Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014D0386-20210623

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/386/2021-06-23

02014D0386 — MT — 23.06.2021 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/386/PESK

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

▼B

(ĠU L 183 24.6.2014, p. 70)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/507/PESK tat-30 ta' Lulju 2014

  L 226

20

30.7.2014

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/933/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014

  L 365

152

19.12.2014

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/959 tad-19 ta' Ġunju 2015

  L 156

25

20.6.2015

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/982 tas-17 ta' Ġunju 2016

  L 161

40

18.6.2016

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1087 tad-19 ta' Ġunju 2017

  L 156

24

20.6.2017

 M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/880 tat-18 ta' Ġunju 2018

  L 155

5

19.6.2018

 M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1018 tal-20 ta' Ġunju 2019

  L 165

69

21.6.2019

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/850 tat-18 ta’ Ġunju 2020

  L 196

12

19.6.2020

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1010 tat-21 ta’ Ġunju 2021

  L 222

20

22.6.2021




▼B

▼M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/386/PESK

tat-23 ta' Ġunju 2014

dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

▼B



Artikolu 1

1.  
L-importazzjoni tal-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol għandhom ikunu pprojbiti.
2.  
Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol.

Artikolu 2

Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 m'għandhomx japplikaw għall-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol li kienu ġew disponibbli għal eżami, u jkunu ġew ikkontrollati mill-awtoritajiet tal-Ukraina u li ngħataw ċertifikat ta' oriġini mill-Gvern tal-Ukraina.

Artikolu 3

Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sas-26 ta' Settembru 2014 ta' kuntratti konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2014 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u eżegwiti mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2014.

Artikolu 4

Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan li jevitaw il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandha tiġi pprojbita.

▼M2

Artikolu 4a

1.  

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a) 

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni fi proprjetà immobbli fil-Krimea jew f'Sevastopol;

(b) 

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali entitajiet u l-akkwist ta' ishma, u ta' titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva;

(c) 

l-għoti ta' kwalunkwe finanzjament lil entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol jew għall-iskop dokumentat tal-finanzjament ta' entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol;

(d) 

il-ħolqien ta' kwalunkwe intrapriża konġunta ma' entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol;

(e) 

il-forniment ta' servizzi ta' investiment direttament relatati mal-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

Il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet f'dan l-Artikolu ma japplikawx għall-eżerċizzju ta' kummerċ leġittimu ma' entitajiet barra mill-Krimea jew f'Sevastopol fejn l-investimenti relatati ma jkunux destinati għal entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol.

2.  

Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom:

(a) 

ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu minn kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014;

(b) 

ma jżommux l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni tkun obbligu taħt kuntratt konkluż qabel l-20 ta' Diċembru 2014.

3.  
Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

Artikolu 4b

1.  

Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew l-użu ta' vapuri jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le:

(a) 

lil entitajiet fil-Krimea jew f'Sevastopol, jew

(b) 

għall-użu fil-Krimea jew f'Sevastopol,

fis-setturi li ġejjin:

i. 

trasport;

ii. 

telekomunikazzjonijiet;

iii. 

enerġija;

iv. 

prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni fir-rigward ta' żejt, gass u riżorsi minerali.

2.  

L-għoti ta':

(a) 

assistenza jew taħriġ tekniku u servizzi oħra relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija fis-setturi msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija fis-setturi msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-provvista ta' assistenza teknika jew taħriġ relatati,

huwa pprojbit.

3.  
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2, meta relatati mal-punt (b) tal-paragrafu 1, ma japplikawx fejn ma hemm l-ebda bażi raġonevoli biex jiġi determinat li l-oġġetti u t-teknoloġija jew is-servizzi taħt il-paragrafu 2, se jintużaw fil-Krimea jew f'Sevastopol.
4.  
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015 ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014, jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
5.  
Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
6.  
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.

Artikolu 4c

1.  
Għandu jiġi pprojbit il-forniment ta' għajnuna teknika, jew servizzi ta' senserija, ta' kostruzzjoni jew ta' inġinerija li jkunu direttament relatati mal-infrastruttura fil-Krimea jew f'Sevastopol fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4b(1), indipendentement mill-oriġini tal-oġġetti u t-teknoloġija.
2.  
Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015, ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014, jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
3.  
Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4d

1.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni relattivament għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4b(1), fl-Artikolu 4b(2) u fl-Artikolu 4c(1) u relattivament għall-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fl-Artikolu 4b(1), sakemm ikunu:

(a) 

meħtieġa għal finijiet uffiċjali ta' missjonijiet konsulari jew organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali li jkunu jinsabu fil-Krimea jew f'Sevastopol; jew

(b) 

relatati ma' proġetti esklużivament b'appoġġ għal sptarijiet jew ċentri tas-saħħa pubblika oħrajn li jipprovdu servizzi mediċi jew faċilitajiet ċivili edukattivi ċivili li jinsabu fil-Krimea jew Sevastopol.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu, taħt tali termini u kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, awtorizzazzjoni għal transazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4a(1), sakemm it-transazzjoni tkun għall-finijiet ta' manutenzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jagħtu awtorizzazzjoni relattivament għall-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fl-Artikolu 4b(1) u relattivament għall-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 4b(2) u fl-Artikolu 4c, fejn il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti jew l-eżerċizzju ta' dawk l-attivitajiet ikunu meħtieġa għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta' avveniment li x'aktarx li jkollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem, inkluża s-sikurezza ta' infrastruttura eżistenti, jew l-ambjent. F'każijiet ta' emerġenza debitament ġustifikati, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tista' tipproċedi mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel sakemm l-esportatur jinnotifika lill-awtorità kompetenti fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li jkun sar il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, u jipprovdi dettalji dwar il-ġustifikazzjoni rilevanti għall-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan il-paragrafu u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

Artikolu 4e

1.  
Għandha tiġi pprojbita l-provvista ta' servizzi direttament relatati ma' attivitajiet turistiċi fil-Krimea jew f'Sevastopol, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' vapuri jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri.
2.  
Għandu jkun ipprojbit għal kwalunkwe vapur li jipprovdi servizzi ta' kruċieri li jidħol jew jieqaf f'xi port li jinsab fil-Peniżola tal-Krimea.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-portijiet rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan il-paragrafu.

3.  
Il-projbizzjoni fil-paragrafu 2 m'għandhiex tapplika meta vapur jidħol jew jieqaf f'wieħed mill-portijiet li jinsabu fil-Peniżola tal-Krimea għal raġunijiet ta' sikurezza marittima f'każijiet ta' emerġenza. L-awtorità kompetenti għandha tkun infurmata dwar id-dħul rilevanti jew waqfa fil-port fi żmien ħamest ijiem.
4.  
Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-21 ta' Marzu 2015, ta' kuntratti konklużi qabel l-20 ta' Diċembru 2014 jew kuntratti anċillari, meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.
5.  
Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M9

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta’ Ġunju 2022.

▼B

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami permanenti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill ikun tal-fehma li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu. ►M1  L-Artikoli 4a sa 4g għandhom jiġu rieżaminati sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014. ◄

Top