EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019D0021(01)-20200505
Decision (EU) 2019/1311 of the European Central Bank of 22 July 2019 on a third series of targeted longer-term refinancing operations (ECB/2019/21)
Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)
Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)
02019D0021(01) — MT — 05.05.2020 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1311 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-22 ta' Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21) (ĠU L 204 2.8.2019, p. 100) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1558 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-12 ta' Settembru 2019 |
L 238 |
2 |
16.9.2019 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/407 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta’ Marzu 2020 |
L 80 |
23 |
17.3.2020 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/614 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-30 ta’ April 2020 |
L 141 |
28 |
5.5.2020 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1311 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta' Lulju 2019
dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“punt ta' riferiment ta' tislif nett” tfisser l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli li parteċipant jeħtieġ li jaqbeż fit-tieni perjodu ta’ referenza u, b’mod fakultattiv, fil-perjodu ta’ referenza speċjali, sabiex jikkwalifika għal rata tal-imgħax fuq is-self tal-parteċipant li tkun aktar baxxa mir-rata inizjali applikata u li hija kkalkolata f’konformità mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u fl-Anness I, rispettivament;
“punt ta' riferiment tal-ammont pendenti” tfisser l-ammonti pendenti tas-somma tas-self pendenti eliġibbli tal-parteċipant fil-31 ta' Marzu 2019 u l-punt ta' riferiment ta' tislif nett tal-parteċipant li huwa kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;
“limitu tal-offerta” tfisser l-ammont limitu li jista' jittieħed b'self minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-III ikkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;
“limitu fuq is-self” tfisser l-ammont kumplessiv li jista' jittieħed b'self minn partiċipant fi kwalunkwe TLTRO-III u kkalkulat skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I, rispettivament;
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 1 );
“devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti” tfisser il-punti perċentwali li permezz tagħhom is-selfiet eliġibbli tal-parteċipant li ngħataw fil-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 żdiedu jew tnaqqsu fir-rigward tal-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti, kif ikkalkulat skont id-dispożizzjonijiet iddetaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Anness I;
“selfiet eliġibbli” tfisser selfiet lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi (inklużi istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi) residenti, kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 ( 2 ), fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, ħlief għal selfiet lil unitajiet domestiċi għal xiri ta' djar, kif spjegat f'aktar dettall fl-Anness II;
“tislif nett eliġibbli” tfisser self gross fil-forma ta' selfiet eliġibbli nett mill-ħlasijiet lura tal-ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli tul perjodu speċifiku, kif spjegat f'aktar dettall fl-Anness II;
“korporazzjoni finanzjarja vettura” (FVC) tfisser korporazzjoni finanzjarja vettura kif iddefinita fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) ( 3 );
“l-ewwel perijodu ta' referenza” tfisser l-perijodu mill-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2019;
“kodiċi FVC” tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal FVC fil-lista tal-FVCs miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2103 (BĊE/2013/40);
“aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax” tfisser it-tnaqqis, jekk ikun hemm, fir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ammonti meħuda b’self taħt it-TLTROs-III, espressa bħala frazzjoni tad-differenza medja bejn ir-rata tal-imgħax massima possibbli rilevanti u r-rata tal-imgħax minima possibbli rilevanti, kif ikkalkulata f’konformità mad-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness I;
“Identifikatur ta' Entità Ġuridika” (LEI) tfisser kodiċi ta' referenza alfanumeriku skont ISO 17442 li jiġi assenjat lil entità ġuridika;
“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (IFM) tfisser istituzzjoni finanzjarja monetarja kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 4 );
“kodiċi IFM” ifisser kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal IFM fil-lista tal-IFMi miżmuma u ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2103 (BĊE/2013/33);
