This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R0795-20210525
Regulation of the European Central Bank (EU) No 795/2014 of 3 July 2014 on oversight requirements for systemically important payment systems (ECB/2014/28)
Consolidated text: Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28)
02014R0795 — MT — 25.05.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (ĠU L 217 23.7.2014, p. 16) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2017/2094 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta' Novembru 2017 |
L 299 |
11 |
16.11.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/728 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-29 ta’ April 2021 |
L 157 |
1 |
5.5.2021 |
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 795/2014
tat-3 ta' Lulju 2014
dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti
(BĊE/2014/28)
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
Sistema ta' ħlas għandha tiġi identfikata bħala SIPS jekk: (a) tkun eliġibbli li tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE minn Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew jekk l-operatur tagħha jkun stabbilit fiż-żona tal-euro, inkluż stabbiliment permezz ta' fergħa, li permezz tagħha titħaddem is-sistema; u (b) tal-inqas tnejn minn dawn li ġejjin iseħħu matul sena kalendarja:
il-valur medju totali ta' kuljum tal-ħlasijiet ipproċessati ddenominati f'euro jaqbez EUR 10 biljun;
il-ħlasijiet totali ddenominati f'euro pproċessati jirrappreżentaw mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
l-attività transkonfinali tiegħu (jiġifieri parteċipanti stabbiliti f'pajjiż li mhuwiex operatur ta' SIPS u/jew konnessjonijiet transkonfinali ma' sistemi ta' ħlas oħrajn) tkun tinvolvi ħames pajjiżi jew iktar u tiġġenera minimu ta' 33 % tal-volum totali tal-ħlasijiet iddenominati f'euro pproċessati minn dik is-SIPS;
huwa użat għas-saldu ta' IFM oħra.
Eżerċizzju ta' identifikazzjoni għandu jsir fuq bażi annwali.
Minkejja l-paragrafu 3, il-Kunsill Governattiv, filwaqt li jeżerċita ġudizzju sod u motivat, jista’ jiddeċiedi wkoll skont il-paragrafu 2 li sistema ta’ ħlas għandha tiġi identifikata bħala SIPS f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
fejn tali deċiżjoni tkun xierqa meta jitqiesu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tas-sistema ta’ ħlas; in-natura u l-importanza tal-parteċipanti tagħha; is-sostitwibbiltà tas-sistema ta’ ħlas u d-disponibbiltà ta’ alternattivi għaliha; u r-relazzjoni, l-interdipendenzi, u interazzjonijiet oħra li s-sistema għandha mas-sistema finanzjarja usa’;
fejn sistema ta’ ħlas ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 unikament minħabba li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3 iseħħu fuq perjodu ta’ inqas minn sena kalendarja u jkun plawżibbli li s-sistema ta’ ħlas tibqa’ tissodisfa l-kriterji meta tiġi vvalutata fir-reviżjoni ta’ verifika li jkun imiss.
Deċiżjoni adottata taħt il-paragrafu 2 għandha tibqa’ fis-seħħ sakemm titħassar. Ir-reviżjonijiet tal-verifika ta’ sistemi ta’ ħlas li ġew identifikati bħala SIPSs għandhom isiru fuq bażi annwali sabiex jiġi vverifikat li s-sistemi ta’ ħlas ikomplu jissodisfaw il-kriterji biex jiġu identifikati bħala SIPSs. Deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 2 għandha tiġi mħassra jekk:
f’żewġ reviżjonijiet ta’ verifika konsekuttivi jiġi vverifikat li SIPS ma tkunx issodisfat il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 u/jew fil-paragrafu 3-a; jew
f’reviżjoni ta’ verifika waħda jiġi vverifikat li SIPS ma tkunx issodisfat il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 u/jew fil-paragrafu 3-a u l-operatur tas-SIPS juri, għas-sodisfazzjon tal-Kunsill Governattiv, li s-SIPS x’aktarx li ma tkunx se tissodisfa dawk il-kriterji qabel ir-reviżjoni tal-verifika li jkun imiss.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:
