Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0748-20200324

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (riformulazzjoni) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/2020-03-24

02012R0748 — MT — 24.03.2020 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2012

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 224 21.8.2012, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 7/2013 tat-8 ta’ Jannar 2013

  L 4

36

9.1.2013

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 69/2014 tas-27 ta’ Jannar 2014

  L 23

12

28.1.2014

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1039 tat-30 ta' Ġunju 2015

  L 167

1

1.7.2015

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/5 tal-5 ta' Jannar 2016

  L 3

3

6.1.2016

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/897 tat-12 ta' Marzu 2019

  L 144

1

3.6.2019

►M6

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/570 tat-28 ta’ Jannar 2020

  L 132

1

27.4.2020


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 146, 5.6.2019, p.  116 (2019/897)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 748/2012

tat-3 ta’ Awwissu 2012

li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f'konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ prodotti, partijiet u tagħmir, u jispeċifika:

(a) 

il-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip ristretti, ċertifikati tat-tip supplementari u tibdiliet għal dawk iċ-ċertifikati;

(b) 

il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness, ċertifikati tal-airworthiness ristretti, permessi għat-titjir u ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat;

(c) 

il-ħruġ ta’ approvazzjonijiet ta’ disinji ta’ tiswija;

(d) 

it-turija tal-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent;

(e) 

il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss;

(f) 

l-identifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir;

(g) 

iċ-ċertifikazzjoni ta’ ċerti partijiet u tagħmir;

(h) 

iċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni;

(i) 

il-ħruġ ta’ direttivi tal-airworthiness.

2.  Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“JAA” tfisser “Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Konġunti”;

(b) 

“JAR” tfisser “Rekwiżiti tal-Avjazzjoni Konġunti”;

(c) 

“Parti 21” tfisser ir-rekwiżiti u proċeduri li jwasslu għaċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

▼M6 —————

▼B

(e) 

“post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li fiha jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament;

(f) 

“oġġett” tfisser kwalunkwe parti u tagħmir li se jintuża fuq inġenji tal-ajru ċivili;

(g) 

“ETSO” tfisser Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew (European Technical Standard Order). L-Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew hija speċifikazzjoni dettaljata ta’ airworthiness maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-“Aġenzija”) biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament bħala standard ta’ prestazzjoni minima għal oġġetti speċifiċi;

(h) 

“EPA” tfisser Approvazzjoni Ewropea tal-Parti (European Part Approval). L-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti ta’ oġġett tfisser li l-oġġett ikun ġie prodott f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO;

(i) 

“inġenji tal-ajru tat-tip ‘ELA1’” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:

(i) 

ajruplan b’massa ta’ tluq massima ta’ 1 200 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru bil-magni kumpless;

(ii) 

glider jew glider bil-mutur b’massa ta’ tluq massima ta’ 1 200 kilogramma jew inqas;

(iii) 

ballun tal-arja bi kwantità massima ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn jew volum massimu ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400  m3 għall-blalen tal-arja sħuna, minn 1 050  m3 għall-blalen tal-arja tal-gass u minn 300 m3 għall-blalen tal-gass marbutin (“tethered”);

(iv) 

ġifen tal-ajru magħmul b’mod li fih joqogħdu mhux aktar minn erba' (4) persuni u bi kwantità massima ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn jew volum massimu ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400  m3 għall-iġfna tal-ajru li jaħdmu b’arja sħuna u ta’ mhux aktar minn 1 000  m3 għall-iġfna tal-ajru li jaħdmu bil-gass;

(j) 

“inġenji tal-ajru tat-tip ‘ELA2’” tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej b’ekwipaġġ li ġejjin:

(i) 

ajruplan b’massa ta’ tluq massima ta’ 2 000 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru bil-magni kumpless;

(ii) 

glider jew glider bil-mutur b’massa ta’ tluq massima ta’ 2 000 kilogramma jew inqas;

(iii) 

ballun tal-arja;

(iv) 

ġifen tal-ajru li jaħdem b’arja sħuna;

(v) 

ġifen tal-ajru li jaħdem bil-gass, li jkollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

— 
toqol statiku massimu ta’ 3 %;
— 
forza propulsiva mhix diriġuta (għajr fid-direzzjoni opposta),
— 
disinn konvenzjonali u sempliċi tal-istruttura, tas-sistema ta’ kontroll u tas-sistema “ballonet”,
— 
kontrolli mhux assistiti;
(vi) 

inġenju tal-ajru ħafif ħafna li jaħdem bir-rotors;

▼M5

(k) 

Data ta' Adattabbiltà Operattiva (OSD)” tfisser data, li tkun parti minn ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru, minn ċertifikat tat-tip ristrett jew minn ċertifikat tat-tip supplementari, li tikkonsisti minn dawn kollha li ġejjin:

(i) 

is-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-bdoti, inkluż id-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(ii) 

id-definizzjoni tal-ambitu tad-data li sservi ta' sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru b'appoġġ għall-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulaturi jew id-data proviżorja b'appoġġ tal-kwalifika intermedja tagħhom;

(iii) 

is-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni, inkluż id-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(iv) 

id-determinazzjoni tat-tip jew il-varjant għall-ekwipaġġ tal-kabina u d-data speċifika tat-tip għall-ewkipaġġ tal-kabina;

(v) 

il-lista definittiva ta' tagħmir minimu.

▼B

Artikolu 2

Ċertifikazzjoni ta’ prodotti, partijiet u tagħmir

1.  Il-prodotti, partijiet u tagħmir għandu jinħarġilhom ċertifikat kif speċifikat fl-Anness I (il-Parti 21).

2.  B’deroga mill-punt 1, inġenji tal-ajru, inkluż kull prodott, parti jew tagħmir installat, li ma jkunux reġistrati fi Stat Membru, għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tas-Subpartijiet H u I tal-Anness I (il-Parti 21). Dawn għandhom ikunu eżentati wkoll mid-dispożizzjonijiet tas-Subparti P tal-Anness I (il-Parti 21) minbarra meta l-marki ta’ identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru jkunu preskritti minn Stat Membru.

Artikolu 3

Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip u ċertifikati tal-airworthiness relatati

1.  Rigward prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip, jew dokument li kien jippermetti l-ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness, maħruġ qabel it-28 ta’ Settembru 2003 minn Stat Membru, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-prodott għandu jitqies li jkollu ċertifikat tat-tip maħruġ skont dan ir-Regolament meta:

▼M2

(i) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tiegħu kienet:

— 
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tal-JAA, għal prodotti li jkunu ġew iċċertifikati skont il-proċeduri tal-JAA, kif iddefinit fl-iskeda informattiva tal-JAA tagħhom, jew
— 
għal prodotti oħrajn, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kif iddefinita fl-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-Istat tad-disinn, jekk dak l-Istat tad-disinn kien:
— 
Stat Membru, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikati u l-esperjenza fis-servizz, li din il-bażi ta’ ċertifikazzjoni tat-tip ma tipprevedix livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u dan ir-Regolament, jew
— 
Stat li miegħu Stat Membru kien ikkonkluda ftehim bilaterali dwar l-ajrunavigabbiltà jew arranġament simili li taħtu dawn il-prodotti jkunu ġew iċċertifikati fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ dak l-Istat tad-disinn, sakemm l-Aġenzija ma tiddeterminax li dawn l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni jew l-esperjenza fis-servizz jew is-sistema ta’ sigurtà ta’ dak l-Istat tad-disinn ma jipprevedux livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u dan ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha tagħmel l-ewwel evalwazzjoni tal-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni inċiż bil-ħsieb li tgħaddi opinjoni lill-Kummissjoni inklużi emendi possibbli għal dan ir-Regolament;

▼B

(ii) 

ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali kienu dawk stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, applikabbli għall-prodott;

(iii) 

id-direttivi applikabbli dwar l-airworthiness kienu dawk tal-Istat tad-disinn.

(b) 

Id-disinn ta’ inġenju tal-ajru individwali, li kien fir-reġistru ta’ Stat Membru qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandu jitqies li kien approvat skont dan ir-Regolament meta:

(i) 

id-disinn tat-tip bażiku tiegħu kien parti miċ-ċertifikat tat-tip imsemmi fil-punt (a);

(ii) 

kull bdil f’dan id-disinn tat-tip bażiku, li ma kienx fir-responsabbiltà tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, kien ġie approvat; u

(iii) 

id-direttivi tal-airworthiness maħruġa jew adottati mill-Istat Membru tar-reġistru qabel it-28 ta’ Settembru 2003 kienu osservati, inkluża kwalunkwe varjazzjoni fid-direttivi tal-airworthiness tal-Istat tad-disinn aċċettati mill-Istat Membru tar-reġistru.

2.  Rigward prodotti li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni tat-tip mill-JAA jew Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk prodott ikun taħt ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 

il-punti 21.A.15(a), (b) u (c) tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandhomx japplikaw;

▼M2

(c) 

b’deroga mill-punt 21.A.17 A tal-Anness I (il-Parti 21), il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni;

(d) 

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew tal-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punti 21.A.20(a) u (d) tal-Anness I (il-Parti 21).

▼B

3.  Rigward prodotti li jkollhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ bidla li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun skont dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk ikun qed jiġi eżegwit proċess ta’ approvazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 

il-punt 21.A.93 tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandux japplika;

(c) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, mill-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-bidla;

(d) 

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punti 21.A.103(a)(2) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21).

4.  Rigward prodotti li kellhom ċertifikat tat-tip nazzjonali, jew l-ekwivalenti tiegħu, u li għalihom il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri li tkun saret minn Stat Membru jkun baqa’ ma ġiex iffinalizzat fiż-żmien meta ċ-ċertifikat tat-tip kellu jkun iddeterminat skont dan ir-Regolament, konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.433(a) tal-Anness I (il-Parti 21).

5.  Ċertifikat tal-airworthiness maħruġ minn Stat Membru li jkun jafferma l-konformità maċ-ċertifikat tat-tip determinat skont il-punt 1 għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Validità kontinwa ta’ ċertifikati tat-tip supplementari

1.  Rigward ċertifikati tat-tip supplementari maħruġa minn Stat Membru skont il-proċeduri tal-JAA jew proċeduri nazzjonali applikabbli u rigward tibdiliet fil-prodotti propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li kienu ġew approvati minn Stat Membru skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, jekk iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla, kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew il-bidla għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu skont dan ir-Regolament.

2.  Rigward ċertifikati tat-tip supplementari li għalihom kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri tal-JAA applikabbli għal ċertifikat tat-tip supplementari u rigward bdil maġġuri fil-prodotti, propost minn persuni oħrajn barra d-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott, li għalih kien għaddej proċess ta’ ċertifikazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003 skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ ċertifikazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 

il-punti 21.A.113 (a) u (b) tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandhomx japplikaw;

(c) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandha tkun dik stabbilita mill-JAA jew, fejn ikun applikabbli, l-Istat Membru fid-data tal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari jew approvazzjoni għal bidla maġġuri;

(d) 

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-JAA jew l-Istat Membru għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.115(a) tal-Anness I (il-Parti 21).

▼M2 —————

▼B

Artikolu 6

Validità kontinwa ta’ ċertifikati ta’ partijiet u tagħmir

1.  Approvazzjonijiet ta’ partijiet u tagħmir maħruġa minn Stat Membru u li kienu validi fit-28 ta’ Settembru 2003 għandhom jitqiesu li nħarġu skont dan ir-Regolament.

2.  Rigward partijiet u tagħmir li għalihom kien għaddej proċess ta’ awtorizzazzjoni minn Stat Membru fit-28 ta’ Settembru 2003, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk kien qed jiġi eżegwit proċess ta’ awtorizzazzjoni minn diversi Stati Membri, il-proġett l-aktar avvanzat għandu jintuża bħala referenza;

(b) 

il-punt 21.A.603 tal-Anness I (il-Parti 21) m’għandux japplika;

(c) 

ir-rekwiżiti għad-dejta applikabbli stabbiliti fil- punt 21.A.605 tal-Anness I (il-Parti 21) għandhom ikunu dawk stabbiliti mill-Istat Membru rilevanti fid-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni jew awtorizzazzjoni;

(d) 

konstatazzjonijiet ta’ konformità li jkunu saru skont il-proċeduri tal-Istat Membru rilevanti għandhom jitqiesu li tkun għamlithom l-Aġenzija għall-iskop ta’ konformità mal-punt 21.A.606(b) tal-Anness I (il-Parti 21).

Artikolu 7

Permess għat-titjir

Il-kundizzjonijiet determinati qabel it-28 ta’ Marzu 2007 mill-Istati Membri għall-permessi għat-titjir jew ċertifikat tal-airworthiness ieħor maħruġ għal inġenju tal-ajru li ma kellux ċertifikat tal-airworthiness jew ċertifikat tal-airworthiness ristrett maħruġ skont dan ir-Regolament, jitqiesu li jkunu ġew iddeterminati skont dan ir-Regolament, sakemm l-Aġenzija ma tkunx iddeċidiet qabel it-28 ta’ Marzu 2008 li dawn il-kundizzjonijiet ma jipprevedux livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dak meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew dan ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 7a

Dejta tal-adegwatezza operattiva

1.  Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru maħruġ qabel is-17 ta’ Frar 2014 li beħsiebu jikkunsinna inġenju tal-ajru ġdid lil operatur stabbilit fl-UE fis-17 ta’ Frar 2014 jew wara dik id-data, għandu jikseb approvazzjoni skont il-punt 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21), ħlief fir-rigward tas-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni u ħlief fir-rigward tad-dejta li sservi ta’ sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulatur(i). L-approvazzjoni għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2015 jew qabel ma l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur stabbilit fl-UE, skont liema waħda minnhom taħbat l-aħħar. Id-dejta tal-adegwatezza operattiva tista’ tkun limitata għall-mudell li jiġi kkunsenjat.

2.  L-applikant għal ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li jkun applika qabel is-17 ta’ Frar 2014 u li ma jkunx inħariġlu ċertifikat tat-tip qabel is-17 ta’ Frar 2014 għandu jikseb approvazzjoni skont il-paragrafu 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21), ħlief fir-rigward tas-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni u ħlief fir-rigward tad-dejta li sservi ta’ sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulatur(i). L-approvazzjoni għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2015 jew qabel ma l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur stabbilit fl-UE, skont liema waħda minnhom taħbat l-aħħar. Il-konstatazzjonijiet ta’ konformità li jsiru mill-awtoritajiet fil-kuntest tal-proċeduri mwettqin mill-Bord tal-Evalwazzjoni Operattiva taħt ir-responsabbiltà tal-JAA jew tal-Aġenzija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati mill-Aġenzija mingħajr aktar verifiki.

3.  Ir-rapporti tal-Bord tal-Evalwazzjoni Operattiva u l-listi tat-tagħmir minimu ta’ referenza maħruġin skont il-proċeduri tal-JAA jew mill-Aġenzija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu d-dejta tal-adegwatezza operattiva approvata skont il-punt 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21) u għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti. Qabel it-18 ta’ Ġunju 2014, id-detenturi taċ-ċertifikati tat-tip rilevanti għandhom jipproponu lill-Aġenzija t-tqassim tad-dejta tal-adegwatezza operattiva f’dejta obbligatorja u f’dejta li mhix obbligatorja.

4.  Id-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip li jinkludi fih dejta tal-adegwatezza operattiva għandhom ikunu obbligati jiksbu, qabel it-18 ta’ Diċembru 2015, approvazzjoni għal estensjoni tal-kamp tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn tagħhom jew għal proċeduri alternattivi għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif ikun applikabbli, biex jinkludu l-aspetti tal-adegwatezza operattiva.

▼B

Artikolu 8

Organizzazzjonijiet tad-disinn

1.  Organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta’ prodotti, partijiet u tagħmir, jew mit-tibdiliet jew tiswijiet ta’ dawn, għandha turi l-kapaċità tagħha f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21).

2.  B’deroga mill-punt 1, organizzazzjoni li l-post ewlieni tagħha tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, tista’ turi l-kapaċità tagħha billi jkollha ċertifikat maħruġ mill-Istat għall-prodott, parti u tagħmir li għalihom din tkun qed tapplika, sakemm:

(a) 

l-Istat ikun l-Istat tad-disinn; u

(b) 

l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess livell indipendenti ta’ verifika ta’ konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.

3.  L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-JAA u li kienu validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Organizzazzjonijiet tal-produzzjoni

1.  Organizzazzjoni responsabbli mill-manifattura ta’ prodotti, partijiet u tagħmir għandha turi l-kapaċità tagħha f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21).

2.  B’deroga mill-punt 1, manifattur li l-post ewlieni tiegħu tan-negozju ma jkunx fi Stat Membru, jista’ juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu ċertifikat maħruġ minn dak l-Istat għall-prodott, parti u tagħmir li għalihom dan ikun qed japplika, sakemm:

(a) 

l-Istat ikun l-Istat tal-manifattura; u

(b) 

l-Aġenzija tkun stabbiliet li s-sistema ta’ dak l-Istat tkun tinkludi l-istess l-livell indipendenti ta’ verifika ta’ konformità kif previst f’dan ir-Regolament, jew permezz ta’ sistema ekwivalenti ta’ approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet, jew permezz tal-involviment dirett tal-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.

3.  L-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-JAA u li kienu validi qabel it-28 ta’ Settembru 2003, għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament.

▼M5

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista' tapplika għand l-awtorità kompetenti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 ( 1 ).

▼B

Artikolu 10

Miżuri meħudin mill-Aġenzija

1.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi aċċettabbli tal-konformità (minn hawn ’il quddiem imsejħin “MAK”) li jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet, mill-organizzazzjonijiet u mill-persunal kompetenti biex tintwera l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament.

2.  Il-MAK li toħroġ l-Aġenzija la għandhom idaħħlu rekwiżiti ġodda u lanqas m’għandhom itaffu r-rekwiżiti mogħtija fl-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament.

3.  Mingħajr ħsara għall-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, meta jintużaw il-mezzi aċċettabbli tal-konformità li toħroġ l-Aġenzija, ir-rekwiżiti relatati mogħtija fl-Anness I (il-Parti 21) għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu ntlaħqu mingħajr il-bżonn li dan jintwera b’iktar affarijiet.

Artikolu 11

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

PARTI 21

Iċ-ċertifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni

▼M5

Werrej

21.1

Ġenerali

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.A.1

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant jew id-detentur ta' ċertifikat

21.A.3 A

Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti

21.A.3B

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

21.A.4

Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

SUBPARTI B —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.11

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.13

Eliġibbiltà

21.A.14

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.15

Applikazzjoni

21.A.19

Bidliet li jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

21.A.20

Dimostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

21.A.21

Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

21.A.31

Disinn tat-tip

21.A.33

Spezzjonijiet u testijiet

21.A.35

Testijiet tat-titjiriet

21.A.41

Ċertifikat tat-tip

21.A.44

Obbligi tad-detentur

21.A.47

Trasferibbiltà

21.A.51

Durata u validità kontinwa

21.A.55

Żamma tar-reġistri

21.A.57

Manwali

21.A.61

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.62

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —

TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.90 A

Kamp ta' Applikazzjoni

21 A.90B

Bidliet standard

21.A.91

Klassifikazzjoni tal-bidliet f'ċertifikat tat-tip

21.A.92

Eliġibbiltà

21.A.93

Applikazzjoni

21.A.95

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla minuri

21.A.97

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla maġġuri

21.A.101

Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.A.105

Żamma tar-reġistri

21.A.107

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.108

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

21.A.109

Obbligi u mmarkar tal-EPA

SUBPARTI E —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.A.111

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.112 A

Eliġibbiltà

21.A.112B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.113

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.115

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fil-forma ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.116

Trasferibbiltà

21.A.117

Bidliet f'dik il-parti ta' prodott koperta b'ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.118 A

Obbligi u mmarkar tal-EPA

21.A.118B

Durata u validità kontinwa

21.A.119

Manwali

21.A.120 A

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.120B

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

SUBPARTI F —

PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.122

Eliġibbiltà

21.A.124

Applikazzjoni

21.A.125 A

Ħruġ ta' ittra ta' ftehim

21.A.125B

Sejbiet

21.A.125C

Durata u validità kontinwa

21.A.126

Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

21.A.127

Testijiet: inġenju tal-ajru

21.A.128

Testijiet: magni u skrejjen

21.A.129

Obbligi tal-manifattur

21.A.130

Dikjarazzjoni tal-konformità

SUBPARTI G —

APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.133

Eliġibbiltà

21.A.134

Applikazzjoni

21.A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.A.139

Sistema tal-Kwalità

21.A.143

Espożizzjoni

21.A.145

Rekwiżiti għall-approvazzjoni

21.A.147

Bidliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata

21.A.148

Bidliet fil-post

21.A.149

Trasferibbiltà

21.A.151

Termini tal-approvazzjoni

21.A.153

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.157

Investigazzjonijiet

21.A.158

Sejbiet

21.A.159

Durata u validità kontinwa

21.A.163

Privileġġi

21.A.165

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.A.171

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.172

Eliġibbiltà

21.A.173

Klassifikazzjoni

21.A.174

Applikazzjoni

21.A.175

Lingwa

21.A.177

Emenda jew modifika

21.A.179

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.180

Spezzjonijiet

21.A.181

Durata u validità kontinwa

21.A.182

Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.A.201

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.203

Eliġibbiltà

21.A.204

Applikazzjoni

21.A.207

Emenda jew modifika

21.A.209

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.210

Spezzjonijiet

21.A.211

Durata u validità kontinwa

SUBPARTI J —

APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.A.231

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.233

Eliġibbiltà

21.A.234

Applikazzjoni

21.A.235

Ħruġ tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn

21.A.239

Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21.A.243

Data

21.A.245

Rekwiżiti għall-approvazzjoni

21.A.247

Bidliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21.A.249

Trasferibbiltà

21.A.251

Termini tal-approvazzjoni

21.A.253

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.257

Investigazzjonijiet

21.A.258

Sejbiet

21.A.259

Durata u validità kontinwa

21.A.263

Privileġġi

21.A.265

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI K —

PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

21.A.305

Approvazzjoni ta' partijiet u tagħmir

21.A.307

Rilaxx ta' partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —

TISWIJIET

21.A.431 A

Kamp ta' Applikazzjoni

21 A.431B

Tiswijiet standard

21.A.432 A

Eliġibbiltà

21.A.432B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.432C

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

21.A.433

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

21.A.435

Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

21.A.439

Produzzjoni ta' partijiet tat-tiswija

21.A.441

Inkorporazzjoni tat-tiswija

21.A.443

Limitazzjonijiet

21.A.445

Ħsara mhux imsewwija

21.A.447

Żamma tar-reġistri

21.A.449

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.451

Obbligi u mmarkar tal-EPA

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —

AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA' STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.602 A

Eliġibbiltà

21.A.602B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.603

Applikazzjoni

21.A.604

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta' Potenza Awżiljari (APU)

21.A.605

Rekwiżiti tad-data

21.A.606

Rekwiżiti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.607

Privileġġi ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.608

Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP)

