensjoni tal-preferenzi tariffarji jew ta' trattament preferenzjali ieħor għall-prodott ikkonċernat;
tistabbilixxi mill-ġdid il-preferenzi tariffarji jew trattament preferenzjali ieħor fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim rilevanti huma sodisfatti;
taġġusta s-sospensjoni biex tkun konformi mal-kundizzjonijiet fil-Ftehim rilevanti; jew
tieħu kwalunkwe azzjoni oħra speċifikata fil-Ftehim rilevanti.
Dawk l-atti għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 17(3).
Artikolu 15
Atti delegati
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-Anness bil-għan li żżid jew tħassar entrati relatati ma':
Ftehim;
kwalunkwe dispożizzjoni speċifika kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1);
kwalunkwe prodott identifikat bħalasensittiv;
kwalunkwe dispożizzjoni li tistabbilixxi regoli speċifiċi għal mekkaniżmi oħrajn kif imsemmija fl-Artikolu 14 li jikkonċernaw fost l-oħrajn, jekk applikabbli, il-monitoraġġ, skadenzi għall-investigazzjonijiet, u rappurtar.
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 17
Proċedura ta' kumitat
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JINSABU FIL-FTEHIMIET U IMPLIMENTATI PERMEZZ TA’ DAN IR-REGOLAMENT
Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore
|
Data ta’ applikazzjoni |
21.11.2019 |
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali jew mekkaniżmi oħra |
Kapitolu Tlieta Rimedji Kummerċjali, Taqsima C Klawżola Bilaterali ta’ Salvagwardja |
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab (li jinsabu) f’dan il-Ftehim |
Artikolu 3.11.3 “3. Id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.10 (l-Applikazzjoni ta’ Miżura ta’ Salvagwardja Bilaterali) ma għandhiex issir sakemm l-investigazzjoni turi, fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva, l-eżistenza tar-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miżjuda mill-Parti l-oħra u d-dannu serju jew it-tehdida tiegħu. F’dan ir-rigward, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa lil fatturi oħra, inklużi l-importazzjonijiet tal-istess prodott minn pajjiżi oħra.” Artikolu 3.11.4 “4. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jlestu kwalunkwe investigazzjoni bħal din fi żmien sena mid-data tal-bidu tagħha.” Article 3.11.5(c) “5. L-ebda parti ma għandha tapplika miżura ta’ salvagwardja bilaterali kif stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3.10 (L-Applikazzjoni ta’ Miżura ta’ Salvagwardja Bilaterali): […] (c) lil hinn mill-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, ħlief bil-kunsens tal-Parti l-oħra.” Artikolu 3.11.6 “6. L-ebda miżura ma għandha terġa’ tiġi applikata għall-importazzjoni tal-istess tajba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm ma jkunx għadda perjodu li jammonta għal nofs il-perjodu li matulu l-miżura ta’ salvagwardja li kienet applikata preċedentement tkun skadiet. F’dan il-każ, il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.13 (Kumpens) ma għandux japplika.” Artikolu 3.11.7 “7. Meta Parti ttemm miżura ta’ salvagwardja bilaterali, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun ir-rata li, skont l-Iskeda tagħha inkluża fl-Anness 2-A, kienet tkun fis-seħħ kieku ma kinitx għall-miżura.” |
Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam
|
Data ta’ applikazzjoni |
1.8.2020 |
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali jew mekkaniżmi oħra |
Kapitolu 3 Rimedji Kummerċjali, Taqsima C Klawżola bilaterali ta’ salvagwardja |
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab (li jinsabu) f’dan il-Ftehim |
Artikolu 3.11.4 “4. L-investigazzjoni għandha turi wkoll, abbażi ta’ evidenza oġġettiva, l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miżjuda u d-dannu serju jew theddida tiegħu. L-investigazzjoni għandha tqis ukoll l-eżistenza ta’ kwalunkwe fattur għajr l-importazzjonijiet miżjuda li jistgħu wkoll jikkawżaw ħsara fl-istess ħin.” Artikolu 3.11.5 “5. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jlestu l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sena mid-data tal-bidu tagħha.” Article 3.11.6(c) “6. Parti ma għandhiex tapplika miżura ta’ salvagwardja bilaterali: […] (c) lil hinn mill-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, ħlief bil-kunsens tal-Parti l-oħra.” Artikolu 3.11.7 “7. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aġġustament f’sitwazzjoni fejn id-durata mistennija ta’ miżura ta’ salvagwardja bilaterali tkun ta’ aktar minn sentejn, il-Parti li tapplika l-miżura għandha tilliberalizza progressivament il-miżura f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ applikazzjoni.” Artikolu 3.11.8 “8. Meta Parti ttemm miżura ta’ salvagwardja bilaterali, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun ir-rata li, skont l-iskeda tagħha inkluża fl-Anness 2-A (Tnaqqis jew Eliminazzjoni tad-Dazji Doganali), kienet tkun fis-seħħ ħlief għall-miżura.” Artikolu 3.14 “14. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza massima għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ rimedju kummerċjali skont dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet investigattivi tal-Partijiet għandhom jużaw l-Ingliż bħala bażi għall-komunikazzjonijiet u d-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-investigazzjonijiet ta’ rimedju kummerċjali bejn il-Partijiet.” |
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika
|
Data ta’ applikazzjoni |
1.2.2019 |
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali jew mekkaniżmi oħra |
Kapitolu 5 Rimedji Kummerċjali, Taqsima A Dispożizzjonijiet ġenerali u Taqsima B Miżuri ta’ salvagwardja bilaterali, u l-Artikolu 18 Salvagwardja tal-Anness 2-C Vetturi bil-Mutur u Partijiet |
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab (jinsabu) fil-Ftehim |
Artikolu 5.1(d) “(d) ‘perijodu ta’ tranżizzjoni’ tfisser, b’rabta ma’ oġġett oriġinarju partikolari, il-perijodu li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u li jintemm 10 snin wara d-data ta’ tmiem tat-tnaqqis jew tal-eliminazzjoni tat-tariffi fuq dak l-oġġett f’konformità mal-Anness 2-A.” Artikolu 5.2.2(b)(ii) “(ii) ir-rata tad-dazju doganali applikata tan-nazzjon l-aktar iffavorit fis-seħħ fil-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.” Article 5.3.2 “2. Miżuri ta’ salvagwardja bilaterali jistgħu jiġu applikati biss matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni.” Artikolu 5.3.3 “3. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aġġustament f’sitwazzjoni fejn it-tul mistenni ta’ miżura ta’ salvagwardja bilaterali jaqbeż is-sena, il-Parti li żżomm il-miżura ta’ salvagwardja bilaterali għandha tilliberalizza progressivament il-miżura ta’ salvagwardja bilaterali f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ applikazzjoni.” Artikolu 5.3.4 “4. L-ebda miżura ta’ salvagwardja bilaterali ma għandha tiġi applikata għall-importazzjoni ta’ oġġett oriġinarju partikolari li jkun diġà ġie soġġett għal tali miżura ta’ salvagwardja bilaterali għal perjodu ta’ żmien ugwali għat-tul ta’ żmien tal-miżura bilaterali ta’ salvagwardja preċedenti jew ta’ sena, skont liema jkun l-itwal.” Artikolu 5.3.5 “5. Mat-terminazzjoni ta’ miżura ta’ salvagwardja bilaterali, ir-rata tad-dazju doganali għall-prodott oriġinarju soġġett għall-miżura għandha tkun ir-rata li kienet tkun fis-seħħ iżda għall-miżura ta’ salvagwardja bilaterali.” Artikolu 5.4.2 “2. L-investigazzjoni għandha fil-każijiet kollha titlesta fi żmien sena wara d-data tal-bidu tagħha.” Artikolu 5.4.4 “4. Id-determinazzjoni li l-importazzjonijiet miżjuda ta’ oġġett oriġinarju kkawżaw jew qed jheddu li jikkawżaw dannu serju għal industrija domestika m’għandhiex issir sakemm l-investigazzjoni ma turix, fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva, l-eżistenza ta’ rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet miżjuda tal-oġġett oriġinarju u d-dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju għall-industrija domestika. F’din id-determinazzjoni, għandhom jitqiesu fatturi oħra għajr iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott oriġinarju li qed jikkawżaw ukoll ħsara lill-industrija domestika fl-istess ħin.” Artikolu 5.8 “8. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5.5 u l-paragrafu 2 tal-Artikolu 5.7 u kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn il-Partijiet skont din it-Taqsima għandhom isiru bl-Ingliż.” Artikolu 18 Salvagwardja ta’ Anness 2-C Vetturi bil-Mutur u Partijiet “1. Matul l-10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet tirriżerva d-dritt li tissospendi konċessjonijiet ekwivalenti jew obbligi ekwivalenti oħrajn fil-każ li l-Parti l-oħra (*): (a) ma japplikax jew jieqaf japplika Regolament tan-NU kif speċifikat fl-Appendiċi 2-C-1; jew (b) tintroduċi jew temenda kwalunkwe miżura regolatorja oħra li tħassar jew tfixkel il-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ Regolament tan-NU kif speċifikat fl-Appendiċi 2-C-1. 