“ammonti pendenti fuq selfiet eliġibbli” tfisser selfiet eliġibbli pendenti fil-karta tal-bilanċ, għajr selfiet eliġibbli titolizzati jew ittrasferiti b'xi mod ieħor mingħajr dekontabilizzar mill-karta tal-bilanċ, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness II;
“parteċipant” tfisser kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema b'konformità mal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), li jagħmel offerti fi proċeduri tal-offerti tat-TLTRO-III jew fuq bażi individwali jew fuq bażi ta' grupp bħala istituzzjoni prinċipali, u li huwa soġġett għad-drittijiet u l-obbligi kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċeduri tal-offerta tat-TLTRO-III;
“ammont pendenti ta' referenza” tfisser is-somma ta' ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli u, malli tiġi eżerċitata l-opzjoni fl-Artikolu 6(3), ammonti pendenti ta' selfiet eliġibbli awtotitolizzati fit- 28 ta' Frar 2019;
“BĊN relevanti” tfisser, b'referenza għal partiċipant partikolari, il-BĊN tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-parteċipant;
“it-tieni perijodu ta' referenza” tfisser il-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021;
“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni li hija jew: (a) titolizzazzjoni tradizzjonali kif iddefinita fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ); u/jew (b) titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40) u li tinvolvi t-trasferiment tas-selfiet li jkunu qegħdin jiġu ttitolizzati lil FVC;
“selfiet eliġibbli awtotitolizzati” tfisser selfiet eliġibbli oriġinati u titolizzati minn parteċipant jew membru tal-grupp TLTRO-III fejn it-titoli ggarantiti b'assi li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni jinżammu 100 % minn dak il-parteċipant jew membru tal-grupp TLTRO-III;
“il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva” tfisser il-perjodu mid-data tal-ħlas tat-TLTRO-III rispettiv sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perjodu mill-24 ta' Ġunju 2021 sad-data ta’ maturità tiegħu jew sad-data tal-ħlas lura bikri, kif ikun applikabbli, sabiex b’hekk jiġi eskluż il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali;
“perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali” tfisser il-perjodu mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021;
“perjodu ta’ referenza speċjali” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 2
It-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal
It-TLTROs-III għandhom:
ikunu operazzjonijiet ta' treġġigħ lura li jipprovdu likwidità;
jiġu eżegwiti b'mod deċentralizzat mill-BĊNi;
jiġu eżegwiti permezz ta' proċedura ta' offerti standard; u
jiġu eżegwiti fil-forma ta' proċeduri ta' offerti b'rata fissa.
Artikolu 3
Parteċipazzjoni
L-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'TLTROs-III fuq bażi ta' grupp billi jgħaqqdu grupp tat-TLTROs-III. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp hija relevanti għall-finijiet li jiġi kkalkolat l-limitu fuq is-self u l-punti ta' riferiment applikabbli kif stabbilit fl-Artikolu 4 u l-obbligi ta' rapportar assoċjati kif stabbiliti fl-Artikolu 6. Il-parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li ġejjin:
istituzzjoni ma tistax tkun membru ta' iktar minn grupp wieħed ta' grupp TLTRO-III;
istituzzjoni li tieħu sehem fit-TLTROs-III fuq bażi ta' grupp ma tistax tieħu sehem fuq bażi individwali;
l-istituzzjoni maħtura bħala l-istituzzjoni prinċipali għandha tkun l-uniku membru tal-grupp tat-TLTRO-III li tista' tieħu sehem fil-proċeduri ta' offerta tat-TLTRO-III; u
il-kompożizzjoni u l-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III għandhom jibqgħu l-istess għat-TLTROs-III kollha, bla ħsara għall-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.
Għall-parteċipazzjoni fit-TLTROs-III permezz ta' grupp TLTRO-III, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.
B'effett mill-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, kull membru ta' grupp partikolari għandu:
ikollu rabta mill-qrib ma' membru ieħor tal-grupp skont it-tifsira ta' “rabta mill-qrib” kif iddefinit fl-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u r-referenzi li hemm għal “kontroparti”, “garanti”, “emittent” jew “debitur” għandhom jinftiehmu bħala referenza għal membru ta' grupp; jew
ikollu r-riżervi meħtieġa fl-Eurosistema skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) ( 6 ) b'mod indirett permezz ta' membru ieħor tal-grupp jew jintuża minn membru ieħor tal-grupp sabiex b'mod indirett iżomm ir-riżervi meħtieġa mal-Eurosistema.
Il-grupp għandu jaħtar membru wieħed bħala l-istituzzjoni prinċipali għall-grupp. L-istituzzjoni prinċipali għandha tkun kontroparti eliġibbli għal operazzjonijiet ta' suq miftuħ tal-politika monetarja tal-Eurosistema.
Kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III għandu jkun istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, u għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).