21.A.609

Obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

21.A.610

Approvazzjoni għal devjazzjoni

21.A.611

Bidliet fid-disinn

21.A.613

Żamma tar-reġistri

21.A.615

Spezzjoni mill-Aġenzija

21.A.619

Durata u validità kontinwa

21.A.621

Trasferibbiltà

SUBPARTI P —

PERMESS TAT-TITJIR

21.A.701

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.703

Eliġibbiltà

21.A.705

Awtorità kompetenti

21.A.707

Applikazzjoni għal permess tat-titjir

21.A.708

Kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.709

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.710

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.711

Ħruġ ta' permess tat-titjir

21.A.713

Bidliet

21.A.715

Lingwa

21.A.719

Trasferibbiltà

21.A.721

Spezzjonijiet

21.A.723

Durata u validità kontinwa

21.A.725

Tiġdid ta' permess tat-titjir

21.A.727

Obbligi tad-detentur ta' permess tat-titjir

21.A.729

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI Q —

IDENTIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801

Identifikazzjoni ta' prodotti

21.A.803

Immaniġġjar tad-data tal-identifikazzjoni

21.A.804

Identifikazzjoni ta' partijiet u tagħmir

21.A.805

Identifikazzjoni ta' partijiet kritiċi

21.A.807

Identifikazzjoni ta' oġġetti tal-ETSO

TAQSIMA B —

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A —

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.B.5

Kamp ta' Applikazzjoni

21.B.20

Obbligi tal-awtorità kompetenti

21.B.25

Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti

21.B.30

Proċeduri dokumentati

21.B.35

Bidliet fl-organizzazzjoni u l-proċeduri

21.B.40

Riżoluzzjoni tat-tilwim

21.B.45

Rappurtar/koordinazzjoni

21.B.55

Żamma tar-reġistri

21.B.60

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

SUBPARTI B —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.70

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

21.B.75

Kundizzjonijiet speċjali

21.B.80

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.82

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.85

Definizzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.100

Livell ta' involviment

21.B.103

Ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —

TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.105

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.B.107

Ħruġ ta' approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip

SUBPARTI E —

ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.B.109

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.B.111

Ħrug ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

SUBPARTI F —

PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.120

Investigazzjoni

21.B.125

Sejbiet

21.B.130

Ħruġ ta' ittra ta' ftehim

21.B.135

Żamma tal-ittra ta' ftehim

21.B.140

Emenda fl-ittra ta' ftehim

21.B.145

Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta' ittra ta' ftehim

21.B.150

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI G —

APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.220

Investigazzjoni

21.B.225

Sejbiet

21.B.230

Ħruġ ta' ċertifikat

21.B.235

Sorveljanza kontinwa

21.B.240

Emenda ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.B.245

Sospensjoni u revoka ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.B.260

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI H —

ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.B.320

Investigazzjoni

21.B.325

Ħruġ ta' ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà

21.B.326

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21.B.327

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

21.B.330

Sospensjoni u revoka ta' ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ta' ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti

21.B.345

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI I —

ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.B.420

Investigazzjoni

21.B.425

Ħruġ ta' ċertifikati tal-istorbju

21.B.430

Sospensjoni u revoka ta' ċertifikat tal-istorbju

21.B.445

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI J —

APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

SUBPARTI K —

PARTIJIET U TAGĦMIR

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —

TISWIJIET

21.B.450

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri

21.B.453

Ħruġ ta' approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —

AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA' STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.B.480

Ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

SUBPARTI P —

PERMESS TAT-TITJIR

21.B.520

Investigazzjoni

21.B.525

Ħruġ ta' permessi tat-titjir

21.B.530

Revoka ta' permessi tat-titjir

21.B.545

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI Q —

IDENTIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Appendiċijiet

Appendiċi I —

Il-Formola 1 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat;

▼M6

Appendiċi II —

Il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà;

▼M5

Appendiċi III —

Il-Formola 20a tal-EASA — Il-Permess tat-Titjir;

Appendiċi IV —

Il-Formola 20b tal-EASA — Permess tat-titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati);

Appendiċi V —

Il-Formola 24 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett;

Appendiċi VI —

Il-Formola 25 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà;

Appendiċi VII —

Il-Formola 45 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Istorbju;

Appendiċi VIII —

Il-Formola 52 tal-EASA — Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenju tal-Ajru;

Appendiċi IX —

Il-Formola 53 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz;

Appendiċi X —

Il-Formola 55 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Organizzazzjoni tal-Produzzjoni;

Appendiċi XI —

Il-Formola 65 tal-EASA — L-Ittra ta' Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni;

Appendiċi XII —

Il-Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifika 85 tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjira bi prova.

▼B

21.1    Ġenerali

Għall-għan ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), “l-awtorità kompetenti” għandha tkun:

(a) 

għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat Membru, l-awtorità maħtura minn dak l-Istat Membru; jew l-Aġenzija jekk ikun mitlub hekk minn dak l-Istat Membru; jew

(b) 

għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post ewlieni tan-negozju tagħhom fi Stat li mhux membru, l-Aġenzija.

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.A.1    Kamp ta’ applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, u ta’ detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat maħruġ jew li se jinħareġ f’konformità ma’ din it-Taqsima.

21.A.2    Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat

L-azzjonijiet u l-obbligi meħtieġa li jittieħdu kif suppost mid-detentur ta’, jew mill-applikant għal, ċertifikat għal xi prodott, parti jew tagħmir taħt din it-Taqsima, jistgħu jittieħdu f’ismu minn kwalunkwe persuna oħra, fiżika jew ġuridika, sakemm id-detentur ta’, jew l-applikant għal, dak iċ-ċertifikat ikun jista’ juri li dan ikun għamel ftehim mal-persuna l-oħra biex ikun żgurat li l-obbligi tad-detentur ikunu jew ikunu se jiġu eżegwiti kif suppost.

21.A.3A    Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti

(a) Sistema ta’ Ġbir, Investigazzjoni u Analiżi tad-Dejta

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ awtorizzazzjoni ta’ Ordni ta’ Standard Tekniku Ewropew (ETSO), ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu jkollu sistema biex jiġbor, jinvestiga u janalizza rapporti ta’ u informazzjoni marbuta ma’ ħsarat, funzjonament ħażin, difetti jew okkorrenzi oħra li jikkawżaw, jew jistgħu jikkawżaw, effetti kuntrarji fuq l-airworthiness kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament. L-informazzjoni fuq din is-sistema għandha tkun disponibbli lill-operaturi magħrufa kollha tal-prodott, parti jew tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna awtorizzata taħt Regolamenti ta’ implimentazzjoni assoċjati oħra.

(b) Rappurtar lill-Aġenzija

1. 

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ta’ ċertifikat tat-tip ristrett, ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO, ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kwalunkwe ħsara, funzjonament ħażin, difett jew okkorrenza oħra li huwa jkun jaf biha li għandha x’taqsam mal-prodott, il-parti jew it-tagħmir kopert miċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat tat-ristrett, iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri jew kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, u li jkun irriżulta, jew jista’ jirriżulta, f’kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza.

2. 

Dawn ir-rapporti għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija, malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ dawn għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-identifikazzjoni tal-kundizzjoni tan-nuqqas ta’ sikurezza, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi straordinarji li ma jkunux jippermettu dan.

(c) Investigazzjoni ta’ Okkorrenzi Rappurtati

1. 

Meta okkorrenza rappurtata taħt il-punt (b), jew taħt il-punti 21.A.129(f)(2) jew 21.A.165(f)(2) tkun ġejja minn defiċjenza fid-disinn, jew minn defiċjenza fil-manifattura, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, jew inkella l-manifattur kif xieraq, għandu jinvestiga r-raġuni għad-defiċjenza u jirrapporta lill-Aġenzija r-riżultati tal-investigazzjoni tiegħu u dwar kwalunkwe azzjoni li dan ikun qed jieħu, jew li qed jipproponi li jieħu, biex isewwi dik id-defiċjenza.

2. 

Jekk l-Aġenzija ssib li azzjoni tkun meħtieġa biex tissewwa d-defiċjenza, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, jew inkella l-manifattur, għandu jissottometti d-dejta rilevanti lill-Aġenzija.

21.A.3B    Direttivi tal-airworthiness

(a) Direttiva tal-airworthiness tfisser dokument maħruġ jew adottat mill-Aġenzija li jimponi azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq inġenju tal-ajru biex dawn jerġgħu lura għal livell aċċettabbli ta’ sikurezza, meta l-evidenza turi li l-livell ta’ sikurezza ta’ dan l-inġenju tal-ajru altrimenti tista’ tkun kompromessa.

(b) L-Aġenzija għandha toħroġ direttiva tal-airworthiness meta:

1. 

ikun ġie stabbilita mill-Aġenzija li teżisti kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’inġenju tal-ajru, u dan b’riżultat ta’ defiċjenza fl-inġenju tal-ajru, jew f’magna, fi skrun, f’parti jew f’tagħmir installat fuq dan l-inġenju tal-ajru; u

2. 

dik il-kundizzjoni x’aktarx li tkun teżisti jew tiżviluppa f’inġenji tal-ajru oħra.

(c) Meta direttiva tal-airworthiness ikollha tinħareġ mill-Aġenzija biex tissewwa l-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza msemmija fil-punt (b), jew biex jintalab it-twettiq ta’ spezzjoni, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, tal-approvazzjoni tad-disinn ta’ tiswija maġġuri, tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta’ kwalunkwe approvazzjoni rilevanti oħra meqjusa li tkun inħarġet taħt dan ir-Regolament, għandu:

1. 

jipproponi l-azzjoni xierqa ta’ korrezzjoni jew spezzjonijiet meħtieġa, jew it-tnejn, u jissottometti d-dettalji ta’ dawn il-proposti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni;

2. 

wara li tkun ingħatat l-approvazzjoni mill-Aġenzija tal-proposti msemmija taħt il-punt (1), jagħmel disponibbli lill-operaturi jew lis-sidien magħrufa kollha tal-prodott, parti jew tagħmir u, jekk ikun hemm talba, lil kwalunkwe persuna meħtieġa li tikkonforma mad-direttiva tal-airworthiness, id-dejta deskrittiva xierqa kif ukoll l-istruzzjonijiet tal-eżekuzzjoni.

(d) Direttiva tal-airworthiness għandu jkollha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. 

identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

2. 

identifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru affettwat;

3. 

l-azzjoni(jiet) meħtieġa;

4. 

iż-żmien ta’ konformità għall-azzjoni(jiet) meħtieġa;

5. 

id-data tad-dħul fis-seħħ.

▼M2

21.A.4    Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni ta’ tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip jew approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija, għandu jikkollabora mal-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ikun meħtieġ biex ikunu żgurati:

(a) 

il-koordinazzjoni sodisfaċenti tad-disinn u l-produzzjoni meħtieġa mill-punti 21 A.122, 21 A.130(b)(3) and (4), 21 A.133 and 21 A.165(c)(2) u (3), kif xieraq; u

(b) 

l-appoġġ xieraq tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott, parti jew tagħmir.

▼B

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.11    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tat-tip għall-prodotti u ċertifikati tat-tip ristretti għall-inġenji tal-ajru, kif ukoll tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, dawk iċ-ċertifikati.

21.A.13    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha f’konformità mal-punt 21.A.14, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrettp taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

21.A.14    Turija tal-kapaċità

▼M5

(a) Applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, mogħtija mill-Aġenzija b'konformità mas-Subparti J.

▼B

(b) B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi, ir-riżorsi u s-sekwenza ta’ attivitajiet ta’ disinn speċifiku, meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21), meta l-prodott ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

1. 

inġenju tal-ajru tat-tip “ELA2”;

2. 

magna jew skrun installat f’inġenju tal-ajru tat-tip ELA2;

3. 

magna bil-pistin;

4. 

skrun b’angolu tal-qala’ (pitch) fiss jew aġġustabbli.

▼M5

(c) B'deroga mill-punt (a), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.15(b), meta l-prodott li jrid jiġi ċċertifikat ikun:

1. 

inġenju tal-ajru tat-tip ELA1; jew

2. 

magna jew skrun installati f'inġenju tal-ajru tat-tip ELA1.

▼B

21.A.15    Applikazzjoni

(a) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha ssir f’forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija.

▼M5

(b) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tinkludi, bħala minimu, id-data deskrittiva preliminari tal-prodott, l-użu maħsub tal-prodott u t-tip ta' operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, din għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.20, li jkun jikkonsisti minn:

1. 

deskrizzjoni dettaljata tad-disinn tat-tip, inkluż il-konfigurazzjonijiet kollha li għandhom jiġu ċċertifikati;

2. 

il-karatteristiċi operattivi u l-limitazzjonijiet proposti;

3. 

l-użu maħsub tal-prodott u t-tip ta' operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4. 

proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, imħejjija skont ir-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85;

5. 

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta' konformità u d-dokumenti ta' konformità relatati;

6. 

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew fuq il-protezzjoni ambjentali. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fis-sottopunti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

7. 

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.

(c) Wara s-sottomissjoni inizjali tiegħu lill-Aġenzija, il-programm taċ-ċertifikazzjoni għandu jiġi aġġornat mill-applikant meta jkun hemm bidliet fil-proġett taċ-ċertifikazzjoni li jaffettwaw xi wieħed mill-punti 1 sa 7 tal-punt (b).

(d) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru għandha tinkludi suppliment ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali.

▼M5

(e) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip ta' ajruplan kbir jew ta' inġenju tal-ajru kbir bir-rotors għandha tkun valida għal ħames snin, u applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett oħra għandha tkun valida għal tliet snin sakemm, waqt l-applikazzjoni, l-applikant ma jurix li l-prodott tiegħu jeħtieġ perjodu itwal taż-żmien biex ikun jista' juri u jiddikjara l-konformità u l-Aġenzija taqbel mal-perjodu itwal taż-żmien.

(f) Jekk ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett, jew jekk ikun evidenti li mhux se jinħareġ, tul il-perjodu taż-żmien stabbilit skont il-punt (e), l-applikant jista':

1. 

jissottometti applikazzjoni ġdida u jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85 għad-data tal-applikazzjoni l-ġdida; jew

2. 

japplika għal estensjoni tal-perjodu taż-żmien previst fil-punt (e) u jipproponi data ġdida għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett. F'dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85 għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, għal applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir jew għal inġenju tal-ajru kbir bir-rotors, dik id-data ma għandhiex tkun aktar minn ħames snin qabel id-data ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett, u ma għandhiex tkun aktar minn tliet snin qabel għal applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett oħra.

▼M5 —————

▼B

21.A.19    Tibdiliet li jkunu jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi tibdiliet fil-prodott għandha tapplika għal ċertifikat tat-tip ġdid jekk l-Aġenzija ssib li t-tibdiliet fid-disinn, il-qawwa, il-forza propulsiva jew il-massa jkunu tant estensivi li tkun meħtieġa investigazzjoni sostanzjalment kompleta tal-konformità mal-bażi ta’ ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli.

▼M5

21.A.20    Demostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

(a) 

Wara l-aċċettazzjoni tal-programm taċ-ċertifikazzjoni mill-Aġenzija, l-applikant għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat lill-applikant mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82, 21.B.85, u għandu jipprovdi l-mezzi lill-Aġenzija li permezz tagħhom tkun intweriet din il-konformità.

(b) 

L-applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kull diffikultà jew avveniment li ltaqa' miegħu matul il-proċess ta' dimostrazzjoni tal-konformità li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 21.A.15(b)(6) jew fuq il-programm taċ-ċertifikazzjoni, jew li altrimenti jaf ikun jeħtieġ bidla fil-livell ta' involviment tal-Aġenzija li qabel kien ġie notifikat bih l-applikant skont il-punt 21.B.100(c).

(c) 

L-applikant għandu jirreġistra l-ġustifikazzjonijiet ta' konformità fid-dokumenti ta' konformità, kif imsemmi fil-programm taċ-ċertifikazzjoni.

(d) 

Wara t-tlestija tad-dimostrazzjonijiet ta' konformità kollha skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni, inkluż kwalunkwe spezzjonijiet u testijiet b'konformità mal-punt 21.A.33, u wara t-testijiet tat-titjir kollha b'konformità mal-punt 21.A.35, l-applikant għandu jiddikjara li:

1. 

ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija, wara l-programm taċ-ċertifikazzjoni kif aċċettat mill-Aġenzija; kif ukoll

2. 

ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(e) 

L-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (d). Meta l-applikant ikollu approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tad-disinn, id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha ssir b'konformità mas-Subparti J u tiġi ppreżentata lill-Aġenzija.

21.A.21    Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

(a) 

Biex jinħariġlu ċertifikat tat-tip ta' prodott jew, meta l-inġenju tal-ajru ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139, għal ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru, l-applikant għandu:

1. 

juri l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.14;

2. 

jikkonforma mal-punt 21.A.20;

3. 

juri li l-magna u l-iskrun, jekk dawn ikunu installati fuq l-inġenju tal-ajru:

(A) 

għandhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit b'konformità ma' dan ir-Regolament; jew

(B) 

ikun intwera li huma konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita tal-inġenji tal-ajru u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati u notifikati mill-Aġenzija skont kif meħtieġ biex ikunu żgurati titjiriet mingħajr periklu bl-inġenju tal-ajru.

(b) 

B'deroga mill-punt (a)(2), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant ikun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

▼M5 —————

▼B

21.A.31    Disinn tat-tip

(a) Id-disinn tat-tip għandu jkun magħmul minn:

1. 

it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, u l-lista ta’ dawk it-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet, li huma meħtieġa biex ikunu ddefiniti l-konfigurazzjoni u l-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott li jkun juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali;

2. 

informazzjoni fuq materjali u proċessi u fuq metodi ta’ manifattura u twaħħil tal-prodott meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità tal-prodott;

▼M2

3. 

taqsima approvata tal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà tal-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli; u

▼M5

4. 

kull data oħra li b'paragun tkun tippermetti d-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u, jekk rilevanti, il-karatteristiċi ambjentali ta' prodotti tal-istess tip li jsiru aktar 'il quddiem.

▼B

(b) Kull disinn tat-tip għandu jiġi identifikat b’mod adegwat.

▼M5

21.A.33    Spezzjonijiet u testijiet

(a) 

(Riżervat)

(b) 

Qabel ma jsir kull test waqt id-dimostrazzjoni tal-konformità kif meħtieġ skont il-punt 21.A.20, l-applikant għandu jkun ivverifika:

1. 

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(i) 

il-materjali u l-proċessi jikkonformaw b'mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tat-tip propost;

(ii) 

il-partijiet tal-prodott jikkonformaw b'mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost; kif ukoll

(iii) 

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil jikkonformaw b'mod adegwat ma' dawk speċifikati fid-disinn tat-tip propost; kif ukoll

2. 

fil-każ tat-test u t-tagħmir tal-kejl li jridu jintużaw għat-test, li dawn ikunu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(c) 

Abbażi tal-verifiki mwettqa skont il-punt (b), l-applikant għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità li telenka kull nuqqas ta' konformità potenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni li dan ma jaffettwax ir-riżultati tat-test, u għandu jippermetti lill-Aġenzija biex tagħmel spezzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa ħalli tivverifika l-validità ta' dik id-dikjarazzjoni.

(d) 

L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija biex:

1. 

tanalizza kull data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

2. 

tixhed jew twettaq kwalunkwe test jew spezzjoni li jsiru bil-fini li tintwera l-konformità.

(e) 

Fil-każ tat-testijiet u l-ispezzjonijiet kollha li tkun rat jew wettqet l-Aġenzija b'konformità mal-punt (d)(2):

1. 

l-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (c); kif ukoll

2. 

l-ebda bidla li taffettwa l-validità tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma għandha ssir fil-mudell tat-test, jew fit-test u fl-apparat li jkejjel, fiż-żmien minn meta ssir id-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (c) sa meta l-kampjun tat-test jiġi ppreżentat lill-Aġenzija għat-test.

▼B

21.A.35    Testijiet tat-titjiriet

(a) L-ittestjar tat-tijiriet għall-għan li jinkiseb ċertifikat tat-tip għandu jsir f’konformità mal-kundizzjonijiet għal dan it-tip ta’ ttestjar speċifikat mill-Aġenzija.

(b) L-applikant għandu jagħmel it-testijiet tat-titjiriet kollha li l-Aġenzija tkun tikkonsidra bħala meħtieġa:

1. 

biex tkun stabbilita l-konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

2. 

biex ikun stabbilit jekk hemmx garanzija biżżejjed li l-inġenji tal-ajru, il-partijiet u t-tagħmir tagħhom ikunu ta’ min jorbot fuqhom u li jkunu jaħdmu kif suppost biex inġenji tal-ajru jiġu ċċertifikati taħt dan l-Anness I (il-Parti 21), għajr għal

(i) 

gliders u gliders bil-magna;

(ii) 

blalen tal-arja u iġfna tal-ajru ddefiniti bħala tat-tip “ELA1” jew “ELA2”, u

(iii) 

ajruplani li għandhom Massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 722  kg jew inqas.

(c) (Riżervat)

(d) (Riżervat)

(e) (Riżervat)

(f) It-testijiet tat-titjira preskritti fil-punt (b)(2) għandhom jinkludu:

1. 

għal inġenji tal-ajru li jkun fihom magni b’turbina ta’ tip li ma jkunx intuża qabel f’inġenju tal-ajru li għandu ċertifikat tat-tip, tal-anqas 300 siegħa ta’ tħaddim bil-kompliment kollu ta’ magni li jkunu jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip; u

2. 

għal kull inġenju tal-ajru ieħor, tal-anqas 150 siegħa ta’ tħaddim.

▼M5

21.A.41    Ċertifikat tat-tip

Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet operatorji, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-ajrunavigabbiltà u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kull kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, id-data tal-adegwatezza operattiva, kif ukoll l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-istorbju. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u taċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu r-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tas-CO2, u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna għandha tinkludi r-rekord ta' konformità tal-emissjonijiet tal-egżost.

▼B

21.A.44    Obbligi tad-detentur

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett għandu:

▼M2

(a) 

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.55, 21.A.57, 21.A.61 u 21.A.62; u, għal dan il-għan, għandu jkompli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalifika għall-eliġibbiltà taħt il-punt 21.A.14; u

▼B

(b) 

jispeċifika l-immarkar f’konformità mas-Subparti Q.

21.A.47    Trasferibbiltà

It-trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jista’ jsir biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tista’ tassumi l-obbligi taħt il-punt 21.A.44, u li, għal dan il-għan, tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji tal-punt 21.A.14.

21.A.51    Perjodu u validità kontinwa

(a) Ċertifikat tat-tip u ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinħarġu għal perjodu illimitat. Dawn jibqgħu validi jekk:

1. 

id-detentur taċ-ċertifikat jibqa’ konformi ma’ dan l-Anness 1 (il-Parti 21); u

2. 

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jingħata lura lill-Aġenzija.

▼M2

21.A.55    Żamma tar-rekords

L-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott ittestjat, għandhom jinżammu mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-ajrunavigabbilità kontinwa, il-validità kontinwa tad-dejta tal-adegwatezza operattiva u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott.

21.A.57    Manwali

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-dejta tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott, u għandu jipprovdi kopji tagħhom, jekk jintalab, lill-Aġenzija.

▼B

21.A.61    Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa

(a) Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed ta’ struzzjonijiet kompleti għall-airworthiness kontinwa, inklużi dejta deskrittiva u struzzjonijiet ta’ eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar jew meta dawn jiġu konsenjati jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru konċernat, liema minn dawn it-tnejn jiġi l-aħħar, u sussegwentement jagħmel dawk l-istruzzjonijiet disponibbli lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibbiltà ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mill-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, li jikkonċernaw l-ispezzjoni jew inkella forom oħra ta’ manutenzjoni maġġuri, tista’ tiġi ttardjata sakemm il-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda t-tagħrif għandu jkun disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ titjiriet.

(b) Barra minn hekk, tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-prodott u għandhom ikunu disponibbli għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa.

▼M2

21.A.62    Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu:

(a) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru magħrufa kollha stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed komplut tad-dejta tal-adegwatezza operattiva mħejji skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-dejta tal-adegwatezza operattiva tkun trid tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; kif ukoll

(b) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru magħrufa kollha stabbiliti fl-UE kwalunkwe tibdil fid-dejta tal-adegwatezza operattiva; kif ukoll

(c) 

fuq talba, iqiegħed id-dejta rilevanti msemmija fil-punti (a) u (b) t’hawn fuq għad-dispożizzjoni:

1. 

tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva; kif ukoll

2. 

ta’ kwalunkwe persuna li hija meħtieġa tikkonforma ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva.