2. Sospensjonijiet skont il-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ biss sakemm tittieħed deċiżjoni skont il-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim aċċellerata msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan l-Anness jew tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet skont is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 19 ta’ dan l-Anness, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. (*) Il-livell tas-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew ta’ obbligi oħrajn ma għandux ikun aktar mil-livell tal-ammont tal-kummerċ bilaterali bejn il-Partijiet ta’ prodotti koperti mir-Regolament tan-NU msemmija fis-subparagrafu 1(a) jew (b) ta’ dan l-Artikolu.” |
Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand
|
Data ta’ applikazzjoni |
1.6.2024 |
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali jew mekkaniżmi oħra |
Kapitolu 5 Rimedji Kummerċjali, Taqsima D Miżuri Bilaterali ta’ Salvagwardja |
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab (li jinsabu) f’dan il-Ftehim |
Artikolu 5.7(c), (e) u (g) “(c) ‘deterjorament serju’ tfisser diffikultajiet kbar f’settur tal-ekonomija li jipproduċi oġġetti simili jew direttament kompetittivi; […] (e) ‘theddida ta’ deterjorament serju’ tfisser deterjorament serju li jkun imminenti b’mod ċar fuq il-bażi ta’ fatti u mhux biss fuq allegazzjoni, konġettura jew possibbiltà remota; […] (g) ‘perijodu tranżitorju’ tfisser perijodu ta’ seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.” Artikolu 5.8.2(b)(ii) “(ii) ir-rata tad-dazju doganali applikata tan-nazzjon l-aktar iffavorit fis-seħħ fil-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.” Artikolu 5.9.1(a) u (c) “1. Miżura ta’ salvagwardja bilaterali ma għandhiex tiġi applikata: (a) ħlief sal-punt, u għal tali żmien, kif jista’ jkun meħtieġ biex jiġi evitat jew rimedjat id-dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju għall-industrija domestika jew id-deterjorament serju jew it-theddida ta’ deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun jew tar-reġjuni ultraperiferiċi; […] (c) lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.” Artikolu 5.9.2(a) “2. Il-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’ jiġi estiż b’sena dment li: (a) l-awtoritajiet investigattivi kompetenti tal-Parti importatriċi jiddeterminaw, f’konformità mal-proċeduri speċifikati fis-Subtaqsima 1 (Regoli proċedurali applikabbli għal miżuri ta’ salvagwardja bilaterali), li l-miżura ta’ salvagwardja bilaterali tibqa’ meħtieġa biex tipprevjeni jew tirrimedja d-dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju għall-industrija domestika jew id-deterjorament serju jew it-theddida ta’ deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun jew tar-reġjuni ultraperiferiċi;” Artikolu 5.9.3 “3. Meta Parti ma tibqax tapplika miżura ta’ salvagwardja bilaterali, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun ir-rata li kienet tkun fis-seħħ għall-oġġett ikkonċernat, f’konformità mal-Anness 2-A (Skedi ta’ tneħħija tat-tariffi).” Artikolu 5.9.4 “4. Miżura ta’ salvagwardja bilaterali ma għandhiex tiġi applikata għall-importazzjoni ta’ oġġett ta’ Parti li diġà kien soġġett għal tali miżura ta’ salvagwardja bilaterali għal perjodu ta’ żmien ugwali għal nofs id-durata tal-miżura ta’ salvagwardja bilaterali preċedenti.” Artikolu 5.9.5 “5. Parti ma għandhiex tapplika għall-istess oġġett u fl-istess ħin: (a) miżura ta’ salvagwardja bilaterali proviżorja, miżura ta’ salvagwardja bilaterali jew miżura ta’ salvagwardja tar-reġjuni ultraperiferiċi skont dan il-Ftehim; u (b) miżura ta’ salvagwardja skont l-Artikolu XIX tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar is-Salvagwardji.” Artikolu 5.10.1: “1. F’ċirkostanzi kritiċi, fejn id-dewmien jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, Parti tista’ tapplika miżura ta’ salvagwardja bilaterali proviżorja, skont determinazzjoni preliminari li hemm evidenza ċara li l-importazzjonijiet ta’ oġġett li joriġina fil-Parti l-oħra żdiedu bħala riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazju doganali skont dan il-Ftehim, u li tali