Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0183-20160413

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat- 22 ta’ April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/183(1)/2016-04-13

    2013D0183 — MT — 13.04.2016 — 006.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/183/PESK

    tat-22 ta’ April 2013

    dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK

    (ĠU L 111 23.4.2013, p. 52)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/212/PESK tal-14 ta' April 2014

      L 111

    79

    15.4.2014

    ►M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/700/PESK tat-8 ta' Ottubru 2014

      L 293

    34

    9.10.2014

     M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1066 tat-2 ta' Lulju 2015

      L 174

    25

    3.7.2015

    ►M4

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/319 tal-4 ta' Marzu 2016

      L 60

    78

    5.3.2016

    ►M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/475 tal-31 ta' Marzu 2016

      L 85

    34

    1.4.2016

    ►M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/476 tal-31 ta' Marzu 2016

      L 85

    38

    1.4.2016

    ►M7

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/573 tat-12 ta' April 2016

      L 97

    12

    13.4.2016




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/183/PESK

    tat-22 ta’ April 2013

    dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK



    KAPITOLU I

    RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI

    Artikolu 1

    1.  Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett tal-oġġetti u t-teknoloġija li ġejjin, inkluż is-software, lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri:

    (a) armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dan imsemmi qabel, bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-RDPK;

    (b) l-oġġetti, il-materjali, it-tagħmir, il-beni u t-teknoloġija kollha kif stabbiliti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) ('il-Kumitat tas-Sanzjonijiet') skont il-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006), il-paragrafu 5(b) tal-UNSCR 2087 (2013) u l-paragrafu 20 tal-UNSCR 2094 (2013), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

    (c) ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, li għandhom jinkludu l-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ( 4 ). L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni;

    (d) ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi, bħal ċerti tipi ta' aluminju li jintuża f'sistemi relatati mal-missili ballistiċi. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni;

    ▼M6

    (e) kwalunkwe oġġett ieħor li jista' jikkontribwixxi għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi jew programmi oħra ta' armi ta' qerda massiva tar-RDPK, għal attivitajiet ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni;

    ▼M6

    (f) kwalunkwe oġġett ieħor, ħlief ikel jew mediċina, jekk l-Istat Membru jiddetermina li jkun jista' jikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġjaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat ieħor barra mir-RDPK.

    ▼B

    2.  Għandu wkoll ikun ipprojbiti li:

    (a) jiġi pprovdut taħriġ tekniku, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, jew servizzi intermedjarji oħrajn, relatati ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

    (b) tiġi pprovduta assistenza finanzjarja jew ta' finanzjament relatata ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija, jew għall-għoti ta' taħriġ tekniku relatat, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

    (c) li wieħed jipparteċipa, konxjament jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li tkun evitata l-projbizzjoni msemmija fil-punti (a) u (b).

    3.  L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta’ bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri, ta’ oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-forniment liċ-ċittadini tal-Istati Membri ta’ taħriġ tekniku, konsulenza, servizzi, assistenza, finanzjament u assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 mir-RDPK, għandu wkoll ikun pprojbit, kemm jekk joriġina fit-territorju tar-RDPK kif ukoll jekk le.

    ▼M6

    Artikolu 1a

    1.  Il-miżuri imposti mill-punt (f) tal-Artikolu 1(1) ma għandhomx japplikaw għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġett, jew l-akkwist tiegħu, fejn:

    (a) l-Istat Membru jiddetermina li tali attività hija esklużivament għal finijiet umanitarji jew esklużivament għall-finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw dħul, u wkoll mhux relatati ma' ebda attività pprojbita mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel b'tali determinazzjoni u jinforma wkoll lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tal-iżvijar tal-oġġett għal tali finijiet oħra; jew

    (b) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li forniment, bejgħ jew trasferiment partikolari ma jmurx kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

    ▼B

    Artikolu 2

    Il-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta' deheb u metalli prezzjużi, kif ukoll ta' djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tar-RDPK, għall-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu, għall-Bank Ċentrali tar-RDPK, kif ukoll lil, minn jew għal persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom ikunu pprojbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

    ▼M6

    Artikolu 2a

    L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, ta' deheb, ta' minerali tat-titanju, tal-vanadju, u minerali skarsi tal-art, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

    ▼B

    Artikolu 3

    Il-konsenja ta' karti tal-flus u muniti ddenominati tar-RDPK li jkunu għadhom kif ġew stampati jew ħarġu miz-zekka jew għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tar-RDPK jew għall-benefiċċju tiegħu għandha tkun ipprojbita.

    Artikolu 4

    Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett ta' merkanzija ta' lussu lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

    ▼M6

    Artikolu 4a

    1.  L-akkwist ta' faħam, ħadid, u minerali tal-ħadid mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' faħam li l-Istat Membru tal-akkwist jikkonferma, abbażi ta' informazzjoni kredibbli, li kien oriġina minn barra r-RDPK u ġie trasportat mir-RDPK unikament biex jiġi esportat mill-Port ta' Rajin (Rason), dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel u li tali transazzjonijiet mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' dħul għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

    3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' transazzjonijiet li huma determinati li jkunu esklużivament għall-finijiet ta' għajxien u mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' dħul għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) minn jew din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4b

    1.  Il-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni, inkluż gażolina għall-avjazzjoni, karburant tal-ġettijiet tat-tip nafta, karburant tal-ġettijiet tat-tip kerosin, u karburant tar-rokits tat-tip kerosin lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit sew jekk joriġina mit-territorji tal-Istati Membri u sew jekk le.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva minn qabel, skont il-każ u fuq bażi eċċezzjonali, it-trasferiment lejn ir-RDPK ta' prodotti bħal dawn għal ħtiġijiet umanitarji essenzjali vverifikati u soġġett għal arranġamenti speċifikati għall-monitoraġġ effettiv tat-twassil u l-użu.

    3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tal-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni lil inġenji tal-ajru ċivili tal-passiġġieri barra mir-RDPK esklużivament biex jintuża matul it-titjira tagħhom lejn ir-RDPK u t-titjira ta' ritorn tagħhom.