▼B

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

▼M2

21.A.90A    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet fiċ-ċertifikati tat-tip, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk l-approvazzjonijiet. Din is-Subparti tiddefinixxi wkoll it-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti. F’din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

▼B

21A.90B    Tibdil standard

▼M2

(a) It-tibdil standard huwa tibdil f’disinn tat-tip:

1. 

marbut ma’:

(i) 

ajruplani b’massa ta’ tluq massima ta’ 5 700 kilogramm jew inqas;

(ii) 

inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors b’massa ta’ tluq massima ta’ 3 175 kilogramma jew inqas;

(iii) 

gliders, gliders bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif iddefiniti għat-tip “ELA1” jew “ELA2”;

2. 

li jsegwi dejta tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettaq u jiġi identifikat it-tibdil standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-ajrunavigabbiltà kontinwa; u

3. 

li ma jkunx f’kunflitt mad-dejta tad-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip.

▼B

(b) Il-punti 21A.91 sa 21A.109 ma japplikawx għat-tibdil standard.

▼M5

21.A.91    Klassifikazzjoni tal-bidliet f'ċertifikat tat-tip

Bidliet f'ċertifikat tat-tip jiġu kklassifikati bħala minuri u maġġuri. “Bidla minuri” ma għandha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi operattivi, id-data tal-adegwatezza operattiva, jew fuq karatteristiċi oħra li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-prodott jew il-karatteristiċi ambjentali tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, il-bidliet l-oħra kollha huma “bidliet maġġuri” skont din is-Subparti. Il-bidliet maġġuri u minuri għandhom jiġu approvati b'konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom jiġu identifikati b'mod adegwat.

▼M2

21.A.92    Eliġibbiltà

(a) 

Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip biss jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip taħt din is-Subparti; l-applikanti l-oħra kollha għal tibdila maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom japplikaw taħt is-Subparti E.

(b) 

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila minuri fiċ-ċertifikat tat-tip taħt din is-Subparti.

▼M5

21.A.93    Applikazzjoni

(a) 

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' bidla fiċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir b'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) 

Applikazzjoni għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni għad-dimostrazzjoni tal-konformità skont l-punt 21.A.20, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, dan jikkonsisti minn:

1. 

deskrizzjoni tal-bidla li tidentifika:

(i) 

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-prodott fiċ-ċertifikat tat-tip li fuqha/fuqhom trid issir il-bidla;

(ii) 

l-oqsma kollha tal-prodott fiċ-ċertifikat tat-tip, inkluż il-manwali approvati, li jinbidlu jew jiġu affettwati mill-bidla; kif ukoll

(iii) 

meta l-bidla taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, kull bidla meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva;

2. 

identifikazzjoni tar-riinvestigazzjonijiet meħtieġa biex juru l-konformità tal-bidla u tal-oqsma affettwati mill-bidla mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

fil-każ ta' bidla maġġuri f'ċertifikat tat-tip:

(i) 

proposta għal bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, ippreparati skont ir-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.101;

(ii) 

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta' konformità u d-dokumenti ta' konformità relatati;

(iii) 

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew fuq il-protezzjoni ambjentali. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

(iv) 

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.

(c) 

Applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip ta' ajruplan kbir jew ta' inġenju tal-ajru kbir bir-rotors għandha tkun valida għal ħames snin, u applikazzjoni għal bidla f'xi tip ieħor ta' ċertifikat tat-tip għandha tkun valida għal tliet snin. Jekk il-bidla ma tkunx ġiet approvata, jew ikun ċar li din mhix se tiġi approvata fil-limitu ta' żmien stabbilit f'dan il-punt, l-applikant jista':

1. 

jissottometti applikazzjoni ġdida għal bidla taċ-ċertifikat tat-tip u jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101 u kif notifikat skont il-punt 21.B.105 għad-data tal-applikazzjoni l-ġdida; jew

▼M6

2. 

applika għal estensjoni tal-perjodu ta’ żmien previst fl-ewwel sentenza tal-punt (c) għall-applikazzjoni oriġinali u pproponi data ġdida għall-ħruġ tal-approvazzjoni. F’dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbiliti mill-Aġenzija f’konformità mal-punt 21.A.101 u kif innotifikati f’konformità mal-punt 21.B.105, għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, id-data ma għandhiex tippreċedi d-data l-ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ tal-approvazzjoni b’iktar minn ħames snin għal applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir jew għal inġenju tal-ajru kbir bir-rotors, u b’iktar minn tliet snin għal applikazzjoni għal kwalunkwe bidla oħra fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip ristrett.

▼M5

21.A.95    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla minuri

(a) 

Bidliet minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati u approvati minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (2) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Bidla minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tiġi approvata biss:

1. 

meta jkun intwera li din il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip;

2. 

fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, meta jkun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip;

3. 

meta l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli skont il-punt (1) tkun ġiet dikjarata u l-ġustifikazzjonijiet ta' konformità jkunu ġew irreġistrati fid-dokumenti tal-konformità; kif ukoll

4. 

meta ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun intalbet iċ-ċertifikazzjoni;

(c) 

B'deroga mill-punt (1) fil-punt (b), l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara dawk inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip jistgħu jintużaw għall-approvazzjoni ta' bidliet minuri, diment li dawn ma jkunux jaffettwaw id-dimostrazzjoni tal-konformità.

(d) 

B'deroga mill-punt (a), u fuq talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla minuri f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tista' tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

(e) 

L-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-data sostanzjanti għall-bidla, u dikjarazzjoni li tkun intweriet il-konformità skont il-punt (b).

(f) 

Approvazzjoni ta' bidla minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla.

21.A.97    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla maġġuri

(a) 

Bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati u approvati minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (8) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tiġi approvata biss:

1. 

meta jkun intwera li din il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

2. 

fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, meta jkun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jissodisfaw il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101; kif ukoll

3. 

meta tkun intweriet konformità mal-punti (1) u (2) skont il-punt 21.A.20, kif applikabbli għall-bidla.

(c) 

B'deroga mill-punti (2) u (3) tal-punt (b), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla maġġuri f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tista' tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(d) 

Approvazzjoni ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla.

21.A.101    Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

(a) 

Bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-prodott mibdul, fid-data tal-applikazzjoni tal-bidla jew tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara dik id-data skont il-punt (f) ta' hawn taħt. Il-validità tal-applikazzjoni għandha tiġi ddeterminata skont il-punt 21.A.93(c). Barra minn hekk, il-prodott mibdul għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.85.

(b) 

B'deroga mill-punt (a), emenda preċedenti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) u f'xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li għandha x'taqsam direttament, tista' tintuża f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, diment li l-emenda preċedenti ssir applikabbli qabel id-data meta jkunu saru applikabbli l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip:

1. 

bidla li l-Aġenzija jidhrilha li mhix sinifikanti. Fid-determinazzjoni ta' jekk bidla speċifika hix sinifikanti jew le, l-Aġenzija għandha tikkonsidra l-bidla fil-kuntest tal-bidliet preċedenti kollha fid-disinn rilevanti u tar-reviżjonijiet kollha relatati mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip għall-prodott. Il-bidliet li jkunu jissodisfaw xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu awtomatikament bħala sinifikanti:

(i) 

il-konfigurazzjoni ġenerali jew il-prinċipji tal-kostruzzjoni ma jinżammux;

(ii) 

is-suppożizzjonijiet użati għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott li jrid jinbidel ma jibqgħux validi;

2. 

kull qasam, sistema, parti jew tagħmir li l-Aġenzija jidhrilha li mhumiex affettwati mill-bidla;

3. 

kull qasam, sistema, parti jew tagħmir li jiġi affettwat mill-bidla u li dwarhom l-Aġenzija jidhrilha li l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta' sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(c) 

B'deroga mill-punt (a), fil-każ ta' bidla f'inġenju tal-ajru għajr inġenju tal-ajru bir-rotors u b'piż massimu ta' 2 722  kg (6 000 lb) jew inqas, jew f'inġenji tal-ajru bir-rotors mingħajr turbina b'piż massimu ta' 1 361  kg (3 000 lb) jew inqas, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. Iżda, jekk l-Aġenzija ssib li l-bidla hija sinifikanti f'xi qasam, l-Aġenzija tista' titlob li l-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw ma' emenda fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, u f'xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata direttament, diment li l-Aġenzija ma tkunx sabet ukoll li l-konformità ma' dik l-emenda ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta' sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(d) 

Jekk l-Aġenzija jidhrilha li l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla ma jkunux jipprovdu standards adegwati fir-rigward tal-bidla proposta, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw ukoll ma' kull kundizzjoni speċjali oħra, u mal-emendi għal dawk il-kundizzjonijiet speċjali, preskritti mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75, biex jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla.

(e) 

B'deroga mill-punti (a), (b) u (c), il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jistgħu jikkonformaw ma' alternattiva għal xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni identifikati mill-Aġenzija, jekk dan jiġi propost mill-applikant, diment li l-Aġenzija ssib li l-alternattiva tipprovdi livell ta' sikurezza li huwa:

1. 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip:

(i) 

ekwivalenti għal dak tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżula mill-Aġenzija skont (a), (b) jew (c) ta' hawn fuq; jew

(ii) 

konformi mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

2. 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip ristrett, adegwat fir-rigward tal-użu maħsub tiegħu.

(f) 

Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f'emenda li ssir applikabbli wara li jippreżenta l-applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformw ukoll ma' kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett.

(g) 

Meta l-applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tkun tinkludi, jew tiġi ssupplimentata b'bidla wara l-applikazzjoni inizjali biex tinkludi bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għandha tiġi stabbilita skont il-punti (a) sa (f).

▼M5 —————

▼M2

21.A.105    Żamma tar-rekords

Għal kull tibdila, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija rilevanti, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott mibdul li jkun ġie ttestjat, għandhom jinżammu mill-applikant għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-ajrunavigabbiltà kontinwa, il-validità kontinwa tad-dejta tal-adegwatezza operattiva u l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli tal-prodott mibdul.

▼B

21.A.107    Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa

▼M2

(a) Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fiċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet assoċjati, jekk ikun hemm, tal-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott li fuqu tkun se ssir it-tibdila minuri, imħejjija f’konformità mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar li jkun jinkorpora t-tibdila minuri, jew mal-kunsinna, jew mal-ħruġ tal-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenju tal-ajru affettwat, liema minnhom jiġi l-aħħar, u sussegwentement għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk jintalab, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet.

▼B

(b) Barra minn hekk, it-tibdiliet f’dawk il-varjazzjonijiet tal-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha ta’ prodott li jkun jinkorpora t-tibdila minuri, u għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawk l-istruzzjonijiet.

▼M2

21.A.108    Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva

Fil-każ ta’ bidla li taffettwa d-dejta tal-adegwatezza operattiva, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ bidla minuri għandu:

(a) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed ta’ bidliet fid-dejta tal-adegwatezza operattiva mħejji skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-dejta tal-adegwatezza operattiva tkun trid tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; kif ukoll

(b) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE kwalunkwe tibdil ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

(c) 

fuq talba, iqiegħed il-partijiet rilevanti tat-tibdil imsemmi fil-punti (a) u (b) t’hawn fuq għad-dispożizzjoni:

1. 

tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità ma’ wieħed mill-elementi jew aktar tad-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

2. 

ta’ kwalunkwe persuna li hija meħtieġa tikkonforma ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva.

▼M2

21.A.109    Obbligi u mmarkar tal-EPA

Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandu:

(a) 

jjassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.105, 21.A.107 u 21.A.108; u

(b) 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA (l-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti), f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

▼B

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

▼M5

21.A.111    Kamp ta' Applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip bil-proċeduri ta' ċertifikat tat-tip supplimentari, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, u tad-detenturi tagħhom. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

21.A.112 A    Eliġibbiltà

Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha b'konformità mal-punt 21.A.112B, tista' tapplika għal ċertifikat tat-tip supplimentari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subparti.

▼B

21.A.112B    Turija tal-kapaċità

▼M5

(a) Applikant għal ċertifikat tat-tip supplimentari għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija skont is-Subparti J.

▼B

(b) B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi speċifiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din is-Subparti.

▼M5

(c) B'deroga mill-punt (a), fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 21.A.14(c), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.93(b).

▼B

21.A.113    Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari

(a) Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplementari għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

▼M5

(b) Meta japplika għal ċertifikat tat-tip supplimentari, l-applikant għandu:

(i) 

fl-applikazzjoni jinkludi l-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.93(b);

(ii) 

jispeċifika jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tkunx tħejjiet jew hix se titħejja kollha kemm hi mill-applikant jew abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

▼M5

(c) Il-punt 21.A.93(c) japplika għar-rekwiżiti tal-limiti taż-żmien tal-effettività tal-applikazzjoni, kif ukoll għar-rekwiżiti relatati mal-ħtieġa li jiġu aġġornati l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, meta l-bidla ma tkunx ġiet approvata, jew meta jkun ċar li din mhix se tkun approvata fil-limitu taż-żmien stabbilit.

▼M5 —————

▼M5

21.A.115    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fil-forma ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

(a) 

Ċertifikati tat-tip supplimentari għandhom jinħarġu minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (9) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b) 

Ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jinħareġ biss meta:

1. 

l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.112B;

2. 

ikun intwera li l-bidla f'ċertifikat tat-tip u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

3. 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari li jaffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, ikun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jissodisfaw il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

4. 

il-konformità mal-punti (2) u (3) tintwera b'konformità mal-punt 21.A.20, kif applikabbli għall-bidla; kif ukoll

5. 

jekk l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip b'konformità mal-punt 21.A.113(b):

(i) 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun indika li mhemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni mressqa skont il-punt 21.A.93; kif ukoll

(ii) 

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun qabel li jikkollabora mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi kollha għal ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul permezz ta' konformità mal-punti 21.A.44 u 21.A.118 A.

(c) 

B'deroga mill-punti (3) u (4) tal-punt (b) u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant hu intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip supplimentari għal inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(d) 

Ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla maġġuri.

▼B

21.A.116    Trasferibbiltà

Ċertifikat tat-tip supplementari jista’ jkun trasferit biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun kapaċi tassumi l-obbligi tal-punt 21.A.118A, u għal dan il-għan tkun uriet il-kapaċità tagħha li tikkwalifika taħt il-kriterji tal-punt 21.A.112B ħlief għal inġenji tal-ajru tat-tip “ELA1” li għalihom il-persuna fiżika jew ġuridika tkun talbet għall-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-attivitajiet tagħha sabiex jitwettqu dawk l-obbligi.

21.A.117    Tibdiliet f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari

(a) Tibdiliet minuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandhom ikunu kklassifikati u approvati f’konformità mas-Subparti D.

(b) Kull tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari għandha tiġi approvata bħala ċertifikat tat-tip supplementari separat f’konformità ma’ din is-Subparti.

(c) B’deroga mill-punt (b), tibdila maġġuri f’dik il-parti ta’ prodott koperta minn ċertifikat tat-tip supplementari sottomessa mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari nnifsu tista’ tiġi approvata bħala tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip supplementari eżistenti.

21.A.118A    Obbligi u mmarkar tal-EPA

Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu:

▼M2

(a) 

jassumi l-obbligi:

1. 

stabbiliti fil-punti 21.A.3 A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.105, 21.A.119, 21.A.120 A u 21.A.120B;

2. 

li huma impliċiti fil-kollaborazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip taħt il-punt 21.A.115(d)(2);

u għal dan il-għan ikompli jissodisfa l-kriterji tal-punt 21.A.112B;

▼B

(b) 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

21.A.118B    Perjodu u validità kontinwa

(a) Ċertifikat tat-tip supplementari għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1. 

id-detentur jibqa’ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); u

2. 

iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta ċertifikat tat-tip supplementari jiġi ċedut jew revokat, dan għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

▼M2

21.A.119    Manwali

Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu jipproduċi, iżomm, u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-varjazzjonijiet fil-manwali meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-dejta tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott, liema varjazzjonijiet huma meħtieġa biex ikopru t-tibdiliet introdotti taħt iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, u għandu jipprovdi kopji ta’ dawn il-manwali lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba għalihom.

21.A.120A    Struzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa

▼B

(a) Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għal inġenju tal-ajru, magna, jew skrun, għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed tal-varjazzjonijiet assoċjati għall-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa mħejjija f’konformità mal-bażi applikabbli ta’ ċertifikazzjoni tat-tip, lil kull sid magħruf ta’ inġenju tal-ajru, magna jew skrun wieħed jew aktar li jinkorporaw il-karatteristiċi taċ-ċertifikat tat-tip supplementari, jew mal-kunsinna, jew inkella meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-airworthiness għall-inġenju tal-ajru affettwat, liema minnhom jiġi l-aħħar, u sussegwentement għandu jagħmel dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet disponibbli, jekk jintalab, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk l-istruzzjonijiet. Id-disponibbilità ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mill-varjazzjonijiet għall-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, li għandhom x’jaqsmu mal-ispezzjoni jew ma’ forom oħra ta’ manutenzjoni kbira, tista’ tiġi ttardjata sakemm il-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dawn għandhom ikunu disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ titjiriet.

(b) Barra minn hekk, tibdiliet f’dawk il-varjazzjonijiet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi magħrufa kollha tal-prodott li jinkorpora ċ-ċertifikat tat-tip supplementari u għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawk l-istruzzjonijiet. Għandu jiġi sottomess lill-Aġenzija programm li juri kif se jitqassmu t-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa.

▼M2

21.A.120B    Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva

Fil-każ ta’ bidla li taffettwa d-dejta tal-adegwatezza operattiva, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari għandu:

(a) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE tal-anqas sett wieħed ta’ bidliet fid-dejta tal-adegwatezza operattiva mħejji skont il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-adegwatezza operattiva applikabbli, qabel ma d-dejta tal-adegwatezza operattiva tkun trid tintuża minn organizzazzjoni tat-taħriġ jew minn operatur stabbilit fl-UE; kif ukoll

(b) 

iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-inġenji tal-ajru mibdulin magħrufa stabbiliti fl-UE kwalunkwe tibdil ieħor fid-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

(c) 

fuq talba, iqiegħed il-partijiet rilevanti tat-tibdil imsemmi fil-punti (a) u (b) t’hawn fuq, għad-dispożizzjoni:

1. 

tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità ma’ wieħed mill-elementi jew aktar tad-dejta tal-adegwatezza operattiva affettwata; kif ukoll

2. 

ta’ kwalunkwe persuna li hija meħtieġa tikkonforma ma’ wieħed mill-elementi jew aktar ta’ dan is-sett ta’ dejta tal-adegwatezza operattiva.

▼B

SUBPARTI F —   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121    Kamp ta’ applikazzjoni

(a) Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għat-turija ta’ konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli ta’ prodott, parti jew tagħmir li huwa maħsub li jkun manifatturat mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G.

(b) Din is-Subparti tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-obbligi tal-manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti.

21.A.122    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tapplika biex turi konformità ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir individwali taħt din is-Subparti, jekk:

(a) 

ikollha jew tkun applikat għal approvazzjoni li tkun tkopri d-disinn ta’ dak il-prodott, parti jew tagħmir; jew

(b) 

tkun żgurat koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn, permezz ta’ ftehim xieraq mal-applikant għal, jew id-detentur ta’, approvazzjoni ta’ dan id-disinn.

21.A.124    Applikazzjoni

(a) Kull applikazzjoni għal ftehim dwar turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

(b) Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha:

1. 

provi li juru, fejn japplika, li:

(i) 

il-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G ma jkunx adattat; jew

(ii) 

iċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni ta’ prodott, parti jew tagħmir taħt din is-Subparti tkun meħtieġa sakemm tinħareġ l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni taħt is-Subparti G;

2. 

il-punti ewlenin tal-informazzjoni meħtieġa fil-punt 21.A.125A(b).

21.A.125A    Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ittra ta’ ftehim maħruġa mill- awtorità kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar it-turija ta’ konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir individwali taħt din is-Subparti, wara:

(a) 

li tkun ġiet stabbilita sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu;

(b) 

li jkun ġie pprovdut manwal li jkun fih:

1. 

deskrizzjoni tas-sistema ta’ spezzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-punt (a);

2. 

deskrizzjoni tal-mezzi biex tiġi stabbilita s-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni;

3. 

deskrizzjoni tat-testijiet meħtieġa fil-punti 21.A.127 u 21.A.128, u l-ismijiet tal-persuni awtorizzati għall-finijiet tal-punt 21.A.130(a);

(c) 

li jkun wera li jista’ jipprovdi l-għajnuna f’konformità mal-punti 21.A.3A u 21.A.129(d).

21.A.125B    Konstatazzjonijiet

(a) Meta tinstab evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ ittra ta’ ftehim ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata kif ġej:

1. 

konstatazzjoni tal-ewwel livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li jista’ jwassal biex ikun hemm nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jista’ jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

2. 

konstatazzjoni tat-tieni livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li mhijiex ikklassifikata bħala tal-ewwel livell.

(b) Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a).

(c) Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika tal-konstatazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.B.125:

1. 

f’każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel livell, id-detentur tal-ittra ta’ ftehim għandu juri azzjoni korrettiva, li tkun tissodisfa lill-awtorità kompetenti, fi żmien ta’ mhux aktar minn 21 ġurnata ta’ xogħol wara konferma bil-miktub tal-konstatazzjoni;

2. 

f’każ ta’ konstatazzjoni tat-tieni livell, il-perjodu ta’ azzjoni korrettiva li jingħata mill-awtorità kompetenti għandu jkun adattat għan-natura tal-konstatazzjoni, imma fi kwalunkwe każ inizjalment dan m’għandux ikun ta’ aktar minn tliet xhur. F’ċerti ċirkustanzi u suġġett għan-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan il-perjodu ta’ tliet xhur, suġġett għall-forniment ta’ pjan xieraq ta’ azzjoni korrettiva li jkun ġie miftiehem mal-awtorità kompetenti;

3. 

konstatazzjoni tat-tielet livell ma għandhiex teħtieġ azzjoni immedjata mid-detentur tal-ittra ta’ ftehim.

(d) Fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-ittra ta’ ftehim tista’ tiġi suġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-punt 21.B.145. Id-detentur tal-ittra tal-ftehim għandu jipprovdi fi żmien xieraq konferma li jkun irċieva l-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revoka tal-ittra ta’ ftehim.

21.A.125C    Perjodu u validità kontinwa

(a) L-ittra ta’ ftehim għandha tinħareġ għal perjodu limitat li ma jkunx jeċċedi sena. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1. 

id-detentur tal-ittra ta’ ftehim ma jkunx naqas milli juri konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti; jew

2. 

ma jkunx hemm evidenza li l-manifattur ma jistax iżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, partijiet jew tagħmir taħt il-ftehim; jew

3. 

il-manifattur ma jistax jissodisfa aktar ir-rekwiżiti tal-punt 21.A.122; jew

4. 

l-ittra ta’ ftehim ma tkunx ġiet ċeduta, revokata taħt il-punt 21.B.145, jew inkella ma tkunx skadiet.

(b) Meta tkun ġiet ċeduta, revokata jew tkun skadiet, l-ittra ta’ ftehim għandha tintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

21.A.126    Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

(a) Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa taħt il-punt 21.A.125A(a) għandha tipprovdi mezz biex ikun stabbilit li:

1. 

il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew subappaltati, użati fil-prodott lest, ikunu kif speċifikat fid-dejta tad-disinn applikabbli;

2. 

il-materjali li jkunu qed jaslu, kif ukoll il-partijiet mixtrija jew subappaltati, jiġu identifikati kif suppost;

3. 

il-proċessi, it-tekniki tal-manifattura u l-metodi ta’ twaħħil li jaffettwaw il-kwalità u s-sikurezza tal-prodott lest ikunu eżegwiti f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet aċċettati mill-awtorità kompetenti;

4. 

tibdiliet fid-disinn, inkluż il-bdil ta’ materjali, ikunu ġew approvati taħt is-Subparti D jew E u kkontrollati qabel ma jiġu inkorporati fil-prodott lest.