importazzjonijiet jikkawżaw dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju lill-industrija domestika jew deterjorament serju jew it-theddida ta’ deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun jew reġjuni ultraperiferiċi.” Artikolu 5.10.3 “3. Id-dazju doganali impost bħala riżultat tal-miżura ta’ salvagwardja bilaterali proviżorja għandu jiġi rimborżat minnufih jekk l-investigazzjoni sussegwenti msemmija fis-Subtaqsima 1 (Regoli proċedurali applikabbli għal miżuri ta’ salvagwardja bilaterali) ma tiddeterminax li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-oġġett soġġetta għall-miżura ta’ salvagwardja bilaterali proviżorja tikkawża dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju lill-industrija domestika jew deterjorament serju jew it-theddida ta’ deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun jew reġjuni ultraperiferiċi.” Artikolu 5.11 “Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda 1. Meta kwalunkwe prodott li joriġina minn New Zealand ikun qed jiġi importat direttament fit-territorju ta’ reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar tal-Unjoni (*) f’tali kwantitajiet akbar u taħt tali kundizzjonijiet li jikkawżaw deterjorament serju jew it-theddida ta’ deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun jew tar-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati, l-Unjoni, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista’ eċċezzjonalment tapplika miżuri ta’ salvagwardja bilaterali limitati għat-territorju tar-reġjun jew tar-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-determinazzjoni ta’ deterjorament serju għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi, li jinkludu l-elementi li ġejjin: (a) iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet f’termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni domestika u għall-importazzjonijiet minn sorsi oħra; u (b) l-effett ta’ tali importazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni tal-industrija rilevanti jew tas-settur ekonomiku kkonċernat, inkluż fuq il-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-impjiegi. 3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, din it-Taqsima tapplika għal kwalunkwe miżura ta’ salvagwardja adottata skont dan l-Artikolu, mutatis mutandis. (*) Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Réunion, Mayotte, St. Martin, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji. Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal pajjiż jew għal territorju ekstra-Ewropew li jibdel l-istatus tiegħu għal reġjun ultraperiferiku b’deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 355(6) tat-TFUE mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. Fil-każ li reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni jibdel l-istatus tiegħu f’konformità mal-istess proċedura, l-Artikolu 5.11 (Reġjuni ultraperiferiċi) għandu jieqaf milli jibqa’ applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni relevanti tal-Kunsill Ewropew. L-Unjoni għandha tinnotifika lil New Zealand bi kwalunkwe bidla fl-istatus tat-territorji kkunsidrati bħala ultraperiferiċi fl-Unjoni.” Artikolu 5.14.2 “2. Sabiex tiġi applikata miżura ta’ salvagwardja bilaterali, l-awtorità kompetenti li tinvestiga għandha turi fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva l-eżistenza ta’ rabta ta’ kawżalità bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u d-dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju jew l-eżistenza ta’ rabta ta’ kawżalità bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u d-deterjorament serju jew it-theddida ta’ deterjorament serju. L-awtorità investigattiva kompetenti għandha teżamina wkoll fatturi magħrufa għajr iż-żieda fl-importazzjonijiet biex tiżgura li l-ħsara kkawżata minn fatturi oħra bħal dawn ma tkunx attribwita għaż-żieda fl-importazzjonijiet.” Artikolu 5.14.3 “3. L-investigazzjoni għandha fil-każijiet kollha titlesta fi żmien sena wara d-data tal-bidu tagħha.” |
Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kenja, Membru tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra
|
Data tal-Applikazzjoni |
1.7.2024 |
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u/jew mekkaniżmi oħra |
Titolu VI Miżuri għad-Difiża tal-Kummerċ |
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab/jinsabu f’dan il-Ftehim |