    ▼B



    KAPITOLU II

    RESTRIZZJONIJIET FUQ SOSTENN FINANZJARJU GĦALL-KUMMERĊ

    ▼M6

    Artikolu 5

    L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku u privat għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti għall-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni.

    ▼B



    KAPITOLU III

    SETTUR FINANZJARJU

    Artikolu 6

    L-Istati Membri ma għandhomx jidħlu f’impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lir-RDPK, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta’ żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni ta' denuklearizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ukoll viġilanza bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impenji attwali, u jekk possibbli, li jtemmuhom.

    Artikolu 7

    ▼M6

    1.  Sabiex jiġi impedut il-forniment tas-servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn, inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw sorveljanza msaħħa, f'konformità mal-awtoritajiet nazzjonali u l-leġislazzjoni tagħhom, tal-attivitajiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma':

    (a) banek domiċiljati fir-RDPK;

    (b) fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV;

    (c) fergħat u sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness V; u

    (d) entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness V,

    sabiex jiġi evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva.

    ▼B

    2.  Għall-finijiet ta' hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom ma' entitajiet finanzjarji mniżżla fil-paragrafu 1, biex:

    (a) jeżerċitaw sorveljanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta' miżuri ta' viġilanza tal-klijenti u skont l-obbligi marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu;

    (b) jeħtieġu li l-oqsma ta' informazzjoni kollha tal-istruzzjonijiet ta' ħlas assoċjati mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-transazzjoni inkwistjoni jimtlew; u jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax, it-transazzjoni tiġi rrifjutata;

    (c) iżommu r-rekords kollha tat-transazzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta mitluba;

    (d) jekk huma jissuspettaw jew ikollhom bażi raġjonevoli li jissuspettaw li l-fondi huma relatati mal-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva, jirrappurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew awtorita kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. L-UIF jew tali awtorità oħra kompetenti għandha jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi ta’ żmien f’waqtu għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni korrettament, inkluż l-analiżi ta’ rapporti dwar transazzjonijiet ta’ suspett.

    ▼M6

    Artikolu 8

    1.  Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u ta' entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 7(1), fit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun projbit.

    2.  Fergħat, sussidjarji u uffiċji ta' rappreżentanza eżistenti għandhom jingħalqu fi żmien disgħin jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

    3.  Għandu jkun projbit għall-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u għal entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 7(1):

    (a) li jistabbilixxu impriżi konġunti ġodda ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

    (b) li jieħdu drittijiet ta' proprjetà f'banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

    (c) li jistabbilixxu jew li jżommu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

    sakemm it-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (c) ta' hawn fuq ma jkunux ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    4.  Impriżi konġunti eżistenti, interessi ta' sjieda u relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek tar-RDPK għandhom jintemmu fi żmien disgħin jum wara l-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

    5.  L-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji, fergħat jew kontijiet bankarji fir-RDPK.

    6.  L-uffiċċji ta' rappreżentanza, is-sussidjarji jew il-kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu fi żmien disgħin jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016), jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

    7.  Il-paragrafu 6 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex titwassal għajnuna umanitarja jew għall-attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi jew l-attivitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor li jkun konsistenti mal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

    ▼B

    Artikolu 9

    Il-bejgħ jew ix-xiri dirett jew indirett, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi tar-RDPK maħruġa wara t-18 ta' Frar 2013 lil u mill-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tar-RDPK, jew banek domiċiljati fir-RDPK, jew fergħat u sussidjarji fi u barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas ma huma fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK kif ukoll kwalunkwe persuna u entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom jiġu pprojbiti.



    KAPITOLU IV

    SETTUR TAT-TRASPORT

    Artikolu 10

    ▼M6

    1.  L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inkluż il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew fi transitu mit-territorju tagħhom, inkluż fl-ajruporti, fil-portijiet tal-baħar u fiż-żoni ta' kummerċ ħieles tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà jew kkontrollati minnhom, jew minn persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness I, jew merkanzija li qed tiġi ttrasportata fuq inġenji tal-ajru jew bastimenti tal-baħar li jtajru l-bandiera tar-RDPK, għall-finijiet tal-iżgurar li l-ebda oġġett ma jiġi ttrasferit bi ksur tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).

    ▼M6

    1a.  F'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inkluż il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew li tkun fi transitu fit-territorju tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew miċ-ċittadini tar-RDPK, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom, inkluż fl-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

    ▼B

    2.  L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

    3.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, permezz ta' ispezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2.

    4.  Ajruplani u bastimenti li jġorru merkanzija lejn jew mir-RDPK għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tinġieb ġewwa jew li toħroġ minn Stat Membru.

    5.  F'każijiet fejn issir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu mill-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment u l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 14 tal-UNSCR 1874 (2009) u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2087 (2013).

    6.  L-Istati Membri għandhom jiċħdu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li rrifjuta li jippermetti ispezzjoni wara li tali ispezzjoni tkun ġiet awtorizzata mill-Istat li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera, jew jekk kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK jkun irrifjuta li jiġi ispezzjonat skont l-Artikolu 12 tal-UNSCR 1874 (2009).

    7.  Il-paragrafu 6 m'għandux japplika fejn ikun meħtieġ dħul għal skopijiet ta' ispezzjoni, jew fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-port ta' oriġini tiegħu.

    ▼M6

    Artikolu 11

    1.  L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru biex jinżel, jitlaq minn jew itir fuq it-territorju tagħhom, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew skont din id-Deċiżjoni.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' nżul ta' emerġenza jew f'kondizzjonijiet ta' ħatt l-art għal spezzjoni.

    ▼M6

    Artikolu 11a

    1.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-bastiment huwa ta' proprjetà jew ikkontrollat, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Anness I, jew li fih merkanzija li l-forniment, il-bejgħ jew l-esportazzjoni tagħha hija pprojbita skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tiegħu, jew għal spezzjoni jew jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).