(b) Is-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni meħtieġa bil-punt 21.A.125A(a), għandha tkun ukoll tali li tiżgura li:

1. 

partijiet li jkunu għadhom fil-proċess jiġu spezzjonati għall-konformità mad-dejta tad-disinn applikabbli f’punti tal-produzzjoni fejn ikunu jistgħu jsiru determinazzjonijiet eżatti;

2. 

materjali suġġetti għal ħsara jew deterjorament jkunu maħżuna u protetti b’mod adegwat;

3. 

it-tpinġijiet tad-disinn kurrenti jkunu disponibbli mill-ewwel għall-persunal tal-manifattura u l-ispezzjonar, u jintużaw meta jkunu meħtieġa;

4. 

materjali u partijiet irrifjutati jkunu mifruda u identifikati b’manjiera li tipprekludi l-installazzjoni tagħhom fil-prodott lest;

5. 

materjali u partijiet li jitqiegħdu fil-ġenb minħabba li jkunu jmorru lil hinn mid-dejta jew mill-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn, u li għandhom ikunu kkonsidrati biex jiġu installati fil-prodott lest, ikunu suġġetti għal proċedura approvata ta’ reviżjoni tal-inġinerija u l-manifattura. Dawk il-materjali u partijiet li jkunu ġew stabbiliti b’din il-proċedura li jistgħu jintużaw fis-servizz għandhom ikunu identifikati b’mod xieraq u spezzjonati mill-ġdid, jekk ikun meħtieġ xi xogħol jew tiswija fuqhom. Materjali u partijiet li jkunu rrifjutati b’din il-proċedura għandhom jiġu mmarkati u mormija biex ikun żgurat li ma jkunux inkorporati fil-prodott finali;

6. 

ir-riżultati li jinkisbu taħt din is-sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni jinżammu, jkunu identifikati mal-prodott jew parti kompluta, fejn ikun prattiku, u jinżammu mill-manifattur biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodott.

21.A.127    Testijiet: inġenji tal-ajru

(a) Kull manifattur ta’ inġenju tal-ajru manifatturat taħt din is-Subparti għandu jistabbilixxi proċedura approvata ta’ test ta’ produzzjoni fuq l-art u fl-ajru kif ukoll formoli ta’ ċċekkjar, u f’konformità ma’ dawk il-formoli, jittestja kull inġenju tal-ajru manifatturat, bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti tal-konformità mal-punt 21.A.125A(a).

(b) Kull proċedura ta’ test ta’ produzzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

1. 

verifika dwar il-kwalitajiet ta’ mmaniġġjar;

2. 

verifika dwar il-prestazzjoni tat-titjira (bl-użu ta’ tagħmir tal-inġenji tal-ajru normali);

3. 

verifika dwar il-funzjonament xieraq tat-tagħmir kollu u s-sistemi kollha tal-inġenju tal-ajru;

4. 

verifika li l-istrumenti kollha huma mmarkati tajjeb, u li l-avviżi u l-manwali tat-titjira kollha huma installati wara t-test tat-titjira;

5. 

verifika tal-karatteristiċi tat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru fuq l-art;

6. 

verifika dwar kwalunkwe oġġett ieħor li huwa speċjali għall-inġenju tal-ajru lijkun qed jiġi ttestjat.

21.A.128    Testijiet: magni u skrejjen

Kull manifattur ta’ magni jew skrejjen manifatturati taħt din is-Subparti għandu jissuġġetta kull magna, jew skrun b’angolu tal-qala’ varjabbli, għal test aċċettabbli tat-tħaddim kif speċifikat fid-dokumentazzjoni tad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx qed jaħdem kif suppost fl-iskala kollha ta’ tħaddim li għalih ikollu ċ-ċertifikat tat-tip, u bħala mezz biex ikunu stabbiliti l-aspetti rilevanti ta’ konformità mal-punt 21.A.125A(a).

21.A.129    Obbligi tal-manifattur

Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir li jkun qed jiġi manifatturat taħt din is-Subparti għandu:

(a) 

jagħmel kull prodott, parti jew tagħmir disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti;

(b) 

iżomm fil-post tal-manifattura d-dejta teknika u t-tpinġijiet meħtieġa biex ikun stabbilit jekk il-prodott jikkonformax mad-dejta tad-disinn applikabbli;

(c) 

iżomm sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu;

(d) 

jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni ta’ disinn meta dan ikollu x’jaqsam ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ airworthiness kontinwarelatata mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati;

(e) 

jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta’ rappurtar ta’ okkorrenzi fl-interess tas-sikurezza, biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu vvalutati r-rapporti ta’ okkorrenzi ħalli jkunu identifikati xejriet kuntrarji jew biex ikunu indirizzati defiċjenzi, u biex jiġu estratti okkorrenzi rapportabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar l-okkorrenzi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni relatata;

(f) 
1. 

jirrapporta lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni ta’ disinn, il-każijiet kollha fejn il-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir ikunu ġew rilaxxati mill-manifattur u wara jkun instab li għandhom devjazzjonijiet mid-dejta tad-disinn applikabbli, u jagħmel investigazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip ristrett jew tal-approvazzjoni tad-disinn biex jiġu identifikati dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal xi kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

2. 

jirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal xi kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza, li jkunu ġew identifikati f’konformità mal-punt (1). Dawn ir-rapporti għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija taħt il-punt 21.A.3A(b)(2) jew li jkunu aċċettati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

3. 

fejn il-manifattur jagħmilha ta’ fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, jirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn ikunu ġew rilaxxati prodotti, partijiet jew tagħmir lil dik l-organizzazzjoni u wara jkun instab li għandhom xi devjazzjonijiet mid-dejta tad-disinn applikabbli.

21.A.130    Dikjarazzjoni tal-konformità

(a) Kull manifattur ta’ prodott, parti jew tagħmir manifatturat taħt din is-Subparti għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità, il-Formola 52 tal-EASA, għal inġenju tal-ajru komplut (ara l-Appendiċi VIII), jew il-Formola 1 tal-EASA għal prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor (ara l-Appendiċi I). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata minn persuna awtorizzata li jkollha pożizzjoni ta’ responsabbiltà fl-organizzazzjoni tal-manifattura.

▼M5

(b) Dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi dan kollu li ġej:

1. 

għal kull prodott, parti jew tagħmir, dikjarazzjoni li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikunu konformi mad-data tad-disinn approvat, u li dawn ikunu f'kundizzjoni ta' tħaddim sikur;

2. 

għal kull inġenju tal-ajru, dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun għadda mit-testijiet tal-art u tal-ajru b'konformità mal-punt 21.A.127(a);

3. 

għal kull magna, jew skrun b'angolu tal-qala' varjabbli, dikjarazzjoni li l-manifattur tal-magna, jew tal-iskrun b'angolu tal-qala' varjabbli għamel test funzjonali finali skont il-punt 21.A.128;

4. 

barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti ambjentali:

(i) 

dikjarazzjoni li l-magna lesta hi konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna, u;

(ii) 

dikjarazzjoni li l-ajruplan lest hu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

▼B

(c) Kull manifattur ta’ tali prodott, parti jew tagħmir għandu:

1. 

meta jsir it-trasferiment inizjali minnu tal-proprjetà ta’ tali prodott, parti jew tagħmir, jew

2. 

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ ċertifikat tal-airworthiness ta’ inġenju tal-ajru; jew

3. 

meta japplika għall-ħruġ oriġinali ta’ dokument tar-rilaxx tal-airworthiness għal xi magna, skrun, parti jew tagħmir,

jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ konformità kurrenti, biex tkun validata mill-awtorità kompetenti.

(d) L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma b’kontrofirma d-dikjarazzjoni tal-konformità jekk wara spezzjoni din issib li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu.

SUBPARTI G —   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi:

(a) 

il-proċedura għall-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produzzjoni li turi l-konformità tal-prodotti, partijiet u tagħmir mad-dejta tad-disinn applikabbli;

(b) 

ir-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikant għal, jew tad-detenturi ta’, dawn l-approvazzjonijiet.

21.A.133    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti. L-applikant għandu:

(a) 

jiġġustifika li, għal għan definit ta’ xogħol, approvazzjoni taħt din is-Subparti tkun adattata għall-finijiet ta’ turija ta’ konformità ma’ disinn speċifiku; u

(b) 

ikollu jew ikun applika għal approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku; jew

(c) 

ikun żgura, permezz ta’ arranġament xieraq mal-applikant għal, jew mad-detentur ta’, l-approvazzjoni ta’ dak id-disinn speċifiku, koordinazzjoni sodisfaċenti bejn il-produzzjoni u d-disinn.

21.A.134    Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti f’forma u manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.143 u t-termini ta’ approvazzjoni meħtieġa li jinħarġu taħt il-punt 21.A.151.

21.A.135    Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.

21.A.139    Sistema tal-Kwalità

(a) L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi li hija stabbiliet u kapaċi żżomm sistema tal-kwalità. Is-sistema tal-kwalità għandha tkun dokumentata. Din is-sistema tal-kwalità għandha tkun tali li tippermetti lill-organizzazzjoni tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir manifatturat mill-organizzazzjoni jew mill-imsieħba tagħha, jew fornut minn jew subappaltat lil terzi partijiet, ikun jikkonforma mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, u għalhekk li tkun tista’ teżerċita l-privileġġi stabbiliti fil-punt 21.A.163.

(b) Is-sistema tal-kwalità għandu jkollha:

1. 

kif applikabbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni, proċeduri ta’ kontroll għal:

(i) 

il-ħruġ, l-approvazzjoni jew it-tibdil ta’ dokument;

(ii) 

il-valutazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-bejjiegħ u s-subappaltatur;

(iii) 

il-verifika li l-prodotti, il-partijiet, il-materjali u t-tagħmir li jkunu qed jaslu, inklużi dawk l-oġġetti, ġodda jew użati, li jiġu fornuti minn xerrejja ta’ prodotti, ikunu kif speċifikat fid-dejta tad-disinn applikabbli;

(iv) 

l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà;

(v) 

il-proċessi ta’ manifattura;

(vi) 

l-ispezzjoni u ttestjar, inklużi testijiet tat-titjiriet tal-produzzjoni;

(vii) 

il-kalibrazzjoni ta’ għodda, jigs u tagħmir tat-test;

(viii) 

il-kontroll fuq oġġetti li ma jikkonformawx;

(ix) 

il-koordinazzjoni tal-airworthiness mal-applikant għal, jew mad-detentur ta’, l-approvazzjoni tad-disinn;

(x) 

l-ikkompletar u ż-żamma tar-rekords;

(xi) 

il-kompetenza u l-kwalifiki tal-persunal;

(xii) 

il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ rilaxx tal-airworthiness;

(xiii) 

l-immaniġġjar, il-ħażna u l-ippakkjar;

(xiv) 

l-awditjar intern tal-kwalità u l-azzjonijiet korrettivi riżultanti;

(xv) 

ix-xogħol fit-termini tal-approvazzjoni li jkun sar fi kwalunkwe post għajr il-faċilitajiet approvati;

(xvi) 

ix-xogħol li jkun sar wara l-ikkompletar tal-produzzjoni iżda qabel il-kunsinna, biex l-inġenju tal-ajru jinżamm f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu;

(xvii) 

il-ħruġ ta’ permess għat-titjir u l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet għat-titjir assoċjati.

Il-proċeduri ta’ kontroll jeħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għal kwalunkwe parti kritika.

2. 

Funzjoni indipendenti tal-assigurazzjoni tal-kwalità biex tissorvelja l-konformità ma’, u l-adegwatezza ta’, il-proċeduri dokumentati tas-sistema tal-kwalità. Din is-sorveljanza għandha tinkludi sistema ta’ feedback lill-persuna jew lill-grupp ta’ persuni msemmija fil-punt 21.A.145(c)(2) u fl-aħħar lill-maniġer imsemmi fil-punt 21.A.145 (c)(1) biex dan jiżgura, kif meħtieġ, azzjoni korrettiva.

21.A.143    Espożizzjoni

(a) L-organizzazzjoni għandha tissottometti lill-awtorità kompetenti espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni billi tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1. 

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li fiha jikkonferma li f’kull ħin se jkun hemm konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni u ma’ kwalunkwe manwali assoċjati li jiddefinixxu l-konformità tal-organizzazzjoni approvata ma’ din is-Subparti;

2. 

it-titolu(i) u l-ismijiet tal-maniġers aċċettati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt 21.A.145(c)(2);

3. 

id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-maniġer(s) kif meħtieġ mill-punt 21.A.145(c)(2), inklużi l-materji li fuqhom dawn jistgħu jittrattaw direttament mal-awtorità kompetenti f’isem l-organizzazzjoni;

4. 

ċart organizzattiva li turi r-rabtiet assoċjati ta’ responsabbiltà tal-maniġers kif meħtieġ mill-punt 21.A.145(c)(1) u (2);

5. 

lista tal-persunal li jiċċertifika kif imsemmi fil-punt 21.A.145(d);

6. 

deskrizzjoni ġenerali tar-riżorsi umani;

7. 

deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet li hemm f’kull indirizz speċifikat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

8. 

deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni rilevanti għat-termini tal-approvazzjoni;

9. 

il-proċedura għan-notifika ta’ tibdiliet organizzattivi lill-awtorità kompetenti;

10. 

il-proċedura ta’ emenda għall-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

11. 

deskrizzjoni tas-sistema tal-kwalità u tal-proċeduri kif meħtieġa mill-punt 21.A.139(b)(1);

12. 

lista ta’ dawk it-terzi partijiet imsemmija fil-punt 21.A.139(a);

▼M3

13. 

manwal tat-titjir bi prova li jiddefinixxi l-politiki u l-proċeduri tal-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni b'rabta mat-testijiet tat-titjira, fil-każ li se jitwettqu testijiet tat-titjir. Il-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova għandu jinkludi:

(i) 

deskrizzjoni tal-proċessi tal-organizzazzjoni għat-testijiet tat-titjira, inklużi l-involviment tal-organizzazzjoni tat-testijiet tat-titjira fil-permess għall-proċess tal-ħruġ tat-titjiriet;

(ii) 

politika dwar l-ingaġġ tal-ekwipaġġ, inklużi l-kompożizzjoni, il-kompetenza, il-limitazzjonijiet ta' validità u ta' ħinijiet ta' titjir, skont l-Appendiċi XII ta' dan l-Anness I (il-Parti 21), fejn applikabbli;

(iii) 

proċeduri gћall-ġarr ta' persuni minbarra l-membri tal-ekwipaġġ u għat-taħriġ tat-testijiet tat-titjira, meta applikabbli;

(iv) 

politika ta' ġestjoni tar-riskju u tas-sikurezza u metodoloġiji assoċjati;

(v) 

proċeduri biex jiġu identifikati l-istrumenti u t-tagħmir li għandu jinġarr;

(vi) 

lista ta' dokumenti li jridu jiġu ppreżentati għal testijiet tat-titjira.

▼B

(b) L-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi emendata kif meħtieġ biex tibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u kopji ta’ kwalunkwe emenda għandhom jiġu pprovduti lill-awtorità kompetenti.

21.A.145    Rekwiżiti għall-approvazzjoni

L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-punt 21.A.143, li:

(a) 

fir-rigward tar-rekwiżiti ġenerali tal-approvazzjoni, il-faċilitajiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tagħmir u l-għodda, il-proċessi u l-materjali assoċjati, in-numru u l-kompetenza tal-persunal, u l-organizzazzjoni ġenerali huma adegwati biex jitwettqu l-obbligi taħt il-punt 21.A.165;

▼M5

(b) 

fir-rigward tad-data kollha meħtieġa tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent:

1. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni qed tirċievi din id-data mingħand l-Aġenzija, u mingħand id-detentur jew l-applikant ta' ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett jew approvazzjoni tad-disinn, inkluż kwalunkwe eżenzjoni mogħtija kontra r-rekwiżiti tal-qtugħ tal-produzzjoni tas-CO2, biex tiġi ddeterminata l-konformità mad-data tad-disinn applikabbli;

2. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni stabbiliet proċedura biex tiżgura li d-data tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent tiġi inkorporata b'mod korrett fid-data tal-produzzjoni tagħha u,

3. 

din id-data tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-persunal kollu li jkun jeħtieġ jaċċessa din id-data biex iwettaq dmirijietu;

(c) 

fir-rigward tal-amministrazzjoni u l-persunal:

1. 

ikun inħatar meniġer mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni li jkun responsabbli quddiem l-awtorità kompetenti. Bħala responsabbiltà fi ħdan l-organizzazzjoni, dan għandu jiżgura li l-produzzjoni kollha ssir skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun konformi kontinwament mad-data u mal-proċeduri identifikati fl-espożizzjoni msemmija fil-punt 21.A.143;

2. 

ikunu ġew nominati persuna jew grupp ta' persuni mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness (il-Parti 21), u jiġu identifikati, flimkien mal-limitu tal-awtorità tagħhom. Dawn il-persuni għandhom jaġixxu taħt l-awtorità diretta tal-meniġer responsabbli msemmi fil-punt (1). Il-persuni nominati għandhom ikunu kapaċi juru l-għarfien, il-passat u l-esperjenza meħtieġa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom;

3. 

il-persunal fil-livelli kollha jkun ingħata l-awtorità xierqa biex ikun jista' jeżegwixxi r-responsabbiltajiet mogħtija lilu, u jkun hemm koordinazzjoni sħiħa u effettiva fi ħdan l-organizzazzjoni tal-produzzjoni fejn jidħlu materji ta' data tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent;

▼B

(d) 

fir-rigward tal-persunal li jiċċertifika, awtorizzat mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiffirma d-dokumenti maħruġa taħt il-punt 21.A.163 fil-kamp ta’ applikazzjoni jew fit-termini tal-approvazzjoni:

1. 

l-għarfien, l-isfond (inklużi funzjonijiet oħra fl-organizzazzjoni), u l-esperjenza tal-persunal li jiċċertifika jkunu adattati biex dan iwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu;

2. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni żżomm rekord tal-persunal kollu li jiċċertifika u dan għandu jinkludi dettalji tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom;

3. 

il-persunal li jiċċertifika jiġi pprovdut bl-evidenza tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tiegħu.

21.A.147    Tibdiliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata

▼M5

(a) Wara l-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull bidla fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata li tkun sinifikanti għad-dimostrazzjoni tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, partikolarment il-bidliet fis-sistema tal-kwalità, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-awtorità kompetenti u l-organizzazzjoni għandha turi lill-awtorità kompetenti, qabel ma tiġi implementata l-bidla, li din konformi ma' din is-Subparti.

▼B

(b) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata taħt din is-Subparti tista’ taħdem matul it-tali tibdiliet, sakemm l-awtorità kompetenti ma tistabbilixxix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża.

21.A.148    Tibdiliet fil-post

Tibdila fil-post tal-faċilitajiet tal-manifattura tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha titqies li hija sinifikanti u għalhekk għandha tikkonforma mal-punt 21.A.147.

21.A.149    Trasferibbiltà

Ħlief b’riżultat ta’ tibdila fil-proprjetà, li hija meqjusa sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.147, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tistax tiġi trasferita.

21.A.151    Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw l-ambitu tax-xogħol, il-prodotti jew il-kategoriji tal-partijiet u t-tagħmir, jew it-tnejn, li għalihom id-detentur tal-approvazzjoni huwa intitolat jeżerċita l-privileġġi taħt il-punt 21.A.163.

Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti mill-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

21.A.153    Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni

Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti. L-applikant għandu jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

21.A.157    Investigazzjonijiet

Organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti tagħmel kwalunkwe investigazzjoni, inklużi investigazzjonijiet fuq l-imsieħba u s-subappaltaturi, li tkun meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk hemmx konformità u ssoktar ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

21.A.158    Konstatazzjonijiet

(a) Meta tinsab evidenza oġġettiva li turi li d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni mhuwiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), il-konstatazzjoni għandha tiġi kklassifikata kif ġej:

1. 

konstatazzjoni tal-ewwel livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ konformità mhux ikkontrollat mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jista’ jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

2. 

konstatazzjoni tat-tieni livell hija kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) li mhijiex ikklassifikata bħala tal-ewwel livell.

(b) Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a).

(c) Wara li tkun ġiet irċevuta n-notifika ta’ konstatazzjonijiet skont il-punt 21.B.225,

1. 

fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel livell, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu juri azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f’perjodu ta’ mhux aktar minn 21 ġurnata ta’ xogħol wara konferma bil-miktub tal-konstatazzjoni;

2. 

f’każ ta’ konstatazzjoni tat-tieni livell, il-perjodu ta’ azzjoni korrettiva li jingħata mill-awtorità kompetenti għandu jkun adattatgħan-natura tal-konstatazzjoni, iżda fi kwalunkwe każ inizjalment dan m’għandux ikun ta’ aktar minn tliet xhur. F’ċerti ċirkustanzi u suġġett għan-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ tliet xhur, suġġett għall-forniment ta’ pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva li jkun ġie miftiehem mal-awtorità kompetenti;

3. 

konstatazzjoni tat-tielet livell ma għandhiex teħtieġ azzjoni immedjata mid-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(d) Fil-każ ta’ konstatazzjonijiet tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista’ tiġi suġġetta għal limitazzjoni, sospensjoni jew revoka parzjali jew sħiħa taħt il-punt 21.B.245. Id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jagħti fi żmien xieraq konferma tal-irċevuta tal-avviż tal-limitazzjoni, sospensjoni jew revoka tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.

21.A.159    Perjodu u validità kontinwa

(a) L-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1. 

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tonqosx milli turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti; jew

2. 

l-awtorità kompetenti ma tiġix impedita mid-detentur tal-approvazzjoni, jew minn xi wieħed mill-imsieħba jew mis-subappaltaturi tiegħu, milli tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa f’konformità mal-punt 21.A.157; jew

3. 

ma jkunx hemm evidenza li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tistax iżżomm kontroll sodisfaċenti tal-manifattura tal-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir li hemm taħt l-approvazzjoni; jew

4. 

ma jiġrix li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni ma tissodisfax aktar ir-rekwiżiti tal-punt 21.A.133; jew

5. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-punt 21.B.245.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

21.A.163    Privileġġi

F’konformità mat-termini tal-approvazzjoni maħruġa taħt il-punt 21.A.135, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jista’:

(a) 

jeżegwixxi attivitajiet ta’ produzzjoni taħt dan l-Anness I (il-Parti 21);

(b) 

fil-każ ta’ inġenju tal-ajru komplut u wara preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità (il-Formola 52 tal-EASA) taħt il-punt 21.A.174, jikseb ċertifikat tal-airworthiness tal-inġenju tal-ajru u ċertifikat tal-ħoss mingħajr aktar wiri;

(c) 

fil-każ ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor, joħroġ ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) mingħajr aktar wiri;

(d) 

iżomm inġenju tal-ajru ġdid li huwa jkun ipproduċa u joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (il-Formola 53 tal-EASA) fir-rigward ta’ dik iż-żamma;

(e) 

skont proċeduri tal-produzzjoni maqbula mal-awtorità kompetenti tiegħu għall-produzzjoni, għal inġenju tal-ajru li jkun ipproduċa u meta l-organizzazzjoni tal-produzzjoni nfisha tkun qed tikkontrolla skont il-POA tagħha l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u tkun qed tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjira, joħroġ permess għat-titjir skont il-punt 21.A.711(c), inkluża l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir skont il-punt 21.A.710(b).