Artikolu 50.1 “1.Wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, Parti tista’ tapplika miżuri ta’ salvagwardja għal perjodu limitat b’deroga mill-Artikoli 10 u 11, skont il-kundizzjonijiet u f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu.”Artikolu 50.2 “2.Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu meta prodott li joriġina minn Parti waħda jkun qed jiġi importat fit-territorju tal-Parti l-oħra f’dawk il-kwantitajiet miżjuda u skont dawk il-kundizzjonijiet li joħolqu jew jheddu li joħolqu: (a) ħsara serja lill-industrija domestika li tipproduċi l-istess prodotti jew prodotti direttament kompetittivi fit-territorju tal-Parti importatriċi; (b) disturbi f’settur tal-ekonomija, b’mod partikolari meta dawk id-disturbi joħolqu problemi soċjali kbar, jew diffikultajiet li jistgħu jġibu magħhom deterjorament serju fil-qagħda ekonomika tal-Parti importatriċi; jew (c) tfixkil fis-swieq ta’ prodotti agrikoli simili jew direttament kompetittivi (1)jew fil-mekkaniżmi li jirregolaw dawk is-swieq. Artikolu 50.3(b) u (c) “3.Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija f’dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu iktar minn dak li huwa meħtieġ biex jirrimedjaw jew jipprevjenu ħsara serja jew tfixkil, kif iddefinit fil-paragrafi 2 u 5(b). Il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Parti importatriċi jistgħu biss jikkonsistu f’waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: (b) żieda fid-dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat sa livell li ma jaqbiżx id-dazju doganali applikat lil membri oħra tad-WTO; kif ukoll (c) l-introduzzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq il-prodott ikkonċernat.” Artikolu 50.4 “4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 3, meta kull prodott li joriġina mill-Istat(i) bi Sħab tal-EAC jkun qed jiġi importat f’tali kwantitajiet miżjuda u skont tali kundizzjonijiet li joħloq jew jhedded li joħloq waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 lil reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar tal-UE, l-UE tista’ tieħu miżuri ta’ sorveljanza jew salvagwardja b’mod limitat għar-reġjun jew reġjuni konċernati skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 9.”Artikolu 50.5 “5.(a) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 3, meta kwalunkwe prodott li joriġina mill-UE jkun qed jiġi importat f’tali kwantitajiet tant miżjuda u skont tali kundizzjonijiet li joħloq jew jhedded li joħloq waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 lill-Istat(i) bi Sħab tal-EAC, l-Istat(i) bi Sħab tal-EAC jistgħu jieħdu miżuri ta’ sorveljanza jew salvagwardja b’mod limitat għat-territorju tagħhom f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 9. (b) L-Istat(i) bi Sħab tal-EAC jistgħu jieħdu miżuri ta’ salvagwardja, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 6 sa 9, meta prodott li joriġina mill-UE bħala riżultat tat-tnaqqis ta’ dazji jkun qed jiġi importat fit-territorju tagħhom f’tali kwantitajiet tant miżjuda u skont tali kondizzjonijiet li joħloq jew jhedded li joħloq xkiel lil industrija li tkun għadha kif twieldet li tipproduċi prodotti simili jew direttament kompetittivi. Tali dispożizzjoni hija applikabbli biss għal perjodu ta’ għaxar (10) snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-Kunsill tal-FSE jista’ jtawwal dan il-perjodu sa massimu ta’ ħames (5) snin.” Artikolu 50.6 “6.(a) Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinżammu biss għal dak iż-żmien li jkun meħtieġ biex ma jitħallewx iseħħu ħsara jew disturbi serji jew biex dawn jiġu rrimedjati kif definit fil-paragrafi 2, 4 u 5. (b) Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati għal perjodu li jeċċedi s-sentejn (2). Meta jkomplu jeżistu ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja, tali miżuri jistgħu jiġu estiżi għal perjodu ulterjuri ta’ mhux iktar minn sentejn (2). Meta l-Istat(i) bi Sħab tal-EAC japplikaw miżura ta’ salvagwardja, jew meta l-UE tapplika miżura ta’ salvagwardja b’mod limitat għat-territorju ta’ reġjun l-aktar imbiegħed wieħed jew aktar tagħha, tali miżura tista’, madankollu, tkun applikata għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ (4) snin u, meta ċ-ċirkustanzi li jeħtieġu l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja jibqgħu jeżistu, dik il-miżura tista’ tkun estiża