This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02016L1629-20220101
Directive (EU) 2016/1629 of the European Parliament and of the Council of 14 September 2016 laying down technical requirements for inland waterway vessels, amending Directive 2009/100/EC and repealing Directive 2006/87/EC
Consolidated text: Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE
Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE
02016L1629 — MT — 01.01.2022 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Settembru 2016 (ĠU L 252 16.9.2016, p. 118) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/970 tat-18 ta' April 2018 |
L 174 |
15 |
10.7.2018 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1668 tas-26 ta’ Ġunju 2019 |
L 256 |
1 |
7.10.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1308 tat-28 ta’ April 2021 |
L 284 |
1 |
9.8.2021 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Settembru 2016
li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE
KAPITOLU 1
KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ŻONI TA' PASSAĠĠI FUQ L-ILMA
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi:
ir-rekwiżiti tekniċi neċessarji biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-inġenji li jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fl-Artikolu 4; u
il-klassifikazzjoni ta' dawk il-passaġġi fuq l-ilma interni.
Artikolu 2
Ambitu tal-applikazzjoni
Din id-Direttiva tapplika għall-inġenji li ġejjin:
bastimenti b'tul (L) ta' 20 metru jew aktar;
bastimenti li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa volum ta' 100 metru kubu jew aktar;
rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbottaw maħsuba biex jirmunkaw jew jimbottaw, jew lill-inġenji msemmija fil-punti (a) u (b) jew lit-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma, jew maħsuba biex imexxu tali inġenji jew tali tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma ma' ġenbhom;
bastimenti tal-passiġġieri;
tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma.
Din id-Direttiva ma tapplikax għal:
tragetti;
bastimenti navali;
bastimenti tat-tbaħħir, inklużi rimonkjaturi u rimonkjaturi tat-tbaħħir li jimbottaw, li:
joperaw jew huma bbażati f'ilmijiet ta' marea; jew
joperaw temporanjament fuq passaġġi fuq l-ilma interni,
dment li jkollhom mill-inqas:
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“inġenju” tfisser bastiment jew oġġett ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma;
“bastiment” tfisser bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tat-tbaħħir;
“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser bastiment maħsub biss jew prinċipalment għan-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni;
“rimonkjatur” tfisser bastiment mibni apposta biex iwettaq operazzjonijiet ta' rmonk;
“rimonkjatur li jimbotta” tfisser bastiment mibni apposta biex jimbotta konvoj 'il quddiem;
“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata jew bil-kabini, mibni u mgħammar biex iġorr iktar minn 12-il passiġġier;
“tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, tagħmir għat-tħammil, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi;
“stabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser kwalunkwe installazzjoni li normalment mhix maħsuba biex titmexxa, bħal pixxina, baċir, moll jew kamra għaż-żamma tad-dgħajjes;
“oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser ċattra jew struttura, oġġett, assemblaġġ ieħor tajjeb għan-navigazzjoni, li mhuwiex bastiment jew tagħmir jew stabbiliment li jista' jżomm f'wiċċ l-ilma;
“inġenji rikreattivi” tfisser bastiment għajr bastiment tal-passiġġieri, maħsub għall-isport jew għad-divertiment;
“bastiment b'veloċità għolja” tfisser inġenju bil-magna li kapaċi jilħaq veloċità ta' aktar minn 40 km fis-siegħa b'relazzjoni mal-ilma;
“spostament tal-ilma” tfisser il-volum mgħarraq tal-bastiment, f'metri kubi;
“tul (L)” tfisser it-tul massimu tal-buq f'metri, minbarra t-tmun u l-pupress;
“wisa' (B)” tfisser il-wisa' massima tal-buq f'metri, imkejla sat-tarf ta' barra tal-pjanċi tal-qoxra (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili);
“fundar (T)” tfisser id-distanza vertikali f'metri bejn il-punt l-aktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew aċċessorji oħra fissi u l-linja ta' fundar massima;
“passaġġi fuq l-ilma interni kollegati” tfisser passaġġi fuq l-ilma ta' Stat Membru li huma kollegati, permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni li jistgħu jiġu nnavigati taħt il-liġi nazzjonali jew internazzjonali minn inġenji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mal-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Stat Membru ieħor.
Artikolu 4
Klassifikazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għandhom jiġu klassifikati kif ġej:
Iż-żoni 1, 2, 3 u 4:
Iż-żoni 1 u 2: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Anness I;
Iż-żona 3: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I;
Iż-żona 4: il-passaġġi fuq l-ilma interni l-oħrajn kollha li jistgħu jiġu nnavigati skont il-liġi nazzjonali minn inġenji li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva.
Iż-żona R: dawk il-passaġġi fuq l-ilma msemmija fil-punt (a) li għalihom iridu jinħarġu ċertifikati skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont kif dak l-Artikolu hu fformulat fis-6 ta' Ottubru 2016.
KAPITOLU 2
ĊERTIFIKATI TAN-NAVIGAZZJONI
Artikolu 5
Konformità mar-rekwiżiti tekniċi u ta' sikurezza
Artikolu 6
Ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Artikolu 7
L-obbligu tal-ġarr ta' ċertifikat
L-inġenji li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkollhom id-dokumenti oriġinali li ġejjin:
meta jkunu qed joperaw fuq passaġġ fuq l-ilma taż-Żona R:
meta jkunu qed joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma oħrajn, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 8
Iċ-ċertifikati supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Artikolu 9
Ċertifikati proviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:
għal inġenji li biħsiebhom jivvjaġġaw lejn ċertu post bil-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna;
għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom jkun intilef, saritlu ħsara jew ġie temporanjament irtirat kif imsemmi fl-Artikoli 13 u 15 jew fl-Annessi II u V;
għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni tagħhom għan-navigazzjoni interna jkun qed jitħejja wara spezzjoni b'suċċess;
għal inġenji li ma ma jkunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa biex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna f'konformità mal-Annessi II u V;
għal inġenji li tant għandhom ħsara li ma għadhomx aktar konformi maċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom;
għal stabbilimenti jew oġġetti li jżommu f'wiċċ l-ilma f'każijiet fejn l-awtoritajiet responsabbli għal operazzjonijiet speċjali ta' trasport taw l-awtorizzazzjoni biex titwettaq operazzjoni ta' trasport speċjali soġġetta għall-kisba ta' ċertifikatproviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna bħal dan, kif previst fir-regolamenti applikabbli tal-awtorità tan-navigazzjoni tal-Istati Membri;
għal inġenju li jibbenefikaw minn deroga mill-Annessi II u V, skont l-Artikoli 25 u 26 ta' din id-Direttiva, sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti.
Iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinkludi l-kondizzjonijiet meqjusa neċessarji mill-awtorità kompetenti u għandu jkun validu:
fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1, għal vjaġġ speċifiku wieħed li jrid isir f'perjodu xieraq li ma għandux ikun iktar minn xahar;
fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, għal tul ta' żmien xieraq;
fil-każijiet imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1, għal sitt xhur; iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi estiż b'sitt xhur kull darba sakemm jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni rilevanti.
Artikolu 10
Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jinħarġu għal inġenji li jkunu għadhom kemm inbnew għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti u ma għandux jeċċedi:
ħames snin fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri u b'veloċità għolja;
għaxar snin fil-każ tal-inġenji l-oħra kollha.
Il-perjodu ta' validità għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.