Bla ħsara għall-punt (e), l-istituzzjoni prinċipali għandha tapplika għal parteċipazzjoni ta' grupp lill-BĊN tagħha skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
isem l-istituzzjoni prinċipali;
lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li ser jiddaħħlu fil-grupp tat-TLTROs-III;
spjegazzjoni tal-bażi għal applikazzjoni ta' grupp, inkluża lista tar-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi tal-IFM tiegħu;
fil-każ ta' membri ta' grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a): konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III iddeċieda formalment li jsir membru tal-grupp tat-TLTRO-III inkwistjoni u jaqbel li ma jiħux sehem f'TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp tat-TLTRO-III ieħor, flimkien ma' evidenza xierqa li l-konferma relevanti bil-miktub mill-istituzzjoni prinċipali ġiet eżegwita minn firmatarji awtorizzati kif xieraq. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti l-konferma meħtieġa fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-III tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità tal-konferma bil-miktub kkonċernata; u
Fil-każ ta' membru ta' grupp li għalih japplika l-punt (i) tal-punt (a): (1) konferma bil-miktub mill-membru tal-grupp rilevanti dwar id-deċiżjoni formali tiegħu li jsir membru fil-grupp tat-TLTROs-III inkwistjoni u li ma jiħux sehem f'TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru fi grupp ieħor tat-TLTRO-III; u (2) evidenza xierqa, ikkonfermata mill-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti, li din id-deċiżjoni formali ttieħdet fl-ogħla livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istruttura korporattiva tal-membru, bħall-Bord tad-Diretturi jew ekwivalenti b'konformità ma' kwalunkwe liġi applikabbli.
Grupp TLTRO-II rikonoxxut għall-finijiet tat-TLTROs-II bis-saħħa tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) jista' jipparteċipa fit-TLTROs-III bħala grupp TLTRO-III sakemm l-istituzzjoni prinċipali tiegħu tissottometti notifika bil-miktub f'dak is-sens lill-BĊN rilevanti skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE. In-notifika għandha tinkludi:
lista ta' membri tal-grupp TLTRO-II li ddeċidew formalment li jkunu membri tal-grupp TLTRO-III inkwistjoni u ma jipparteċipawx fit-TLTRO-III bħala kontropartijiet individwali jew bħala membri ta' ebda grupp TLTRO-III ieħor. Fil-każ ta' membri tal-grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii) tal-punt (a), l-istituzzjoni prinċipali tista' tipprovdi n-notifika meħtieġa meta jkun hemm ftehim fis-seħħ, kif imsemmi fil-punt (iv) tal-punt (d), li jgħid espressament li l-membri tal-grupp rilevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklussivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp rilevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-lista; u
evidenza xierqa, kif jista' jintalab mill-BĊN tal-istituzzjoni prinċipali, li ġiet eżegwita mill-firmatarji debitament awtorizzati.
L-istituzzjoni prinċipali għandha tikseb konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-III ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizzjonali oħra li hija relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-grupp TLTRO-III potenzjali mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp li tista' tkun meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punti (d) jew (e) skont il-każ.
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, anki istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għas-superviżjoni konsolidata, inklużi friegħi tal-istess istituzzjoni ta' kreditu, għandhom jitqiesu bħala applikanti xierqa għar-rikonoxximent tal-grupp tat-TLTRO-III, u għandhom ikunu meħtieġa jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu mutatis mutandis. Din tiffaċilita t-tiswir ta' gruppi tat-TLTRO-III fost dawn l-istituzzjonijiet, meta dawn l-istituzzjonijiet ikunu parti mill-istess entità ġuridika. Għall-finijiet tal-konferma tat-tiswir, jew bidla fil-kompożizzjoni, ta' grupp TLTRO-III ta' dan it-tip, il-paragrafu 3(d)(v) u l-paragrafu 6(b)(ii)(5) għandhom japplikaw rispettivament.
Mingħajr ħsara għall-paragrafu 5, il-kompożizzjoni ta' grupp rikonoxxut skont il-paragrafu 3 tista' tinbidel fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
Membru għandu jiġi eskluż mill-grupp TLTRO-III jekk ma jissodisfax iktar ir-rekwiżiti tal-punt (a) jew (c) tal-paragrafu 3. Il-BĊN tal-membru tal-grupp relevanti għandu jinforma lill-istituzzjoni prinċipali dwar in-nuqqas tal-membru tal-grupp li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.
F'dawk il-każijiet, l-istituzzjoni prinċipali kkonċernata għandha tgħarraf lill-BĊN relevanti dwar il-bidla fl-istatus tal-membru tal-grupp tagħha.
Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-III, jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib addizzjonali jew investimenti indiretti ta' riżervi meħtieġa mal-Eurosistema wara l-aħħar jum tax-xahar li jippreċedi l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, il-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III tista' tinbidel biex tirrifletti ż-żieda ta' membru ġdid, sakwmm:
l-istituzzjoni prinċipali tapplika mal-BĊN tagħha għar-rikonoxximent tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTROs-III skont il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE;
l-applikazzjoni msemmija fil-punt (i) tinkludi:
l-isem tal-istituzzjoni prinċipali;
il-lista tal-kodiċijiet tal-IFM u l-ismijiet tal-istituzzjonijiet kollha li huma intiżi li jiddaħħlu fil-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTROs-III;
spjegazzjoni tal-bażi għall-applikazzjoni, inklużi dettalji tat-tibdil fir-rabtiet mill-qrib u/jew ir-relazzjonijiet ta' żamma ta' riżervi b'mod indirett bejn il-membri tal-grupp billi kull membru jiġi identifikat bil-kodiċi IFM tiegħu;
fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (ii) tal-paragrafu 3(a): ikun hemm konferma bil-miktub mingħand l-istituzzjoni prinċipali li tiċċertifika li kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III tiegħu iddeċieda formalment li jkun membru tal-grupp tat-TLTRO-III inkwistjoni u biex ma jipparteċipax fit-TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-III ieħor. Istituzzjoni prinċipali tista' tagħti ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-membri tal-grupp TLTRO-III tagħha fejn ikun hemm fis-seħħ arranġamenti, bħal dawk għaż-żamma indiretta ta' riżervi minimi bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), li jgħidu espressament li l-membri tal-grupp relevanti jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Eurosistema esklużivament permezz tal-istituzzjoni prinċipali. Il-BĊN rilevanti, f'kooperazzjoni mal-BĊNi tal-membri tal-grupp relevanti, jistgħu jivverifikaw l-validità ta' dik il-konferma bil-miktub; u
fil-każ ta' membri ta' grupp li għalihom japplika l-punt (i) tal-paragrafu 3(a), ikun hemm konferma bil-miktub minn kull membru addizzjonali tad-deċiżjoni formali tiegħu biex ikun membru tal-grupp TLTRO-III inkwistjoni u mhux biex jipparteċipa fit-TLTROs-III bħala kontroparti individwali jew bħala membru ta' kwalunkwe grupp TLTRO-III ieħor, u konferma bil-miktub minn kull membru tal-grupp TLTRO-III, inkluż kemm fil-kompożizzjoni l-qadima u dik ġdida, tad-deċiżjoni formali tiegħu biex jaqbel mal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-III, flimkien mal-evidenza xierqa, ikkonfermat mill-BĊN tal-membru tal-grupp rilevanti, kif iddettaljat fil-punt (v) tal-paragrafu 3(d); u
l-istituzzjoni prinċipali tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-grupp tat-TLTRO-III mibdul ġie rikonoxxut. Qabel ma joħroġ il-konferma tiegħu, il-BĊN relevanti jista' jitlob kull informazzjoni addizjonali relevanti għall-valutazzjoni tiegħu tal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp tat-TLTRO-III mill-istituzzjoni prinċipali. Meta jivvaluta applikazzjoni ta' grupp, il-BĊN relevanti għandu jqis ukoll kull valutazzjoni mill-BĊNi tal-membri tal-grupp meħtieġa, bħal verifiki ta' dokumentazzjoni pprovduta skont il-punt (ii).
Jekk, fir-rigward tal-grupp TLTRO-III, fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni li tinvolvi membri tal-grupp TLTRO-III iseħħu wara l-aħħar jum tax-xahar li jiġi qabel l-applikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 u dik l-operazzjoni ma tirriżulta fl-ebda bidla fis-sett ta' selfiet eliġibbli, il-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III tista' tinbidel biex tirrifletti l-fużjoni, akkwiżizzjoni jew diviżjoni, skont il-każ, iżda l-kundizzjonijiet elenkati fil-punt (b) għandhom jitħarsu.
Meta l-Kunsill Governattiv ikun aċċetta tibdil fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-III skont il-paragrafu 5, jew tibdil fil-kompożizzjoni tal-gruppi TLTRO-III ikun seħħ skont il-paragrafu 6, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jkunx iddeċieda mod ieħor, dan li ġej għandu japplika:
fir-rigward tat-tibdil li għalih japplikaw il-paragrafu 5, il-paragrafu 6(b), jew il-paragrafu 6(c) l-istituzzjoni prinċipali tista' tieħu sehem f'TLTRO-III fuq il-bażi tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-grupp tat-TLTRO-III tagħha biss wara li tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-III ġie rrikonoxxut; u
istituzzjoni li m'għadhiex membru ta' grupp tat-TLTRO-III m'għandhiex tieħu sehem f'xi TLTRO-III oħrajn la b'mod individwali u lanqas bħala membru ta' grupp ieħor tat-TLTRO-III, sakemm ma tissottomettix applikazzjoni ġdida biex tipparteċipa skont il-paragrafi 1, 3 jew 6.
