Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 02019D1309-20210216
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1309 of 26 July 2019 authorising the placing on the market of products containing, consisting of or produced from genetically modified soybean MON 87751 (MON-87751-7), pursuant to Regulation (EC) No 1829/2003 of the European Parliament and of the Council (notified under document C(2019) 5489) (Only the Dutch and French texts are authentic) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Konsoliduotas tekstas: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1309 tas-26 ta' Lulju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), li jikkonsistu minnha jew li jkunu magħmulin minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 5489) (It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1309 tas-26 ta' Lulju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), li jikkonsistu minnha jew li jkunu magħmulin minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 5489) (It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1309/2021-02-16
02019D1309 — MT — 16.02.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1309 tas-26 ta' Lulju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), li jikkonsistu minnha jew li jkunu magħmulin minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 5489) (It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi) (ĠU L 204 2.8.2019, p. 90) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/184 tat-12 ta’ Frar 2021 |
L 55 |
4 |
16.2.2021 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1309
tas-26 ta' Lulju 2019
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), li jikkonsistu minnha jew li jkunu magħmulin minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2019) 5489)
(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku
Il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (Glycine max (L.) Merr.) MON 87751, kif speċifikata fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, hi assenjata l-identifikatur uniku MON-87751-7, skont ir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:
l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7, li jikkonsistu minnha jew li jkunu magħmulin minnha;
l-għalf li jkun fih il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7, li jikkonsisti minnha jew li jkun magħmul minnha;
il-prodotti li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7, jew li jikkonsistu minnha, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Artikolu 3
Tikkettar
Artikolu 4
Metodu tad-detezzjoni
Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7.
Artikolu 5
Monitoraġġ għall-effetti ambjentali
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer CropScience LP, l-Istati Uniti tal-Amerka, irrappreżentat fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, il-Belġju.
Artikolu 8
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 9
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
ANNESS
(a) Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:
Isem: Bayer CropScience LP
Indirizz: 800 N. Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerka
Irrappreżentat minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
(b) Denominazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:
l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7, li jikkonsistu minnha jew li jkunu magħmulin minnha;
l-għalf li jkun fih il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7, li jikkonsisti minnha jew li jkun magħmul minnha;
il-prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7, jew li jikkonsistu minnha, għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.
Il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7 ġiet żviluppata biex tagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri permezz tal-espressjoni tal-ġeni cry1 A.105 u cry2Ab2.
(c) Tikkettar:
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “fażola tas-sojja”;
Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7, jew li jikkonsistu minnha, għajr il-prodotti msemmija fil-punt (b)(1) ta' dan l-Anness.
(d) Metodu tad-detezzjoni:
Metodi kwantitattivi ta' detezzjoni PCR f'ħin reali u speċifiċi għall-eventi għall-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON-87751-7.
Ivvalidat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;
Materjal ta' Referenza: AOCS 0215-A huwa aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists' Society (AOCS) fuq https://www.aocs.org/crm.
(e) Identifikatur uniku:
MON-87751-7
(f) Informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
[In-numru tal-identità fir-Reġistru taċ-Ċentru ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza: li jiġi ppubblikat fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati ladarba jkun innotifikat].
(g) Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġar tal-prodotti jew restrizzjonijiet fuqhom:
Mhux meħtieġ.
(h) Pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:
Pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali skont l-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippubblikat fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]
(i) Rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġ.
Nota: il-links għad-dokumenti relevanti għandhom imnejn ikollhom bżonn jiġu mmodifikati minn żmien għall-ieħor. Dawk it-tibdiliet jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.