Artikolu 11
Estensjoni eċċezzjonali tal-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Il-validità ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tista' tiġi estiża eċċezzjonalment mingħajr spezzjoni teknika għal mhux aktar minn sitt xhur skont l-Annessi II u V, mill-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat. L-estensjoni għandha tiġi indikata f'dak iċ-ċertifikat.
Artikolu 12
It-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Artikolu 13
Il-bdil taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom jista' jiġi sostitwit ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jkun intilef jew li tkun saritlu xi ħsara. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jirrikjedu lill-inġenji li japplikaw għas-sostituzzjoni, fil-każ ta' telf, biex jipprovdudikjarazzjoni rigward it-telf taċ-ċertifikat jew fil-każ ta' ħsara, li jirritorna ċ-ċertifikat li tkun saritlu l-ħsara. Iċ-ċertifikat sostitwit għandu jiddikjara li dan hu duplikat.
Artikolu 14
Alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar għall-inġenju
Fil-każ ta' alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar li jaffettwaw il-konformità tal-inġenju mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V li jikkonċernaw is-solidità strutturali, in-navigazzjoni, il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tiegħu, dak l-inġenju għandha ssirlu, qabel kwalunkwe vjaġġ ieħor, l-ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 6.
Wara dik l-ispezzjoni, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna eżistenti għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-karatteristiċi tekniċi mibdula tal-inġenju jew dak iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat u jinħareġ wieħed ġdid. Jekk iċ-ċertifikat il-ġdid jinħareġ fi Stat Membru differenti minn dak li ħareġ jew ġedded iċ-ċertifikat inizjali, l-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat għandha tiġi informata skont dan fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat il-ġdid.
Artikolu 15
Rifjut għall-ħruġ jew it-tiġdid, u l-irtirar ta', ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Artikolu 16
Rikonoxximent ta' ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi
Sakemm jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tan-navigazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi għan-navigazzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 17
Reġistri taċ-ċertifikati
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iżommu reġistru taċ-ċertifikati kollha li jkunu ħarġu jew ġeddew skont l-Artikoli 6, 8, 9 u 12. Dak ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni li tinsab fil-mudell previst fl-Anness II
KAPITOLU 3
IDENTIFIKAZZJONI, SPEZZJONIJIET U REKWIŻITI TEKNIĊI ALTERATI TA' BASTIMENTI
Artikolu 18
Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment
Artikolu 19
Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq
Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull inġenju, l-awtoritajiet kompetenti jdaħħlu, mingħajr dewmien, fl-EHDB:
id-data li tidentifika u tiddeskrivi l-inġenju skont din id-Direttiva;
id-data relatata maċ-ċertifikati maħruġin, imġedda, sostitwiti u rtirati, kif ukoll dik relatata mal-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat, skont din id-Direttiva;
kopja diġitali taċ-ċertifikati kollha maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;
id-data dwar kwalunkwe applikazzjoni rifjutata jew pendenti għal ċertifikati skont din id-Direttiva; u
kwalunkwe bidla fid-data msemmija fil-punti (a) sa (d).
Id-data msemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu u pajjiżi terzi li huma fdati b'kompiti relatati mal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), għall-finijiet li ġejjin:
l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE;
l-iżgurar tal-ġestjoni kemm tat-traffiku tal-passaġġi fuq l-ilma kif ukoll tal-infrastruttura;
iż-żamma jew l-infurzar tas-sikurezza tan-navigazzjoni;
il-ġbir ta' data statistika.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 li jispeċifikaw ulterjorment:
id-data li għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data mill-Istati Membri;
it-tipi ta' aċċess permessi, b'kont meħud tal-kategoriji ta' riċevituri tad-data u l-finijiet li għalihom tali data hija pproċessata msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;
l-istruzzjonijiet rigward l-użu u t-tħaddim tal-bażi tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ta' sigurtà tad-data, il-kodifikazzjoni u l-ipproċessar ta' data u l-interkonnessjoni tal-bażi tad-data mar-reġistri msemmija fl-Artikolu 17.
Artikolu 20
Twettiq ta' spezzjonijiet tekniċi
Artikolu 21
Rikonoxximent tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni
Artikolu 22
Kontroll tal-konformità
F'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri adatti skont il-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Għandhom ukoll jitolbu li s-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien skadenza stipulata mill-awtoritajiet kompetenti.
L-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat li jkollu l-inġenju għandha tiġi infurmata b'tali nuqqasijiet fi żmien sebat ijiem mill-kontroll.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippreskrivu miżuri proporzjonati li jippermettu lill-inġenju jipproċedi bla periklu, fejn ikun il-każ wara tmiem l-operazzjonijiet tiegħu ta' trasport, lejn post fejn jew issirlu spezzjoni jew tiswijiet.
Artikolu 23
Rekwiżiti tekniċi alterati għal ċerti żoni
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tapprova r-rekwiżiti tekniċi addizzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 24
Derogi għal ċerti kategoriji ta' inġenji
Filwaqt li jżommu livell adegwat ta' sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn din id-Direttiva kollha jew minn partijiet minnha għal:
inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi;
inġenji li għandhom piż li ma jaqbiżx it-350 tunnellata jew inġenji mhux maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u li għandhom spostament tal-ilma ta' inqas minn 100 metru kubu, li kienu varati qabel l-1 ta' Jannar 1950 u li joperaw esklussivament fit-territorju tagħhom.
Artikolu 25
Użu ta' teknoloġiji ġodda u derogi għal inġenji speċifiċi
Sabiex jiġu mħeġġa l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda fin-navigazzjoni interna. il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippermettu derogi jew li jirrikonoxxu l-ekwivalenza ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għal inġenji speċifiċi fir-rigward ta':
il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jirrikonoxxi l-użu, jew il-preżenza, abbord inġenju ta' materjali, installazzjonijiet jew oġġetti ta' tagħmir oħrajn, jew l-adozzjoni ta' arranġamenti jew aspetti ta' disinn minbarra dawk inklużi fl-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' sikurezza;
il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal skopijiet ta' prova għal perjodu limitat li jinkorpora speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda li jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell adegwat ta' sikurezza.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 26
Diffikultà
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 27
Reġistru ta' tagħmir approvat skont it-tip
Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'sit elettroniku adatt reġistru ta' tagħmir li jkun ġie approvat skont it-tip f'konformità mal-Annessi II u V.
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 28
Dispożizzjonijiet transitorji dwar l-użu ta' dokumenti
Id-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel is-6 ta' Ottubru 2018 għandhom jibqgħu validi sa meta jiskadu.
Artikolu 29
Inġenji esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 82/714/KEE
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw ir-rekwiżiti temporanji skont id-Direttiva 2006/87/KE
Ir-rekwiżiti temporanji adottati skont l-Artikolu 1.06 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu.
Artikolu 31
Adattament tal-Annessi
Artikolu 32
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 33
Proċedura tal-kumitat
Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-presidenza tal-kumitat tiddeċiedi hekk.
Artikolu 34
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, qabel is-7 ta' Ottubru 2021, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-effettività tal-miżuri introdotti minn din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-iżvilupp ta' standards tekniċi għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu jirrevedi wkoll il-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex jissimplifika iżjed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-ħolqien ta' standards li tkun tista' ssir referenza għalihom fl-atti legali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport simili wara kull żvilupp kbir fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni.
Artikolu 35
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżważivi.
