Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0577-20160901

    Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat- 28 ta’ Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta' identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/577/2016-09-01

    02013R0577 — MT — 01.09.2016 — 002.002


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 577/2013

    tat-28 ta’ Ġunju 2013

    ►C2  dwar il-mudell tad-dokumenti ta' identifikazzjoni ◄ għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 178 28.6.2013, p. 109)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1219/2014 tat-13 ta' Novembru 2014

      L 329

    23

    14.11.2014

    ►M2

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/561 tal-11 ta' April 2016

      L 96

    26

    12.4.2016


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 215, 10.8.2016, p.  37 (2016/561)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 045, 17.2.2018, p.  47 (Nru 577/2013)




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 577/2013

    tat-28 ta’ Ġunju 2013

    ►C2  dwar il-mudell tad-dokumenti ta' identifikazzjoni ◄ għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 7, 11 u 12 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    1.  Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom jitfasslu f’konformità mal-format u t-tqassim stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw ma’ r-rekwiżiti lingwistiċi stipulati fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

    2.  Id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom jitfasslu f’konformità mal-format u t-tqassim stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti lingwistiċi stipulati fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Listi ta' territorji u ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar- Regolament (UE) Nru 576/2013

    1.  Il-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jidher fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    2.  Il-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jidher fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artiikolu 3

    Mudell tal-passaporti għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates jew inmsa

    1.  Il-passaport imsemmi fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jitfassal f’konformità mal-format u t-tqassim stipulati fil-Parti 1 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness.

    2.  B’deroga mill-paragrafu 1, il-passaporti maħruġa, skont il-punt (a) tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, f’wieħed mit-territorji jew pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom jitfasslu skont il-mudell stipulat fil-Parti 3 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-Parti 4 ta’ dak l-Anness.

    Artikolu 4

    Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta' klieb, qtates jew inmsa

    Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu

    (a) jkun imħejji f’konformità mal-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

    (b) jimtela skont in-noti ta' spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta' dak l-Anness:

    (c) jkun issuppplimentat minn dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 li għandha titfassal f’konformità mal-mudell stipulat fit-Taqsima A tal-Parti 3 ta' dak l-Anness u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fit-Taqsima B tal-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

    Artikolu 5

    Revoki

    Id-Deċiżjonijiet 2003/803/KE, 2004/839/KE u 2005/91/KE huma mħassra.

    Artikolu 6

    Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-29 ta' Diċembru 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet

    imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    PARTI 1

    Format u tqassim tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    image

    PARTI 2

    Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    image

    PARTI 3

    Rekwiżiti lingwistiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu abbozzati fil-lingwi uffiċjali tal-Stat Membru tad-destinazzjoni/tad-dħul u bl-Ingliż.

    ▼M1




    ANNESS II

    Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    Il-PARTI 1

    Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013



    Kodiċi ISO

    Territorju jew pajjiż terz

    AD

    Andorra

    CH

    L-Isvizzera

    FO

    Il-Gżejjer Faeroe

    GI

    Ġibiltà

    GL

    Il-Groenlandja

    IS

    L-Islanda

    LI

    Il-Liechtenstein

    MC

    Monako

    NO

    In-Norveġja

    SM

    San Marino

    VA

    L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    Il-PARTI 2:

    Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013



    Kodiċi ISO

    Territorju jew pajjiż terz

    Territorji inklużi

    AC

    Il-Gżira ta' Ascension

     

    AE

    L-Emirati Għarab Magħquda

     

    AG

    Antigwa u Barbuda

     

    AR

    L-Arġentina

     

    AU

    L-Awstralja

     

    AW

    Aruba

     

    BA

    Il-Bosnja-Ħerzegovina

     

    BB

    Il-Barbados

     

    BH

    Il-Baħrejn

     

    BM

    Il-Bermuda

     

    BQ

    Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES)

     

    BY

    Il-Bjelorussja

     

    CA

    Il-Kanada

     

    CL

    Iċ-Ċilì

     

    CW

    Curaçao

     

    FJ

    Fiġi

     

    FK

    Il-Gżejjer Falkland

     

    HK

    Ħong Kong

     