    ▼B

    Artikolu 12

    L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta’ servizzi ta’ bunkering, servizzi ta’ forniment lill-bastimenti, jew manutenzjoni oħra ta’ bastimenti, lill-bastimenti tar-RDPK għandhom jiġu pprojbiti jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġjonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta’ tali servizzi mhuwiex meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma ġietx spezzjonata, u kkonfiskata u disponuta jekk ikun meħtieġ, f’konformità mal- Artikolu 10 (1), (2) u (5).

    ▼M6

    Artikolu 12a

    1.  Għandu jiġi pprojbit il-kiri jew in-noleġġ ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru bandiera jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ lir-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Anness I, lil kwalunkwe entità oħra tar-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li l-Istat Membru jiddetermina li tkun assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet jew fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016), lil kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk imsemmija, u lil kwalunkwe entità ta' proprjetà ta' jew ikkontrollata minn kwalunkwe minn dawk imsemmija qabel.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-kiri, in-noleġġ jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ jekk l-Istat Membru rilevanti jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-quddiem, skont il-każ, u jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-informazzjoni li turi li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien u li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw dħul, u b'informazzjoni dwar miżuri biex jiġi evitat li attivitajiet bħal dawn jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

    Artikolu 12b

    L-Istati Membri għandhom ineħħu mir-reġistru kwalunkwe bastiment li jkun ta' proprjetà, imħaddem jew għandu ekwipaġġ tar-RDPK u ma għandhomx jirreġistraw xi bastiment bħal dan li tneħħa mir-reġistru minn Stat ieħor skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2270 (2016).

    Artikolu 12c

    1.  Għandu jkun ipprojbit li jiġu rreġistrati bastimenti fir-RDPK, li tinkiseb awtorizzazzjoni għal bastiment biex juża l-bandiera tar-RDPK, jew li wieħed ikollu, jikri, iħaddem, jew jipprovdi kwalunkwe klassifikazzjoni, ċertifikazzjoni jew servizz assoċjat lil bastiment, jew li jiġi assigurat kwalunkwe bastiment li jtajjar bandiera tar-RDPK.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal attivitajiet innotifikati bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet, inklużi l-ismijiet tal-persuni u l-entitajiet involuti fihom, informazzjoni li turi li dawk l-attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw dħul u informazzjoni dwar miżuri li ttieħdu biex jiġi evitat li attivitajiet bħal dawn jikkontribwixxu għal ksur tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

    ▼B



    KAPITOLU V

    RESTRIZZJONIJIET FUQ AMMISSJONI U RESIDENZA

    Artikolu 13

    ▼M6

    1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

    (a) il-persuni nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta' politika tar-RDPK, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta' programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness I.

    (b) il-persuni mhux koperti bl-Anness I, kif elenkati fl-Anness II:

    (i) li huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni jew persuni li jaġixxu f'isimhom, jew taħt id-direzzjoni tagħhom;

    (ii) li jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

    (iii) li huma involuti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

    (c) il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

    2.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

    ▼B

    3.  Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

    4.  Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tal-liġi internazzjonali, jiġifieri:

    (a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

    (b) bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali imsejjħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt l-awspiċji tagħha;

    (c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

    (d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

    5.  Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

    6.  Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 4 jew 5.

    7.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 (b) fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDPK.

    8.  Stat Membru li jkun jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

    9.  Il-paragrafu 1(c) m'għandux japplika fil-każ ta' transitu tar-rappreżentanzi tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jagħmlu negozju man-Nazzjonijiet Uniti.

    10.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5, 7 u 9 Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I, II jew III, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.

    11.  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza u trażżin fir-rigward tad-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnhom ta' individwi li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' individwu jew entità indikati kif elenkati fl-Anness I.

    Artikolu 14

    1.  L-Istati Membri għandhom ikeċċu ċittadini tar-RDPK li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, jew dawk li huma jiddeterminaw li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'konsistenza mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

    2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal skopijiet mediċi, ta' sigurtà jew umanitarji oħrajn.

    ▼M6

    Artikolu 14a

    1.  L-Istati Membri għandhom ikeċċu persunal diplomatiku, rappreżentanti tal-gvern jew ċittadini oħra tar-RDPK li jaġixxu f'kapaċità governattiva li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I, jew ta' individwu jew entitajiet li jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016), mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jew faċilitajiet oħra tan-NU biex jeżerċitaw attivitajiet relatati man-Nazzjonijiet Uniti.

    3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija tal-individwu tmur kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).

    Artikolu 14b

    1.  L-Istati Membri għandhom ikeċċu ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I, jew li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), jew 2270 (2016), mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn l-istat ta' ċittadinanza tal-individwu, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija tal-individwu tmur kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).

    3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jew lejn faċilitajiet oħra tan-NU biex jeżerċitaw attivitajiet relatati man-Nazzjonijiet Uniti.

    ▼B



    KAPITOLU VI

    IFFRIŻAR TA’ FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

    Artikolu 15

    1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

    (a) il-persuni u l-entitajiet nnominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan bħala li huma impenjati jew jipprovdu appoġġ għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, kif elenkat fl-Anness I;

    (b) il-persuni u entitajiet mhux koperti bl-Anness I, kif elenkat fl-Anness II:

    (i) li huma responsabbli għal, inkluż permezz ta appoġġ jew promozzjoni ta', programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjeta’ jew kkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti,

    (ii) li jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva, persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom,

    (iii) li huma involuti, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

    ▼M6

    (c) il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270(2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni;

    ▼M6

    (d) l-entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, li l-Istat Membru jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) għandhom jiġu ffriżati.

    ▼B

    2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni u lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

    3.  Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

    (a) meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

    (b) maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali; jew

    (c) maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi,

    wara n-notifika fejn adatt mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijietfi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

    4.  Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

    (a) meħtieġa għal spejjeż straordinarji. Fejn adatt, l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika u jikseb l-approvazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; jew

    (b) is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet imdaħħla qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1. Fejn adatt l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    5.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

    (a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) ħlas dovut taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew inqalgħu qabel l-14 ta' Ottubru 2006,

    bil-kondizzjoni li tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

    ▼M5

    6.  Fir-rigward tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC):

    (a) L-Istati Membri rilevanti jistgħu jawtorizzaw li persuni u entitajiet tal-UE jirċievu ħlasijiet mill-KNIC dment li:

    (i) il-ħlas huwa dovut:

     f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni mogħtija mill-KNIC meħtieġa għall-attivitajiet tal-persuna jew entità tal-UE fir-RDPK, jew

     f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni mogħtija mill-KNIC fir-rigward ta' danni kkawżati fit-territorju tal-Unjoni minn kwalunkwe parti għal tali kuntratt;

    (ii) il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1; u

    (iii) il-ħlas mhuwiex relatat direttament jew indirettament mal-attivitajiet projbiti f'din id-Deċiżjoni.