Artikolu 36
Emenda għad-Direttiva 2009/100/KE
Id-Direttiva 2009/100/KE hija emendata kif ġej:
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 1
Din id-Direttiva tapplika għal bastimenti użati għat-trasport tal-merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilma interni u li jkollhom piż totali ta' 20 tunnellata metrika jew aktar:
b'tul ta' inqas minn 20 metru; u
li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa anqas minn 100 metru kubu.
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Spezzjoni ta' Bastiment tar-Renu u għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).”.
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Kondizzjonijiet speċjali għat-trasport ta' oġġetti perikolużi għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati fil-kanali tal-ilma navigabbli tal-Komunità kollha jekk il-bastimenti jħarsu r-rekwiżiti tal-ADN. L-evidenza ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tista' tiġi pprovduta permezz tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.”.
Artikolu 37
Traspożizzjoni
Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri bħal dawn, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
Artikolu 38
Revoka
Id-Direttiva 2006/87/KE titħassar b'effett mis-7 ta' Ottubru 2018.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness VII.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 40
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri minbarra d-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja.
LISTA TA' ANNESSI
Anness I: |
Lista ta' passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni maqsuma ġeografikament f'Żoni 1, 2 u3 |
Anness II: |
Rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għall-inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-żoni 1, 2, 3 u 4 |
Anness III: |
Suġġetti għal rekwiżiti tekniċi addizzjonali possibbli applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 1, 2u 3 mhux konnessi |
Anness IV: |
Suġġetti għal tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti tekniċi applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 3 u 4 |
Anness V: |
Dispożizzjonijiet proċedurali dettaljati |
Anness VI: |
Soċjetajiet ta' klassifikazzjoni |
Anness VII: |
Tabella ta' korrelazzjoni |
ANNESS I
LISTA TA’ PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAL-UNJONI MAQSUMA ĠEOGRAFIKAMENT F’ŻONI 1, 2 U 3
KAPITOLU 1
Żona 1
Franza
Mil-limitu trasversali tal-baħar fid-direzzjoni tax-xmara fl-estwarji tas-Seine, il-Loire, il-Gironde u r-Rhône
Il-Ġermanja
Ems |
Minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven fid-direzzjoni tal-baħar sal-latitudni 53° 30′ N u l-lonġitudni 6° 45′ E, jiġifieri kemxejn lejn il-baħar miż-żona tal-ħatt għat-trasportaturi ta’ tagħbija xotta f’Alte Ems () |
(1)
Fil-każ ta’ bastimenti li l-port tagħhom ikun xi mkien ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602). |
Il-Polonja
Il-parti tal-Bajja ta’ Pomorska lejn in-nofsinhar tal-linja li tgħaqqad NordPerd fuq il-Gżira Rugen u l-fanal ta’ Niechorze.
Il-parti tal-Bajja ta’ Gdańska lejn in-nofsinhar mil-linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Hel u l-baga tad-daħla fil-port ta’ Baltijsk.
L-Iżvezja
Il-Lag Vänern, ikkonfinat fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni mill-fanal ta’ Bastungsgrunden.
Il-Lag Vättern
Brofjorden - Donsö
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u minn linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Grötö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Gåsö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Hermanö; Hermanö huvud (kap ta’ Hermanö); Vedholmen; Danholmen; iċ-ċentru ta’ Mollön; il-fanal ta’ Räbbehuvud; il-fanal t’isfel ta’ Sankt Olov; il-punt l-aktar lejn ix-Xlokk ta’ Flatholmen; il-fanal ta’ Åstol; il-fanal ta’ Marstrand; il-fanal ta’ Sälö; il-fanal ta’ t’isfel ta’ Kågholmen; il-fanal ta’ Tynneskär; il-fanal ta’ Buskärs Knöte; u l-fanal ta’ Rivö sal-fanal ta’ Rivö.
Öregrundsgrepen tat-Tramuntana
Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, ikkonfinata fit-Tramuntana mil-linja parallela ta’ latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Engelska grundet u fin-Nofsinhar mil-lonġitudni sal-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund.
Söderarm — Sandhamn
Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ewlieni ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Söderarm; il-fanal ewlieni ta’ fuq tal-port pilota ta’ Söderarm; u l-fanal ta’ Prästkobben sal-fanal ta’ Korsö.
Jungfrufjärden
Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Nämdö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Mörtö-Bunsö sal-fanal ta’ Ornöhuvud.
Mysingen - Landsort
Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Utö via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Nåttarö; il-fanal ta’ Måsknuv; u l-fanal ta’ Viksten sal-fanal ta’ Landsort.
Landsort — Arkö
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3, u minn linja mill-fanal ta’ Landsort via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar tal-fanal ta’ Enskär u Norra Kränkan sa Marö Kupa.
Il-bajja ta’ Valdemarsviken u l-arċipelagu Gryt
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Gubbö Kupa via l-fanal ta’ Häradsskär u l-fanal ta’ Hägerökarten sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Kvädö.
It-Tramuntana ta’ Kalmar Sound — Västervik
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja minn Hallmare Skackel via l-fanal ta’ Aleskär; il-fanal ta’ Idö; il-fanal ta’ Idö Stångskär; il-fanal ta’ Strupö Ljungskär, il-pożizzjoni N 57 20,0 E016 48,0; u l-baga kardinali tal-Punent ta’ Enerumsgrund lejn il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Öland u ’l hinn mal-kosta tal-Majjistral ta’ Öland u fin-Nofsinhar sal-parallel tal-latitudni N 56 51,00.
Is-Sonda ta’ Kalmar tan-Nofsinhar
Iż-żona bejn il-kontinent u Öland, konfinata fit-Tramuntana minn linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Beijerhamn fuq Öland, u fin-Nofsinhar mill-parallel tal-latitudni N 56 15,00.