21.A.165    Obbligi tad-detentur

Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu:

(a) 

jiżgura li l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni pprovduta f’konformità mal-punt 21.A.143 u d-dokumenti li tirreferi għalihom, jintużaw bħala dokumenti bażiċi tax-xogħol fi ħdan l-organizzazzjoni;

(b) 

iżomm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni f’konformità mad-dejta u mal-proċeduri approvati għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

(c) 
1. 

jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun konformi mad-disinn tat-tip u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu qabel ma jkunu sottomessi d-dikjarazzjonijiet tal-konformità lill-awtorità kompetenti; jew

▼M1

2. 

jara li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor ikun komplut u konformi mad-dejta tad-disinn approvata u li dawn ikunu f’kondizzjoni li jaħdmu mingħajr l-ebda periklu qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA biex tkun ċertifikata l-konformità mad-dejta tad-disinn approvata u l-kondizzjoni għal operazzjoni sigura;

▼M6

3. 

barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti ambjentali ddetermina li:

(i) 

il-magna lesta hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna, u;

(ii) 

l-ajruplan lest huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu;

▼M1

4. 

jara li prodotti, partijiet jew tagħmir ieħor huma konformi mad-dejta applikabbli qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA bħala ċertifikat ta’ konformità;

▼B

(d) 

jirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol li jkun sar;

(e) 

jistabbilixxi u jżomm sistema interna ta’ rappurtar ta’ okkorrenzi fl-interess tas-sikurezza, biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu vvalutati r-rapporti ta’ okkorrenzi biex ikunu identifikati xejriet kuntrarji jew biex ikunu indirizzati defiċjenzi, u biex jiġu estratti okkorrenzi rappurtabbli. Din is-sistema għandha tinkludi evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti marbuta mal-okkorrenzi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni relatata;

(f) 
1. 

jirrapporta lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tad-disinn, il-każijiet kollha fejn prodotti, partijiet jew tagħmir ikunu ġew rilaxxati mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni u wara jkun instab li fihom devjazzjonijiet possibbli mid-dejta tad-disinn applikabbli, u jinvestiga mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tad-disinn biex ikunu identifikati dawk id-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

2. 

jirrapporta lill-Aġenzija u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru d-devjazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza li jkunu ġew identifikati skont il-punt (1). Dawn ir-rapporti għandhom isiru f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija taħt il-punt 21.A.3A(b)(2), jew li jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

3. 

fejn id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jagħmilha ta’ fornitur għal organizzazzjoni tal-produzzjoni oħra, jirrapporta wkoll lil dik l-organizzazzjoni l-oħra l-każijiet kollha fejn ikun irrilaxxa prodotti, partijiet jew tagħmir lil dik l-organizzazzjoni, u wara jkun instab li dawn għandhom devjazzjonijiet possibbli mid-dejta tad-disinn applikabbli;

(g) 

jipprovdi għajnuna lid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew tal-approvazzjoni tad-disinn meta dan ikun qed jittratta kwalunkwe azzjoni ta’ airworthiness kontinwarelatata mal-prodotti, partijiet jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati;

(h) 

jistabbilixxi sistema ta’ arkivjar li tkun tinkorpora fiha rekwiżiti imposti fuq l-imsieħba, l-fornituri u s-subappaltaturi tiegħu, li tiżgura l-konservazzjoni tad-dejta użata biex tkun ġustifikata l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir. It-tali dejta għandha tinżamm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti u għandha tinżamm biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodotti, tal-partijiet jew tat-tagħmir;

(i) 

fejn, taħt it-termini tal-approvazzjoni, id-detentur joħroġ ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz, jistabbilixxi li kull inġenju tal-ajru komplut ikun ġie suġġett għall-manutenzjoni meħtieġa u li dan ikun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat;

(j) 

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom ikun jista’ jinħareġ permess għat-titjir;

(k) 

fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.163(e), jistabbilixxi l-konformità mal-punti 21.A.711(c) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenju tal-ajru.

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI

21.A.171    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness.

21.A.172    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jiġi reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (“l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni”), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-airworthiness għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.

21.A.173    Klassifikazzjoni

Iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:

(a) 

iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21);

(b) 

iċ-ċertifikati tal-airworthiness ristretti għandhom jinħarġu lil inġenji tal-ajru:

1. 

li jikkonformaw ma’ ċertifikat tat-tip ristrett li jkun inħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21); jew

2. 

li jkun intwera lill-Aġenzija li jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet speċifiċi tal-airworthiness li jiżguraw sikurezza adegwata.

21.A.174    Applikazzjoni

(a) F’konformità mal-punt 21.A.172, applikazzjoni għal ċertifikat tal-airworthiness għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

▼M5

(b) Kull applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għandha tinkludi:

1. 

il-klassi taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà li għalih tkun saret l-applikazzjoni;

2. 

fir-rigward ta' inġenju tal-ajru ġdid:

(i) 

dikjarazzjoni tal-konformità:

— 
maħruġa skont il-punt 21.A.163(b); jew
— 
maħruġa skont il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew
— 
għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità tal-esportazzjoni li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat mill-Aġenzija;
(ii) 

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija u;

(iii) 

il-manwal tat-titjira, meta dan ikun meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal dak l-inġenju tal-ajru partikolari;

▼M6

3. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat li joriġina minn:

(i) 

Stat Membru, ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 ( 2 );

(ii) 

pajjiż terz:

— 
dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-inġenju tal-ajru jkun rreġistrat, jew kien irreġistrat, li tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tiegħu fiż-żmien tat-trasferiment;
— 
rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;
— 
il-manwal tat-titjir meta tali manwal ikun meħtieġ mill-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenju tal-ajru;
— 
ir-rekords storiċi biex jiġi stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifika u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-limitazzjonijiet kollha assoċjati ma’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett f’konformità mal-punt 21.B.327;
— 
rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u għal ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà skont rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014.

▼B

(c) Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (b)(2)(i) u (b)(3)(ii) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.175    Lingwa

Il-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandhom ikunu ppreżentati f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.177    Emenda jew modifika

Ċertifikat tal-airworthiness jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.179    Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

(a) Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:

1. 

jekk dan jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-airworthiness, jew iċ-ċertifikat tal-airworthiness ristrett li jkun konformi biss ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru;

2. 

jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat fi Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-airworthiness, jew iċ-ċertifikat tal-airworthiness ristrett li jkun konformi biss ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, għandu jinħareġ:

▼M6

(i) 

meta jiġu ppreżentati ċ-ċertifikat preċedenti tal-ajrunavigabbiltà u ċertifikat validu ta’ rieżami tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014;

▼B

(ii) 

meta jkun issodisfat il-punt 21.A.175.

(b) Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru, u l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat tal-airworthiness ristrett li ma jikkonformax ma’ ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikati tal-airworthiness għandhom jiġu ttrasferiti flimkien mal-inġenju tal-ajru bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, jew jinħarġu biss bil-ftehim formali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fejn ikun ġie ttrasferit.

21.A.180    Spezzjonijiet

Id-detentur ta’ ċertifikat tal-airworthiness għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru li għalih ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat tal-airworthiness, hekk kif ikun hemm talba mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.181    Perjodu u validità kontinwa

(a) Ċertifikat tal-airworthiness għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1. 

ikun hemm konformità mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-airworthiness kontinwa; u

2. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru; u

3. 

iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip ristrett li taħtu dan ikun inħareġ ma jkunx ġie invalidat qabel taħt il-punt 21.A.51;

4. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-punt 21.B.330.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.182    Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

Kull applikant għal ċertifikat tal-airworthiness taħt din is-Subparti għandu juri li l-inġenju tal-ajru tiegħu jkun identifikat f’konformità mas-Subparti Q.

SUBPARTI I —   ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

21.A.201    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss.

21.A.203    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha jkun reġistrat jew se jkun reġistrat inġenju tal-ajru fi Stat Membru (Stat Membru ta’ reġistrazzjoni), jew ir-rappreżentant tagħha, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tal-ħoss għal dak l-inġenju tal-ajru taħt din is-Subparti.

21.A.204    Applikazzjoni

(a) F’konformità mal-punt 21.A.203, applikazzjoni għal ċertifikat tal-ħoss għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b) Kull applikazzjoni għandha tinkludi:

1. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru ġdid:

(i) 

dikjarazzjoni tal-konformità:

— 
maħruġa taħt il-punt 21.A.163(b); jew
— 
maħruġa taħt il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew
— 
għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni, iffirmata mill-awtorità li qed tesporta, li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma’ disinn approvat mill-Aġenzija; u
(ii) 

l-informazzjoni dwar il-ħoss stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss;

2. 

fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat:

(i) 

l-informazzjoni dwar il-ħoss stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli dwar il-ħoss; u

(ii) 

rekords storiċi biex ikun stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifikazzjoni u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru.

(c) Sakemm mhux miftiehem mod ieħor, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(1) għandhom jinħarġu mhux aktar minn 60 ġurnata qabel il-preżentazzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.207    Emenda jew modifika

Ċertifikat tal-ħoss jista’ jiġi emendat jew modifikat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

21.A.209    Trasferibbiltà u ħrug mill-ġdid fl-Istati Membri

Fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru:

(a) 

jekk l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru; jew

(b) 

jekk l-inġenju tal-ajru jmur fir-reġistru ta’ Stat Membru ieħor, iċ-ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-ħoss ta’ qabel.

21.A.210    Spezzjonijiet

Id-detentur ta’ ċertifikat tal-ħoss għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru li għalih ikun inħareġ dak iċ-ċertifikat tal-ħoss, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni jew tal-Aġenzija, biex isiru spezzjonijiet fuqu.

21.A.211    Perjodu u validità kontinwa

(a) Ċertifikat tal-ħoss għandu jinħareġ għal perjodu illimitat. Dan għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1. 

ikun hemm konformità mad-disinn tat-tip applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u tal-airworthiness kontinwa; u

2. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru; u

3. 

iċ-ċertifikat tat-tip jew iċ-ċertifikat tat-tip ristrett li taħtu dan ikun inħareġ ma jkunx ġie invalidat qabel taħt il-punt 21.A.51;

4. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-punt 21.B.430.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

SUBPARTI J —   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

▼M5

21.A.231    Kamp ta' Applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti u tad-detenturi ta' dawn l-approvazzjonijiet. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

▼B

21.A.233    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika (“organizzazzjoni”) għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal approvazzjoni taħt din is-Subparti

(a) 

f’konformità mal-punti 21.A.14, 21.A.112B, 21.A.432B jew 21.A.602B; jew

(b) 

għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet minuri jew ta’ disinn ta’ tiswija minuri, meta meħtieġa għall-għan li jinkisbu l-privileġġi taħt il-punt 21.A.263.

21.A.234    Applikazzjoni

Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.243, u t-termini ta’ approvazzjoni mitluba li jinħarġu taħt il-punt 21.A.251.

21.A.235    Ħruġ tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn

Organizzazzjoni għandha tkun intitolata li jkollha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn maħruġa mill-Aġenzija, meta din tkun uriet konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt din is-Subparti.

21.A.239    Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

(a) Organizzazzjoni tad-disinn għandha turi li tkun stabbiliet u tista’ żżomm sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għall-kontroll u s-superviżjoni tad-disinn, u ta’ tibdiliet fid-disinn, ta’ prodotti, partijiet u tagħmir koperti mill-applikazzjoni. Din is-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għandha tkun tali li biha l-organizzazzjoni tkun tista’:

▼M2

1. 

tiżgura li d-disinn tal-prodotti, l-partijiet u t-tagħmir, jew it-tibdila fid-disinn tagħhom, ikun konformi mal-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-dejta tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; u

▼B

2. 

tiżgura li r-responsabbiltajiet tagħha jitwettqu kif suppost f’konformità ma’:

(i) 

id-dispożizzjonijiet xierqa ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21); u

(ii) 

it-termini ta’ approvazzjoni maħruġin taħt il-punt 21.A.251;

3. 

tissorvelja b’mod indipendenti l-konformità ma’, u l-adegwatezza ta’, il-proċeduri dokumentati tas-sistema. Din is-sorveljanza għandha tinkludi sistema ta’ feedback lil persuna jew grupp ta’ persuni li jkollhom ir-responsabbiltà li jiżguraw azzjonijiet korrettivi.

(b) Is-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn għandha tinkludi funzjoni indipendenti ta’ verifika tat-turija ta’ konformità li fuq il-bażi tagħha l-organizzazzjoni tissottometti d-dikjarazzjonijiet tal-konformità u dokumentazzjoni oħra relatata lill-Aġenzija.

(c) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tispeċifika l-manjiera li biha s-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn twassal biex il-partijiet jew it-tagħmir iddisinjat jew ix-xogħol li jkun sar mill-imsieħba jew mis-subappaltaturi jiġu aċċettati skont metodi li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri bil-miktub.

21.A.243    Dejta

▼M3

(a) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tipprovdi manwal lill-Aġenzija li jiddeskrivi, direttament jew billi ssir referenza għalihom, l-organizzazzjoni, il-proċeduri rilevanti u l-prodotti jew it-tibdiliet fil-prodotti li se jiġu ddisinjati. Fil-każ li se jitwettqu operazzjonijiet tat-testijiet tat-titjiria, manwal tat-titjir bi prova li jiddefinixxu l-politiki u l-proċeduri tal-organizzazzjoni f'relazzjoni ma' test tat-titjira għandha tkun fornuta. Il-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova għandu jinkludi:

(i) 

deskrizzjoni tal-proċessi tal-organizzazzjoni għat-testijiet tat-titjira, inklużi l-involviment tal-organizzazzjoni tat-testijiet tat-titjira fil-permess għall-proċess tal-ħruġ tat-titjiriet;

(ii) 

politika dwar l-ingaġġ tal-ekwipaġġ, inklużi l-kompożizzjoni, il-kompetenza, il-limitazzjonijiet ta' validità u ta' ħinijiet ta' titjir, skont l-Appendiċi XII ta' dan l-Anness I (il-Parti 21), fejn applikabbli;

(iii) 

proċeduri gћall-ġarr ta' persuni minbarra l-membri tal-ekwipaġġ u għat-taħriġ tat-testijiet tat-titjira, meta applikabbli;

(iv) 

politika ta' ġestjoni tar-riskju u tas-sikurezza u metodoloġiji assoċjati;

(v) 

proċeduri biex jiġu identifikati l-istrumenti u t-tagħmir li għandu jinġarr;

(vi) 

lista ta' dokumenti li jridu jiġu ppreżentati għal testijiet tat-titjira.

▼B

(b) Fejn kwalunkwe parti jew tagħmir jew kwalunkwe tibdila fil-prodotti jkunu ġew iddisinjati minn organizzazzjonijiet imsieħba jew subappaltaturi, il-manwal għandu jinkludi dikjarazzjoni fuq kif l-organizzazzjoni tad-disinn tista’ tagħti, għall-partijiet u t-tagħmir kollu, l-assigurazzjoni tal-konformità meħtieġa mill-punt 21.A.239(b), u għandu jkun fih, direttament jew billi ssir referenza għalihom, deskrizzjonijiet u informazzjoni fuq l-attivitajiet tad-disinn u l-organizzazzjoni ta’ dawk l-imsieħba jew dawk is-subappaltaturi, kif ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni.

(c) Il-manwal għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jibqa’ deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni, u kopji tal-emendi għandhom jiġu pprovduti lill-Aġenzija.

(d) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tforni dikjarazzjoni tal-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal maniġerjali u ta’ persuni oħra responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw l-airworthiness u l-protezzjoni ambjentali fl-organizzazzjoni.

▼M2

21.A.245    Rekwiżiti għall-approvazzjoni

L-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-punt 21.A.243 li, barra milli tkun konformi mal-punt 21.A.239:

(a) 

il-persunal fid-dipartimenti tekniċi kollha jkun ta’ numru u ta’ esperjenza suffiċjenti, u jkun ingħata l-awtorità x-xierqa biex ikun jista’ jwettaq ir-responsabbiltajiet allokati lilu u dawn, flimkien mal-akkomodazzjoni, il-faċilitajiet u t-tagħmir, ikunu adegwati biex il-persunal ikun jista’ jilħaq l-objettivi relatati mal-ajrunavigabbiltà, mal-adegwatezza operattiva u mal-protezzjoni ambjentali tal-prodott;

(b) 

ikun hemm koordinazzjoni sħiħa u effiċjenti bejn id-dipartimenti u fi ħdan id-dipartimenti fejn jidħlu materji marbutin mal-ajrunavigabbiltà, mal-adegwatezza operattiva u mal-protezzjoni ambjentali.

21.A.247    Tibdiliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, kull tibdila fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti għat-turija ta’ konformità jew għall-ajrunavigabbiltà, għall-adegwatezza operattiva u għall-protezzjoni ambjentali tal-prodott, għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-Aġenzija u l-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi lill-Aġenzija, fuq il-bażi tas-sottomissjoni tat-tibdiliet proposti fil-manwal, u qabel l-implimentazzjoni tat-tibdila, li din se tkompli tikkonforma ma’ din is-Subparti wara l-implimentazzjoni tagħha.

▼B

21.A.249    Trasferibbiltà

Ħlief b’riżultat ta’ tibdil fil-proprjetà, li huwa meqjus sinifikanti għall-għanijiet tal-punt 21.A.247, l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn mhijiex trasferibbli.

▼M5

21.A.251    Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi ta' xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni għandha l-approvazzjoni biex twettaq fejn jidħlu l-ajrunavigabbiltà, l-adegwatezza operattiva u l-karatteristiċi ambjentali tal-prodotti. Għall-approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni tad-disinn li jkopru ċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni ta' Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew (ETSO) għal unitajiet ta' potenza awżiljari (APUs), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.

▼B

21.A.253    Tibdiliet fit-termini tal-approvazzjoni

Kull tibdila li ssir fit-termini tal-approvazzjoni għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għal tibdila fit-termini tal-approvazzjoni għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

21.A.257    Investigazzjonijiet

(a) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tagħmel arranġamenti li jippermettu lill-Aġenzija tagħmel kwalunkwe investigazzjoni, inklużi investigazzjonijiet fuq l-imsieħba u s-subappaltaturi, li tkun meħtieġa biex ikunu stabbiliti l-konformità u l-issoktar tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti.

(b) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tippermetti lill-Aġenzija tirrevedi kwalunkwe rapport, tagħmel kwalunkwe spezzjoni u twettaq jew tkun preżenti għal kwalunkwe test fl-ajru u fuq l-art li jkun meħtieġ biex tkun ivverifikata l-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità sottomessi mill-applikant taħt il-punt 21.A.239(b).

21.A.258    Konstatazzjonijiet

▼M5

(a) Meta, waqt l-investigazzjonijiet imsemmija fil-punti 21.A.257 u 21.B.100 ikun hemm evidenza oġġettiva li turi nuqqas ta' konformità tad-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan l-Anness, is-sejba għandha tiġi kklassifikata kif ġej:

1. 

sejba tal-“livell 1” hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jista' jwassal għal nuqqas ta' konformità mhux ikkontrollata mar-rekwiżiti applikabbli u li jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

2. 

sejba tal-“livell 2” hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li mhux ikklassifikat bħala sejba tal-“livell 1”.

▼B

(b) Konstatazzjoni tat-tielet livell hija kwalunkwe oġġett fejn ikun ġie identifikat, permezz ta’ evidenza oġġettiva, li għandu problemi potenzjali li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (a).

▼M5

(c) Meta tasal in-notifika tas-sejbiet skont il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija:

1. 

fil-każ ta' sejba tal-“livell 1”, id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu juri għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija li jkun ħa azzjoni korrettiva fi żmien 21 jum tax-xogħol wara l-konferma bil-miktub tas-sejba;

2. 

fil-każ ta' sejbiet tal-“livell 2”, id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu juri għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija li jkun ħa azzjoni korrettiva fi żmien iffissat mill-Aġenzija li jkun xieraq għan-natura tas-sejba u li inizjalment ma jkunx iżjed minn tliet xhur. L-Aġenzija tista' testendi dan il-perjodu taż-żmien inizjali meta jkun jidhrilha li n-natura tas-sejba tippermetti din l-estensjoni u meta l-applikant ikun ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva li l-Aġenzija tqisu sodisfaċenti; kif ukoll

3. 

sejbiet tal-“livell 3” ma għandhomx jeħtieġu azzjoni immedjata mid-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.

(d) Fil-każ ta' sejbiet tal-“livell 1” jew tal-“livell 2”, l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn tista' tkun soġġetta għal sospensjoni jew revoka, parzjali jew sħaħ, skont il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija. F'dak il-każ, id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu jipprovdi konferma fi żmien xieraq li wasal l-avviż tas-sospensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.

▼B

21.A.259    Perjodu u validità kontinwa

(a) Approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1. 

l-organizzazzjoni tad-disinn ma tonqosx milli turi konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din is-Subparti; jew

2. 

l-Aġenzija ma tiġix impedita mid-detentur jew minn xi wieħed mill-imsieħba jew mis-subappaltaturi tiegħu milli twettaq l-investigazzjonijiet f’konformità mal-punt 21.A.257; jew

3. 

ma jkunx hemm evidenza li s-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn ma tistax iżżomm kontroll u superviżjoni sodisfaċenti fuq id-disinn tal-prodotti jew fuq it-tibdiliet li jsiru fuqhom taħt l-approvazzjoni; jew

4. 

iċ-ċertifikat ma jkunx ġie ċedut jew revokat taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

▼M5

21.A.263    Privileġġi

(a) 

(Riżervat)

(b) 

(Riżervat)

(c) 

Detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, kif stabbiliti mill-Aġenzija, u skont il-proċeduri rilevanti tas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn, li:

1. 

jikklassifika l-bidliet f'ċertifikat tat-tip jew f'ċertifikat tat-tip supplimentari u d-disinji tat-tiswijiet bħala “maġġuri” jew “minuri”;

2. 

japprova l-bidliet minuri f'ċertifikat tat-tip jew f'ċertifikat tat-tip supplimentari u d-disinji tat-tiswijiet minuri;

3. 

(Riżervat);

4. 

(Riżervat);

5. 

japprova ċerti disinji tat-tiswija maġġuri fis-Subparti M għal prodotti jew sistemi ta' potenza awżiljari (APUs);

6. 

japprova l-kundizzjonijiet tat-titjir għal ċerti inġenji tal-ajru, li skonthom jista' jinħareġ permess tat-titjir skont il-punt 21.A.710(a)(2), għajr il-permessi tat-titjir li jkunu se jinħarġu għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15);

7. 

joħroġ permess tat-titjir skont il-punt 21.A.711(b) għal inġenju tal-ajru li hu jkun iddisinja jew immodifika, jew li għalih ikun approva, skont il-punt 21.A.263(c)(6), il-kundizzjonijiet tat-titjir li skonthom jista' jinħareġ permess tat-titjir, u meta hu stess bħala d-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn:

(i) 

ikun jikkontrolla l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, u

(ii) 

jixhed il-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjira;

8. 

japprova ċerti bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip fis-Subparti D; kif ukoll

9. 

joħroġ ċerti ċertifikati tat-tip supplimentari fis-Subparti E u japprova ċerti bidliet maġġuri f'dawk iċ-ċertifikati.