għal perjodu ulterjuri ta’ erba’ (4) snin. (c) Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija f’dan l-Artikolu li jaqbżu s-sena (1) għandhom jinkludu elementi ċari li progressivament iwasslu għall-eliminazzjoni tagħhom l-aktar tard sat-tmiem tal-perjodu ffissat. (d) Ma għandhomx ikunu applikati l-miżuri ta’ salvagwardja msemmija f’dan l-Artikolu għall-importazzjoni ta’ prodott li qabel kienet soġġetta għal miżura bħal din għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena (1) mill-iskadenza tal-miżura.” Artikolu 50.7 “7.Għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) meta Parti tkun tal-fehma li teżisti waħda miċ-ċirkostanzi msemmijin fil-paragrafi 2, 4 jew 5, għandha mill-ewwel tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja għal eżami; (b) il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja jista’ jagħmel kull rakkomandazzjoni meħtieġa biex jissewwew iċ-ċirkustanzi li jkunu seħħew; jekk ma tkun saret ebda rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja bil-għan li jitranġaw iċ-ċirkustanzi, jew ma tkun instabet ebda soluzzjoni sodisfaċenti fi żmien tletin (30) jum minn meta l-kwistjoni tkun inġiebet quddiem il-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja, il-Parti importatriċi tkun tista’ tadotta l-miżuri xierqa biex tirranġa ċ-ċirkustanzi skont dan l-Artikolu; (c) qabel ma jieħdu kull miżura msemmija f’dan l-Artikolu jew, fil-każijiet li għalihom japplika l-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, kemm jista’ jkun malajr, l-Istat(i) bi Sħab tal-EAC għandhom jagħtu lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għal eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni, bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet konċernati; (d) fl-għażla tal-miżuri ta’ salvagwardja skont dan l-Artikolu, trid tingħata prijorità lil dawk li l-inqas ifixklu t-tħaddim ta’ dan il-Ftehim; (e) kull miżura ta’ salvagwardja meħuda skont dan l-Artikolu għandha tkun innotifikata minnufih bil-miktub lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja u għandha tkun is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet perjodiċi fi ħdan dak il-korp, partikolarment bil-ħsieb li tkun stabbilita skeda ta’ żmien għat-tneħħija tagħha malli ċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu dan.” Artikolu 50.8 “8.Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni minnufih, il-Parti importatriċi kkonċernata tista’ tieħu l-miżuri pprovduti fil-paragrafi 3, 4 jew 5 fuq bażi proviżorja mingħajr ma tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7. Tali azzjoni tista’ tittieħed għal perjodu massimu ta’ mija u tmenin (180) jum meta l-miżuri jittieħdu mill-UE u ta’ mitejn (200) jum meta l-miżuri jittieħdu mill-Istat(i) bi Sħab tal-EAC, jew meta l-miżuri meħuda mill-UE jkunu limitati għat-territorju ta’ reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar minn tagħha. Id-dewmien ta’ kull miżura proviżorja bħal din għandu jingħadd bħala parti mill-perjodu inizjali u ta’ kull estensjoni msemmija fil-paragrafu 6. Fit-teħid ta’ tali miżuri proviżorji, għandu jitqies l-interess tal-Partijiet kollha, inkluż il-livell tagħhom ta’ żvilupp. Il-Parti importatriċi kkonċernata għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra kkonċernata u għandha minnufih tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja għal eżami.”Artikolu 50.9 “9.Jekk Parti importatriċi tissoġġetta l-importazzjonijiet ta’ prodott għal proċedura amministrattiva li jkollha bħala għan tagħha l-provvista rapida ta’ informazzjoni skont ix-xejra ta’ flussi fil-kummerċ li jistgħu joħolqu l-problemi msemmijin f’dan l-Artikolu, għandha tgħarraf lill-Kumitat ta’ Uffiċjali Għolja mingħajr dewmien.”Artikolu 50.10 “10.Il-Ftehim tad-WTO ma għandux ikun invokat biex Parti tinżamm milli tadotta miżuri ta’ salvagwardja f’konformità ma’ dan l-Artikolu.” |
|
(1)
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, prodotti agrikoli huma dawk koperti mill-Anness I tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.” |
|
Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì
|
Data tal-Applikazzjoni |
01/02/2025 |
|
Klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u/jew mekkaniżmi oħra |
Kapitolu Ħamsa Rimedji Kummerċjali, Taqsima C Miżuri ta’ Salvagwardja Bilaterali |
|
Dispożizzjoni(jiet) li tinsab/jinsabu f’dan il-Ftehim |