    JM

    Il-Ġamajka

     

    JP

    Il-Ġappun

     

    KN

    Saint Kitts u Nevis

     

    KY

    Il-Gżejjer Kajman

     

    LC

    Santa Luċija

     

    MS

    Montserrat

     

    MK

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

     

    MU

    Il-Mawrizju

     

    MX

    Il-Messiku

     

    MY

    Il-Malasja

     

    NC

    Il-Kaledonja Ġdida

     

    NZ

    In-New Zealand

     

    PF

    Il-Polineżja Franċiża

     

    PM

    Saint Pierre u Miquelon

     

    RU

    Ir-Russja

     

    SG

    Singapor

     

    SH

    Sant'Elena

     

    SX

    Sint Maarten

     

    TT

    Trinidad u Tobago

     

    TW

    It-Tajwan

     

    US

    L-Istati Uniti tal-Amerika

    AS — Is-Samoa Amerikana

    GU — Gwam

    MP — Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana

    PR — Puerto Rico

    VI — Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

    VC

    Saint Vincent u l-Grenadini

     

    VG

    Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

     

    VU

    Il-Vanwatu

     

    WF

    Wallis u Futuna

     

    ▼B




    ANNESS III

    Mudelli tal-passaporti għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates jew inmsa

    PARTI 1

    Mudell ta’ passaport maħruġ fi Stat Membru

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    PARTI 2

    Rekwiżiti addizzjonali li jikkonċernaw il-passaport maħruġ fi Stat Membru

    1. Format tal-passaport:

    Id-dimensjoni tal-passaport għandu jkun 100 × 152 mm.

    2. Qoxra tal-passaport:

    (a) Il-qoxra ta' quddiem:

    (i) kulur: ikħal (PANTONE® Reflex Blue) u stilel sofor (PANTONE® Yellow) fil-kwart ta' fuq li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-emblema Ewropea ( 1 ).

    (ii) il-kliem “Unjoni Ewropea” u l-isem tal-Istat Membru tal-ħruġ għandhom ikunu stampati bl-istess tipa;

    (iii) il-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku (indikat bħala “numru” fil-mudell tal-passaport stabbilit fil-Parti 1), għandu jkun stampat isfel.

    (b) Ġewwa l-qoxra ta' quddiem u ġewwa l-qoxra ta' wara: kulur abjad;

    (c) Il-qoxra ta' wara: kulur ikħal (PANTONE® Reflex Blue).

    3. Sekwenzi tal-intestaturi u tan-numerazzjoni tal-paġni tal-passaport:

    (a) is-segwenza tal-intestaturi (b’numri Rumani) għandhom ikunu osservati b’mod strett;

    (b) il-paġni tal-passaport għandhom ikunu nnumerati fil-qiegħ ta’ kull paġna fil-format li ġej: “x minn n”, fejn x huwa l-paġna attwali u n huwa n-numru totali tal-paġni tal-passaport;

    (c) il-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku għandhom ikunu stampati fuq kull paġna tal-passaport;

    (d) in-numru ta’ paġni u d-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tal-passaport stabbilit fil-Parti 1 huma indikattivi.

    4. Lingwi:

    It-test stampat kollu għandu jkun fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ u bl-Ingliż.

    5. Karatteristiċi tas-sigurtà:

    (a) Wara li l-informazzjoni meħtieġa tkun iddaħħlet fit-Taqsima III tal-passaport, laminat adeżiv trasparenti għandu jissiġilla l-paġna.

    (b) Fejn l-informazzjoni fuq waħda mill-paġni tal-passaport tieħu l-forma ta’ stiker, laminat adeżiv trasparenti għandu jissiġilla dak l-istiker fil-każ fejn dan tal-aħħar ma jispiċċax awtomatikament meta jitneħħa.

    PARTI 3

    Mudell ta’ passaport maħruġ f’wieħed mit-territorji jew mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    image

    PARTI 4

    Rekwiżiti addizzjonali li jikkonċernaw il-passaport maħruġ f’wieħed mit-territorji jew mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament

    1. Format tal-passaport:

    Id-dimensjoni tal-passaport għandu jkun 100 × 152 mm.