21.A.265    Obbligi tad-detentur

Id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, kif stabbiliti mill-Aġenzija:

(a) 

iżomm il-manwal meħtieġ skont il-punt 21.A.243 b'konformità mas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn;

(b) 

jiżgura li dan il-manwal jew il-proċeduri rilevanti inklużi b'kontroreferenza jintużaw bħala dokument bażiku ta' ħidma fi ħdan l-organizzazzjoni;

(c) 

jiddetermina li d-disinn tal-prodotti, jew il-bidliet jew it-tiswijiet tagħhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli u ma jkunx fihom karatteristiċi perikolużi;

(d) 

jipprovdi dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni relatata lill-Aġenzija li jkunu jikkonfermaw il-konformità mal-punt (c), għajr għall-proċessi tal-approvazzjoni mwettqa b'konformità mal-punt 21.A.263(c);

(e) 

jipprovdi data jew informazzjoni lill-Aġenzija relatati mal-azzjonijiet meħtieġa skont il-punt 21.A.3B;

(f) 

Jiddetermina l-kundizzjonijiet, skont il-punt 21.A.263(c)(6), li skonthom jista' jinħareġ permess tat-titjir;

(g) 

jistabbilixxi, skont il-punt 21.A.263(c)(7), il-konformità mal-punti (b) u (e) tal-punt 21.A.711 qabel joħroġ permess tat-titjir lil inġenju tal-ajru;

(h) 

jiddeżinja d-data u l-informazzjoni maħruġa bl-awtorità ta' organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tagħha kif stabbilit mill-Aġenzija bid-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-kontenut tekniku ta' dan id-dokument hu approvat bl-awtorità tad-DOA ref. EASA. 21J.[XXXX]”.

▼B

SUBPARTI K —   PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura marbuta mal-approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir.

21.A.303    Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

It-turija ta’ konformità ta’ partijiet u tagħmir li se jiġu installati fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir:

(a) 

f’rabta mal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tat-tip tas-Subpartijiet B, D jew E għall-prodott li fih dan ikun se jkun installat; jew

(b) 

fejn applikabbli, taħt il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO tas-Subparti O; jew

(c) 

fil-każ ta’ partijiet standard, f’konformità ma’ standards rikonoxxuti uffiċjalment.

21.A.305    Approvazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

Fil-każijiet kollha fejn l-approvazzjoni ta’ parti jew tagħmir hija meħtieġa b’mod espliċitu bil-liġi tal-Unjoni jew bil-miżuri tal-Aġenzija, il-parti jew it-tagħmir għandu jikkonforma mal-ETSO applikabbli jew mal-ispeċifikazzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Aġenzija fil-każ partikolari.

21.A.307    Rilaxx ta’ partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

Parti jew tagħmirgħandu jkun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip meta dan ikun f’kundizzjoni li jista’ jitħaddem mingħajr periklu u jkun:

(a) 

akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata u li huwa mmarkat f’konformità mas-Subparti Q; jew

(b) 

parti standard; jew

(c) 

fil-każ ta’ inġenji tal-ajru tat-tip “ELA1” u “ELA2”, parti jew tagħmir:

1. 

li l-użu tiegħu mhux għal żmien limitat, li ma jiffurmax parti mill-istruttura primarja u li ma jiffurmax parti mill-kontrolli tat-titjira;

2. 

li ġie mmanifatturat skont id-disinn applikabbli;

3. 

li huwa mmarkat f’konformità mas-Subparti Q;

4. 

li ġie identifikat għall-installazzjoni fl-inġenju tal-ajru speċifiku;

5. 

li għandu jiġi installat f’inġenju tal-ajru li għalih sidu jkun ivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet mogħtija fil-punti 1 sa 4 u jkun aċċetta r-responsabbiltà għal din il-konformità.

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

21.A.431 A    Kamp ta’ applikazzjoni

▼M5

(a) Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija ta' prodott, ta' parti jew ta' apparat, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti jew tad-detenturi ta' dawk l-approvazzjonijiet.

▼B

(b) Din is-Subparti tiddefinixxi t-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti.

▼M5

(c) “Tiswija” tfisser it-tneħħija ta' ħsara u/jew ir-restawr ta' prodott, parti jew tagħmir għal kundizzjoni ta' ajrunavigabbiltà wara r-rilaxx inizjali fis-servizz mill-manifattur.

(d) It-tneħħija ta' ħsara, li ssir billi jinbidlu partijiet jew tagħmir mingħajr il-ħtieġa ta' attività tad-disinn, għandha titqies bħala xogħol ta' manutenzjoni, u għalhekk ma għandha tkun teħtieġ l-ebda approvazzjoni skont dan l-Anness.

▼B

(e) Tiswija fuq oġġett tal-ETSO minbarra fuq unità ta’ qawwa awżiljarja (APU) għandha tiġi ttrattata bħala tibdila fid-disinn tal-ETSO u għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-punt 21.A.611.

▼M5

(f) F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

▼B

21A.431B    Tiswijiet standard

(a) It-tiswijiet standard huma tiswijiet:

(1) 

marbutin ma’:

(i) 

ajruplani b’massa ta’ tluq massima ta’ 5 700 kilogramm jew inqas;

(ii) 

inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors b’massa ta’ tluq massima ta’ 3 175 kilogramma jew inqas;

(iii) 

gliders u gliders bil-magna, blalen tal-arja u iġfna tal-ajru, kif iddefiniti għat-tip “ELA1” jew “ELA2”;

(2) 

li jsegwu dejta tad-disinn inkluża fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġin mill-Aġenzija, li jkun fihom metodi, tekniki u prattiki aċċettabbli biex jitwettqu u jiġu identifikati t-tiswijiet standard, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-airworthiness kontinwa; u

(3) 

li ma jkunux f’kunflitt mad-dejta tad-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip.

(b) Il-punti 21A.432A sa 21A.451 ma japplikawx għat-tiswijiet standard.

21.A.432A    Eliġibbiltà

(a) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha skont il-punt 21.A.432B, għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.

(b) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri.

21.A.432B    Turija tal-kapaċità

▼M5

(a) Applikant tal-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija b'konformità mas-Subparti J.

▼B

(b) B’deroga mill-punt (a), bħala proċedura alternattiva biex juri l-kapaċità tiegħu, applikant jista’ jitlob il-qbil tal-Aġenzija għall-użu ta’ proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet speċifiċi meħtieġa sabiex jikkonforma ma’ din is-Subparti.

▼M5

(c) B'deroga mill-punt (a), fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 21.A.14(c), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.432C(b).

▼M5

21.A.432C    Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

(a) 

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija għandha ssir b'mod u manjiera kif stabbilit mill-Aġenzija.

(b) 

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, u dan ikun fih:

1. 

deskrizzjoni tal-ħsara u disinn tat-tiswija tal-ħsara li jidentifikaw il-konfigurazzjoni fid-disinn tat-tip li fuqha tkun saret tiswija;

2. 

identifikazzjoni tal-oqsma kollha tad-disinn tat-tip u l-manwali approvati li huma mibdula jew milquta mid-disinn tat-tiswija;

3. 

identifikazzjoni ta' kwalunkwe investigazzjonijiet mill-ġdid meħtieġa biex juru l-konformità tad-disinn tat-tiswija u l-oqsma affettwati mid-disinn tat-tiswija mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU;

4. 

kwalunkwe emenda proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU;

5. 

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż il-mezzi u l-proċess proposti li għandhom jiġu segwiti biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.433(a)(1) u r-referenzi għal dokumenti tal-konformità relatati;

6. 

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tal-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

7. 

l-ispeċifikazzjoni jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tħejjietx kollha mill-applikant jew abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

▼M5

21.A.433    Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

(a) 

Disinn tat-tiswija għandu jiġi approvat biss meta:

1. 

jintwera, wara l-programm taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt 21.A.432C(b), li d-disinn tat-tiswija hu konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, kif ukoll b'kull emenda li tiġi stabbilita u notifikata mill-Aġenzija b'konformità mal-punt 21.B.450;

2. 

tiġi ddikjarata l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli skont il-punt (a)(1) u l-ġustifikazzjonijiet tal-konformità jiġu rreġistrati fid-dokumenti tal-konformità;

3. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni; kif ukoll

4. 

l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip b'konformità mal-punt 21.A.432C(b)(7):

(i) 

id-detentur ikun indika li ma hemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni mressqa skont il-punt (a)(2); kif ukoll

(ii) 

id-detentur ikun qabel li jikkollabora mad-detentur tad-disinn tat-tiswija biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi kollha għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul permezz tal-konformità mal-punt 21.A.451.

(b) 

L-applikant għandu jippreżenta lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a)(2) u, b'talba tal-Aġenzija, id-data sostanzjanta kollha meħtieġa.

21.A.435    Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

(a) 

Disinn tat-tiswija għandu jiġi kklassifikat bħala “maġġuri” jew “minuri” skont il-kriterji stabbiliti fil-punt 21.A.91 għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip.

(b) 

Disinn tat-tiswija għandu jiġi kklassifikat u approvat biss minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1), (2) u (5) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

▼M5 —————

▼B

21.A.439    Produzzjoni ta’ partijiet tat-tiswija

Il-partijiet u t-tagħmir li jintużaw biex issir it-tiswija għandhom ikunu mmanifatturati f’konformità mad-dejta tal-produzzjoni bbażata fuq id-dejta tad-disinn kollha meħtieġa, kif ipprovduta mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija:

(a) 

taħt is-Subparti F; jew

(b) 

minn organizzazzjoni approvata kif suppost f’konformità mas-Subparti G; jew

(c) 

minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif suppost.

21.A.441    Tiswir tat-tiswija

▼M6

(a) l-inkorporazzjoni ta’ tiswija għandha ssir f’konformità mal-Anness I (il-Parti-M), mal-Anness II (il-Parti-145), mal-Anness Vb (il-Parti-ML) jew mal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jew minn organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata f’konformità mas-Subparti G ta’ dan l-Anness, skont il-privileġġ previst fil-punt 21.A.163(d);

▼B

(b) L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tgħaddi lill-organizzazzjoni li se twettaq it-tiswija l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kollha meħtieġa.

21.A.443    Limitazzjonijiet

Disinn ta’ tiswija jista’ jkun approvat suġġett għal ċerti limitazzjonijiet, f’liema każ l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandha tinkludi l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha meħtieġa. Dawn l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom jintbagħtu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija lill-operatur f’konformità ma’ proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.

21.A.445    Ħsara mhux imsewwija

(a) Meta prodott, parti jew tagħmir bil-ħsara jitħalla mhux imsewwi, u dan ma jkunx kopert minn dejta approvata qabel, l-evalwazzjoni tal-ħsara għall-finijiet tal-konsegwenzi għall-airworthiness tiegħu tista’ ssir biss:

1. 

mill-Aġenzija; jew

2. 

minn organizzazzjoni tad-disinn approvata kif suppost taħt proċedura li dwarha jkun hemm ftehim mal-Aġenzija.

Kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-proċeduri tal-punt 21.A.443.

(b) Fejn l-organizzazzjoni li tkun qed tevalwa l-ħsara taħt il-punt (a) la tkun l-Aġenzija u lanqas ma tkun id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, din l-organizzazzjoni għandha tiġġustifika li l-informazzjoni li fuqha hija bbażata l-evalwazzjoni tkun adegwata jew mir-riżorsi tal-organizzazzjoni stess jew permezz ta’ arranġament mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, jew mal-manifattur, skont kif japplika.

21.A.447    Żamma tar-rekords

Għal kull tiswija, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija rilevanti, it-tpinġijiet, ir-rapporti tat-testijiet, l-istruzzjonijiet u l-limitazzjonijiet li possibbilment ikunu nħarġu f’konformità mal-punt 21.A.443, il-ġustifikazzjoni għall-klassifikazzjoni, kif ukoll l-evidenza tal-approvazzjoni tad-disinn, għandhom:

(a) 

jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija; u

(b) 

jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-prodotti, partijiet jew tagħmir imsewwija.

21.A.449    Struzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa

(a) Id-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija għandu jipprovdi tal-anqas sett wieħed komplut ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa li jirriżultaw mid-disinn tat-tiswija, inklużi dejta deskrittiva u struzzjonijiet ta’ eżekuzzjoni mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli, lil kull operatur ta’ inġenju tal-ajru li jkun jinkorpora t-tiswija. Il-prodott, il-parti jew it-tagħmir imsewwi jista’ jkun irrilaxxat għas-servizz qabel ma jkunu tlestew it-tibdiliet f’dawk l-istruzzjonijiet, imma dan għandu jkun għal perjodu ta’ servizz limitat, u bi ftehim mal-Aġenzija. Dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli, jekk ikun hemm talba, għal kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet. Id-disponibbiltà ta’ xi manwal jew ta’ xi parti mit-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa, marbuta mal-ispezzjoni jew ma’ forom oħra ta’ manutenzjoni kbira, tista’ tiġi ttardjata sa wara li l-prodott ikun daħal fis-servizz, iżda dawn għandhom ikunu disponibbli qabel ma kwalunkwe wieħed mill-prodotti jkun laħaq l-età rilevanti jew is-sigħat/ċikli ta’ tijiriet.

(b) Jekk għal dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa jinħarġu aġġornamenti mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija, wara li t-tiswija tkun ġiet l-ewwel approvata, dawn l-aġġornamenti għandhom ikunu pprovduti lil kull operatur u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, lil kwalunkwe persuna oħra li tkun meħtieġa tikkonforma ma’ kwalunkwe wieħed mit-termini ta’ dawk it-tibdiliet fl-istruzzjonijiet. Programm li juri kif se jitqassmu l-aġġornamenti għat-tibdiliet fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa għandu jkun sottomess lill-Aġenzija.

21.A.451    Obbligi u mmarkar tal-EPA

(a) Kull detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri għandu:

1. 

jassumi l-obbligi:

(i) 

stabbiliti fil-punti 21.A.3A, 21.A.3B, 21.A.4, 21.A.439, 21.A.441, 21.A.443, 21.A.447 u 21.A.449;

(ii) 

impliċiti fil-kollaborazzjoni mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip, taċ-ċertifikat tat-tip supplementari jew tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, taħt il-punt 21.A.433 (b), kif xieraq;

2. 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

(b) Ħlief għal detenturi ta’ ċertifikat tat-tip jew detenturi ta’ awtorizzazzjoni għal APU li għalihom japplika l-punt 21.A.44, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri għandu:

1. 

jassumi l-obbligi stabbiliti fil-punti 21.A.4, 21.A.447 u 21.A.449; u

2. 

jispeċifika l-immarkar, inklużi l-ittri EPA, f’konformità mal-punt 21.A.804(a).

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601    Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO u r-regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, it-tali awtorizzazzjonijiet.

21.A.602A    Eliġibbiltà

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi, jew tinsab fil-proċess li tipproduċi, oġġett tal-ETSO, u li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt il-punt 21.A.602B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO.

21.A.602B    Turija tal-kapaċità

Kwalunkwe applikant għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandu juri l-kapaċità tiegħu kif ġej:

(a) 

għall-produzzjoni, billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, maħruġa f’konformità mas-Subparti G, jew permezz ta’ konformità mal-proċeduri tas-Subparti F; u

(b) 

għad-disinn:

1. 

għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja, billi jkollu approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mas-Subparti J;

2. 

għall-oġġetti l-oħra kollha, billi jintużaw il-proċeduri li jistabbilixxu l-prattiċi tad-disinn, ir-riżorsi u s-sekwenza tal-attivitajiet speċifiċi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

21.A.603    Applikazzjoni

(a) Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha ssir f’forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija u għandha tinkludi qafas tal-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.605.

(b) Meta tkun antiċipata sensiela ta’ tibdiliet minuri f’konformità mal-punt 21.A.611, l-applikant għandu jniżżel fl-applikazzjoni tiegħu n-numru bażiku tal-mudell tal-oġġett segwit min-numri assoċjati tal-parti b’parentesi miftuħa biex juri li ittri jew numri (jew kombinazzjoni tagħhom it-tnejn) tas-suffiss li jinbidlu se jiżdiedu minn żmien għal żmien.

▼M5

21.A.604    Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta' Potenza Awżiljari (APU)

Fir-rigward ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU:

(a) 

b'deroga mill-punti 21.A.603, 21.A.610 u 21.A.615, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin: il-punti 21.A.15, 21.A.20, 21.A.21, 21.A.31, 21.A.33, 21.A.44, 21.B.75 u 21.B.80. Madankollu, awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tinħareġ b'konformità mal-punt 21.A.606 minflok iċ-ċertifikat tat-tip;

▼M6

(b) 

b’deroga mill-punt 21.A.611, ir-rekwiżiti tas-Subparti D għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU u ta’ bidliet fid-disinn minn applikanti oħra kklassifikati bħala bidla minuri, u r-rekwiżiti tas-Subparti E għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta’ bidliet fid-disinn minn applikanti oħra kklassifikati bħala bidla maġġuri. Meta jkunu japplikaw ir-rekwiżiti tas-Subparti E, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni separata tal-ETSO minflok ċertifikat tat-tip supplimentari; kif ukoll

▼M5

(c) 

ir-rekwiżiti tas-Subparti M għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tad-disinji tat-tiswijiet.

21.A.605    Rekwiżiti tad-data

(a) 

L-applikant għandu jressaq dawn id-dokumenti li ġejjin lill-Aġenzija:

1. 

programm taċ-ċertifikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ETSO, li jistabbilixxi l-mezzi ta' dimostrazzjoni tal-konformità mal-punt 21.A.606(b);

2. 

dikjarazzjoni tal-konformità li tiċċertifika li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti ta' din is-Subparti;

3. 

dikjarazzjoni tad-disinn u l-prestazzjoni (DDP), li tiddikjara li l-applikant wera li l-oġġett jikkonforma mal-ETSO applikabbli skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni;

4. 

kopja tad-data teknika meħtieġa fl-ETSO applikabbli;

5. 

l-espożizzjoni, jew referenza għall-espożizzjoni, imsemmija fil-punt 21.A.143 sabiex tinkiseb approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti G jew il-manwal, jew referenza għall-manwal, imsemmi fil-punt 21.A.125 A(b) sabiex issir manifattura skont is-Subparti F mingħajr approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni;

6. 

fil-każ ta' APU, il-manwal, jew referenza għall-manwal, imsemmi fil-punt 21.A.243 sabiex tinkiseb approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tad-disinn skont is-Subparti J;

7. 

fil-każ tal-oġġetti l-oħra kollha, il-proċeduri, jew referenza għall-proċeduri, imsemmija fil-punt 21.A.602B(b)(2);

(b) 

L-applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kwalunkwe diffikultajiet jew ċirkostanzi li jinqalgħu waqt il-proċess tal-approvazzjoni li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq l-awtorizzazzjoni tal-ETSO.

21.A.606    Rekwiżiti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

Biex tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-applikant għandu:

(a) 

juri l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.602B;

(b) 

juri li l-oġġett jikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli tal-ETSO, jew ma' devjazzjonijiet minnhom approvati b'konformità mal-punt 21.A.610, jekk ikun hemm;

(c) 

jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din is-Subparti; kif ukoll

(d) 

jiddikjara li ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

▼B

21.A.607    Privileġġi ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO

Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO huwa intitolat jipproduċi u jimmarka l-oġġett bl-immarkar adattat tal-ETSO.

21.A.608    Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP)

(a) Id-DDP għandu jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. 

informazzjoni li tikkorrispondi għall-punti 21.A.31(a) u (b), li tidentifika l-oġġett u l-istandard tad-disinn u tal-ittestjar tiegħu;

2. 

il-prestazzjoni kkalkulata tal-oġġett, fejn xieraq, jew direttament jew b’referenza għal dokumenti supplementari oħra;

3. 

dikjarazzjoni ta’ konformità li tiċċertifika li l-oġġett ikun issodisfa l-ETSO x-xieraq;

4. 

referenza għar-rapporti tat-test rilevanti;

5. 

referenza għall-Manwali tal-Manutenzjoni, l-Ispezzjoni u t-Tiswija xierqa;

6. 

il-livelli ta’ konformità, fejn livelli varji ta’ konformità jkunu permessi mill-ETSO;

7. 

lista ta’ devjazzjonijiet aċċettati f’konformità mal-punt 21.A.610.

(b) Id-DDP għandha ġġib id-data u l-firma tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

21.A.609    Obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO taħt din is-Subparti għandu:

(a) 

jimmanifattura kull oġġett f’konformità mas-Subparti G jew is-Subparti F, li jiżgura li kull oġġett komplut ikun konformi mad-dejta tad-disinn tiegħu u jkun jista’ jiġi installat b’mod sikur;

(b) 

jipprepara u jżomm, għal kull mudell ta’ kull oġġett li għalih tkun inħarġet awtorizzazzjoni tal-ETSO, fajl kurrenti ta’ dejta u rekords tekniċi kompluti f’konformità mal-punt 21.A.613;

(c) 

jipprepara, jżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-airworthiness għall-oġġett;

(d) 

jagħmel disponibbli lill-utenti tal-oġġett u lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba, dawk il-manwali tal-manutenzjoni, l-ispezzjoni u t-tiswija li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni tal-oġġett, kif ukoll it-tibdiliet li jsiru f’dawk il-manwali;

(e) 

jimmarka kull oġġett f’konformità mal-punt 21.A.807;

(f) 

jikkonforma mal-punti 21.A.3A, 21.A.3B u 21.A.4;

(g) 

ikompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalifikazzjoni tal-punt 21.A.602B.

21.A.610    Approvazzjoni għal devjazzjoni

(a) Kull manifattur li jitlob l-approvazzjoni għal devjazzjoni minn kwalunkwe standard tal- prestazzjoni tal-ETSO għandu juri li l-istandards li minnhom tkun qed tintalab devjazzjoni jkunu kkompensati b’fatturi jew karatteristiċi tad-disinn li jkunu jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

(b) It-talba għall-approvazzjoni ta’ devjazzjoni, flimkien mad-dejta rilevanti kollha, għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzija.

21.A.611    Tibdiliet fid-disinn

(a) Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO jista’ jagħmel tibdiliet minuri fid-disinn (kwalunkwe tibdila għajr tibdila maġġuri) mingħajr awtorizzazzjoni ulterjuri mill-Aġenzija. F’dan il-każ, l-oġġett mibdul għandu jżomm in-numru tal-mudell oriġinali (tibdiliet jew emendi fin-numri tal-partijiet għandhom jintużaw biex ikunu identifikati t-tibdiliet minuri) u d-detentur għandu jgħaddi lill-Aġenzija kwalunkwe dejta riveduta li tkun meħtieġa għall-konformità mal-punt 21.A.603(b).

(b) Kwalunkwe tibdila fid-disinn li ssir mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO li tkun estensiva biżżejjed li tkun teħtieġ investigazzjoni sostanzjalment kompluta biex tkun stabbilita l-konformità mal-ETSO hija tibdila maġġuri. Qabel ma ssir it-tali tibdila, id-detentur għandu jassenja lill-oġġett deskrizzjoni ġdida tat-tip jew tal-mudell u japplika għal awtorizzazzjoni ġdida taħt il-punt 21.A.603.

(c) L-ebda tibdila fid-disinn minn persuna fiżika jew ġuridika, għajr id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO, li tkun issottomettiet id-dikjarazzjoni tal-konformità għall-oġġett ma hija eliġibbli għall-approvazzjoni taħt din is-Subparti O, sakemm il-persuna li tkun qed titlob it-tali approvazzjoni ma tkunx applikat taħt il-punt 21.A.603 għal awtorizzazzjoni separata tal-ETSO.

21.A.613    Żamma tar-rekords

B’referenza għar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords adattati għal jew assoċjati mas-sistema tal-kwalità, l-informazzjoni rilevanti kollha fuq id-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-testijiet, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni għall-oġġett ittestjat, għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa ħalli tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-oġġett u tal-prodott biċ-ċertifikat tat-tip li jkun twaħħal fih.

21.A.615    Spezzjoni mill-Aġenzija

Fuq talba tal-Aġenzija, kull applikant għal, jew detentur ta’, awtorizzazzjoni tal-ETSO għal oġġett, għandu jippermetti lill-Aġenzija:

(a) 

tkun preżenti għal kwalunkwe test;

(b) 

tispezzjona l-fajls tad-dejta teknika ta’ dak l-oġġett.