Artikolu 4
Limitu fuq is-self, limitu tal-offerta u punti ta' riferiment
Il-punt ta' riferiment ta' tislif nett ta' parteċipant għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' tislif nett eliġibbli fl-ewwel perijodu ta' referenza, kif ġej:
għal parteċipanti li jirrapportaw tislif nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandu jkun żero;
għall-parteċipanti li jirrapportaw tislif nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandu jkun daqs it-tislif nett eliġibbli għall-ewwel perijodu ta' referenza.
Il-kalkoli tekniċi relevanti huma mfissra fl-Anness I. Il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għall-parteċipanti li ngħataw liċenzji bankarji wara t-28 ta' Frar 2019 għandu jkun żero ħlief jekk il-Kunsill Governattiv, f'ċirkustanzi fejn huwa oġġettivament ġġustifkat, jiddeċiedi mod ieħor.
Artikolu 5
Imgħax
Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3a):
matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti m’għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn minus 100 punt bażi; u
matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta' depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.
Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom iżda li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-anqas waħda mir-rati li ġejjin: (i) ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u (ii) ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti, bħal fil-punt (b); u
matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun anqas mir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva u tista' tkun baxxa daqs ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti.
Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom, kemm matul il-perjodu ta' referenza speċjali u anki matul it-tieni perjodu ta' referenza, ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:
matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u
matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.”
Artikolu 5a
Ħlas lura bikri
Artikolu 6
Rekwiżiti ta' rapportar
Kull parteċipant fit-TLTROs-III għandu jissottometti lill-BĊN relevanti d-dejta identifikata fil-mudelli tar-rapportar pprovduti fl-Anness II kif ġej:
l-ammont pendenti ta' referenza għall-finijiet li jiġi stabbilit il-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta tal-parteċipant, u dejta dwar l-ewwel perijodu ta' referenza għall-finijiet li jiġu stabbiliti l-punti ta' riferiment tal-parteċipant (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ l-“ewwel rapport”); u
data relatata ma’ (i) it-tieni perjodu ta’ referenza u, (ii) b’mod fakultattiv, mal-perjodu ta’ referenza speċjali, għall-finijiet li jiġu ddeterminati r-rati tal-imgħax applikabbli (aktar 'il quddiem imsejjaħ it-“tieni rapport”).
Id-dejta għandha tiġi pprovduta skont:
il-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;
il-linji gwida stabbiliti fl-Anness II; u
l-istandards minimi għall-preċiżjoni u konformità mal-kunċetti speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).
Il-parteċipanti li jkun beħsiebhom jinkludu selfiet eliġibbli awtotitolizzati għall-finijiet li jikkalkulaw il-limitu fuq is-self tagħhom għandhom jeżerċitaw din l-opzjoni billi jipprovdu l-partiti supplimentari relatati mas-selfiet eliġibbli awtotitolizzati kollha, kif spjegat fid-dettall fl-Anness II, flimkien mail-valutazzjoni tal-awditur ta' dawk il-partiti supplimentari, skont ir-regoli li ġejjin:
Parteċipanti li jieħdu sehem fl-ewwel jew it-tieni operazzjoni TLTRO-III jistgħu jipparteċipaw fuq il-bażi tal-ewwel rapport li jħalli barra l-partiti supplimentari. Madankollu, sabiex selfiet awtotitolizzati jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limitu fuq is-self tagħhom u limiti tal-offerta sa mit-tieni jew it-tielet operazzjoni, il-partiti supplimentari u l-evalwazzjoni rispettiva tal-awditur tal-partiti supplimentari għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti qabel l-iskadenza għall-ewwel rapport għal kwalunkwe waħda minn dawn l-operazzjonijiet speċifikati fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.
Parteċipanti li l-ewwel jipparteċipaw fit-tielet operazzjoni TLTRO-III jew oħrajn sussegwenti għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti, sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, kemm l-ewwel rapport li jinkludi l-partiti supplimentari, kif ukoll il-valutazzjoni tal-awditur rispettiva tal-partiti supplimentari.