    (b) L-Istati Membri rilevanti jistgħu jawtorizzaw lil persuni u entitajiet tal-UE jagħmlu ħlasijiet lill-KNIC esklużivament sabiex jinkisbu servizzi tal-assigurazzjoni meħtieġa għall-attivitajiet ta' dawn il-persuni jew entitajiet fir-RDPK dment li dawn l-attivitajiet mhumiex projbiti f'din id-Deċiżjoni.

    (c) Ebda awtorizzazzjoni bħal din m'għandha tkun meħtieġa għal ħlasijiet minn jew lill-KNIC li jkunu meħtieġa għal finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK.

    (d) Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-KNIC milli tagħmel ħlas dovut skont kuntratt konkluż qabel id-deżinjazzjoni tagħha, dejjem jekk l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:

    (i) il-kuntratt mhuwa relatat ma' ebda oġġett, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġija, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizz ta' senserija jew servizz ipprojbiti msemmija f'din id-Deċiżjoni;

    (ii) il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

    Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

    ▼M6

    Artikolu 15a

    Il-punt (d) tal-Artikolu 15(1) ma għandux japplika fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra li huma meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet tal-missjonijiet tar-RDPK għan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha u organizzazzjonijiet relatati jew missjonijiet diplomatiċi u konsulari oħra tar-RDPK, u għal kwalunkwe fond, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina bil-quddiem, skont il-każ, li huma meħtieġa għall-għoti ta' għajnuna umanitarja, id-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).

    Artikolu 15b

    1.  L-uffiċċji rappreżentattivi tal-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jingħalqu.

    2.  Il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'impriżi konġunti jew kwalunkwe arranġament kummerċjali ieħor minn entitajiet elenkati fl-Anness I, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu għalihom jew f'isimhom, hija pprojbita.

    ▼B



    KAPITOLU VII

    MIŻURI RESTRITTIVI OĦRAJN

    ▼M6

    Artikolu 16

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, ta' dixxipplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta' proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż tagħlim jew taħriġ fil-fiżika avvanzata, is-simulazzjoni avvanzata bil-kompjuter u xjenzi tal-kompjuter relatati, in-navigazzjoni ġeospazjali, l-inġinerija nukleari, l-inġinerija ajruspazjali, l-inġinerija ajrunawtika u dixxiplini relatati.

    Artikolu 17

    L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi internazzjonali, jeżerċitaw viġilanza akbar fuq il-persunal diplomatiku tar-RDPK sabiex it-tali individwi jinżammu milli jikkontribwixxu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni.

    ▼B



    KAPITOLU VIII

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    ▼M6

    Artikolu 18

    Ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta' bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta' kreditu jew minn strumenti simili f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I, II jew III, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe tali persuna jew entità.

    ▼B

    Artikolu 19

    1.  Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    2.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Anness II jew III u jadotta modifiki għalihom.

    Artikolu 20

    1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

    2.  Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 13(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 15(1), huwa għandu jemenda l-Anness II jew III kif opportun.

    3.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

    4.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif adatt.

    Artikolu 21

    1.  L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I.

    2.  L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    Artikolu 22

    1.  Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, jew, jekk meħtieġ, emendata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew oġġetti jew persuni, entitajiet jew oġġetti addizzjonali li għandhom ikunu koperti mill-miżuri restrittivi, jew b'kont meħud tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.

    ▼M1

    2.  Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 13(1) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(1) għandhom jiġu rieżaminati f'intervalli regolari u ta' mill-inqas kull 12-il xahar. Huma għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta' persuni u entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.

    ▼B

    Artikolu 23

    Id-Deċiżjoni 2010/800/PESK hija b'dan imħassra.

    Artikolu 24

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




    ANNESS I

    ▼M1

    Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a)



    A.  Persuni

     

    Isem

    Psewdonimu

    Data tat-twelid

    Data tal-indikazzjoni

    Informazzjoni oħra

    1.

    Yun Ho-jin

    magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin

    13.10.1944

    16.7.2009

    Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkament tal-uranju.

    ▼M2

    2.

    Ri Je-son

    Isem bil-Korean:

    image;

    Isem biċ-Ċiniż:

    image

    magħruf ukoll bħala Ri Che Son

    Imwieled fl-1938

    16.7.2009

    Ministru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika minn April 2014. Qabel kien Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (General Bureau of Atomic Energy — GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari inkluż il-ġestjoni mill-GBAE taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Yongbyon u l-Korporazzjoni tal-Kummerċ Namchongang.

    ▼B

    3.

    Hwang Sok-hwa

     

     

    16.7.2009

    Direttur fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta’ Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari.

    4.

    Ri Hong-sop

     

    1940

    16.7.2009

    Ex direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar.

    5.

    Han Yu-ro

     

     

    16.7.2009

    Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    6.

    Paek Chang-Ho

    Pak Chang-Ho;

    Paek Ch’ang-Ho

    Passaport: 381420754;

    Data tal-Ħruġ tal-Passaport: 7 ta’ Diċembru 2011;

    Data meta jiskadi l-Passaport: 7 ta' Diċembru 2016;

    Data tat-Twelid 18 ta' Ġunju 1964;

    Post tat-Twelid Kaesong, RDPK

    22.1.2013

    Uffiċjal għoli u kap taċ-ċentru ta' kontroll tas-satelliti tal-Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali.

    ▼M1

    7.