21.A.619    Perjodu u validità kontinwa

(a) Awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tinħareġ għal perjodu illimitat. Din għandha tibqa’ valida sakemm:

1. 

il-kundizzjonijiet meħtieġa meta tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tal-ETSO ma jkunux qed jiġu osservati aktar; jew

2. 

l-obbligi tad-detentur speċifikati fil-punt 21.A.609 ma jkunux qed jiġu mħarsa aktar; jew

3. 

ma jkunx ġie ppruvat li l-oġġett qed iwassal għal perikli fis-servizz li mhumiex aċċettabbli; jew

4. 

l-awtorizzazzjoni ma tkunx ġiet ċeduta jew revokata taħt il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija.

(b) Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-Aġenzija.

21.A.621    Trasferibbiltà

Ħlief għal bdil fil-proprjetà tad-detentur, li għandu jitqies bħala tibdila sinifikanti, u għalhekk għandu jkun konformi mal-punt 21.A.147 u 21.A.247 kif applikabbli, awtorizzazzjoni tal-ETSO maħruġa taħt dan l-Anness I (il-Parti 21) mhijiex trasferibbli.

SUBPARTI P —   PERMESS GĦAT-TITJIR

21.A.701    Kamp ta’ applikazzjoni

(a) Il-permessi għat-titjir għandhom jinħarġu skont din is-Subparti lil inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx, jew li ma jkunx intwera li jissodisfaw, ir-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli imma li jkunu jistgħu jagħmlu titjira sikura taħt kundizzjonijiet iddefiniti u għall-iskopijiet li ġejjin:

1. 

l-iżvilupp;

2. 

it-turija ta’ konformità mar-regolamenti jew mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni;

3. 

it-taħriġ tal-ekwipaġġi ta’ organizzazzjonijiet tad-disinn jew ta’ organizzazzjonijiet tal-produzzjoni;

4. 

l-ittestjar ta’ titjiriet matul il-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ta’ produzzjoni ġdida;

5. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru bejn il-faċilitajiet tal-produzzjoni matul il-produzzjoni;

6. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-klijent;

7. 

il-kunsinna jew l-esportazzjoni tal-inġenji tal-ajru;

8. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru għall-aċċettazzjoni mill-Awtorità;

9. 

l-istħarriġ tas-suq, inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-klijenti;

10. 

l-esibizzjoni u l-wirja tal-ajru (air show);

11. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru lejn post fejn tkun se ssir xi manutenzjoni jew verifika tal-airworthiness, jew lejn post ta’ ħażna;

12. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru b’piż ogħla mill-piż tat-tluq massimu ċċertifikat għal titjira itwal mid-distanza normali ta’ titjir fuq il-baħar, jew fuq żoni ta’ art fejn faċilitajiet adegwati ta’ nżul jew fjuwil mixtieq ma jkunux disponibbli;

13. 

il-ksur ta’ rekords, it-tlielaq tal-ajru jew xi kompetizzjoni simili;

14. 

it-titjir tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli qabel ma tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ambjentali;

15. 

għal attività ta’ titjir mhux kummerċjali fuq inġenji tal-ajru individwali mhux kumplessi jew tipi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom ma jkunx xieraq il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-airworthiness jew ta’ ċertifikat tal-airworthiness ristrett;

▼M5

16. 

it-titjir ta' inġenju tal-ajru għal finijiet ta' individwazzjoni ta' problemi jew biex jiġi ċċekkjat l-operat ta' sistema, tagħmir jew parti waħda jew aktar, wara l-manutenzjoni.

▼B

(b) Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk il-permessi u l-approvazzjonijiet tal-kundizzjonijiet tat-titjir.

21.A.703    Eliġibbiltà

(a) Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli bħala applikant għal permess għat-titjir minbarra għal permess għat-titjir mitlub għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)15, fejn l-applikant għandu jkun is-sid.

(b) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun eliġibbli sabiex tapplika għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir.

21.A.705    Awtorità kompetenti

Minkejja l-punt 21.1 ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21), għall-iskop ta’ din is-Subparti, l-“awtorità kompetenti” għandha tkun:

(a) 

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; jew

(b) 

għal inġenju tal-ajru li ma jkunx irreġistrat, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li jkun ordna l-marki ta’ identifikazzjoni.

21.A.707    Applikazzjoni għal permess għat-titjir

(a) F’konformità mal-punt 21.A.703 u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ joħroġ permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għal permess għat-titjir lill-awtorità kompetenti fil-forma u l-manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità.

(b) Kull applikazzjoni għal permess għat-titjir għandha tinkludi:

1. 

l-iskop(ijiet) tat-titjir(a/ijiet), skont il-punt 21.A.701;

2. 

il-modi kif l-inġenju tal-ajru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-airworthiness applikabbli;

3. 

il-kundizzjonijiet tat-titjir approvati skont il-punt 21.A.710.

(c) Fejn il-kundizzjonijiet tat-titjir ma jkunux ġew approvati fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni għal permess għat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir skont il-punt 21.A.709.

21.A.708    Kundizzjonijiet tat-titjir

Il-kundizzjonijiet tat-titjir jinkludu:

(a) 

il-konfigurazzjonijiet li għalihom ikun qed jintalab il-permess għat-titjir;

(b) 

kull kundizzjoni jew restrizzjoni meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

1. 

il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet imposti fuq l-itinerarji jew l-ispazju tal-ajru, jew it-tnejn, meħtieġa għat-titjir(a/ijiet);

▼M3

2. 

kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni imposta fuq l-ekwipaġġ tat-titjira biex itajjar l-inġenju tal-ajru, barra dawk definiti fl-Appendiċi XII ta' dan l-Anness I (il-Parti 21);

▼B

3. 

ir-restrizzjonijiet rigward il-ġarr ta’ persuni oħrajn minbarra l-ekwipaġġ tat-titjira;

4. 

il-limitazzjonijiet tat-tħaddim, il-proċeduri speċifiċi jew il-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati;

5. 

il-programm tat-test tat-titjira speċifiku (jekk ikun applikabbli);

6. 

l-arranġamenti speċifiċi dwar l-airworthiness kontinwa, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni u r-reġim li taħtu għandhom jiġu eżegwiti;

(c) 

il-konvalidazzjoni li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-punt (b);

(d) 

il-metodu użat għall-kontroll tal-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, biex jibqa’ fil-limiti tal-kundizzjonijiet stabbiliti.

21.A.709    Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

(a) F’konformità mal-punt 21.A.707(c) u meta l-applikant ma jkunx ingħata l-privileġġ japprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, għandha ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir:

1. 

lill-Aġenzija bil-mod u l-manjiera stabbiliti mill-Aġenzija, meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mas-sikurezza tad-disinn; jew

2. 

lill-awtorità kompetenti bil-mod u l-manjiera stabbiliti minn dik l-awtorità, meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir ma tkunx relatata mas-sikurezza tad-disinn.

(b) Kull applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għandha tinkludi:

1. 

il-kundizzjonijiet tat-titjir proposti;

2. 

id-dokumentazzjoni li tissostanzja dawn il-kundizzjonijiet; u

3. 

dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet tal-punt 21.A.708(b).

21.A.710    Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

(a) Meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir tkun relatata mas-sikurezza tad-disinn, il-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jiġu approvati minn:

1. 

l-Aġenzija; jew

2. 

organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq, skont il-privileġġ tal-punt 21.A.263(c)(6).

(b) Meta l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir ma tkunx relatata mas-sikurezza tad-disinn, il-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti, jew mill-organizzazzjoni li tkun approvata b’mod xieraq li tkun se toħroġ ukoll il-permess għat-titjir.

(c) Qabel ma tapprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, l-Aġenzija, l-awtorità kompetenti jew l-organizzazzjoni approvata għandha tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jagħmel titjira sikura taħt il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet speċifikati. L-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti tista’ tagħmel, jew teżiġi lill-applikant jagħmel, kull spezzjoni jew test meħtieġ għal dak l-iskop.

21.A.711    Ħruġ ta’ permess għat-titjir

(a) Permess għat-titjir (il-Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi III) jista’ jinħareġ mill-awtorità kompetenti taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.B.525.

(b) Organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21.A.263(c)(7), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710.

(c) Organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21.A.163(e), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710.

▼M6

(d) Organizzazzjoni approvata tista’ toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi IV) skont il-privileġġ mogħti f’konformità mal-punt CAMO.A.125 tal-Anness Vc (il-Parti-CAMO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jew mal-punt CALO.A.095 tal-Anness Vd (il-Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ta’ dan l-Anness ikunu ġew approvati f’konformità mal-punt 21.A.710 ta’ dan l-Anness.

▼B

(e) Il-permess għat-titjir għandu jispeċifika l-iskop(ijiet) u kwalunkwe kundizzjoni u restrizzjoni li tkun ġiet approvata skont il-punt 21.A.710.

(f) Għall-permessi maħruġa skont il-punti (b), (c) jew (d), għandha tingħata kopja tal-permess għat-titjir u tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati lill-awtorità kompetenti mal-ewwel opportunità iżda mhux aktar minn 3 ijiem wara.

(g) Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.723(a) ma tkunx issodisfata għal permess għat-titjir li organizzazzjoni tkun ħarġet f’konformità mal-punti (b), (c) jew (d), dik l-organizzazzjoni għandha tirrevoka dak il-permess għat-titjir immedjatament u tinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

21.A.713    Tibdiliet

(a) Kull tibdila li tinvalida l-kundizzjonijiet tat-titjir jew il-konvalidazzjoni assoċjata stabbilita għall-permess għat-titjir għandha tiġi approvata skont il-punt 21.A.710. Meta tkun rilevanti għandha ssir applikazzjoni skont il-punt 21.A.709.

(b) Tibdila li taffettwa l-kontenut tal-permess għat-titjir tkun teħtieġ il-ħruġ ta’ permess għat-titjir ġdid skont il-punt 21.A.711.

21.A.715    Lingwa

Il-manwali, l-avviżi, il-listi, l-immarkar tal-istrumenti u kwalunkwe informazzjoni neċessarja oħra meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għandhom jiġu ppreżentati f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal- Unjoni aċċettabbli għall-awtorità kompetenti.

21.A.719    Trasferibbiltà

(a) Permess għat-titjir mhuwiex trasferibbli.

(b) Minkejja l-punt (a), għal permess għat-titjir maħruġ għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15), fejn tkun inbidlet il-proprjetà ta’ inġenju tal-ajru, il-permess għat-titjir għandu jiġi ttrasferit flimkien mal-inġenju tal-ajru bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru, jew għandu jinħareġ biss bil-kunsens tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni fejn dan ikun ġie ttrasferit.

21.A.721    Spezzjonijiet

Id-detentur ta’, jew l-applikant għal, permess għat-titjir għandu jipprovdi aċċess għall-inġenju tal-ajru kkonċernat fuq talba tal-awtorità kompetenti.

21.A.723    Perjodu u validità kontinwa

(a) Permess għat-titjir għandu jinħareġ għal massimu ta’ 12-il xahar u għandu jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:

1. 

tinżamm il-konformità mal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet tal-punt 21.A.711(e) assoċjati mal-permess għat-titjir;

2. 

il-permess ma jiġix ċedut jew revokat;

3. 

l-inġenju tal-ajru jibqa’ fl-istess reġistru.

(b) Minkejja l-punt (a), permess għat-titjir maħruġ għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15) jista’ jinħareġ għal perjodu illimitat.

(c) Meta jiġi ċedut jew irrevokat, il-permess għat-titjir għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

21.A.725    Tiġdid ta’ permess għat-titjir

It-tiġdid tal-permess għat-titjir għandu jiġi pproċessat bħala tibdila f’konformità mal-punt 21.A.713.

21.A.727    Obbligi tad-detentur ta’ permess għat-titjir

Id-detentur ta’ permess għat-titjir għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet kollha assoċjati mal-permess għat-titjir huma ssodisfati u miżmuma.

21.A.729    Żamma tar-rekords

(a) Id-dokumenti kollha mressqa biex jiġu stabbiliti u ġġustifikati l-kundizzjonijiet tat-titjir għandhom jinżammu mid-detentur tal-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u tal-awtorità kompetenti u għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-inġenju tal-ajru.

(b) Id-dokumenti kollha assoċjati mal-ħruġ ta’ permessi għat-titjir taħt il-privileġġ ta’ organizzazzjonijiet approvati, inklużi r-rekords ta’ spezzjonijiet, id-dokumenti li jissostanzjaw l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir u l-permess għat-titjir innifsu, għandhom jinżammu mill-organizzazzjoni approvata relatata għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija jew tal-awtorità kompetenti u għandhom jinżammu sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa biex tkun żgurata l-airworthiness kontinwa tal-inġenju tal-ajru.

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801    Identifikazzjoni ta’ prodotti

(a) L-identifikazzjoni ta’ prodotti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1. 

l-isem tal-manifattur;

2. 

l-isem tal-prodott;

3. 

in-numru tas-serje tal-manifattur;

4. 

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Aġenzija jidhrilha li tkun xierqa.

(b) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura inġenju tal-ajru jew magna taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifika dak l-inġenju tal-ajru jew dik il-magna permezz ta’ pjanċa li tiflaħ għan-nar u li fuqha jkun hemm immarkata l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) permezz ta’ inċiżjoni jew stampar, jew inkella permezz ta’ metodu approvat ieħor ta’ mmarkar li jkun jiflaħ għan-nar. Il-pjanċa ta’ identifikazzjoni għandha tkun marbuta sew b’manjiera li din tkun aċċessibbli u tinqara, u li ma jkunx possibbli li titħassar jew titneħħa matul is-servizz normali, jew inkella li tintilef jew tinqered f’xi inċident.

(c) Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura skrun, xafra ta’ skrun, jew buttun ta’ skrun taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifikah permezz ta’ pjanċa, stampar, inċiżjoni, jew inkella b’xi metodu approvat ieħor ta’ identifikazzjoni li jkun jiflaħ għan-nar. Din l-identifikazzjoni għandha titpoġġa fuq wiċċ li ma jkunx kritiku, għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a), u għandha tkun tali li la titħassar u lanqas titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tintilef jew tinqered f’xi inċident.

(d) Għall-blalen tal-arja bl-ekwipaġġ, il-pjanċa ta’ identifikazzjoni preskritta fil-punt (b) għandha tkun marbuta sew mal-għata tagħhom u għandha titpoġġa, jekk ikun prattiku, fejn l-operatur ikun jista’ jaqraha meta l-ballun tal-arja jkun minfuħ bl-arja. Barra minn hekk, il-qoffa u l-qafas tiegħu, u kwalunkwe sistema ta’ tisħin għandhom ikunu mmarkati, b’mod permanenti u li jinqara, bl-isem tal-manifattur, in-numru tal-parti, jew l-ekwivalenti tiegħu, u n-numru tas-serje, jew l-ekwivalenti tiegħu.

21.A.803    Immaniġġjar tad-dejta ta’ identifikazzjoni

(a) L-ebda persuna ma tista’ tneħħi, tibdel, jew tpoġġi kwalunkwe informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun, jew fil-punt 21.A.807(a) fuq APU, mingħajr l-approvazzjoni tal-Aġenzija.

(b) L-ebda persuna ma tista’ tneħħi jew twaħħal kwalunkwe pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801, jew fil-punt 21.A.807 għal APU, mingħajr l-approvazzjoni tal-Aġenzija.

(c) B’deroga mill-punti (a) u (b), kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni taħt ir-regoli ta’ implimentazzjoni assoċjati applikabbli tista’, f’konformità mal-metodi, it-teknika u l-prattiki stabbiliti mill-Aġenzija:

1. 

tneħħi, tibdel jew tpoġġi l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801(a) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun, jew fil-punt 21.A.807(a) fuq APU; jew

2. 

tneħħi pjanċa ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.801, jew fil-punt 21.A.807 għal APU, meta dan ikun meħtieġ matul ix-xogħol ta’ manutenzjoni.

(d) L-ebda persuna ma tista’ twaħħal pjanċa ta’ identifikazzjoni mneħħija f’konformità mal-punt (c)(2) fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, magna, skrun, xafra ta’ skrun jew buttun ta’ skrun għajr fuq dak li minn fuqu din tkun tneħħiet.

21.A.804    Identifikazzjoni ta’ partijiet u tagħmir

(a) Kwalunkwe parti jew tagħmir għandha tkun immarkata, b’mod permanenti u li jinqara, bi:

1. 

isem, trademark jew simbolu li jidentifika l-manifattur b’mod identifikat fid-dejta tad-disinn applikabbli; u

2. 

in-numru tal-parti, kif iddefinit fid-dejta tad-disinn applikabbli; u

3. 

l-ittri EPA għal partijiet jew tagħmir prodotti f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO.

(b) B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti jew tagħmir ikun żgħir wisq jew li nkella ma jkunx prattiku li parti jew tagħmir jiġi mmarkat bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jakkumpanja l-parti jew it-tagħmir jew il-kontenitur tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ma tkunx setgħet tiġi mmarkata fuq il-parti.

21.A.805    Identifikazzjoni ta’ partijiet kritiċi

Barra mir-rekwiżit tal-punt 21.A.804, kull manifattur ta’ parti li tkun se titwaħħal fuq prodott biċ-ċertifikat tat-tip u li tkun ġiet identifikata bħala parti kritika għandu, b’mod permanenti u li jinqara, jimmarka dik il-parti bin-numru tal-parti tagħha u bin-numru tas-serje.

21.A.807    Identifikazzjoni ta’ oġġetti tal-ETSO

(a) Kull detentur ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO taħt is-Subparti O għandu, b’mod permanenti u li jinqara, jimmarka kull oġġett bl-informazzjoni li ġejja:

1. 

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

2. 

l-isem, it-tip, in-numru tal-parti jew l-isem tal-mudell tal-oġġett;

3. 

in-numru tas-serje jew id-data tal-manifattura tal-oġġett jew it-tnejn; u

4. 

in-numru tal-ETSO applikabbli.

(b) B’deroga mill-punt (a), jekk l-Aġenzija taqbel li parti tkun żgħira wisq jew li nkella ma jkunx prattiku li parti tiġi mmarkata bl-informazzjoni meħtieġa mill-punt (a), id-dokument tar-rilaxx awtorizzat li jakkumpanja l-parti jew il-kontenitur tagħha għandu jinkludi l-informazzjoni li ma tkunx setgħet tiġi mmarkata fuq il-parti.

(c) Kull persuna li timmanifattura APU taħt is-Subparti G jew is-Subparti F għandha tidentifika dik l-APU permezz ta’ pjanċa li tkun tiflaħ għan-nar li fuqha jkollha mmarkata l-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) permezz ta’ inċiżjoni jew stampar jew permezz ta’ metodu approvat ieħor ta’ mmarkar li jkun jiflaħ għan-nar. Il-pjanċa ta’ informazzjoni għandha tkun marbuta sew b’tali mod li din tkun aċċessibli u tinqara, u li la tkun tista’ titħassar u lanqas titneħħa matul is-servizz normali, u lanqas ma tkun tista’ tintilef jew tinqered f’xi inċident.

TAQSIMA B

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.B.5    Kamp ta’ applikazzjoni

▼M5

(a) Din it-Taqsima tistabbilixxi l-proċedura għall-awtorità kompetenti, meta din tkun qed teżerċita d-dmirijiet u r-responsabbiitajiet tagħha marbuta mal-ħruġ, maż-żamma, mal-emenda, mas-sospensjoni u mar-revoka taċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija f'dan l-Anness I.

▼B

(b) L-Aġenzija għandha tiżviluppa, f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u materjal ta’ gwida biex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima.

21.B.20    Obbligi tal-awtorità kompetenti

Kull awtorità kompetenti tal-Istat Membru hija responsabbli mill-implimentazzjoni tat-Taqsima A, is-Subpartijiet F, G, H, I u P, biss għall-applikanti, jew id-detenturi, li l-post prinċipali tan-negozju tagħhom ikun fit-territorju tagħha.

21.B.25    Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti

(a) Ġenerali:

L-Istat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti b’responsabbiltajiet allokati għall-implimentazzjoni tat-Taqsima A, is-Subpartijiet F, G, H, I u P, bi proċeduri dokumentati, struttura ta’ organizzazzjoni u persunal.

(b) Riżorsi:

1. 

in-numru ta’ persunal għandu jkun suffiċjenti biex iwettaq id-dmirijiet allokati lilu;

2. 

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha taħtar maniġer, jew maniġers, li jkunu responsabbli għat-twettiq tad-dmir(ijiet) relatat(i) fi ħdan l-awtorità, inkluża l-komunikazzjoni mal-Aġenzija u mal-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kif xieraq.

(c) Kwalifika u taħriġ:

Il-persunal kollu għandu jkun ikkwalifikat kif suppost u għandu jkollu għarfien, esperjenza u taħriġ biżżejjed biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

21.B.30    Proċeduri dokumentati

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati biex tiddeskrivi l-organizzazzjoni, il-mezzi u l-metodi tagħha biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21). Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u għandhom iservu bħala d-dokumenti bażiċi tal-ħidma f’dik l-awtorità għall-attivitajiet kollha relatati.

(b) Kopja tal-proċeduri u tal-emendi tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-Aġenzija.

21.B.35    Tibdiliet fl-organizzazzjoni u l-proċeduri

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdila sinifikanti fl-organizzazzjoni u l-proċeduri dokumentati tagħha.

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha taġġorna fi żmien xieraq il-proċeduri dokumentati tagħha marbutin ma’ kwalunkwe tibdila fir-regolamenti biex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva.

21.B.40    Riżoluzzjoni ta’ tilwim

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi proċess għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim fi ħdan il-proċeduri dokumentati tagħha ta’ organizzazzjoni.

(b) Fejn ikun hemm tilwima li ma tkunx tista’ tiġi riżolta bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tkun ir-responsabbiltà tal-maniġers, kif iddefinit fil-punt 21.B.25(b)(2), li jirreferu din it-tilwima lill-Aġenzija għall-medjazzjoni.

21.B.45    Rappurtar/koordinazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiżgura l-koordinazzjoni, kif applikabbli, ma’ timijiet oħra relatati taċ-ċertifikazzjoni, l-investigazzjoni, l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ dik l-awtorità, ma’ Stati Membri oħra, kif ukoll mal-Aġenzija biex ikun żgurat skambju effiċjenti tal-informazzjoni rilevanti għas-sikurezza tal-prodotti, il-partijiet jew it-tagħmir.

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe diffikultà fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

21.B.55    Żamma tar-rekords

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha żżomm, jew iżżomm aċċess għal, ir-rekords ix-xierqa relatati maċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet li tkun tat f’konformità mar-regolamenti nazzjonali rispettivi, u li r-responsabbiltà għalihom tkun ittrasferita lill-Aġenzija, sakemm dawn ir-rekords ma jkunux ġew ittrasferiti lill-Aġenzija.

21.B.60    Direttivi tal-airworthiness

Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirċievi direttiva tal-airworthiness minn awtorità kompetenti ta’ Stat li mhux membru, dik id-direttiva tal-airworthiness għandha tiġi ttrasferita lill-Aġenzija għad-disseminazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

▼M5

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.70    Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

L-Aġenzija, b'konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, inkluż speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà, għad-data tal-adegwatezza operattiva, u għall-protezzjoni ambjentali, li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw biex juru l-konformità ta' prodotti, partijiet u tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi II, IV u V ta' dak ir-Regolament, kif ukoll ma' dawk għall-protezzjoni ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed biex lill-applikanti juruhom il-kundizzjonijiet li skonthom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati.

21.B.75    Kundizzjonijiet speċjali

(a) 

L-Aġenzija għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa “kundizzjonijiet speċjali”, għal prodott, jekk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni relatati ma jkunx fihom standards tas-sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott għax:

1. 

il-prodott ikollu karatteristiċi tad-disinn ġodda jew mhux tas-soltu b'rabta mal-prattiki tad-disinn li fuqhom ikunu msejsa l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

2. 

l-użu maħsub tal-prodott ma jkunx wieħed konvenzjonali; jew

3. 

l-esperjenza minn prodotti simili oħra fis-servizz, jew minn prodotti li jkollhom karatterisitiċi tad-disinn simili jew perikli ġodda identifikati, tkun turi li jistgħu jiżviluppaw xi kundizzjonijiet mhux sikuri.