“sistema ta' ħlas” tfisser arranġament formali bejn tliet parteċipanti jew iktar, mingħajr ma jingħaddu banek possibbli tas-saldu, l-istabbilimenti ċentrali tar-rilaxx tal-kontropartijiet jew parteċipanti indiretti, b'regoli komuni u arranġamenti standardizzati għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' trasferiment bejn il-parteċipanti;
“ordni ta' trasferiment” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 98/26/KE;
“riskju sistemiku” tfisser ir-riskju li jekk parteċipant jew operatur ta' SIPS ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom f'SIPS, dan iwassal biex parteċipanti oħrajn u/jew l-operatur ta' SIPS ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom meta dawn isiru dovuti, potenzjalment b'effetti konsegwenzjali li jheddu l-istabilità tas-sistema finanzjarja jew il-kunfidenza fiha;
“operatur ta' SIPS” tfisser entità ġuridika li tkun responsabbli legalment biex tħaddem SIPS;
“awtorità kompetenti” tfisser:
il-bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema b’responsabbiltà primarja ta’ sorveljanza hekk identifikat skont l-Artikolu 1(2); jew
fir-rigward ta’ sistema ta’ ħlas li hija SIPS li tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 1(3)(iii) “awtorità kompetenti” tfisser jew:
il-BĊE; jew
fejn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema kien fdat bir-responsabbiltà primarja ta’ sorveljanza għal perjodu ta’ ħames snin jew aktar immedjatament qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), kemm il-BĊE kif ukoll dak il-bank ċentrali nazzjonali;
“SIPS tal-Eurosistema” tfisser SIPS li hija l-proprjetà ta' u mħaddma minn bank ċentrali tal-Eurosistema;
“riskju legali” tfisser riskju li jinħoloq mill-applikazzjoni ta' liġi jew regolament, li normalment jirriżulta f'telf;
“riskju ta' kreditu” tfisser ir-riskju li kontroparti, kemm jekk parteċipant jew entità oħra, ma tkunx tista' jissodisfa kompletament l-obbligiobbligi finanzjarji tagħha meta jkunu dovuti jew f'xi żmien fil-futur;
“riskju ta' likwidità” tfisser ir-riskju li kontroparti, kemm jekk parteċipant jew entità oħra, ma jkollhiex biżżejjed fondi biex tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha meta dawn isiru dovuti, għalkemm jista' jkollha fondi suffiċjenti biex tagħmel dan fil-futur;
“riskju operazzjonali” tfisser ir-riskju li d-defiċjenzi f'sistemi tal-informazzjoni jew proċessi interni, żbalji umani, nuqqasijiet ta' ġestjoni, jew interruzzjonijiet ikkawżati minn avvenimenti esterni jew servizzi esternalizzati ser jirriżultaw fit-tnaqqis, deterjorament jew falliment tas-servizzi pprovduti minn SIPS;
“riskju ta' kustodja” tfisser ir-riskju li jiġġarrab telf fuq assi miżmuma f'kustodja f'każ ta' insolvenza tal-kustodju jew tas-subkustodju, negliġenża, frodi, amministrazzjoni ħażina jew żamma tar-rekords inadegwata;
“riskju tal-investiment” tfisser ir-riskju tat-telf li jiffaċċja operatur jew parteċipant ta' SIPS meta l-operatur ta' SIPS jinvesti r-riżorsi tiegħu stess jew dawk tal-parteċipanti tiegħu, eż. kollateral;
“riskju tas-suq” tfisser ir-riskju ta' telf, f'pożizzjonijiet kemm fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll barra minnha, li jirriżultaw minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq;
“sistema ta' saldu nett differita” (sistema DNS) tfisser sistema li fir-rigward tagħha s-saldu fi flus ta' bank ċentrali jseħħ fuq bażi netta fl-aħħar taċ-ċiklu ta' saldu predefinit, eż. fl-aħħar ta', jew matul, jum tax-xogħol;
“kollateral transkonfinali” tfisser kollateral li minnu, mill-perspettiva tal-pajjiż fejn l-assi huma aċċettati bħala kollateral, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin huwa barrani: (a) il-munita tad-denominazzjoni; (b) il-pajjiż fejn jinsabu l-assi; jew (c) il-pajjiż li fih l-emittent huwa stabbilit;