Kull parteċipant għandu jiżgura li l-kwalità tad-data sottomessa skont il-paragrafi 1 sa 3a tiġi vvalutata minn awditur estern f’konformità mar-regoli li ġejjin:
il-valutazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit eletroniku tal-BĊE;
ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur fir-rigward tat-tieni rapport għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE;
il-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiffokaw fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3a u 4. B’mod partikolari, l-awditur għandu:
jivvaluta l-preċiżjoni tad-dejta pprovduta billi jivverifika li s-sett ta' selfiet eliġibbli tal-parteċipant inkluż, fil-każ ta' istituzzjoni prinċipali, is-selfiet eliġibbli għall-membri tal-grupp TLTRO-III, jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà;
jivverifika li d-dejta rapportata tikkonforma mal-linji gwida speċifikati fl-Anness II u mal-kunċetti mdaħħla permezz tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);
jivverifika li d-dejta rapportata hija konsistenti mad-dejta miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);
jivverifika jekk hemmx fis-seħħ kontrolli u proċeduri għall-validazzjoni tal-integrità, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-dejta; u
fir-rigward tal-partiti supplimentari, jiżgura, permezz ta' proċedura ta' ingaġġ ta' assigurazzjoni pożittiva, jiġifieri proċedura li tiċċertifika li d-dejta rrapportata hija preċiża u relevanti, li selfiet eliġibbli awtotitolizzati inklużi għall-fini tal-kalkolu tal-ammont pendenti ta' referenza ta' parteċipant jikkorrispondu għat-titoli ggarantiti b'assi relevanti li huma miżmuma 100 % mill-parteċipant rispettiv jew membru tal-grupp TLTRO-III, li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati.
Fil-każ ta' parteċipazzjoni fuq bażi ta' grupp, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri l-oħrajn tal-grupp TLTRO-III. Fuq talba tal-BĊN tal-parteċipant, riżultati ddettaljati tal-valutazzjonijiet li jsiru skont dan il-paragrafu għandhom jiġu pprovduti lil dak il-BĊN u, fil-każ ta' parteċipazzjoni tal-grupp, sussegwentement jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri tal-grupp.
il-valutazzjonijiet tal-awditur għandu jinkludu ta' mill-inqas dawn l-elementi li ġejjin:
it-tip ta' proċedura ta' awditjar applikata;
il-perijodu kopert mill-awditu;
id-dokumentazzkjoni analizzata;
deskrizzjoni tal-metodi segwiti mill-awdituri sabiex iwettqu l-kompiti deskritti fl-Artikolu 6(6)(c);
fejn applikabbli, l-identifikaturi (kodiċijiet FVC u/jew LEIs, kif applikabbli) ta' kull vejikolu ta' titolizzazzjoni li jżomm is-selfiet eliġibbli awtotitolizzati msemmija fil-paragrafu (c)(v), u l-kodiċi IFM tal-parteċipant jew il-membru tal-grupp tat-TLTRO-III li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati;
il-korrezzjonijiet imwettqa, jekk ikun hemm, wara li jiġu applikati l-metodi deskritti fil-punt (iv);
konferma li d-dejta inkluża fil-mudelli tar-rapportar huma konformi mal-informazzjoni li tinsab fis-sistemi interni tal-parteċipanti; u
osservazzjonijiet jew valutazzjoni finali bħala riżultat tal-awditjar estern.
L-Eurosistema tista' tipprovdi gwida ulterjuri fuq il-mod kif il-valutazzjoni tal-awditur għandha ssir, f'liema każ il-parteċipanti għandhom jiżguraw li dik il-gwida tiġi applikata mill-awdituri fil-valutazzjoni tagħhom.
B'eċċezzjoni mill-paragrafu 7, reviżjoni tal-ewwel rapport mhuwiex meħtieġ, imma l-impatt relevanti fuq selfiet eliġibbli jista' minflok jiġi rreġistrat bħala aġġustament fit-tieni rapport f'każijiet fejn:
ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi istituzzjonijiet li, qabel ir-riorganizzazzjoni korporattiva, kienu soġġetti għal miżuri superviżorji jew ta' riżoluzzjoni u dawn il-miżuri, kif ikkonfermat mill-BĊN relevanti, tabilħaqq fixklu l-kapaċità tagħhom li jsellfu waqt l-aħħar nofs tat-tieni perijodu ta' referenza;
ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi akkwiżizzjoni minn parteċipant li tlestiet fl-aħħar sitt xhur tat-tieni perijodu ta' referenza; jew
il-BĊN relevanti jevalwa l-impatt tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp jew riorganizzazzjoni korporattiva bħala li ma jeħtieġx rapport rivedut.
Għall-każijiet (b) u (c), il-parteċipanti xorta jistgħu jagħżlu li jirrevedu l-ewwel rapport sabiex jitqiesu r-riorganizzazzjonijiet korporattivi.