Artikolu 5.9 (b) “(b) ‘perjodu tranżitorju’ tfisser: (i) perjodu ta’ seba’ snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim; jew (ii) għal kwalunkwe oġġett li għalih l-iskeda fl-Anness 2 tal-Parti li tapplika miżura ta’ salvagwardja bilaterali tipprevedi perjodu ta’ eliminazzjoni tat-tariffi ta’ seba’ snin, il-perjodu ta’ eliminazzjoni tat-tariffi għal dak l-oġġett bl-addizzjoni ta’sentejn.” Artikolu 5.10.2(b)(ii) “(ii) ir-rata tad-dazju doganali tal-pajjiż l-aktar favorit applikata fuq l-oġġett fis-seħħ fil-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.” Artikolu 5.11.1(c) “1. Miżura ta’ salvagwardja bilaterali ma għandhiex tiġi applikata: … (c) lil hinn mill-iskadenza tal-perjodu tranżitorju kif definit fis-subparagrafu (b) tal-Artikolu 5.9.” Artikolu 5.11.2 “2. Meta Parti ma tibqax tapplika miżura ta’ salvagwardja bilaterali, ir-rata tad-dazju doganali għandha tkun ir-rata li kienet tkun fis-seħħ għall-oġġett f’konformità mal-iskeda tiegħu fl-Anness 2.” Artikolu 5.11.3 “3. Bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aġġustament tal-industrija kkonċernata f’sitwazzjoni fejn it-tul mistenni ta’ miżura ta’ salvagwardja bilaterali jkun ta’ aktar minn sena, il-Parti li tapplika l-miżura għandha tilliberalizzaha b’mod progressiv f’intervalli regolari matul il-perjodu tal-applikazzjoni.” Artikolu 5.14. “1. Parti ma għandhiex tapplika miżura ta’ salvagwardja bilaterali kif imsemmi f’din it-Taqsima għall-importazzjoni ta’ oġġett li qabel kien soġġett għal tali miżura, sakemm ma jkunx għadda perjodu ta’ żmien ugwali għal nofs iż-żmien li matulu tkun ġiet applikata l-miżura ta’ salvagwardja għall-perjodu immedjatament preċedenti. Miżura ta’ salvagwardja bilaterali li tkun ġiet applikata aktar minn darba fuq l-istess oġġett ma tistax tiġi estiża b’sentejn oħra kif previst fis-subparagrafu (b) tal-Artikolu 5.11(1). 2. Parti, ma għandhiex tapplika, fir-rigward tal-istess oġġett u matul l-istess perjodu: (a) miżura ta’ salvagwardja bilaterali jew miżura ta’ salvagwardja bilaterali provviżorja skont dan il-Ftehim; kif ukoll (b) miżura ta’ salvagwardja globali skont l-Artikolu XIX ta’ GATT tal-1994 u l-Ftehim dwar is-Salvagwardji.” Artikolu 5.15 “Reġjuni ultraperiferiċi * tal-Unjoni Ewropea 1. Jekk xi oġġett li joriġina miċ-Ċilì jkun qiegħed jiġi importat fit-territorju ta’ reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar tal-Unjoni Ewropea f’tali kwantitajiet miżjuda u f’tali kundizzjonijiet li jikkawża jew jhedded li jikkawża deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjun ultraperiferiku kkonċernat, l-Unjoni Ewropea, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista’ tapplika b’mod eċċezzjonali miżuri ta’ salvagwardja bilaterali limitati għat-territorju tar-reġjun ikkonċernat. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘deterjorament serju’ tfisser diffikultajiet kbar f’settur tal-ekonomija li jipproduċi prodotti simili jew oġġetti f’kompetizzjoni diretta. Id-determinazzjoni ta’ deterjorament serju għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi, li jinkludu l-elementi li ġejjin: (a) iż-żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet, f’termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni domestika u għall-importazzjonijiet minn sorsi oħrajn; kif ukoll (b) l-effett tal-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fuq is-sitwazzjoni tal-industrija jew tas-settur ekonomiku kkonċernat, inkluż fil-livelli ta’ bejgħ, il-produzzjoni, il-qagħda finanzjarja u l-impjiegi. 3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dispożizzjonijiet oħrajn ta’ din it-Taqsima applikabbli għal miżuri bilaterali ta’ salvagwardja huma applikabbli wkoll għal kwalunkwe miżura ta’ salvagwardja adottata skont dan l-Artikolu. Kwalunkwe referenza għal ‘dannu serju’ f’dispożizzjonijiet oħrajn ta’ din it-Taqsima għandha tinftiehem bħala ‘deterjorament serju’ meta tiġi applikata fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea. * Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea huma: Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Réunion, Mayotte, St. Martin, ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji. Dan l-Artikolu japplika wkoll għal pajjiż jew għal territorju ekstra-Ewropew li jibdel l-istatus tiegħu għal reġjun ultraperiferiku b’mod li deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 