“ħlas transkonfinali” tfisser ħlas bejn parteċipanti stabbiliti f'pajjiżi differenti;
“infrastruttura tas-suq finanzjarju” (ISF) tfisser sistema multilaterali fost l-istituzzjonijiet parteċipanti, inkluż l-operatur tas-sistema, użata biex tiċċara, tissalda jew tirreġistra ħlasijiet, titoli, derivattivi, jew tranżazzjonijiet finanzjarji oħrajn;
“parteċipant dirett” tfisser entità legali li għandha relazzjoni kuntrattwali ma' operatur SIPS, hija marbuta bir-regoli ta' SIPS rilevanti, titħalla tibgħat ordnijiet ta' trasferiment lil dik is-sistema u hija kapaċi tirċievi ordnijiet mingħandha;
“parteċipant indirett” tfisser entità legali li m'għandhiex aċċess dirett għas-servizzi ta' SIPS u tipikament mhijiex marbuta direttament bir-regoli ta' SIPS rilevanti, li l-ordnijiet ta' trasferiment tagħha huma kklerjati, imħallsa u rreġistrati mis-SIPS permezz ta' parteċipant dirett. Parteċipant indirett għandu relazzjoni kuntrattwali ma' parteċipant dirett. L-entitajiet legali relevanti huma llimitati għal:
istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ),
ditti ta' investiment kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ),
kwalunkwe impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun barra mill-Unjoni u li l-funzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għal dawk ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment tal-Unjoni, kif fil-punti (i) u (ii),
l-awtoritajiet pubbliċi u impriżi ggarantiti pubblikament, u kontropartijiet ċentrali, aġenti ta' saldu, kmamar tal-ikklerjar u operaturi ta' sistemi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(c), (d), (e) u (p) tad-Direttiva 98/26/KE,
“il-Bord” tfisser bord amministrattiv jew superviżorju ta' operatur ta' SIPS, jew it-tnejn, skont il-liġi nazzjonali;
“il-Maniġment” tfisser diretturi eżekuttivi, jiġifieri membri ta' bord unitarju li huma involuti fit-tmexxija ta' kuljum tal-operatur ta' SIPS u membri ta' bord maniġerjali tal-operatur ta' SIPS f'sistema b'żewġ bordijiet;
“partijiet interessati relevanti” tfisser parteċipanti, ISF li għandhom impatt fuq ir-riskju f'SIPS, u fuq bażi ta' każ b'każ, atturi oħra tas-suq ikkonċernati;
“skopertura tal-kreditu” tfisser ammont jew valur fir-riskju li parteċipant mhuwiex ser iħallas bil-valur sħiħ, la meta jkun dovut u lanqas f'xi ħin wara;
“kollateral” tfisser attiv jew impenn ta' parti terza li jintuża minn fornitur ta' kollateral biex jiġi żgurat obbligu fil-konfront ta' prenditur tal-kollateral. Kollateral jinkludi kemm kollateral domestiku kif ukoll transkonfinali;
“fornitur tal-likwidità” tfisser fornitur ta' flus kontanti taħt l-Artikoli 5(3), 6(5), 8(1), 8(9) u 8(11) jew attiv taħt l-Artikolu 8(4), inkluż parteċipant tas-SIPS jew parti esterna;
“kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli” tfisser ġabra sħiħa ta' kundizzjonjiet storiċi u ipoteki, inklużi l-perjodi l-aktar volatili li jkunu esperjenzaw is-swieq li taqdi s-SIPS;
“data maħsuba tas-saldu” tfisser id-data li tiddaħħal fis-SIPS bħala d-data tas-saldu minn min jibgħat ordni ta' trasferiment;
“riskju ġenerali ta' negozju” tfisser indeboliment potenzjali tal-pożizzjoni finanzjarja tas-SIPS bħala negozju avvjat bħala konsegwenza ta' tnaqqis fid-dħul tiegħu jew żieda fl-ispejjeż tiegħu, billi l-ispejjeż jeċċedu d-dħul u jirriżultaw f'telf li jkollu jittieħed mill-kapital;
“pjan ta' rkupru” tfisser pjan żviluppat minn operatur ta' SIPS biex jistabbilixxi mill-ġdid l-operat bla xkiel ta' SIPS;
“pjan ta' stralċ ordnat” tfisser pjan żviluppat minn operatur ta' SIPS għall-għeluq ordnat ta' SIPS;
“materjal” jikkwalifika riskju, dipendenza u/jew bidla li tista' taffettwa l-abbiltà ta' entità li twettaq jew tipprovdi servizzi kif mistenni;
“awtoritajiet relevanti” tfisser awtoritajiet li għandhom interess leġittimu fl-aċċess għall-informazzjoni minn SIPS li jissodisfaw ir-rekwiżiti statutorji tagħhom, eż. awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u superviżuri tal-parteċipanti ewlenin;