Artikolu 7
Nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar
Meta parteċipant jonqos milli jirrapporta jew jikkonforma mar-rekwiżiti tal-awditu, jew fejn jiġu identifikati żbalji fid-dejta rapportata, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
Jekk parteċiplant jonqos milli jpoġġi l-ewwel rapport għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti sal-iskadenza relevanti, il-limitu fuq is-self tiegħu għandu jiġi ffissat għal żero.
Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, il-parteċipant għandu jħallas lura l-ammonti kollha pendenti meħuda b'self taħt it-TLTRO-III fid-data ta' saldu tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament li jmiss bir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv sad-data ta’ saldu tal-ħlas lura, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih r-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.
Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti t-tieni rapport sal-iskadenza relevanti, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III flimkien ma' penali addizjonali ta' EUR 500 kuljum sakemm jintbagħat it-tieni rapport, iżda sa massimu ta' EUR 15 000 . Il-penali għandhom jakkumulaw u jintalab il-ħlas tagħhom malli l-BĊN relevanti jirċievi t-tieni rapport jew meta l-penali massima tkun intlaħqet jekk it-tieni rapport ikun għadu ma ġiex riċevut sa dak il-punt.
Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur ta’ data dwar it-tieni perjodu ta’ referenza fit-tieni rapport sal-iskadenza relevanti, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih r-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.
Jekk parteċipant jonqos milli b'mod ieħor jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(6) jew (7), ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.
Jekk parteċipant, jew fir-rigward tal-verifika msemmija fl-Artikolu 6(6) jew b'xi mod ieħor, jidentifika żbalji fid-dejta sottomessa fir-rapporti, inklużi ineżattezzi jew inkompletezza, għandu jinnotifika lill-BĊN relevanti bihom fl-iqsar żmien possibbli. Meta l-BĊN rilevanti ikun ġie nnotifkat b'dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet, jew fejn dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet jaslu għall-attenzjoni tiegħu mod ieħor: (i) il-parteċipant għandu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli biex jgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tal-iżbalji, ineżattezzi jew omissjonijiet ikkonċernati; u (ii) il-BĊN relevanti jista' jieħu l-azzjoni xierqa, li tista' tinkludi kalkolu mill-ġdid tal-valuri relevanti li, min-naħa tagħhom jistgħu jaffettwaw ir-rata tal-imgħax applikata lis-self tal-parteċipant taħt it-TLTROs-III u rekwiżit għall-ħlas lura tal-ammonti meħuda b'self li, minħabba żball, jaqbżu l-limitu fuq is-self tal-parteċipant.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Awwissu 2019.
ANNESS I
IT-TWETTIQ TAT-TIELET SERJE TA' OPERAZZJONIJIET TA' RIFINANZJAMENT SPEĊIFIĊI FUQ ŻMIEN ITWAL
1. Kalkolu tal-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta
Il-parteċipanti f'waħda mit-tielet sensiela ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-III), li jaġixxu jew individwalment jew bħala istituzzjoni prinċipali ta' grupp TLTRO-III, huma suġġetti għal limitu fuq is-self. Il-limitu fuq is-self ikkalkolat jitqarreb għall-figura multipla li jmiss ta' EUR 10 000 .
Il-limitu fuq is-self applikabbli għal parteċipant individwali fit-TLTROs-III huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont pendenti ta' referenza li jinkludi l-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli u, malli tiġi eżerċitata l-opzjoni fl-Artikolu 6(3), selfiet eliġibbli awtotitolizzati fit-28 ta' Frar 2019. Il-limitu fuq is-self applikabbli għall-istituzzjoni prinċipali ta' grupp tat-TLTRO-III huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont pendenti ta' referenza b'rabta mal-membri kollha tal-grupp TLTRO-III.
II-limitu fuq is-self huwa ta 50 % tal-ammont pendenti ta’ referenza relatat mal-parteċipant ( 8 ) wara li jitnaqqsu l-ammonti meħuda b’self mill-parteċipant fl-operazzjoni mmirata ta’ rifinanzjament għal żmien itwal skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) (TLTROs-II) u li għadhom pendenti fid-data tal-ħlas tal-TLTRO-III rispettiv, jew żero jekk dak l-ammont huwa negattiv, jiġifieri:
għal k = 1,…,7.