Żona 2
Ir-Repubblika Ċeka
Id-diga tal-Lag Lipno
Il-Ġermanja
Ems |
Minn linja mal-Ems qrib id-daħla tal-port ta’ Papenburg bejn dak li qabel kien l-istazzjon tal-ippumpjar ta’ Diemen u l-fetħa tad-diga f’Halte sa linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-Punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven |
Jade |
‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien is-salib tad-dawl ta’ Schillig u t-torri tal-knisja ta’ Langwarden |
Weser |
Mit-tarf tal-majjistral tal-pont tal-ferrovija fi Bremen sa linja li tgħaqqad il-kampnari ta’ Langwarden u Cappel, inklużi l-fergħat laterali ta’ Westergate, Rekumer Loch, Rechter Nebenarm u Schweiburg |
Elbe ma’ Bütztflether Süderelbe (minn 0,69 km sal-bokka fl-Elbe), Ruthenstrom (minn 3,75 km sal-bokka fl-Elbe), Wischhafener Süderelbe (minn 8,03 km sal-ħalq fl-Elbe) |
Mil-limitu inferjuri tal-port ta’ Hamburg sa linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Döse u t-tarf tal-punent tad-diga ta’ Friedrichskoog (Dieksand), inklużi n-Nebenelbe u t-tributarji ta’ Este, Lühe, Schwinge, Oste, Pinnau, Krückau u Stör (f’kull każ mill-bokka sad-diga) |
Meldorfer Bucht |
‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad it-tarf tal-punent tad-diga ta’ Friedrichskoog (Dieksand) u r-ras tal-moll tal-punent f’Büsum |
Eider |
Mill-bokka tal-Kanal Gieselau (22,64 km) sal-linja bejn in-nofs tal-fortizza (Tränke) u l-kampnar ta’ Vollerwiek |
Il-Kanal Gieslau |
Mill-bokka fl-Eider sal-bokka fil-Kanal ta’ Nord-Ostsee |
Flensburger Förde |
‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Kegnäs u Birknack u fit-Tramuntana mill-fruntiera bejn il-Ġermanja u d-Danimarka fil-Flensburger Förde |
Schlei |
‘Il ġewwa minn linja bejn l-irjus tal-moll ta’ Schleimünde |
Eckernförder Bucht |
‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-Boknis-Eck u l-ponta tal-grigal tal-art kontinentali ħdejn Dänisch Nienhof |
Kieler Förde |
‘Il ġewwa minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Bülk u l-memorjal navali ta’ Laboe |
Nord-Ostsee-Kanal inkluż Audorfer See u Schirnauer See |
Minn linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll fi Brunsbüttel sa linja li tgħaqqad id-dwal tad-dħul f’Kiel-Holtenau, inklużi Obereidersee u Enge, Audorfer See, Borgstedter See u Enge, Schirnauer See, Flemhuder See u l-Kanal ta’ Achterwehrer |
Trave |
Mit-tarf tal-Majjistral tal-pont tal-lift tal-ferrovija f’Lübeck mal-Pötenitzer Wiek, u d-Dassower See sa linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll tan-Nofsinhar ta’ ġewwa u tat-Tramuntana ta’ barra fi Travemünde |
Leda |
Mid-daħla tal-port ta’ barra tal-magħluq tal-baħar ta’ Leer sal-bokka fl-Eems |
Hunte |
Mill-port ta’ Oldenburg u minn 140 m fid-direzzjoni tax-xmara mill-Amalienbrücke f’Oldenburg sal-bokka fil-Weser |
Lesum |
Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Weser |
Este |
Mill-ilma taħt il-magħluq ta’ Buxtehude (0,25 km) sal-bokka fl-Elbe |
Lühe |
Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Elbe |
Schwinge |
Mit-tarf tat-Tramuntana tal-magħluq ta’ Salztor fi Stade sal-bokka fl-Elbe |
Oste |
Minn 210 m ’il fuq mil-linja tan-nofs tal-pont tat-traffiku fuq id-diga mobbli ta’ Oste (69,360 km) sal-bokka fl-Elbe |
Pinnau |
Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tal-ferrovija f’Pinneberg sal-bokka fl-Elbe |
Krückau |
Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont li jwassal minn/lejn il-Wedenkamp f’Elmshorn sal-bokka fl-Elbe |
Stör |
Mill-kejl tal-marea ta’ Rensing sal-bokka fl-Elbe |
Freiburger Hafenpriel |
Mit-tarf tal-Lvant tas-sieqa fi Freiburg an der Elbe sal-bokka fl-Elbe |
Wismarbucht, Kirchsee, Breitling, Salzhaff u ż-żona tal-port ta’ Wismar |
Lejn il-baħar sa linja bejn Hoher Wieschendorf Huk u l-fanal ta’ Timmendorf u linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Gollwitz fuq il-gżira ta’ Poel u l-ponta tan-nofsinhar tal-peniżola ta’ Wustrow |
Warnow, inkluż il-Breitling u l-fergħat laterali |
Id-direzzjoni ’l isfel tal-Mühlendamm mit-tarf tat-tramuntana tal-Geinitzbrücke f’Rostock lejn il-baħar sa linja li tgħaqqad il-ponot tat-tramuntana tal-mollijiet tal-punent u tal-lvant f’Warnemünde |
L-ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-peniżoli ta’ Darß u Zingst u l-gżejjer ta’ Hiddensee u Rügen (inkluża ż-żona tal-port ta’ Stralsund) |
Lejn in-naħa tal-baħar bejn il-Peniżola ta’ Zingst u l-gżira ta’ Bock: sal-latitudni 54° 26′ 42′′ N, il-gżejjer ta’ Bock u Hiddensee: sa linja li tgħaqqad il-ponta tat-tramuntana tal-gżira ta’ Bock u l-ponta tan-nofsinhar tal-gżira ta’ Hiddensee, il-gżira ta’ Hiddensee u l-gżira ta’ Rügen (Bug): sa linja li tgħaqqad il-pont tax-Xlokk ta’ Neubessin u Buger Haken |
Kleine Jasmunder Bodden |
|
Greifswalder Bodden |
Bodden, in-naħa tal-baħar sa linja mill-ponta tal-Lvant ta’ Thiessower Haken (Südperd) sal-ponta tal-Lvant tal-gżira ta’ Ruden u tibqa’ sejjer sal-ponta tat-Tramuntana tal-gżira ta’ Usedom (54° 10′ 37′′ N, 13° 47′ 51′′ E) |
Ryck |
Lvant mill-pont ta’ Steinbecker fi Greifwald sal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet |
Ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-gżira ta’ Usedom (il-Peenestrom, inkluża ż-żona tal-port ta’ Wolgast u Achterwasser, u Oder Haff) |
Lejn il-lvant sal-fruntiera mar-Repubblika tal-Polonja fi Stettiner Haff |
Uecker |
Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tat-traffiku fil-Uekermünde sal-linja li tgħaqqad fuq irjus il-mollijiet |
Nota: Fil-każ ta’ bastimenti li l-port ta’ domiċilju tagħhom huwa Stat ieħor, għandu jitqies l-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).
Franza
Il-Gironde mill-punt tal-kilometru (PK 48,50) sal-parti tan-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-punt tal-Ile de Patiras, sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Grave mal-Pointe de Suzac;
il-Loire minn Cordemais (PK 25) sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Mindin mal-Pointe de Penhoët;
is-Seine mill-bidu tat-Tancarville Canal sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja minn Cape Hode, fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara, sal-punt, fuq in-naħa tax-xellug tax-xmara, fejn id-diga ppjanata tiltaqa’ max-xatt taħt Berville;
il-Vilaine mill-Arzal Dam sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe du Scal mal-Pointe du Moustoir;
Il-Lag ta’ Ġinevra.
L-Ungerija
Il-Lag Balaton
In-Netherlands
Dollard
Eems
Waddenzee: inklużi l-kollegamenti mal-Baħar tat-Tramuntana
IJsselmeer: inkluż il-Markermeer u l-Ijmeer iżda mhux il-Gouwzee
Nieuwe Waterweg u x-Scheur
Calland Kanaal in-naħa tal-punent mill-port ta’ Benelux
Hollands Diep
Breeddiep, Beerkanaal u l-portijiet kollegati tiegħu
Haringvliet u Vuile Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Goeree-Overflakkee fuq naħa waħda u Voorne-Putten u Hoeksche Waard fuq in-naħa l-oħra
Hellegat
Volkerak
Krammer
Grevelingenmeer u Brouwerschavensche Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma kollha bejn Schouwen-Duiveland u Goeree-Overflakkee
Keten, Mastgat, Zijpe, Krabbenkreek, Eastern Scheldt u Roompot: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Walcheren, Noord-Beveland u Zuid-Beveland fuq naħa waħda u Schouwen-Duiveland u Tholen fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine
Scheldt u Western Scheldt u l-ftuħ tagħha fuq il-baħar: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Zeeland Flanders, fuq naħa waħda, u Walcheren u Zuid-Beveland, fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine
Il-Polonja
Il-Laguna ta’ Szczecin
Il-Laguna ta’ Kamień
Il-Laguna ta’ Wisła
Il-Bajja ta’ Puck
Il-Ġibjun ta’ Włocławski
Il-Lag Śniardwy
Il-Lag Niegocin
Il-Lag Mamry
L-Iżvezja
Lysekil — Orust — Tjörn
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent, u minn linja minn Slaggön f’Lysekil sa Skaftölandet f’170 grad; linja mill-fanal ta’ Islandsberg sa Lavösund; linja mill-fanal ta’ Lyr f’300 grad lejn il-Lvant ta’ Mollösund; linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Lyr sa Björholmen; u fil-parti tat-Tramuntana ta’ Hakefjorden mil-linja kkostitwita mil-linja parallela tal-latitudni N 58 01,00.