    Chang Myong- Chin

    Jang Myong-Jin

    Data tat-twelid 19 ta' Frar 1968;

    Data tat-twelid alternattiva 1965 jew 1966

    22.1.2013

    Amministratur Ġenerali ta' Sohae Satellite Launching Station u kap taċ-ċentru ta' illanċjar minn fejn sar l-illanċjar fit-13 ta' April u fit-12 ta' Diċembru 2012.

    ▼M4

    8.

    Ra Ky'ong-Su

    Ra Kyung-Su

    Chang, Myong Ho

     

    22.1.2013

    Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon ġie indikat mill-Kumitat f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

    ▼M1

    9.

    Kim Kwang-il

     

    Data tat-twelid 1 ta' Settembru 1969;

    Passaport: PS381420397

    22.1.2013

    Kim Kwang-il huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità, hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB u Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

    ▼B

    10.

    Yo’n Cho’ng Nam

     

     

    7.3.2013

    Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

    11.

    Ko Ch’o’l-Chae

     

     

    7.3.2013

    Viċi Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi ul-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

    12.

    Mun Cho’ng-Ch’o’l

     

     

    7.3.2013

    Mun Cho’ng-Ch’o’l huwa uffiċjali ta' TCB. F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie nominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

    ▼M4

    13.

    Choe Chun-Sik

    Choe Chun Sik;

    Ch'oe Ch'un Sik

    Data tat-Twelid: 12 ta' Ottubru 1954; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Choe Chun-sik kien id-direttur tas-Second Academy of Natural Sciences (SANS) u kien il-kap tal-programm tal-missili ta' distanza twila tar-RDPK.

    14.

    Choe Song Il

     

    Passaport: 472320665

    Data ta' skadenza: 26 ta' Settembru 2017;

    Passaport: 563120356

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fil-Vjetnam.

    15.

    Hyon Kwang II

    Hyon Gwang Il

    Data tat-Twelid: 27 ta' Mejju 1961; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Hyon Kwang II huwa d-Direttur tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Xjentifiku fin-National Aerospace Development Administration.

    16.

    Jang Bom Su

    Jang Pom Su

    Data tat-Twelid: 15 ta' April 1957; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

    17.

    Jang Yong Son

     

    Data tat-Twelid: 20 ta' Frar 1957;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran.

    18.

    Jon Myong Guk

    Cho 'n Myo 'ng-kuk

    Passaport: 4721202031;

    Data meta jiskadi l-Passaport: 21 ta' Frar 2017;

    Ċittadinanza: RDPK;

    Data tat-Twelid: 18 ta' Ottubru 1976

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

    19.

    Kang Mun Kil

    Jiang Wen-ji

    Passaport:

    PS472330208;

    Data meta Jiskadi l-Passaport: 4 ta' Lulju 2017;

    Ċittadinanza: RDPK;

    2.3.2016

    Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.

    20.

    Kang Ryong

     

    Data tat-Twelid: 21 ta' Awwissu 1969;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja.

    21.

    Kim Jung Jong

    Kim Chung Chong

    Passaport: 199421147 Data meta Jiskadi l-Passaport: 29 ta' Diċembru 2014;

    Passaport: 381110042, Data meta Jiskadi l-Passaport: 25 ta' Jannar 2016;

    Passaport: 563210184, Data meta Jiskadi l-Passaport: 18 ta' Ġunju 2018;

    Data tat-Twelid: 07 ta' Novembru 1966,

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fil-Vjetnam.

    22.

    Kim Kyu

     

    Data tat-Twelid: 30 ta' Lulju 1968, Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Uffiċjal għall-Affarijiet Barranin tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID).

    23.

    Kim Tong My'ong

    Kim Chin-So'k; Kim Tong-Myong; Kim Jin-Sok; Kim, Hyok-Chol

    Data tat-Twelid: 1964; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Kim Tong My'ong huwa l-President ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) u kellu diversi pożizzjonijiet ma' Tanchon Commercial Bank minn tal-anqas mill-2002 lil hawn. Huwa kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang.

    24.

    Kim Yong Chol

     

    Data tat-Twelid: 18 ta' Frar 1962;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

    25.

    Ko Tae Hun

    Kim Myong Gi

    Passaport: 563120630;

    Data meta Jiskadi l-Passaport: 20 ta' Marzu 2018,

    Data tat-twelid: 25 ta' Mejju 1972;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank.

    26.

    Ri Man Gon

     

    Data tat-Twelid: 29 ta' Ottubru 1945;

    Numru tal-passaport: P0381230469;

    Data meta Jiskadi l-Passaport: 6 ta' April 2016;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Ri Man Gon huwa l-Ministru tal-Munitions Industry Department.

    27.

    Ryu Jin

     

    Data tat-Twelid: 07 ta' Awwissu 1965;

    Numru tal-Passaport: 563410081;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-KOMID fis-Sirja.

    28.

    Yu Chol U

     

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Yu Chol U huwa d-Direttur tan-National Aerospace Development Administration.



    B.  Entitajiet

     

    Isem

    Psewdonimu

    Lokalità

    Data tal-indikazzjoni

    Informazzjoni oħra

    1.

    Korea Mining Development Trading Corporation

    magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala RDPKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala “KOMID”

    Central District, Pyongyang, RDPK.

    24.4.2009

    Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

    2.

    Korea Ryonbong General Corporation

    magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; qabel magħrufa wkoll bħala LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION

    Pot'onggang District, Pyongyang, RDPK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

    24.4.2009

    Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

    3.

    Tanchon Commercial Bank

    qabel magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa wkoll bħala, KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK

    Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, RDPK.

    24.4.2009

    L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

    ▼M4

    4.

    Namchongang Trading Corporation

    NCG; NAMCHONGANG TRADING;NAM CHON GANG CORPORATION; NOMCHONGANG TRADING CO.; NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION; Namhung Trading Corporation

    Pyongyang, RDPK

    16.7.2009

    Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta' arrikkiment tal-uranju.

    Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni passati tar-RDPK.

    ▼B

    5.

    Hong Kong Electronics

    magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO

    Sanaee St., Kish Island, Iran.

    16.7.2009

    Proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta' dollari ta' fondi relatati mal-proliferazzjoni f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f’isem KOMID.

    6.