Fejn BAk huwa l-limitu fuq is-self fit-TLTRO-III k (bi k = 1,…,7), ORFeb 2019 huwa l-ammont pendenti ta' referenza fit-28 ta' Frar 2019 u OBk huwa l-ammont meħud b'self mill-parteċipant fit-TLTROs-II u li għadu pendenti fid-data tas-saldu tal-TLTRO-III k.
Il-limitu tal-offerta applikabbli għal kull parteċipant f’kull TLTRO-III huwa l-limitu ta tislif tiegħu BAk
wara li jitnaqqsu l-ammonti meħuda b’self taħt TLTROs-III preċedenti. Fejn ikun is-self ta’ parteċipant fit-TLTRO-III k, mela
fejn BLk ikun il-limitu tal-offerta għal dan il-parteċipant fl-operazzjoni k li hija ddefinita kif ġej:
għal k = 2,…,7.
2. Kalkolu tal-punti ta' riferiment
Fejn NLm huwa t-tislif nett eliġibbli ta' parteċipant f'xahar kalendarju m, ikkalkulat bħala l-fluss gross ta' parteċipant ta' selfiet eliġibbli ġodda f'dak ix-xahar bit-tnaqqis ta' ħlasijiet lura ta' selfiet eliġibbli, kif iddefinit fl-Anness II.
Indika b'NLB il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għal dan il-parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:
NLB = min (NLApr 2018 + NLMay 2018 + … + NLMar 2019, 0)
Dan jimplika li jekk il-parteċipant għandu tislif nett eliġibbli pożittiv jew żero fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = 0. Jekk, madankollu, il-parteċipant għandu tislif nett eliġibbli negattiv fl-ewwel perijodu ta' referenza, mela NLB = NLApr 2018 + NLMay 2018 + … + NLMar 2019.
Indika b'OAB l-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti ta' parteċipant. Dan huwa ddefinit kif ġej:
OAB = max (OLMar 2019 + NLB, 0)
fejn OLMar 2019 huwa l-ammont pendenti ta' selfiet eliġibbli fi tmiem Marzu 2019.
3. Kalkolu tar-rata tal-imgħax
Ħalli tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perjodu ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.
Ħalli tindika l-ammont miksub billi jingħaddu flimkien it-tislif nett eliġibbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2019 u l-31 ta’ Marzu 2021 u l-ammont pendenti ta’ tislif eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2019; dan huwa kkalkolat bħala:
.
Indika issa permezz ta’ id-devjazzjoni perċentwali ta’
mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2019 u l-31 ta' Marzu 2021, jiġifieri,
EX titqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 1.15.
Ħalli tkun il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III
u espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli
tkun il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu (DF) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III k, fejn ir-rata tal-imgħax applikabbli tirreferi għall-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, u espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:
Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq (għal k=1,…,7) tindika n-numru ta’ jiem tat-TLTRO-III k u fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa
tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli,
tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq
tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.
Ħalli kspeċjali tfisser li l-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali jkun il-perjodu mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021, u krol tindika ż-żewġ perjodi li jikkostitwixxu l-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III k rispettiva (b’referenza għall-perjodu mid-data ta’ ħlas tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perjodu mill-24 ta' Ġunju 2021 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha, skont kif ikun applikabbli).
Ħalli tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta' Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli
tkun il-medja tar-rata DF applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k u f'kull każ espress bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:
Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq tindika n-numru ta’ jiem tal-perjodu
tat-TLTRO-III k u, fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa
tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu
tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli,
tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu
tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq
tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tal-perjodu
tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.
Ħalli l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, fejn applikabbli, imkejjel bħala frazzjoni tal-kuritur medju bejn u
, jiġi indikat
;
Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħajja sħiħa tat-TLTRO-III k (rata tal-imgħax finali), espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal perjodu
, b’j =
speċjali jew rol, ta’ TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata
.
Ir-rata tal-imgħax hija ddefinita bħala:
Fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq jindika n-numru ta’ ġranet tal-perjodu
tat-TLTRO-III k.
Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III k hija kkalkolata kif ġej:
Jekk parteċipant ikun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:
matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:
jekk , mela
;
matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:
jekk , mela
.
Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’tal-anqas 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:
matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-anqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:
jekk u
, mela
u
;
matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:
jekk u
, mela
u
Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’anqas minn 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:
matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-aktar rata baxxa bejn il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi u r-rata tal-imgħax ikkalkolata skont il-punt (ii) ta’ hawn taħt, jiġifieri:
jekk u
, mela
u
matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: ir-rata tal-imgħax li hija ggradata b’mod lineari skont il-perċentwali li bih il-parteċipant jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti tiegħu, jiġifieri,
jekk u