L-arċipelagu tan-Nofsinhar ta’ Gothenburg
Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew taż-żona 3 u minn linja mill-parti tal-Punent tal-port ta’ Arendal via Knippelholmen; il-fanal ta’ Rivö, il-fanal ta’ fuq ta’ Rivö; il-fanal ta’ Känsö torn; il-fanal ta’ Kårholmen; u l-fanal ta’ Rättarens sa Askims nabbe.
Öregrund — Norrtälje
Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, limitata fit-Tramuntana mil-lonġitudni mill-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund, u kkonfinata lejn il-baħar b’linja bejn Äspskäret u l-fanal ta’ Råstensudde; linja minn naħa għal oħra ta’ Singsundet; mill-pontijiet li jaqsmu Fygdströmmen; linja minn Dejeudden via l-fanal ta’ Arholma sal-fanal ta’ Tyvö.
Norrtälje — Nämdö
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u b’linja mill-fanal ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Idskärskobben; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Svartlöga; il-fanal ta’ Stenkobbsgrund, il-fanal ta’ Korsö; u l-punt l-aktar fil-punent ta’ Nämdö sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Björnö.
Dalarö — Torö
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja minn Klacknäset via l-fanal ta’ Ornöhuvud; Näset f’Ornö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Utö; il-fanal ta’ Utö; il-fanal ta’ Älvsnabben; Norra Stegholmen; Yttre Gården; Valsudden fuq Järflotta; u Långsudden fuq Järflotta sal-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Torö.
Torö — Oxelösund
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 3 u b’linja mill-knisja ta’ Torö via l-fanal ta’ Fifång; il-fanal ta’ Kockehällan; Lacka torn; il-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Kittelö; il-fanal ta’ Trutbådan, il-fanal ta’ Beten; u l-fanal ta’ Femörehuvud lejn Svartudden fit-Tramuntana tal-fanal ta’ fuq ta’ Kungshamn.
Bråviken, Slätbaken u l-archipelagu ta’ Östergötland
Iż-żona kkonfinata mill-kontinent (fil-Punent ta’ Bråviken mill-pont Hamnbron f’Norrköping; fil-Punent ta’ Slätbaken mill-magħluq ta’ Mem), u b’linja mill-fanal ta’ Gullängsberget permezz tas-sinjal ta’ Arkö; Marö Kupa; il-fanal ta’ Kupa klint; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Birkskär; u l-fanal ta’ Gubbö Kupa sa Dalaudde fin-Nofsinhar ta’ Orren.
Kalmar Sound Ċentrali
Iż-żona kkonfinata fil-Punent mill-kontinent, fil-Lvant minn Öland, fit-Tramuntana mal-parallel tal-latitudni N 56 51; 00 u fin-Nofsinhar b’linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Beijerhamn fuq Öland.
KAPITOLU 2
Żona 3
Il-Belġju
Maritime Scheldt (‘l isfel mill-ankoraġġ miftuħ ta’ Antwerp)
Il-Bulgarija
Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100
Ir-Repubblika Ċeka
Lagi artifiċjali: Brněnská (Kníničky), Jesenice, Nechranice, Orlík, Rozkoš, Slapy, Těrlicko, Žermanice u Nové Mlýny III
Lagi tat-tħaffir ta’ żrar ramli: Ostrožná Nová Ves u Tovačov
Il-Ġermanja
Id-Danubju |
Minn Kelheim (km 2 414,72 ) sal-fruntiera Ġermaniża-Awstrijaka |
Ir-Renu b’Lampertheimer Altrhein (minn 4,75 km sar-Rijn), Altrhein Stockstadt-Erfelden (minn 9,80 km sar-Rijn) |
Mll-fruntiera Ġermaniża-Żviżżera sal-fruntiera Ġermaniża-Netherlandiża |
Elbe (Norderelbe) inkluż Süderelbe en Köhlbrand |
Mill-bokka tal-kanal Elbe-Seiten sal-limitu inferjuri tal-port ta’ Hamburg |
Müritz |
|
Franza
Il-Kroazja
Id-Danubju: minn rkm 1 295 + 500 sa rkm 1 433 + 100
Ix-Xmara Dráva: minn rkm 0 sa rkm 198 + 600
Ix-xmara Sava: minn rkm 210 + 800 sa rkm 594 + 000
Ix-xmara Kupa: minn rkm 0 sa rkm 5 + 900
Ix-xmara Una: minn rkm 0 sa rkm 15
L-Ungerija
Id-Danubju: minn rkm 1 812 sa rkm 1 433
Moson tad-Danubju: minn rkm 14 sa rkm 0
Szentendre tad-Danubju: minn rkm 32 sa rkm 0
Ráckeve tad-Danubju: minn rkm 58 sa rkm 0
Ix-Xmara Tisza: minn rkm 685 sa rkm 160
Ix-Xmara Dráva: minn rkm 198 sa rkm 70
Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 51 sa rkm 0
ix-Xmara Kettős-Körös: minn rkm 23 sa rkm 0
Ix-Xmara Hármas-Körös: minn rkm 91 sa rkm 0
Il-Kanal Sió: minn rkm 23 sa rkm 0
Il-Lag Velence
Il-Lag Fertő
In-Netherlands
Ir-Renu
Sneekermeer, Koevordermeer, Heegermeer, Fluessen, Slotermeer, Tjeukemeer, Beulakkerwijde, Belterwijde, Ramsdiep, Ketelmeer, Zwartemeer, Veluwemeer, Eemmeer, Alkmaardermeer, Gouwzee, Buiten IJ, Afgesloten IJ, Noordzeekanaal, il-port ta’ IJmuiden, iż-żona tal-port ta’ Rotterdam, Nieuwe Maas, Noord, Oude Maas, Beneden Merwede, Nieuwe Merwede, Dordische Kil, Boven Merwede, Waal, Kanal Bijlandsch, Boven Rijn, Pannersdensch Canal, Geldersche IJssel, Neder Rijn, Lek, Amsterdam-Rhine-Canal, Veerse Meer, Kanal-Schelde-Rhine sal-ħalq fil-Volkerak, Amer, Bergsche Maas, il-Meuse taħt Venlo, Gooimeer, Europort, Calandkanaal (lejn il-lvant mill-port ta’ Benelux), Hartelkanaal
L-Awstrija
Id-Danubju: mill-fruntiera mal-Ġermanja sal-fruntiera mas-Slovakkja
Inn: mill-bokka sal-Impjant tal-Enerġija ta’ Passau-Ingling
Traun: mill-bokka sa km 1,80
Enns: mill-bokka sa km 2,70
March: sa km 6,00
Il-Polonja
Ix-Xmara Biebrza mill-estwarju tal-Kanal Augustowski sal-estwarju tax-xmara Narwia
Ix-Xmara Brda mill-kollegament mal-Kanal Bydgoski f’Bydgoszczthe sal-estwarju tax-Xmara Wisła
Ix-Xmara Bug mill-estwarju tax-xmara Muchawiec sal-estwarju tax-Xmara Narwia
Il-Lag Dąbie sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni
Il-Kanal Augustowski mill-kollegament max-xmara Biebrza sal-fruntiera tal-istat, flimkien mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal
Il-Kanal Bartnicki mil-Lag Ruda Woda sal-Lag Bartężek, flimkien mal-Lag Bartężek
Il-Kanal Bydgoski
Il-Kanal Elbląski mil-Lag Druzno sal-Lag Jeziorak u l-Lag Szeląg Wielki, flimkien ma’ dawn il-lagi u mal-lagi fuq ir-rotta tal-Kanal, u passaġġ separat fid-direzzjoni ta’ Zalewo mil-Lag Jeziorak sal-Lag Ewingi, inklużi
Il-Kanal Gliwicki flimkien mal-Kanal Kędzierzyński
Il-Kanal Jagielloński mill-kollegament max-Xmara Elbląg sax-xmara Nogat
Il-Kanal Łączański
Il-Kanal Ślesiński mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal u l-Lag Gopło
Il-Kanal Żerański
Ix-Xmara Martwa Wisła mix-xmara Wisła fi Przegalina sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni
Ix-Xmara Narew mill-estwarju tax-xmara Biebrza sal-estwarju tax-xmara Wisła, flimkien mal-Lag Zegrzyński
Ix-Xmara Nogat mix-xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła
Ix-Xmara Noteć (in-naħa ta’ fuq) mil-Lag Gopło sal-kollegament mal-Kanal Górnonotecki u l-Kanal Górnonotecki u x-xmara Noteć (in-naħa ta’ isfel) mill-kollegament tal-Kanal ta’ Bydgoski sal-estwarju tax-xmara Warta
Ix-Xmara Nysa Łużycka minn Gubin sal-estwarju għax-xmara Odra
Ix-Xmara Odra mill-belt ta’ Racibórz sal-kollegament max-Xmara Odra tal-Lvant li ddur fix-Xmara Regalica minn Piercing Klucz-Ustowo, flimkien ma’ dik ix-xmara u l-fergħat tagħha sal-Lag Dąbie kif ukoll passaġġ separat tax-Xmara Odra mill-magħluq ta’ Opatowice sal-magħluq fil-belt ta’ Wrocław
Ix-Xmara Odra tal-Punent minn diga f’Widuchowa (704,1 km tax-Xmara Odra) sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni, flimkien mal-fergħat laterali kif ukoll il-Piercing Klucz-Ustowo li tgħaqqad ix-Xmara Odra tal-Lvant max-Xmara Odra tal-Punent
Ix-Xmara Parnica u l-Piercing Parnicki mix-Xmara Odra tal-Punent sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni
Ix-Xmara Pisa mil-Lag Roś sal-estwarju tax-Xmara Narew
Ix-Xmara Szkarpawa mix-Xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła
Ix-Xmara Warta mil-Lag ta’ Ślesiński sal-estwarju tax-Xmara Odra
Wielkie Jeziora Mazurskie li tinkludi l-lagi marbuta ma’ xulxin bix-xmajjar u l-kanali li jiffurmaw rotta ewlenija mil-Lag Roś (inkluż) f’Pisz sal-Kanal Węgorzewski (inklużiv) f’Węgorzewo, flimkien mal-Lagi Seksty, Mikołajskie, Tałty, Tałtowisko, Kotek, Szymon, Szymoneckie, Jagodne, Boczne, Tajty, Kisajno, Dargin, Łabap, Kirsajty u Święcajty, flimkien mal-Kanal Giżycki u l-Kanal Niegociński u l-Kanal Piękna Góra, u passaġġ sekondarju tal-Lag Ryńskie (inkluż) f’Ryn sal-Lag Nidzkie (sa 3 km, li jifforma fruntiera mar-riżerva naturali tal-“Lag Nidzkie”), flimkien mal-lagi Bełdany, Guzianka Mała u Guzianka Wielka
Ix-Xmara Wisła mill-estwarju tax-Xmara Przemsza sal-kollegament mal-Kanal Łączański kif ukoll mill-estwarju ta’ dak il-Kanal fi Skawina sal-estwarju tax-Xmara Wisła sal-Bajja ta’ Gdańsk, bl-esklużjoni tal-Ġibjun ta’ Włocławski
Ir-Rumanija
Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1 075 km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-Fergħa tal-Kanal ta’ Sulina
Il-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed (tul ta’ 64,410 km): minn fejn jingħaqad max-xmara Danubju, 299,300 km mid-Danubju fi Cernavodă (u km 64,410 tal-Kanal rispettivament), sal-Port ta’ Constanta South-Agigega (km “0” tal-Kanal)
Il-Kanal Poarta Albă- Midia Năvodari (tul ta’ 34,600 km): minn fejn jingħaqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed fil-km 29,410 f’Poarta Albă (rispettivament km 27,500 tal-Kanal) sal-Port ta’ Midia (km “0” tal-Kanal)
Is-Slovakkja
Id-Danubju: minn rkm 1 880,26 sa rkm 1 708,20
Il-Kanal tad-Danubju: minn rkm 1 851,75 sa rkm 1 811,00
Ix-Xmara Váh: minn rkm 0,00 sa rkm 70,00
Ix-Xmara Morava: minn rkm 0,00 sa rkm 6,00
Ix-Xmara Bodrog: minn rkm 49,68 sa rkm 64,85
Lagi artifiċjali: Oravská Priehrada, Liptovská Mara, Zemplínska Šírava
L-Iżvezja
Il-Lag Mälaren
Saltsjön, il-portijiet ta’ Stokkolma u Värmdölandet
Iż-żona mill-iżbokki tal-Lag Mälaren fi Stokkolma, f’Norrström, Slussen u Hammarbyslussen rispettivament, li hija kkonfinata mill-kontinent u mill-pont Lidingöbron, u minn linja li tgħaddi mill-fanal ta’ Elfviksgrund f’135–315 gradi; linja bejn Mellangårdsholmen u Högklevsudde f’Baggensfjärden; Örsundet bejn Ingarö u Fågelbrolandet; linja minn Rönnäsudd via l-fanal ta’ Tegelhällan u l-fanal ta’ Runö sa Talatta fuq Djurö; linja li taqsam Vindöström bejn Vindö u Värmdölandet; u, barra minn hekk, mill-gżejjer fiż-żona.
Il-kanal ta’ Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje
Il-Kanal Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje, ikkonfinati fit-Tramuntana mal-magħluq ta’ Södertälje u fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni N 59° 09′ 00″.
Trollhätte Canal, Göta älv u Nordre älv
Iż-żona mil-linja parallela tal-latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Bastugrund fil-parti tan-Nofsinhar tal-Lag Vänern sal-pont Älvsborg u x-Xmara Nordre älv sal-lonġitudni minn E 11° 45′ 00″.
Il-kanal ta’ Göta
Fil-Lvant mill-magħluq ta’ Mem sal-pont ta’ Motala, inkluż il-Lag Asplången, il-Lag Roxen u l-Lag Boren; fil-Punent mil-lonġitudni mill-fanal ta’ Rödesund Norra Yttre f’Karlsborg sal-magħluq ta’ Sjötorp, inkluża s-sistema tal-lag li minnha jgħaddi l-kanal.