“riskju prinċipali” tfisser ir-riskju li kontroparti titlef il-valur sħiħ involut fi tranżazzjoni, jiġifieri jew ir-riskju li bejjiegħ ta' attiv finanzjarju ser jikkonsenja l-attiv b'mod irrevokabbli, iżda ma jirċevix il-ħlas, jew ir-riskju illi xerrej ta' attiv finanzjarju ser għall-attiv b'mod irrevokabbli, iżda ma jirċeviehx;
“bank kustodju” tfisser bank li jżomm u jissalvagwardja l-assi finanzjarji ta' partijiet terzi;
“bank tas-saldu” tfisser bank li jżomm kontijiet fir-rigward ta' ħlasijiet, fejn iseħħ il-ħelsien mill-obbligi li jirriżultaw minn sistema ta' ħlas;
“aġent nostro” tfisser bank użat minn parteċipanti f'SIPS għal saldu;
“ħlas unilaterali” tfisser ħlas li jinvolvi trasferiment wieħed biss ta' fondi f'munita waħda;
“ħlas bilaterali” tfisser ħlas li jinvolvi żewġ trasferimenti ta' fondi f'muniti differenti f'sistema ta' saldu ta' skambju għall-valur;
“riskju ta' direzzjoni żbaljata” tfisser riskju li jirriżulta minn skopertura għal parteċipant jew emittent meta l-kollateral pprovdut minn dak il-parteċipant jew maħruġ minn dak l-emittent huwa korrelatat ħafna mar-riskju tal-kreditu tiegħu;
“ġurnata ta' negozju” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 2(n) tad-Direttiva 98/26/KE;
“direttur indipendenti” ifisser membru mhux eżekuttiv tal-Bord li ma għandux relazzjoni ta' negozju, familjari jew mod ieħor li jqajjem kunflitt ta' interess dwar l-operatur ta' SIPS jew is-SIPS, l-azzjonisti kontrollanti tagħhom, il-maniġment tagħhom jew il-parteċipanti tagħhom, u li ma kellu l-ebda tali relazzjoni matul is-sentejn qabel is-sħubija tagħhom fil-Bord;
“affiljata” tfisser kumpannija li tikkontrolla lill-parteċipant, jew li hija kkontrollata minnu jew taħt il-kontroll tiegħu. Kontroll ta' kumpannija huwa ddefinit bħala (a) sjieda, kontroll jew parteċipazzjoni ta' 20 % jew iżjed ta' klassi ta' titoli ta' votazzjoni ta' kumpannija; jew (b) konsolidazzjoni tal-kumpannija għal finijiet ta' rappurtar finanzjarju;
“sitwazzjoni ta' emerġenza” tfisser avveniment, okkorrenza jew ċirkustanza li hija kapaċi twassal għal telf jew ostakolar f'operazzjonijiet, servizzi, jew funzjonijiet tas-SIPS, inklużi ndħil ma' jew prevenzjoni ta' saldu finali;
“obbligi finanzjarji” ifissru obbligi legali li jirriżultaw, fi ħdan is-SIPS, bejn il-parteċipanti jew bejn parteċipanti u l-operatur ta' SIPS, bħala konsegwenza ta' ordnijiet ta' trasferiment li jiddaħħlu f'dak is-SIPS;
“miżura korrettiva” tfisser miżura jew azzjoni speċifika, irrispettivament mill-forma, it-tul jew il-gravità tagħha, li tkun imposta fuq operatur ta' SIPS minn awtorità kompetenti biex tirrimedja, jew tevita ripetizzjoni ta', nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 sa 21.
Artikolu 2a
Avviż bil-miktub dwar il-bidu tal-proċess biex sistema ta’ ħlas tiġi identifikata bħala SIPS
Il-BĊE għandu jinnotifika lill-operatur tas-sistema ta’ ħlas bl-intenzjoni tiegħu li jibda proċess taħt l-Artikolu 1 bl-għan li jidentifika dik is-sistema ta’ ħlas bħala SIPS. L-avviż bil-miktub għandu jiddikjara l-fatti materjali u r-raġunijiet legali kollha rigward l-identifikazzjoni possibbli tas-sistema ta’ ħlas ikkonċernata bħala SIPS.
Artikolu 2b
Dritt ta’ aċċess għall-fajls matul il-proċess biex sistema ta’ ħlas tiġi identifikata bħala SIPS
Malli jirċievi l-avviż bil-miktub imsemmi fl-Artikolu 2a, l-operatur tas-sistema ta’ ħlas għandu jkun intitolat li jaċċessa l-fajls, id-dokumenti jew materjal ieħor tal-BĊE li jservu bħala bażi għall-identifikazzjoni ta’ dik is-sistema ta’ ħlas bħala SIPS. Dan id-dritt ma għandux jestendi għal informazzjoni meqjusa kunfidenzjali fir-rigward tal-BĊE, ta’ bank ċentrali nazzjonali, jew ta’ partijiet terzi oħra, inklużi istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni.