    Korea Hyoksin Trading Corporation

    magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION

    Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

    16.7.2009

    Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (indikata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi ta’ qerda massiva.

    7.

    General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, GBAE)

    magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)

    Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK.

    16.7.2009

    Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u r-reattur ta’ riċerka ta’ produzzjoni nukleari tiegħu ta’ 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta’ fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon.

    8.

    Korean Tangun Trading Corporation

     

    Pyongyang, RDPK.

    16.7.2009

    Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata għat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.

    9.

    Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali

    Kumitat ta' RDPK għat-Teknoloġija Spazjali; Dipartiment tat-Teknoloġija Spazjali tar-RDPK; Kumitat għat-Teknoloġija Spazjali; KCST

    Pyongyang, RDPK

    22.1.2013

    Il-Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali (KCST) orkestra l-illanċjar tar-RDPK fit-13 ta' April 2012 u fit-12 ta' Diċembru 2012 permezz taċ-ċentru għall-kontroll satellitari u ż-żona ta' llanċjar ta' Sohae.

    10.

    Bank of East Land

    Dongbang Bank; Tongbang U’Nhaeng; Tongbang Bank

    P.O. Box 32,Bini BEL,Jonseung-Dung,Distrett ta' Moranbong, Pyongyang, RDPK

    22.1.2013

    L-istituzzjoni finanzjarja ta' RDPK Bank of East Land tiffaċilita transazzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lill-manifattur u l-esportatur Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jittrasferixxi fondi b'mod sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Fl-2007 u fl-2008 Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu Green Pine u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, li jinkludu Bank Melli u Bank Sepah. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lil Bank Sepah fir-riżoluzzjoni 1747 (2007) minħabba li pprovda appoġġ lill-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Green Pine kienet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2012.

    11.

    Korea Kumryong Trading Corporation

     

     

    22.1.2013

    Użata prinċipalment bħala psewdonimu minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) biex twettaq attivitajiet ta' akkwist. Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

    12.

    Tosong Technology Trading Corporation

     

    Pyongyang, RDPK

    22.1.2013

    Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija azzjonarja ta' Tosong Technology Trading Corporation. Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

    ▼M1

    13.

    Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

    Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation; Ryonha Machinery Corporation; Ryonha Machinery; Ryonha Machine Tool; Ryonha Machine Tool Corporation; Ryonha Machinery Corp; Ryonhwa Machinery Joint Venture Corporation; Ryonhwa Machinery JV; Huichon Ryonha Machinery General Plant; Unsan; Unsan Solid Tools; u Millim Technology Company

    Tongan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Mangungdae- gu, Pyongyang, DPRK; Mangyongdae District, Pyongyang, DPRK.

    Indirizzi tal-posta elettronika: ryonha@silibank.com; sjc-117@hotmail.com; u millim@silibank.com

    Numri tat-telefon: 850-2-18111; 850-2-18111-8642; u 850 2 18111-3818642

    Numru tal-fax: 850-2-381-4410

    22.1.2013

    Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation. Korea Ryonbong General Corporation kienet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK.

    ▼M2

    14.

    Leader (Hong Kong) International

    Leader International Trading Limited; Leader (Hong Kong) International Trading Limited

    LM-873, RM B, 14/F, Wah Hen Commercial Centre, 383 Hennessy Road, Wanchai, Hong Kong, China.

    22.1.2013

    Leader International (Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija ta' Hong Kong 1177053), tiffaċilita vjeġġi f'isem il-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

    ▼B

    15.

    Green Pine Associated Corporation

    Cho’ngsong United Trading Company; Chongsong Yonhap; Ch’o’ngsong Yo’nhap; Chosun Chawo’n Kaebal T’uja Hoesa; Jindallae; Ku’mhaeryong Company LTD; Natural Resources Development and Investment Corporation; Saeingp’il Company

    c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, RDPK;

    Nungrado, Pyongyang, RDPK

    2.5.2012

    Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”) assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

    Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mir-RDPK.

    Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża.

    16.

    Amroggang Development Banking Corporation

    Amroggang Development Bank; Amnokkang Development Bank

    Tongan-dong, Pyongyang, RDPK

    2.5.2012

    Amroggang, li kienet stabbilita fl-2006, hija kumpannija relatata mal-Tanchon Commercial Bank amministrata minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Tanchon Commercial Bank ġie nominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hu l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

    17.

    Korea Heungjin Trading Company

    Hunjin Trading Co.; Korea Henjin Trading Co.; Korea Hengjin Trading Company

    Pyongyang, RDPK.

    2.5.2012

    Il-Korea Heungjin Trading Company tintuża mill- KOMID għal finijiet kummerċjali. Hu ssuspettat li hija kienet involuta fil-forniment ta'oġġetti relatati mal-missili lill-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Heungjin ġiet assoċjata mal-KOMID, u, b'mod aktar speċifiku, l-uffiċju ta' akkwisti tal-KOMID. Heungjin intużat għall-akkwist ta' kontrollatur diġitali avvanzat b'applikazzjonijiet fit-tfassil tal-missili. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armikonvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

    18.

    Second Academy of Natural Sciences

    2nd Academy of Natural Sciences; Che 2 Chayon Kwahakwon; Academy of Natural Sciences; Chayon Kwahak-Won; National Defense Academy; Kukpang Kwahak-Won; Second Academy of Natural Sciences Research Institute; Sansri

    Pyongyang, RDPK

    7.3.2013

    Is-Second Academy of Natural Sciences hija organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tar-RDPK, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Is-Second Academy of Natural Sciences tuża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tar-RDPK. Korea Tangun Trading Corporation tfasslet mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'Lulju 2009 u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, tal-armi ta' qerda massiva u ta' programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali.

    19.

    Korea Complex Equipment Import Corporation

     

    Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

    7.3.2013

    Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Complex Equipment Import Corporation. Korea Ryonbong General Corporation kienet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat ta' RDPK.

    ▼M4

    20.

    Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) Bastimenti bin-numru tal-OMI: a)  Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173 b)  Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575 c)  Chong Rim 2 8916293 d)  Dawnlight 9110236 e)  Ever Bright 88 (J Star) 8914934 f)  Gold Star 3 (benevolence) 8405402 g)  Hoe Ryong 9041552 h)  Hu Chang (O Un Chong Nyon) 8330815 i)  Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270 ►M7   j)  JH 86 8602531  ◄ k)  Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900 ►M7   l)  Jin Tal 9163154· m)  Jin Teng 9163166  ◄ n)  Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593 o)  Mi Rim 8713471 p)  Mi Rim 2 9361407 q)  O Rang (Po Thong Gang) 8829555 r)  Orion Star (Richocean) 9333589 s)  Ra Nam 2 8625545 t)  RaNam 3 9314650 u)  Ryo Myong 8987333 v)  Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912 w)  Se Pho (Rak Won 2) 8819017 x)  Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530 y)  South Hill 2 8412467 z)  South Hill 5 9138680 aa)  Tan Chon (Ryong Gang 2) 7640378 bb)  Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085 cc)  Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317 ►M7   dd)  Grand Karo 8511823  ◄ ee)  Tong Hung 1 8661575

     

    Donghung Dong, Central District. PO BOX 120. Pyongyang, DPRK;

    Dongheung-dong Changwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang.

    28.7.2014

    Ocean Maritime Management Company, Limited (Numru tal-OMI: 1790183) huwa l-operatur/ġestjonarju tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellu rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta' merkanzija moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-Riżoluzzjonijiet.

    ▼M4

    21.

    Academy of National Defense Science

     

    Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    L-Academy of National Defense Science hija involuta fl-isforzi tar-RDPK biex jiġi avvanzat l-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u l-armi nukleari tagħha.

    22.

    Chongchongang Shipping Company

    Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd.

    Indirizz: 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, RDPK; Indirizz Alternattiv: 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, RDPK; Numru tal-OMI: 5342883

    2.3.2016

    Iċ-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, iċ-Chong Chon Gang, għamlet tentattiv biex timporta direttament il-vjeġġ illeċitu ta' armi konvenzjonali fir-RDPK f'Lulju 2013.

    23.

    Daedong Credit Bank (DCB)

    DCB; Taedong Credit Bank

    Indirizz: Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, PyongchonDistrict, Pyongyang, RDPK; Indirizz Alternattiv: Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, RDPK; SWIFT: DCBK KKPY

    2.3.2016

    Daedong Credit Bank ipprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u t-Tanchon Commercial Bank. Minn tal-inqas mill-2007 lil hawn, id-DCB iffaċilita mijiet ta' transazzjonijiet finanzjarji li jiswew miljuni ta' dollari f'isem il-KOMID u t-Tanchon Commercial Bank. F'xi każijiet, id-DCB iffaċilita konxjament transazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa.

    24.

    Hesong Trading Company

     

    Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija azzjonarja ta' Hesong Trading Corporation.

    25.

    Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC)

    KKBC

    Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-KKBC tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading Corporation, subordinata tal-Korea Ryonbong General Corporation. Tanchon Commercial Bank uża lill-KKBC biex jiffaċilita trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Corporation.

    26.

    Korea Kwangsong Trading Corporation

     

    Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Kwangsong Trading Corporation.

    27.

    Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika

    MAEI

    Haeun-2-dong, Pyongchon District, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika nħoloq fl-2013 għall-għan li tiġi mmodernizzata l-industrija tal-enerġija atomika tar-RDPK biex tiżdied il-produzzjoni ta' materjali nukleari, tittejjeb il-kwalità tagħhom, u tiġi żviluppata aktar industrija nukleari indipendenti tar-RDPK. Bħala tali, il-MAEI huwa magħruf li hu attur kritiku fl-iżvilupp ta' armi nukleari tar-RDPK u jmexxi l-operazzjoni ta' kuljum tal-programm tal-armi nukleari tal-pajjiż, u taħtu hemm organizzazzjonijiet oħra relatati mal-kwistjonijiet nukleari.

    Taħt dan il-Ministeru hemm għadd ta' organizzazzjonijiet u ċentri ta' riċerka relatati mal-kwistjonijiet nukleari, kif ukoll żewġ kumitati: Kumitat għall-Applikazzjoni tal-Isotopi u Kumitat għall-Enerġija Nukleari. Il-MAEI jidderieġi wkoll ċentru ta' riċerka nukleari f'Yongbyun, is-sit tal-faċilitajiet magħrufa tal-plutonju tar-RDPK. Barra minn hekk, fir-rapport tal-Grupp ta' Esperti (POE) tal-2015, il-POE ddikjara li Ri Je-son, eks-direttur tal-GBAE li ġie indikat mill-Kumitat stabbilit skont ir-Reżoluzzjoni 1718 (2006) fl-2009 għal involviment fi programmi relatati mal-kwistjonijiet nukleari jew għal appoġġ għalihom, inħatar kap tal-MAEI fid-9 ta' April 2014.

    28.

    Munitions Industry Department

    Military Supplies Industry Department

    Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Munitions Industry Department huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong-2. L-MID jissorvelja l-programmi tal-produzzjoni tal-armi u ta' riċerka u żvilupp (R&Ż) tar-RDPK, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK.It-Tieni Kumitat Ekonomiku u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll indikati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM.

    29.

    National Aerospace Development Administration

    NADA

    RDPK

    2.3.2016

    In-NADA hija involuta fl-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija spazjali tar-RDPK inklużi l-varar ta' satelliti u carrier rokits.

    30.

    Office 39

    Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39;

    Third Floor; Division 39

    RDPK

    2.3.2016

    Entità tal-gvern RDPK.

    31.

    Reconnaissance General Bureau

    Chongch'al Ch'ongguk; KPA Unit 586; RGB

    Hyongjesan- Guyok, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Nungrado, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Ir-Reconnaissance General Bureau huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tar-RDPK, maħluqa fil-bidu tal-2009 bil-fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Ir-Reconnaissance General Bureau jinnegozja armi konvenzjonali u jikkontrolla d-ditta tal-armi konvenzjonali tar-RDPK Green Pine Associated Corporation.

    32.

    It-Tieni Kumitat Ekonomiku

     

    Kangdong, RDPK

    2.3.2016

    It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK, u jidderieġi l-attivitajiet tal-KOMID.