355(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. Fil-każ li reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni Ewropea, wara dik il-proċedura, ma jibqax reġjun ultraperiferiku, dan l-Artikolu ma għandux jibqa’ applikabbli għal dak il-pajjiż jew territorju ekstra-Ewropew mid-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew f’dak ir-rigward. L-Unjoni Ewropea għandha tinnotifika liċ-Ċilì bi kwalunkwe bidla fit-territorji meqjusa bħala reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea.” Artikolu 5.17.2 “2. L-applikazzjoni għandha titqies bħala waħda magħmula mill-industrija domestika jew f’isimha jekk tkun appoġġata minn dawk il-produtturi domestiċi li l-output kollettiv tagħhom jikkostitwixxi iktar minn 50 % tal-produzzjoni domestika totali tal-oġġetti simili jew f’kompetizzjoni diretta mmanifatturati minn dik il-parti tal-industrija domestika li tesprimi jew appoġġ jew oppożizzjoni għall-applikazzjoni. Madankollu, awtorità investigattiva kompetenti ma għandhiex tibda investigazzjoni jekk il-produtturi domestiċi li jesprimu appoġġ għall-applikazzjoni jammontaw għal anqas minn 25 % tal-produzzjoni domestika totali tal-prodotti simili jew oġġetti f’kompetizzjoni diretta prodotti mill-industrija domestika.” Artikolu 5.18.3(a) “(a) evidenza ta’ dannu serju, jew theddida tiegħu kkawżata minn żieda fl-importazzjonijiet ta’ oġġett li joriġina fil-Parti l-oħra b’riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali skont dan il-Ftehim; l-investigazzjoni għandha turi, abbażi ta’ evidenza oġġettiva, l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miżjuda tal-oġġetti kkonċernati u d-dannu serju jew theddida tiegħu; fatturi magħrufa għajr iż-żieda fl-importazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati wkoll biex jiġi żgurat li d-dannu serju jew it-theddida tiegħu kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma jiġux attribwiti għaż-żieda fl-importazzjonijiet;” Artikolu 5.18.5 “5. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità investigattiva kompetenti tagħha tlesti kwalunkwe investigazzjoni skont dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tiegħu.” Artikolu 5.19.2 “2. Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni kunfidenzjali huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha jew, jekk tali partijiet jindikaw li l-informazzjoni ma tistax tinġabar fil-qosor, ir-raġunijiet għal dan. Is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jagħtu fehma raġonevoli tas-sostanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali. Madankollu, jekk l-awtorità investigattiva kompetenti ssib li talba għall-kunfidenzjalità ma tkunx iġġustifikata u jekk il-parti interessata kkonċernata jew ma tkunx lesta li tagħmel l-informazzjoni pubblika jew li tawtorizza l-iżvelar tagħha f’forma ġeneralizzata jew fil-qosor, l-awtorità investigattiva kompetenti tista’ tinjora tali informazzjoni, sakemm ma jkunx jista’ jintwera għas-sodisfazzjon ta’ dik l-awtorità, fid-dawl ta’ informazzjoni minn sorsi xierqa, li l-informazzjoni hija korretta.” Artikolu 5.22 “Sabiex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ta’ dokumenti fi proċeduri ta’ salvagwardja, l-awtorità investigattiva kompetenti tal-Parti inkarigata mill-proċedura għandha taċċetta d-dokumenti ppreżentati bl-Ingliż mill-partijiet interessati, diment li dawk il-partijiet jippreżentaw aktar tard, fi żmien skadenza itwal stabbilita mill-awtorità kompetenti, traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwa tal-proċedura ta’ salvagwardja.” |
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jaqblu dwar l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib dwar l-implementazzjoni tal-Ftehimiet elenkati fl-Anness għar-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 2019 li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi. Għal dak il-għan, huma jaqblu li meta l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex jibda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet skont ir-Regolament għal inizjazzjoni ex officio. F'każ li l-Kummissjoni tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi ser tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jkun jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-inizjazzjoni ta' tali investigazzjoni.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).