Artikolu 2c
Dritt li wieħed jinstema’ matul il-proċess biex sistema ta’ ħlas tiġi identifikata bħala SIPS
Artikolu 2d
Motivazzjoni tad-deċiżjoni li tidentifika sistema ta’ ħlas bħala SIPS
Artikolu 3
Sodizza legali
Artikolu 4
Governanza
L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-Bord għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar. L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-Bord għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
l-istabbiliment ta' miri strateġiċi ċari għas-SIPS;
l-istabbiliment ta' proċeduri ddokumentati għall-funzjonament tas-SIPS, inklużi proċeduri sabiex jiġu identifikati, indirizzati u mmaniġġjati kunflitti ta' interess tal-membri tiegħu;
bl-eċċezzjoni tas-SIPS tal-Eurosistema, għandu jiżgura l-għażla effettiva, il-monitoraġġ, u, fejn xieraq, it-tneħħija tal-membri tal-Maniġment;
bl-eċċezzjoni tas-SIPS tal-Eurosistema, għandu jistabbilixxi politiki ta' kumpens adegwati, konsistenti mal-aqwa prattiċi u bbażati fuq kisbiet fuq żmien twil.
Ir-rwol, ir-responsabbiltajiet u l-linji ta' rapportar għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar. Il-kompożizzjoni għandha tiżgura integrità u taħlita adattata ta' ħiliet tekniċi, għarfien u esperjenza kemm tas-SIPS kif ukoll tas-suq finanzjarju b'mod ġenerali, li tħalli lill-Maniġment iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu għall-operat u l-ġestjoni tar-riskju tal-operatur ta' SIPS. Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment għandhom jinkludu, taħt id-direzzjoni tal-Bord, li jiżgura dawn l-affarijiet kollha li ġejjin:
li l-attivitajiet tal-operatur ta' SIPS ikunu konsistenti mal-objettivi, l-istrateġija u t-tolleranza tar-riskju tagħhom;
li l-kontrolli interni u l-proċeduri relatati huma ddisinnjati, eżegwiti u ssorveljati kif xieraq sabiex jippromwovu l-objettivi tal-operatur ta' SIPS;
li l-kontrolli interni u l-proċeduri relatati jkunu suġġetti għal reviżjoni u ttestjar regolari u l-ittestjar minn funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' verifika interna b'persunal suffiċjenti li jkunu mħarrġa sew.
involviment attiv fil-proċess tal-kontroll tar-riskju;
li riżorsi suffiċjenti jiġu allokati lill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tas-SIPS.
Il-Bord għandu jistabbilixxi u jissorvelja qafas ta' ġestjoni tar-riskju dokumentat, li għandu:
jinkludi l-politika tat-tolleranza tar-riskju tal-operatur ta' SIPS;
jassenja responsabbiltajiet u kontabbiltà għad-deċiżjonijiet ta' riskju;
jindirizza t-teħid ta' deċiżjonijiet fi kriżijiet u emerġenzi;
jindirizza funzjonijiet ta' kontroll intern.
Il-Bord għandu jiżgura li jkun hemm tliet linji ta' difiża ċari u effettivi (operazzjonijiet, ġestjoni tar-riskju u awditu intern), li huma separati minn xulxin u għandhom biżżejjed awtorità, indipendenza, riżorsi u aċċess għall-Bord.
Artikolu 5
Qafas għall-ġestjoni komprensiva tar-riskji
Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi u jżomm qafas sod ta' ġestjoni tar-riskju biex jidentifika, ikejjel, jimmonitorja u jimmaniġġja b'mod komprensiv il-firxa ta' riskji li jirriżultaw fis-SIPS jew li jiġu mġarrba minnha. Għandu jeżamina l-qafas ta' ġestjoni tar-riskju mill-inqas darba fis-sena. Il-qafas ta' ġestjoni tar-riskju għandu:
jinkludi l-politika tat-tolleranza tar-riskju tal-operatur ta' SIPS u għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju;
jassenja responsabbiltà u kontabbiltà għad-deċiżjonijiet tar-riskju;
jindirizza t-teħid ta' deċiżjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza relatati ma' SIPS, inklużi l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji li potenzjalment ikollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro fejn l-operatur ta' SIPS jew wieħed mill-parteċipanti jkunu stabbiliti.
Artikolu 6
Riskju tal-kreditu
Operatur ta' SIPS li jopera sistema DNS għandu jiżgura li:
obbligi finanzjari jkunu stabbiliti mhux iktar tard mill-mument meta l-ordni ta' trasferiment tkun inkluża fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet ta' saldu netti aċċessibbli għal kull parteċipant; u
ikun hemm biżżejjed riżorsi biex ikopru l-iskoperturi ta' kreditu li jirriżultaw skont il-paragrafi 3 u 4 l-iktar tard fil-mument imsemmi fil-punt (a).