    ▼B




    ANNESS II

    Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 13(1)(b) u ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 15(1)(b)

    I.

    Persuni u entitajiet responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

    A.    Persuni



     

    Isem (u psewdonimi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġuni

    ▼M1 —————

    ▼B

    2.

    CHON Chi Bu

     

    Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

    3.

    CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

    Data tat-twelid: bejn l-1928 u l-1933

    Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni nazzjonali tad-Difiża.

    4.

    CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

    Data tat-twelid: 1934 (Manchuria, Ċina)

    Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

    ▼M2 —————

    ▼B

    6.

    KIM Yong-chun (magħruf ukoll bħala Young-chun

    Data tat-twelid: 4.3.1935

    Numru tal-passaport: 554410660

    Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari.

    7.

    O Kuk-Ryo

    Data tat-twelid: 1931 (provinċja ta' Jilin, Ċina)

    Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programm nukleari u dak ballistiku.

    8.

    PAEK Se-bong

    Data tat-twelid: 1946

    President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

    9.

    PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong

    Data tat-twelid: 1933

    Numru tal-passaport: 554410661

    Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-uffiċċju tal-loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

    10.

    PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip)

    Data tat-twelid: 20.9.1929

    Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.09.2005)

    President tal-Akkademja tax-Xjenzi li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM.

    11.

    RYOM Yong

     

    Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

    12.

    SO Sang-kuk

    Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

    Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

    13.

    Logutenent Ġenerali Kim Yong Chol (magħruf ukoll bħala: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul)

    Data tat-twelid: 1946

    Post: Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq

    Kim Yong Chol huwa l-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

    14.

    Pak To-Chun

    Data tat-twelid: 9 ta' Marzu 1944

    Post tat-twelid: Jagang, Rangrim

    Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u ta' lanċatur tar-rokits tar-RDPK.

    B.    Entitajiet



     

    Isem (u psewdonimi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġuni

    1.

    Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

     

    Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). jopera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

    2.

    Korea Taesong Trading Company

    Post: Pyongyang

    Entità bbażata f'Pyongyang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet ta' kummerċ (KOMID kienet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem KOMID f'operazzjonijiet mas-Sirja.

    3.

    Korean Ryengwang Trading Corporation

    Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, Korea ta' Fuq

    Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

    ▼M4 —————

    ▼B

    5.

    Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp.)

     

    Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha diversi depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

    6.

    Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

     

    Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).

    ▼M4 —————

    ▼M1 —————

    ▼B

    9.

    Korea International Chemical Joint Venture Company (alias Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation)

    Hamhung, South Hamgyong Province, RDPK;

    Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, RDPK;

    Mangyungdae-gu, Pyongyang, RDPK

    Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

    ▼M4 —————

    ▼B

    II.

    Persuni u entitajiet li jagħtu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew armi oħrajn tal-qerda tal-massiva.

    A.    Persuni



     

    Isem (u psewdonimi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġuni

    1.

    JON Il-chun

    Data tat-twelid: 24.8.1941

    Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Office 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-figuri prinċipali fis-State Development Bank.

    2.

    KIM Tong-un

     

    Ex-direttur tal-"Office 39" tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

    ▼M4 —————

    ▼M5

    4.

    KIM Il-Su

    Data tat-twelid: 2.9.1965

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Manager fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    5.

    KANG Song-Sam

    Data tat-twelid: 5.7.1972

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) f'Hamburg, jibqa' jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    6.

    CHOE Chun-Sik

    Data tat-twelid: 23.12.1963

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Nru tal-Passaport 745132109

    Validu sat-12.2.2020

    Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    7.

    SIN Kyu-Nam

    Data tat-twelid: 12.9.1972

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Nru tal-Passaport PO472132950

    Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    8.

    PAK Chun-San

    Data tat-twelid: 5.7.1972

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Nru tal-Passaport PS472220097

    Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, ikompli jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

    9.

    SO Tong Myong

    Data tat-twelid: 10.9.1956

    President tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC), li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha

    ▼B

    B.    Entitajiet



     

    Isem (u psewdonimi possibbli)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġuni

    1.

    Korea Daesong Bank (magħruf ukoll bħala: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank)

    Indirizz: Segori-dong, Gyongheung St., Potonggang District, PyongyangNumru tat-telefon: 850 2 381 8221Numru tat-telefon: 8502- 18111 Ext.Fax: 850 2 381 4576

    L-istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq hija direttament issubordinata għall-Office 39 u hija involuta fl-iffaċilitar tal-proġetti ta' finanzjament tal-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

    2.

    Korea Daesong General Trading Corporation (magħruf ukoll bħala: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation)

    Indirizz: Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, PyongyangTelefon: 850 2 18111 ext. 8204/8208Telefon: 850 2 381 8208/4188Fax: 850 2 381 4431/4432

    Kumpannija li hija ssubordinata għall-Office 39 u hija użata għall-iffaċilitar ta' transazzjonijiet barranin f'isem l-Office 39.

    Id-Direttur tal-Uffċċju 39, Kim Tong-un huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.'

    ▼M4 —————

    ▼M5 —————

    ▼M5

    6.

    Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) u l-fergħat tagħha (magħrufa wkoll bħala Korea Foreign Insurance Company)

    Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK

    Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

    Korea National UInsurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath,London SE30LW

    Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC), li hija kumpannija tal-Istat u kkontrollata minnu, qed tiġġenera dħul sostanzjali f'munita barranija li tista' tikkontribwixxi għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva.

    Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma konnessi mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema Koreani, li huwa entità deżinjata.

    ▼B

    III.

    Il-persuni u l-entitajiet li huma involuti fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva

    A    Persuni

    B    Entitajiet




    ANNESS III

    Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 15(1)




    ANNESS IV

    Lista ta' fergħat u sussidjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1)




    ANNESS V

    Lista ta' fergħat, u sussidjarji u entitajiet finanzjarji msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 7(1)



    ( 1 ) ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32.

    ( 2 ) ĠU L 338, 21.12.2011, p. 56.

    ( 3 ) ĠU L 46, 19.2.2013, p. 28.

    ( 4 ) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

    Top