ANNESS II
REKWIŻITI TEKNIĊI MINIMI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAŻ-ŻONI 1, 2 3 U 4
Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stipulati fl-istandard ES-TRIN 2021/1.
ANNESS III
SUĠĠETTI GĦAL REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 1, 2 U 3 MHUX KONNESSI
Kull rekwiżit tekniku addizzjonali adottat minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(1) u (2) ta' din id-Direttiva għal inġenji li jkunu qed joperaw f'dak l-Istat Membru huwa limitat għas-suġġetti li ġejjin:
Definizzjonijiet
Tisħiħ u stabbiltà
Distanza ta' sikurezza u freeboard
Kemm il-fetħiet tal-buq u s-sovrastrutturi huma mqalfta
Tagħmir
Id-dispożizzjonijiet oħra għall-bastimenti tal-passiġġieri
Il-konvojs u t-trasport ta' kontejners
Makkinarju
ANNESS IV
SUĠĠETTI GĦAL TNAQQIS POSSIBBLI TAR-REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 3 U 4
Kull rekwiżit tekniku mnaqqas permess minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(4) ta' din id-Direttiva għal bastimenti li joperaw esklussivament fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 jew taż-Żona 4 fit-territorju ta' dak l-Istat Membru huwa ristrett għas-suġġetti li ġejjin:
ANNESS V
DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI DETTALJATI
Artikolu 2.01
Il-korpi ta' spezzjoni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi ta' spezzjoni.
Il-korpi ta' spezzjoni għandhom jikkonsistu minn president u esperti.
Tal-inqas dawn li ġejjin għandhom jifformaw parti minn kull korp bħala esperti:
uffiċjal mill-amministrazzjoni li hi responsabbli għan-navigazzjoni interna;
espert fuq id-disinn ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-magni tagħhom;
espert nawtiku li jkollu liċenzja ta' kaptan ta' inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni, li tawtorizza lid-detentur ibaħħar il-bastiment li jrid jiġi spezzjonat;
espert ta' inġenju tradizzjonali għall-ispezzjoni ta' inġenju tradizzjonali.
Il-President u l-esperti f'kull korp għandhom jiġu nnominati mill-awtoritajiet fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp. Meta jibdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom, il-President u l-esperti għandhom jissottomettu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ser iwettqu dmirijiethom b'mod kompletament indipendenti. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni mill-uffiċjali.
Il-korpi ta' spezzjoni jistgħu jkunu megħjuna minn esperti speċjalisti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw.
Artikolu 2.02
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.03
Il-preżentazzjoni tal-inġenju għall-ispezzjoni
Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jippreżenta l-inġenju fi stat mhux mgħobbi, imnaddaf u mgħammar. Huwa għandu jipprovdi kull għajnuna meħtieġa għall-ispezzjoni, billi per eżempju jipprovdi dingi adatt u persunal, u billi jikxef il-partijiet tal-buq jew it-tagħmir li ma jidhirx jew mhux aċċessibbli direttament.
L-ewwel darba, il-korp ta' spezzjoni għandu jirrikjedi spezzjoni fix-xott. Dik l-ispezzjoni fix-xott tista' tiġi eżentata jekk jiġi ppreżentat ċertifikat tal-klassifikazzjoni jew ċertifikat minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta li juri li l-kostruzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, jew jekk jiġi ppreżentat ċertifikat li juri li diġà twettqet spezzjoni fix-xott għal skopijiet oħra minn awtorità kompetenti. Fejn issir spezzjoni perjodika jew spezzjoni, kif previst fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi spezzjoni barra mill-ilma.
Il-korp ta' spezzjoni għandu jwettaq provi tan-navigazzjoni waqt spezzjoni tal-bidu fuq bastimenti bil-magna jew konvojs jew fejn isiru modifiki kbar fit-tagħmir tal-propulsjoni jew tal-kontroll tad-direzzjoni.
Il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi aktar testijiet operazzjonali u dokumenti oħra ta' sostenn. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll matul il-bini tal-inġenju.
Artikolu 2.04
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.05
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.06
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.07
Id-dettalji fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u l-emendi għalih
Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti rigward kwalunkwe bidla fl-isem jew is-sjieda ta' inġenju, kwalunkwe teħid ta' kejl mill-ġdid, u kwalunkwe bidla fir-reġistrazzjoni jew fil-port ta' domiċilju, u għandu jibgħat iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna lil dik l-awtorità għal emenda.
Kull awtorità kompetenti tista' żżid kwalunkwe informazzjoni jew bidla fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.
Fejn awtorità kompetenti żżid kwalunkwe bidla jew informazzjoni f'ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, hija għandha tinforma dwar dan lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.
Artikolu 2.08
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.09
L-ispezzjoni perjodika
Inġenju għandu jkun soġġett għal spezzjoni perjodika qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu.
L-awtorità kompetenti għandha terġa' tistabbilixxi l-perijodu tal-validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni.
Il-perjodu tal-validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u jinġieb għall-attenzjoni tal-awtorità li tkun ħarġet dak iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.
Jekk, minflok ma jiġi estiż il-perjodu tal-validità tiegħu, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jiġi sostitwit b'verżjoni ġdida, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ta' qabel għandu jingħata lura lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu.
Artikolu 2.10
L-ispezzjoni volontarja
Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, jista' volontarjament jitlob li ssir spezzjoni fi kwalunkwe mument.
Għandha tittieħed azzjoni għal dik it-talba għal spezzjoni.
Artikolu 2.11
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.12
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.13
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.14
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.15
L-ispejjeż
Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-ispezzjoni tal-inġenju u l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont lista speċjali ta' tariffi mfassla minn kull wieħed mill-Istati Membri.
Artikolu 2.16
Informazzjoni
L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li persuni li juru interess ġustifikat jiġu mgħarrfa dwar il-kontenut ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u tista' tipprovdi lil dawk il-persuni estratti jew kopji taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ċċertifikati bħala awtentiċi u approvati bħala tali.
Artikolu 2.17
Reġistru taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu l-oriġinal, jew kopja taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa minnhom, u fuq dawn għandhom idaħħlu kull informazzjoni jew modifika, kif ukoll kull kanċellazzjoni jew sostituzzjoni ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva skont dan.
Sabiex jitwettqu miżuri amministrattivi għaż-żamma tas-sikurezza u tan-navigazzjoni mingħajr xkiel u għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 2.02 sa 2.15 ta' dan l-Anness kif ukoll l-Artikoli 6, 9, 10, 13, 14, 15, 20, 21 u 22 ta' din id-Direttiva se jingħata biss aċċess għall-qari (read only) għar-reġistru skont il-mudell stabbilit fl-Anness II lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim u, sa fejn jiġi garantit livell ekwivalenti ta' privatezza, lil pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet amministrattivi.
Artikolu 2.18
Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment
In-Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastimenti (ENI) jikkonsisti fi tmien figuri numeriċi Għarab skont l-Anness II għal din id-Direttiva.
Sakemm l-inġenju ma jkollux ENI meta jinħariġlu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, dan għandu jingħata lill-inġenju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju jkun ġie rreġistrat jew ikollu l-port ta' domiċilju tiegħu.
Fir-rigward ta' inġenji minn pajjiżi li ma jkunux jistgħu jingħataw ENI, ENI li għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġi assenjat mill-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.
Sid l-inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu japplika għand l-awtorità kompetenti biex jiġi assenjat l-ENI. Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, huwa wkoll responsabbli biex iwwaħħal mal-inġenju l-ENI li jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.