Artikolu 7
Kollateral
Operatur ta' SIPS għandu jaċċetta biss dawn l-assi li ġejjin bħala kollateral: (a) flus kontanti; u (b) assi b'riskji baxxi ta' kreditu, ta' likwidità u tas-suq, jiġifieri assi li għalihom l-operatur ta' SIPS jista' juri lill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' valutazzjoni interna adegwata li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikunu nħarġu minn emittent b'riskju ta' kreditu baxx;
ikunu trasferibbli liberament mingħajr ebda restrizzjoni legali jew talbiet ta' terzi;
ikunu ddenominati f'munita li r-riskju tagħha huwa ġestit mill-operatur ta' SIPS;
ikollhom dejta affidabbli dwar il-prezz ppubblikata fuq bażi regolari;
ma jkunux b'xi mod ieħor suġġetti għal riskju sinifikanti f'direzzjoni żbaljata;
ma jinħarġux mill-parteċipant li jipprovdi l-kollateral jew entità li tkun parti mill-istess grupp bħal dak il-parteċipant, ħlief fil-każ ta' bond kopert u biss fejn l-assi fil-ġabra ta' kopertura jkunu ssegregati b'mod xieraq fi ħdan qafas legali robust u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (i) sa (v).
Fit-twettiq tal-valutazzjoni interna tal-punti (i) sa (vi), l-operatur ta' SIPS għandu jiddefinixxi, jiddokumenta u japplika metodoloġija oġġettiva.
Artikolu 8
Riskju ta' likwidità
Operatur ta' SIPS li jopera sistema DNS għandu jiżgura li
obbligi finanzjarji jkunu stabbiliti mhux iktar tard mill-mument meta l-ordni ta' trasferiment tiġi inkluża fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet netti ta' saldu aċċessibbli għal kull parteċipant; u
hemm biżżejjed riżorsi likwidi miżmumin skont il-paragrafi 3 sa 6 l-iktar tard fil-mument imsemmi fil-punt (a).
Operatur ta' SIPS li jirregola ħlas unilaterali f'euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi suffiċjenti, skont il-paragrafu 3, biex jissalda fil-ħin l-obbligi finanzjarji f'każ ta' inadempjenza tal-parteċipant li, flimkien mal-affiljati tiegħu, għandu l-ikbar obbligu finanzjarju aggregat kif determinat mill-paragrafu 3(a) b'xi mod minn dawn li ġejjin:
fi flus kontanti mal-Eurosistema; jew
f'kollateral eliġibbli kif iddefinit fil-qafas kollaterali tal-Eurosistema stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 5 ) u l-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 6 ) iżda l-operatur ta' SIPS għandu juri li dak il-kollateral huwa disponibbli faċilment u konvertibbli f'kontanti fuq bażi tal-istess jum bl-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament irranġati minn qabel u affidabbli ħafna, inkluż f'kundizzjonijiet tas-suq ta' stress.
Operatur ta' SIPS li jirregola ħlas unilaterali f'euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi addizzjonali, skont il-paragrafu 3(b), bil-modi msemmija fil-paragrafu 4 jew ma' bank kummerċjali finanzjarjament affidabbli f'wieħed jew iktar minn dawn l-istrumenti li ġejjin:
linji ta' kreditu impenjati;
swaps impenjati ta' kambju barrani;
repos impenjati;
assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1), li huma miżmuma minn kustodju;
investimenti.
Dawn l-istrumenti kollha għandhom jippermettu li l-flus kontanti jkunu disponibbli f'perijodu ta' żmien li jippermetti s-saldu fl-istess jum. B'mod partikolari, l-operatur ta' SIPS għandu jkun jista' juri li l-istrumenti mhux fi flus kontanti jkunu disponibbli faċilment u konvertibbli fi flus kontanti fuq bażi tal-istess jum bl-użu ta' finanzjamenti rranġati minn qabel u affidabbli ħafna, inkluż f'kundizzjonijiet tas-suq ta' stress.
L-operatur ta' SIPS għandu jkun dispost li juri lill-awtorità kompetenti, skont valutazzjoni interna adegwata, li l-bank kummerċjali huwa finanzjarjament affidabbli.
Meta jiġu kkunsidrati dawn ix-xenarji, id-disinn u t-tħaddim tas-SIPS għandhom jiġu kkunsidrati u l-entitajiet kollha li jistgħu jkunu ta' riskju materjali għal-likwidità tas-SIPS għandhom jiġu eżaminati, inkluż banek tas-saldu, aġenti nostro, banek kustodji, fornituri ta' likwidità u IFM relatati. Meta jkun xieraq, ix-xenarji għandhom ikopru perijodu multiday.
Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi regoli u proċeduri ċari li jippermettu lis-SIPS li jimplimenta s-saldu tal-obbligi finanzjarji dakinhar u, fejn xieraq, intraday u multiday f'waqtu wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-parteċipanti tiegħu. Dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom:
jindirizzaw nuqqasijiet ta' likwidità mhux previsti u potenzjalment mhux koperti;
ikollhom l-għan li jiġi evitat li l-obbligi finanzjarji għas-saldu fl-istess jum jiġu xolti, revokati jew imdewma;
jindikaw kif ifornu mill-ġdid il-flus kontanti u assi oħra użati mis-SIPS matul avveniment ta' stress, sa fejn hu meħtieġ skont il-paragrafi 3 sa 5.
Artikolu 9
Saldu finali
Operatur ta' SIPS gġandu jistabbilixxi regoli u proċeduri li jippermettu li s-saldu finali jseħħ mhux iktar tard mit-tmiem tad-data tas-saldu maħsuba.
Artikolu 10
Saldu ta' flus
Jekk is-saldu jseħħ fi flus ta' bank kummerċjali, il-ftehim legali tal-operatur ta' SIPS ma' kwalunkwe bank tas-saldu kummerċjali għandhom jiddikjaraw b'mod ċar:
meta t-trasferimenti fuq il-kotba tal-banek tas-saldu individwali huma mistennija li jseħħu;
li t-trasferimenti għandhom ikunu finali meta jiġu eżegwiti;
li l-fondi riċevuti għandhom ikunu trasferibbli kemm jista' jkun malajr, ta' mill-inqas sal-aħħar tal-jum.
Artikolu 11
Ħlas kontra ħlas
Operatur ta' SIPS li juża mekkaniżmu ta' ħlas kontra ħlas għandu jelimina r-riskju prinċipali billi jiżgura li s-saldu finali ta' obbligu wieħed iseħħ jekk u biss jekk is-saldu finali tal-obbligu marbut iseħħ ukoll. Din ir-regola tiġi segwita irrispettivament minn jekk is-saldu jseħħx fuq bażi gross jew netta u meta sseħħ il-finalità.
Artikolu 12
Regoli u proċeduri tal-inadempjenza tal-parteċipant
Operatur ta' SIPS għandu jkollu regoli u proċeduri dwar inadempjenza li jippermettulu li jkompli jissodisfa l-obbligi tiegħu f'każ ta' inadempjenza ta' parteċipant, li jindirizzaw r-riforniment tar-riżorsi wara inadempjenza. Ir-regoli u l-proċeduri għandhom jiddefinixxu, bħala minimu, il-punti kollha li ġejjin:
l-azzjonijiet li operatur ta' SIPS jista' jieħu meta sseħħ inadempjenza;
jekk it-teħid ta' dawn l-azzjonijiet huwiex awtomatiku jew diskrezzjonali u l-mezzi li permezz tagħhom tiġi eżerċitata dik id-diskrezzjoni;
bidliet potenzjali għall-prattiċi tas-saldu normali tal-operatur ta' SIPS li jiżguraw saldu f'waqtu;
il-ġestjoni tal-ħlasijiet fi stadji differenti tal-ipproċessar;
is-sekwenza probabbli tal-azzjonijiet;
l-irwoli, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-partijiet relevanti, inkluż il-parteċipanti li mhumiex inadempjenti;
mekkaniżmi oħra li għandhom jiġu attivati biex jillimitaw l-impatt ta' inadempjenza.
Operatur ta' SIPS għandu jiżvela pubblikament l-aspetti ewlenin tar-regoli u l-proċeduri elenkati fil-paragrafu 2, inklużi, bħala minimu, dawn kollha li ġejjin:
iċ-ċirkostanzi li fihom għandha tittieħed azzjoni;
min għandu jieħu dawk l-azzjonijiet;
l-ambitu tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu;
il-mekkaniżmi li jindirizzaw l-obbligi tal-operatur ta' SIPS lejn parteċipanti li mhumiex inadempjenti.
Artikolu 13
Riskju ġenerali ta' negozju
Artikolu 14
Riskji ta' investiment u ta' kustodja
Artikolu 15
Riskju operazzjonali
Artikolu 16
Kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni
Artikolu 17
Arranġamenti ta' parteċipazzjoni mtarrġa
Għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju, operatur ta' SIPS għandu jiżgura li r-regoli, il-proċeduri u l-arranġamenti kuntrattwali tas-SIPS jippermettulu jiġbor informazzjoni dwar parteċipazzjoni indiretta sabiex jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi kwalunkwe riskju materjali għas-SIPS li jinħoloq minn parteċipazzjoni. Din l-informazzjoni għandha, bħala minimu, tkopri dawn li ġejjin:
l-attività li parteċipanti diretti jwettqu f'isimhom u f'isem il-parteċipanti indiretti fi proporzjon mal-attività fil-livell tas-sistema;
in-numru ta' parteċipanti indiretti li jagħmlu saldu permezz ta' parteċipanti individwali diretti;
il-volumi u l-valuri ta' ħlasijiet fis-SIPS li joriġinaw minn kull parteċipant indirett;
il-volumi u l-valuri ta' ħlasijiet taħt il-punt (c) fi proporzjoni ma' dawk ta' parteċipant dirett li permezz tiegħu l-parteċipant indirett ikollu aċċess għas-SIPS.