    2. Qoxra tal-passaport:

    (a) Il-qoxra ta' quddiem:

    (i) kulur: PANTONE® monochrome u l-emblema nazzjonali fil-kwart ta' fuq;

    (ii) il-kodiċi ISO tat-territorju jew tal-pajjiż terz tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku (indikat bħala “numru” fil-mudell tal-passaport stabbilit fil-Parti 3), għandu jkun stampat isfel.

    (b) Ġewwa l-qoxra ta' quddiem u ġewwa l-qoxra ta' wara: kulur abjad;

    (c) Il-qoxra ta' wara: kulur PANTONE® monochrome.

    3. Sekwenzi tal-intestaturi u tan-numerazzjoni tal-paġni tal-passaport:

    (a) is-segwenza tal-intestaturi (b’numri Rumani) għandhom ikunu osservati b’mod strett;

    (b) il-paġni tal-passaport għandhom ikunu nnumerati fil-qiegħ ta’ kull paġna fil-format li ġej: “x minn n”, fejn x huwa l-paġna attwali u n huwa n-numru totali tal-paġni tal-passaport;

    (c) il-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku għandhom ikunu stampati fuq kull paġna tal-passaport;

    (d) in-numru ta’ paġni u d-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tal-passaport stabbilit fil-Parti 3 huma indikattivi.

    4. Lingwi

    It-test stampat kollu għandu jkun fil-lingwa(i) uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiż terz tal-ħruġ u bl-Ingliż.

    5. Karatteristiċi ta' sigurtà

    (a) Wara li l-informazzjoni meħtieġa tkun iddaħħlet fit-Taqsima III tal-passaport, laminat adeżiv trasparenti għandu jissiġilla l-paġna.

    (b) Fejn l-informazzjoni fuq waħda mill-paġni tal-passaport tieħu l-forma ta’ stiker, laminat adeżiv trasparenti għandu jissiġilla dak l-istiker fil-każ fejn dan tal-aħħar ma jispiċċax awtomatikament meta jitneħħa.




    ANNESS IV

    ▼M2

    PARTI I

    image

    image

    ►(1) C1  

    image

    image

    ►(1) C1  

    image

    image

    image

    ▼B

    PARTI 2

    Noti ta’ spjegazzjoni dwar kif għandhom jimtlew iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

    (a) Fejn iċ-ċertifikat jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jkunu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal veterinarju, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

    (b) L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

    (c) Iċ-ċertifikat għandu jiġi abbozzat f'tal-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul u bl-Ingliż. Għandu jimtela b'ittri kapitali f'tal-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul jew bl-Ingliż.

    (d) Jekk maċ-ċertifikat jinhemżu folji ta' karta addizzjonali jew dokumenti ta' sostenn, dawk il-folji ta' karta jew dokument jitqiesu bħala parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi tiġi ffirmata u ttimbrata kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal veterinarju.

    (e) Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-folji addizzjonali msemmija fil-punt (d), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (numru tal-paġna minn numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u għandu jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq ta kull paġna.

    (f) L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jkun maħruġ minn veterinarju uffiċjali tat-territorju jew tal-pajjiżi terz tal-konsenja jew minn veterinarju awtorizzat u sussegwentement approvat mill-awtorità kompetenti tat-territorju jew f’pajjiżi terzi tal-konsenja. L-awtorità kompetenti tat-territorju jew tal-pajjiż terz tal-konsenja għandhom jiżguraw li jiġu osservati r-regoli u l-prinċipji għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE.

    Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b’marka li tidher meta mqiegħda kontra d-dawl.

    (g) In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-territorju jew tal-pajjiż terz tal-konsenja.

    PARTI 3

    Parti 3 Dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

    Taqsima A

    Mudell ta' dikjarazzjoni

    image

    Taqsima B

    Rekwiżiti addizzjonali għad-dikjarazzjoni

    Id-dikjarazzjoni għandha tiġi abbozzata f'tal-anqas waħda mil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul u bl-Ingliż u għandha timtela b'ittri kapitali.



    ( 1 ) Gwida tal-grafika tal-emblema Ewropea: http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000100.htm

    Top