Artikolu 2.19
(Jitħalla vojt)
Artikolu 2.20
Notifiki
Kull Stat Membru, jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jew lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra:
rigward l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li, flimkien mal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom huma responsabbli għall-applikazzjoni tal-Anness II;
rigward il-folja tad-dejta murija fl-Anness II dwar it-tipi ta' impjanti għat-trattament tad-dranaġġ abbord li tkun ħarġet l-approvazzjoni tagħha mill-aħħar notifika;
rigward l-approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord abbażi ta' standards differenti minn dawk stipulati fl-Anness II, għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Istati Membri;
rigward kull irtirar ta' approvazzjoni tat-tip fi żmien xahar kif ukoll rigward ir-raġunijiet għal dan l-irtirar għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord;
rigward kull ankra speċjali awtorizzata wara l-applikazzjoni biex titnaqqas il-massa tal-ankra, filwaqt li jiġu speċifikati d-deżinjazzjoni tat-tip u t-tnaqqis awtorizzat tal-massa tal-ankra. L-awtorità kompetenti toħroġ awtorizzazzjoni lill-applikant mhux qabel tliet xhur minn meta tkun avżat lill-Kummissjoni sakemm din tal-aħħar ma ssib l-ebda oġġezzjoni;
rigward it-tagħmir għan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tad-dawran li għalihom ikunu ħarġu approvazzjoni tat-tip. L-avviż rilevanti għandu jinkludi n-numru tal-approvazzjoni tat-tip assenjat, kif ukoll id-deżinjazzjoni tat-tip, l-isem tal-manifattur, l-isem tad-detentur tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip;
rigward l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta' ditti speċjalizzati li jistgħu jwettqu l-installazzjoni, is-sostituzzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tad-dawran.
ANNESS VI
SOĊJETAJIET TA' KLASSIFIKAZZJONI
Kriterji għar-rikonoxximent tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni
Is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li jfittxu rikonoxximent skont l-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun tista' tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha regoli u regolamenti komprensivi għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ispezzjoni perjodika ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, b'mod partikolari għall-kalkolu tal-istabilità skont il-Parti 9 tar-Regolamenti annessi mal-ADN kif imsemmi fl-Anness II. Dawk ir-regoli u regolamenti għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u għandhom jiġu aġġornati u mtejba kontinwament permezz ta' riċerka u programmi ta' żvilupp. Ir-regoli u r-regolamenti ma għandhomx jiġu f'konflitt mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ma' ftehimiet internazzjonali fis-seħħ;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tippubblika r-reġistru tagħha ta' bastimenti kull sena;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun ikkontrollata minn propjetarji ta' bastimenti jew tarznara jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fid-disinn, il-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija, it-tħaddim jew l-assigurazzjoni tal-bastimenti. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun dipendenti għad-dħul tagħha minn intrapriża kummerċjali waħda;
il-kwartieri ġenerali tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jew xi sussidjarja awtorizzata biex tagħti sentenza u biex taġixxi fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha skont ir-regolamenti li jirregolaw it-trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni, għandhom ikunu f'wieħed mill-Istati Membri;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni u l-esperti tagħha għandu jkollhom reputazzjoni tajba fil-qasam tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni; l-esperti għandhom ikunu kapaċi jagħtu prova tal-kapaċitajiet professjonali tagħhom. Huma għandhom jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha b'mod sinifikanti persunal tekniku, amministrattiv, ta' appoġġ, ta' spezzjoni u ta' riċerka, bi proporzjon mal-kompiti u l-bastimenti klassifikati u tieħu ħsieb ukoll tiżviluppa l-kapaċitajiet u l-aġġornament tar-regolamenti. Hija għandu jkollha spetturi f'tal-inqas Stat Membru wieħed;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun irregolata b'kodiċi ta' etika;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun immexxija u amministrata b'tali mod li tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun ippreparata li tipprovdi informazzjoni rilevanti lil Stat Membru;
il-maniġment tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jiddefinixxi u jiddokumenta l-politika u l-objettivi tiegħu għal, u l-impenn tiegħu favur, il-kwalità u jiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tħejji u timplimenta u għandha żżomm sistema ta' kwalità interna effettiva bbażata fuq il-partijiet rilevanti tal-istandards tal-kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u tkun konformi mal-EN ISO/IEC 17020 2004, kif interpretat mir-Rekwiżiti tal-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tas-Sistemi ta' Kwalità tal-IACS. Is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4), u li, fost oħrajn, tiżgura li:
ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;
ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jiġu rispettati;
ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ħidma statutorja li għaliha tkun awtorizzata s-soċjetà ta' klassifikazzjoni;
ir-responsabbiltajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li xogħlu jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu definiti u dokumentati;
ix-xogħol kollu jitwettaq f'kundizzjonijiet ikkontrollati;
ikun hemm sistema ta' superviżjoni li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettaq mis-servejers u mill-persunal tekniku u amministrattiv impjegati direttament mis-soċjetà ta' klassifikazzjoni;
ir-rekwiżiti tal-ħidma statutorja prinċipali li hija awtorizzata għaliha s-soċjetà ta' klassifikazzjoni huma mwettqa biss jew direttament sorveljati mis-servejers esklussivi tagħha jew minn servejers esklussivi ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti oħra;
tiġi implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni tas-servejers u l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħhom;
jinżammu reġistri, li juru l-kisbiet tal-istandards meħtieġa fil-punti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll il-ħidma effettiva tas-sistema ta' kwalità; u
teżisti fil-postijiet kollha sistema komprensiva ta' awditjar intern ippjanata u ddokumentata tal-attivitajiet relatati mal-kwalità;
is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat Membru fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4);
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li ġġib ir-rekwiżiti tagħha f'konformità mad-direttivi xierqa tal-Unjoni u li tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti fi żmien debitu;
is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li perjodikament tikkonsulta mas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li diġà huma rikonoxxuti sabiex tiggarantixxi l-ekwivalenza tal-istandards tekniċi tagħhom u tal-implimentazzjoni tagħhom, u li tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u r-regolamenti tagħha minn rappreżentanti ta' Stat Membru u partijiet oħra kkonċernati.
ANNESS VII
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 2006/87/KE |
Din id-Direttiva |
— |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 1 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 9 |
Artikolu 6(1) u (3) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 6(2) u (4) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 3 |
Artikolu 7 |
Artikolu 4 |
Artikolu 8 |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 9 |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 10 |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 18 |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 18 |
— |
Artikolu 19 |
Artikolu 10 |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 17 |
Artikolu 22 |
Artikolu 5 |
Artikolu 23 |
Artikolu 6 tħassar bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
— |
Artikolu 7(1) sa (3) |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 27 |
— |
Artikolu 28 |
Artikolu 8(2) u(3) |
Artikolu 29 |
— |
Artikolu 30 |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 31 |
Artikolu 20(2) |
— |
Artikolu 22 |
— |
— |
Artikolu 32 |
Artikolu 19 |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 34 |
Artikolu 24 |
Artikolu 35 |
Artikolu 21 |
Artikolu 36 |
Artikolu 23 |
Artikolu 37(1) u (2) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 37(3) |
— |
Artikolu 38 |
— |
Artikolu 39 |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 27 |
Artikolu 40 |
(1)
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13). |
( 1 ) Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
( 4 ) Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152).
( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE tal-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi ħtiġijiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1).
( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).