Artikolu 18
Effiċjenza u effettività
Operatur ta' SIPS għandu jkollu proċess biex jidentifika u jilħaq il-bżonnijiet tas-swieq li s-SIPS taqdi, b'mod partikolari, fir-rigward ta':
l-għażla ta' arranġament tal-ikklerjar u tas-saldu;
struttura operattiva;
l-ambitu tal-prodotti kklerjati jew saldati;
l-użu ta' teknoloġija u proċeduri.
Artikolu 19
Standards u proċeduri tal-komunikazzjoni
Operatur ta' SIPS għandu juża jew jakkomoda proċeduri u standards ta' komunikazzjoni relevanti li huma aċċettati fuq livell internazzjonali sabiex jiġu ffaċilitati l-ħlas, l-ikklerjar, is-saldu u r-reġistrazzjoni effiċjenti.
Artikolu 20
Żvelar tar-regoli, proċeduri ewlenin u dejta tas-suq
Artikolu 21
Setgħat ta' awtorità kompetenti
Awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li:
tikseb, fi kwalunkwe ħin, minn operatur ta' SIPS l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament jew li tippromwovi l-operat bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas f'livell sistemiku. L-operatur ta' SIPS għandu jirrapporta l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed;
teħtieġ li operatur ta' SIPS jaħtar espert indipendenti biex jagħmel investigazzjoni jew reviżjoni indipendenti dwar l-operazzjoni tas-SIPS. L-awtorità kompetenti tista' timponi rekwiżiti dwar it-tip ta' espert li għandu jinħatar, il-kontenut u l-ambitu tar-rapport li għandu jiġi prodott, it-trattament tar-rapport, inklużi l-iżvelar u l-pubblikazzjoni ta' ċerti elementi, u l-waqt għall-produzzjoni tar-rapport. Operatur ta' SIPS għandu jinforma lill-awtorità kompetenti kif ir-rekwiżiti imposti ġew issodisfati;
jagħmel spezzjoni fil-post jew jiddelega t-twettiq ta' spezzjonijiet fil-post. Meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-aġir xieraq u l-effiċjenza ta' spezzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tagħmilha mingħajr preavviż.
Artikolu 21a
Organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' sorveljanza
Awtorità kompetenti tista' twettaq attivitajiet ta' sorveljanza kontinwi u/jew ad hoc biex tevalwa l-konformità minn operatur ta' SIPS mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 21 jew biex tippromwovi l-operat bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas f'livell sistemiku.
Artikolu 21b
Kunfidenzjalità
Informazzjoni kondiviża minn operatur ta' SIPS ma' awtorità kompetenti fuq bażi kunfidenzjali tista' tiġi kondiviża mas-Sistema Ewropew ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Dik l-informazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali mill-membri tas-SEBĊ, skont id-dmir ta' segretezza stabbilit fl-Artikolu 37.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.
Artikolu 22
Miżuri korrettivi
Meta operatur ta' SIPS ma jkunx ikkonforma ma' dan ir-Regolament jew meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jiġi ssuspettat li operatur ta' SIPS ma kkonformax ma' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħti avviż bil-miktub lill-operatur ta' SIPS dwar in-natura tan-nuqqas ta' konformità jew nuqqas ta' konformità ssuspettata; u
tipprovdi lill-operatur ta' SIPS bl-opportunità li jinstema' u jipprovdi spjegazzjonijiet.
Artikolu 23
Sanzjonijiet
F'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/99 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/1999/4) ( 8 ). Il-BĊE għandu jippubblika avviż dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tas-sanzjonijiet.
Artikolu 24
Reviżjoni
Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-applikazzjoni ġenerali ta' dan ir-Regolament sa mhux iktar tard minn sentejn mid-data meta jidħol fis-seħħ, u sussegwentement kull tliet snin, u jivvaluta jekk għandux jiġi emendat.
Artikolu 25
Dispożizzjonijiet finali
( 1 ) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 2 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
( 3 ) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
( 4 ) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
( 5 ) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
( 6 ) Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).
( 7 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998, dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p.19).
( 8 ) Regolament (KE) Nru 2157/99 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Settembru 1999 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p.139).