(b) 

Il-kundizzjonijiet speċjali jinkludu dawk l-istandards tas-sikurezza li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex tistabbilixxi livell tas-sikurezza ekwivalenti għal dak fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.

21.B.80    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun magħmula minn:

(a) 

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà deżinjati mill-Aġenzija minn fost dawk applikabbli għall-prodott fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat, diment li:

1. 

l-applikant jagħżel li jikkonforma, jew ikun jeħtieġlu jikkonforma skont il-punt 21.A.15(f), mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni; Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li saret applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi, fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett; jew

2. 

l-Aġenzija taċċetta kwalunkwe alternattiva għal speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni deżinjata li ma jistax ikun hemm konformità magħha, u li għaliha nstabu fatturi kompensatorji li jipprovdu livell ekwivalenti tas-sikurezza; jew

3. 

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi mezzi oħra li:

(i) 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip, tintwera konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139; jew

(ii) 

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip ristrett, jingħata livell xieraq tas-sikurezza fir-rigward tal-użu maħsub tiegħu; kif ukoll

(b) 

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75(a).

21.B.82    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' ingenju tal-ajru. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun magħmula minn:

(a) 

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva deżinjata mill-Aġenzija minn fost dawk applikabbli għall-inġenju tal-ajru fid-data tal-applikazzjoni jew fid-data tas-suppliment tal-applikazzjoni għad-data tal-adegwatezza operattiva, skont liema data tkun aktar tard, diment li:

1. 

l-applikant jagħżel li jikkonforma, jew skont il-punt 21.A.15(f) ikun jeħtieġlu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni; Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li saret applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi, fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett; jew

2. 

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi mezzi alternattivi biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Annessi II, IV u V tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(b) 

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75(a).

▼M5

21.B.85    Definizzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

(a) 

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant fil-każ ta' ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru, fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari jew fil-każ ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, ir-rekwiżiti tal-istorbju applikabbli u stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum I, il-Parti II, il-Kapitolu 1 u:

1. 

għall-ajruplani subsoniċi bil-ġett, il-Kapitoli 2, 3, 4 u 14;

2. 

għall-ajruplani misjuqa bl-iskrejjen, il-Kapitoli 3, 4, 5, 6, 10, u 14;

3. 

għall-ħelikopters, il-Kapitoli 8 u 11;

4. 

għall-ajruplani supersoniċi, il-Kapitolu 12; kif ukoll

5. 

għat-tilt rotors, il-Kapitolu 13.

(b) 

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant imsemmi fil-punt (a), ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet applikabbli għall-prevenzjoni tal-ivventjar intenzjonali tal-fjuwil għall-inġenji tal-ajru, stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum II, il-Parti II, il-Kapitoli 1 u 2.

(c) 

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant imsemmi fil-punt (a), ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet mill-magna tad-duħħan, tal-materja gassuża u tal-materja partikolata, u stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum II, il-Parti III, il-Kapitolu 1 u

1. 

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi minn magni b'turboreatturi u b'turbopropulsuri maħsuba għal propulsjoni biss b'veloċitajiet subsoniċi, il-Kapitolu 2;

2. 

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi minn magni b'turboreatturi u b'turbopropulsuri maħsuba għal propulsjoni b'veloċitajiet supersoniċi, il-Kapitolu 3; u

3. 

għall-emissjonijiet tal-materja partikolata minn magni b'turboreatturi u b'turbopropulsuri maħsuba għal propulsjoni biss b'veloċitajiet subsoniċi, il-Kapitolu 4.

(d) 

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant imsemmi fil-punt (a), ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-ajruplani, stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum III, il-Parti II, il-Kapitolu 1 u

1. 

għall-ajruplani subsoniċi bil-ġett, il-Kapitolu 2; kif ukoll

2. 

għall-ajruplani subsoniċi misjuqa bl-iskrejjen, il-Kapitolu 2.

▼M5

21.B.100    Livell ta' involviment

(a) 

L-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità relatati mal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, approvazzjoni ta' bidla maġġuri, ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU. Din għandha tagħmel dan abbażi ta' valutazzjoni tal-gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità tal-programm taċ-ċertifikazzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tindirizza:

— 
il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll
— 
l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew il-protezzjoni tal-ambjent,

u tikkunsidra tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

il-karatteristiċi ġodda jew mhux tas-soltu tal-proġett taċ-ċertifikazzjoni, inkluż aspetti operattivi, organizzattivi u ta' ġestjoni tal-għarfien;

2. 

il-kumplessità tad-disinn u/jew id-dimostrazzjoni tal-konformità;

3. 

il-kritikalità fid-disinn jew fit-teknoloġija u r-riskji relatati mas-sikurezza u l-ambjent, inkluż dawk identifikati fuq disinji simili; kif ukoll

4. 

il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-organizzazzjoni tad-disinn tal-applikant fil-qasam ikkonċernat.

(b) 

Għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija minuri, bidla minuri, jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għajr għal APU, l-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-livell tal-proġett kollu taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe karatteristika ġdida jew mhux tas-soltu, il-kumplessità tad-disinn u/jew id-dimostrazzjoni tal-konformità, il-kritikalità fid-disinn jew fit-teknoloġija, kif ukoll il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-organizzazzjoni tad-disinn tal-applikant.

(c) 

L-Aġenzija għandha tinnotifika l-livell ta' involviment tagħha lill-applikant u għandha taġġorna l-livell ta' involviment tagħha meta dan ikun ġustifikat b'informazzjoni li jħalli impatt apprezzabbli fuq ir-riskju evalwat qabel skont il-punt (a) jew (b). L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar bidla fil-livell ta' involviment.

21.B.103    Ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru, magna jew skrun jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru, diment li:

1. 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.21;

2. 

l-Aġenzija, permezz ta' verifiki tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont l-involviment tagħha iddeterminat skont il-punt 21.B.100, ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

B'deroga mill-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' toħroġ ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

▼B

(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

▼M2 —————

▼M5

21.B.105    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101 u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip.

21.B.107    Ħruġ ta' approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' bidla fiċ-ċertifikat tat-tip diment li:

1. 

l-applikant għal approvazzjoni jkun konfomi ma':

(i) 

il-punt 21.A.95 fil-każ ta' bidla minuri; jew

(ii) 

il-punt 21.A.97 fil-każ ta' bidla maġġuri;

2. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment tagħha ddeterminat skont il-punt (a) jew (b) tal-punt 21.B.100, ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Fil-kaz ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b'deroga mill-punti (1) u (2) tal-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' tapprova bidla f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(c) 

L-approvazzjoni tal-bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun inkluża fl-approvazzjoni tal-bidla fiċ-ċertifikat tat-tip.

(d) 

L-approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li għandha x'taqsam magħhom il-bidla.

▼B

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLEMENTARI

▼M5

F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

21.B.109    Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101, u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari.

21.B.111    Ħrug ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari, diment li:

1. 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.115(b);

2. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment stabbilit skont il-punt 21.B.100(a), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

Fil-kaz ta' ċertifikat tat-tip supplimentari li jaffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b'deroga mill-punti (1) u (2) tal-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

(c) 

L-approvazzjoni tal-bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari.

(d) 

Iċ-ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li għandha x'taqsam magħhom il-bidla maġġuri.

▼B

SUBPARTI F —   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.120    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha taħtar tim investigattiv għal kull applikant għal, jew detentur ta’, ittra ta’ ftehim biex dan iwettaq l-azzjonijiet kollha rilevanti marbuta ma’ din l-ittra ta’ ftehim. Dan għandu jkun magħmul minn kap tat-tim sabiex jiġġestixxi u jmexxi t-tim tal-investigazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, minn membru tat-tim wieħed jew aktar. Il-kap tat-tim għandu jirrapporta lill-maniġer responsabbli għall-attività, kif iddefinit fil-punt 21.B.25 (b)(2).

(b) L-awtorità kompetenti għandha twettaq attivitajiet ta’ investigazzjoni suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ittra ta’ ftehim biex din tkun tista’ tiġġustifika r-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjoni tal-applikanti għal, jew id-detenturi ta’, ittra ta’ ftehim bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkunu jkopru tal-anqas dawn l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li tkun irċeviet;

2. 

it-twaqqif tat-tim investigattiv;

3. 

it-tħejjija u l-ippjanar tal-investigazzjonijiet;

4. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni (il-manwal, il-proċeduri, eċċ.);

5. 

l-awditjar u l-ispezzjoni;

6. 

is-segwitu tal-azzjonijiet korrettivi; u

7. 

ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim.

21.B.125    Konstatazzjonijiet

(a) Meta, waqt verifiki jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ ittra ta’ ftehim ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A ta’ dan l- Anness, din il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata f’konformità mal-punt 21.A.125B(a).

(b) L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

1. 

għal konstatazzjonijiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata biex tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-ittra ta’ ftehim kollha jew parti minnha, skont il-gravità tal-konstatazzjoni, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva;

2. 

għal konstatazzjonijiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu għall-azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni u li ma għandux ikun itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, bil-kundizzjoni li jiġi pprovdut pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva min-naħa tal-organizzazzjoni.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-ittra ta’ ftehim kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.

21.B.130    Ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim

(a) Meta tkun sodisfatta li l-manifattur ikun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, is-Subparti F, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ mingħajr dewmien żejjed ittra ta’ ftehim li turi l-konformità ta’ prodotti, partijiet jew tagħmir individwali (il-Formola 65 tal-EASA, ara l-Appendiċi XI).

(b) L-ittra ta’ ftehim għandu jkun fiha l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim, data ta’ skadenza u, fejn applikabbli, il-limitazzjonijiet ix-xierqa marbuta mal-awtorizzazzjoni.

(c) Il-perjodu ta’ validità tal-ittra ta’ ftehim m’għandux ikun itwal minn sena.

21.B.135    Żamma tal-ittra ta’ ftehim

L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-ittra ta’ ftehim sakemm:

(a) 

il-manifattur ikun qed jagħmel użu kif suppost mill-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII) bħala dikjarazzjoni tal-konformità għal inġenju tal-ajru komplut u mill-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I) għal prodotti għajr ajruplani, partijiet u tagħmir kompluti; u

(b) 

l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru qabel ma ssir il-validazzjoni tal-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII) jew tal-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I), skont il-punt 21.A.130(c), ma jkunu wrew l-ebda konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti jew mal-proċeduri kif jinsabu fil-manwal ipprovdut mill-manifattur jew nuqqas ta’ konformità tal-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir rispettivi. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jivverifikaw tal-anqas li:

1. 

il-ftehim ikun ikopri l-prodott, il-parti jew it-tagħmir li jkun qed jiġi vvalidat, u li dan jibqa’ validu;

2. 

il-manwal deskritt fil-punt 21.A.125A(b) u l-istatus ta’ tibdil tiegħu msemmi fl-ittra ta’ ftehim ikun użat bħala dokument bażiku tax-xogħol mill-manifattur. Altrimenti, l-ispezzjoni m’għandhiex tkompli u għalhekk iċ-ċertifikati tar-rilaxx m’għandhomx ikunu vvalidati;

3. 

il-produzzjoni tkun saret taħt il-kundizzjonijiet preskritti fl-ittra ta’ ftehim u tkun twettqet b’mod sodisfaċenti;

4. 

l-ispezzjonijiet u t-testijiet (inklużi t-testijiet tat-titjira, jekk ikun meħtieġ), skont il-punti 21.A.130(b)(2) u/jew (b)(3), ikunu saru taħt il-kundizzjoni preskritta fl-ittra ta’ ftehim u jkunu twettqu b’mod sodisfaċenti;

5. 

l-ispezzjonijiet mill-awtorità kompetenti deskritti jew indirizzati fl-ittra ta’ ftehim ikunu saru u nstabu li huma aċċettabbli;

6. 

id-dikjarazzjoni tal-konformità tkun konformi mal-punt 21.A.130 u li l-informazzjoni pprovduta minnha ma tkunx tipprevjeni l-validazzjoni tagħha; u

(c) 

tkun għadha ma ġiet stabbilita l-ebda data ta’ skadenza għall-ittra ta’ ftehim.

21.B.140    Emenda fl-ittra ta’ ftehim

(a) L-awtorità kompetenti għandha tinvestiga, kif xieraq, f’konformità mal-punt 21.B.120, kwalunkwe emenda tal-ittra ta’ ftehim.

(b) Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Subparti F, jkomplu jkunu rispettati, din għandha temenda l-ittra ta’ ftehim kif suppost.

21.B.145    Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta’ ittra ta’ ftehim

(a) Il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lid-detentur tal-ittra ta’ ftehim. L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għal-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka u għandha tinforma lid-detentur tal-ittra ta’ ftehim bid-dritt ta’ appell tiegħu.

(b) Meta ittra ta’ ftehim tkun ġiet sospiża, din għandha terġa’ tinħareġ biss wara li l-konformità mat-Taqsima A, is-Subparti F tkun ġiet stabbilita mill-ġdid.

21.B.150    Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull ittra ta’ ftehim individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1. 

id-dokumenti pprovduti mill-applikant għal, jew mid-detentur ta’, ittra ta’ ftehim;

2. 

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni u l-ispezzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.120;

3. 

l-ittra ta’ ftehim, inklużi t-tibdiliet; u

4. 

il-minuti tal-laqgħat mal-manifattur.

(c) Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara l-iskadenza tal-ittra ta’ ftehim.

(d) L-awtorità kompetenti għandha żżomm ukoll ir-rekords tad-Dikjarazzjonijiet tal-Konformità kollha (il-Formola 52 tal-EASA, ara l-Appendiċi VIII) u taċ-Ċertifikati tar-Rilaxx Awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA, ara l-Appendiċi I) li hija tkun ivvalidat.

SUBPARTI G —   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.220    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha taħtar tim għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għal kull applikant, jew detentur ta’, approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. Dan għandu jwettaq ix-xogħol kollu rilevanti marbut ma’ din l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, u għandu jkun jikkonsisti minn kap tat-tim li jiġġestixxi u jmexxi t-tim tal-approvazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, minn membru tat-tim wieħed jew aktar. Il-kap tat-tim għandu jirrapporta lill-maniġer responsabbli għall-attività kif iddefinit fil-punt 21.B.25(b)(2).

(b) L-awtorità kompetenti għandha tagħmel attivitajiet ta’ investigazzjoni suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni biex tiġġustifika r-rakkomandazzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjoni.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri għall-investigazzjoni tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet li tkun irċeviet;

2. 

it-twaqqif ta’ tim għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

3. 

it-tħejjija u l-ippjanar tal-investigazzjonijiet;

4. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni (l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, il-proċeduri, eċċ.);

5. 

l-awditjar;

6. 

is-segwitu tal-azzjonijiet korrettivi;

7. 

ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

8. 

is-sorveljanza kontinwa.

21.B.225    Konstatazzjonijiet

(a) Meta, waqt verifiki jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jkun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, din il-konstatazzjoni għandha tkun ikklassifikata f’konformità mal-punt 21.A.158(a).

(b) L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

1. 

għal konstatazzjonijiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata biex tillimita, tissospendi jew tirrevoka l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kollha jew parti minnha, skont il-gravità tal-konstatazzjoni, sakemm l-organizzazzjoni tkun wettqet b’suċċess l-azzjoni korrettiva;

2. 

għal konstatazzjonijiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu għall-azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tal-konstatazzjoni u li ma għandux ikun itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tal-konstatazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, bil-kundizzjoni li jiġi pprovdut pjan sodisfaċenti ta’ azzjoni korrettiva min-naħa tal-organizzazzjoni.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.

21.B.230    Ħruġ ta’ ċertifikat

(a) Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, is-Subparti G, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ mingħajr dewmien żejjed Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (il-Formola 55 tal-EASA, ara l-Appendiċi X).

(b) In-numru ta’ referenza għandu jkun inkluż fil-Formola 55 tal-EASA b’manjiera speċifikata mill-Aġenzija.

21.B.235    Sorveljanza kontinwa

(a) Biex tkun iġġustifikata ż-żamma tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha twettaq sorveljanza kontinwa:

1. 

biex tivverifika li s-sistema tal-kwalità tad-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tikkonforma mat-Taqsima A, is-Subparti G;

2. 

biex tivverifika li l-organizzazzjoni tad-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun qed topera f’konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni;

3. 

biex tivverifika l-effettività tal-proċeduri tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u

4. 

biex tissorvelja b’kampjuni l-istandards tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir.

(b) Is-sorveljanza kontinwa għandha ssir f’konformità mal-punt 21.B.220.

(c) L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi, permezz ta’ sorveljanza kontinwa ppjanata, li approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun riveduta kompletament għall-konformità ma’ dan l-Anness I (il-Parti 21) matul perjodu ta’ 24 xahar. Is-sorveljanza kontinwa tista’ tikkonsisti minn diversi attivitajiet investigattivi matul dan il-perjodu. In-numru ta’ verifiki jista’ jvarja skont il-kumplessità tal-organizzazzjoni, in-numru ta’ siti, kif ukoll skont kemm tkun kritika l-produzzjoni. Bħala minimu d-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jkun suġġett għal attività ta’ sorveljanza kontinwa għall-inqas darba fis-sena, liema attività għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti.

21.B.240    Emenda ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja kwalunkwe tibdila minuri permezz tal-attivitajiet ta’ sorveljanza kontinwa.

(b) L-awtorità kompetenti għandha tinvestiga kif xieraq, f’konformità mal-punt 21.B.220, kwalunkwe tibdila sinifikanti f’approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew f’applikazzjoni mid-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni biex issir emenda fil-kamp ta’ applikazzjoni u fit-termini tal-approvazzjoni.

(c) Meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Subparti G, jkomplu jkunu rispettati, din għandha temenda l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni kif suppost.

21.B.245    Sospensjoni u revoka ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

(a) Fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni livell, l-awtorità kompetenti għandha tillimita, tissospendi jew tirrevoka, parzjalment jew b’mod sħiħ, approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ġej:

1. 

fil-każ ta’ konstatazzjoni tal-ewwel livell l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi llimitata jew sospiża immedjatament. Jekk id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jonqos milli jikkonforma mal-punt 21.A.158(c)(1), l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi revokata;

2. 

fil-każ ta’ konstatazzjoni tat-tieni livell, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe restrizzjoni fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-approvazzjoni permezz ta’ sospensjoni temporanja tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, jew ta’ partijiet minnha. Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jonqos milli jikkonforma mal-punt 21.A.158(c)(2), l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi revokata.

(b) Il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tiġi kkomunikata bil-miktub lid-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għas-sospensjoni jew ir-revoka u għandha tinforma lid-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni bid-dritt ta’ appell tiegħu.

(c) Meta approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun ġiet sospiża, din għandha terġa’ tinħareġ mill-ġdid biss wara li tkun ġiet stabbilita mill-ġdid il-konformità mat-Taqsima A, is-Subparti G.

21.B.260    Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1. 

id-dokumenti pprovduti mill-applikant għal, jew mid-detentur ta’, ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni;

2. 

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imsemmija l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.220, inklużi l-konstatazzjonijiet stabbiliti f’konformità mal-punt 21.B.225;

3. 

il-programm ta’ sorveljanza kontinwa, inklużi r-rekords tal-investigazzjonijiet li jkunu saru;

4. 

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, inklużi t-tibdiliet;

5. 

il-minuti tal-laqgħat mad-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni.

(c) Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin.

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS U ĊERTIFIKATI TAL-AIRWORTHINESS RISTRETTI

21.B.320    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat tal-airworthiness biex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat jew tal-permess.

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni;

3. 

il-klassifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-airworthiness;

4. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

5. 

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

6. 

it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet meħtieġa għaċ-ċertifikati tal-airworthiness.

21.B.325    Ħruġ ta’ ċertifikati tal-airworthiness

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness (il-Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi VI), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.326 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness ristrett (il-Formola 24 tal-EASA, ara l-Appendiċi V), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, meta tkun sodisfatta li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-punt 21.B.327 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness I (il-Parti 21).

▼M6

(c) Għal inġenju tal-ajru ġdid jew għal inġenju tal-ajru użat li jkunu joriġinaw minn pajjiż li mhux Stat Membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-punt (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà inizjali (il-Formola 15a jew 15c tal-EASA, ara l-Appendiċi II).

▼M5

21.B.326    Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà:

(a) 

għal inġenju tal-ajru ġdid:

1. 

meta tiġi ppreżentata d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(2);

2. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat u li jkun f'kundizzjoni ta' operazzjoni sikura; dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; kif ukoll

3. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba.

(b) 

għal inġenju tal-ajru użat:

1. 

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(3) li tkun turi li:

(i) 

l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn tat-tip approvat skont ċertifikat tat-tip u ma' kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplimentari, bidla jew tiswija approvati b'konformità ma' dan l-Anness I (il-Parti 21) u;

(ii) 

hemm konformità mad-direttivi applikabbli tal-ajrunavigabbiltà, u;

▼M6

(iii) 

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, kif ikun xieraq;

▼M5

(iv) 

l-inġenju tal-ajru kien konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta nħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba;

2. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat u li jkun f'kundizzjoni ta' operazzjoni sikura; dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u;

3. 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru kien konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta kien inħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba.

▼B

21.B.327    Ċertifikat tal-airworthiness ristrett

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-airworthiness ristrett għal:

1. 

inġenju tal-ajru ġdid:

(i) 

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(2);

(ii) 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi, u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni;

2. 

inġenju tal-ajru użat:

(i) 

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(3) li tkun turi li:

(A) 

l-inġenju tal-ajru jkun konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdila jew tiswija approvati f’konformità ma’ dan l- Anness I (il-Parti 21); u

(B) 

jkun hemm konformità mad-direttivi tal-airworthiness applikabbli; u

▼M6

(C) 

l-inġenju tal-ajru jkun ġie spezzjonat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-M) jew mal-Anness Vb (il-Parti-ML) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, kif ikun xieraq;

▼B

(ii) 

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jkun konformi mad-disinn approvat u li jkun f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

(b) Għal inġenju tal-ajru li ma jistax jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u li mhuwiex eliġibbli għal ċertifikat tat-tip ristrett, l-Aġenzija għandha, sabiex tikkonsidra kif meħtieġ id-devjazzjonijiet minn dawn ir-rekwiżiti essenzjali:

1. 

toħroġ, u tivverifika l-konformità ma’, speċifikazzjonijiet tal-airworthiness speċifiċi biex tkun żgurata s-sikurezza adegwata fir-rigward tal-użu maħsub, u

2. 

tispeċifika l-limitazzjonijiet għall-użu ta’ dan l-inġenju tal-ajru.

(c) Il-limitazzjonijiet għall-użu għandhom jiġu assoċjati ma’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-ispazju tal-ajru, kif meħtieġ biex jiġu kkunsidrati d-devjazzjonijiet mir-rekwiżiti essenzjali għall-airworthiness stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

21.B.330    Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati tal-airworthiness u ta’ ċertifikati tal-airworthiness ristretti

(a) Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.181(a) ma tkunx issodisfata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-airworthiness.

(b) Mal-ħruġ tal-avviż ta’ sospensjoni u revoka ta’ ċertifikat tal-airworthiness jew ta’ ċertifikat tal-airworthiness ristrett, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għas-sospensjoni jew ir-revoka u tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat bid-dritt ta’ appell tiegħu.

21.B.345    Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull ċertifikat tal-airworthiness individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1. 

id-dokumenti pprovduti mill-applikant;

2. 

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.320(b); u

3. 

kopja taċ-ċertifikat jew tal-permess, inklużi l-emendi.

(c) Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara li jkunu tneħħew minn dak ir-reġistru nazzjonali.

SUBPARTI I —   ĊERTIFIKATI TAL-ĦOSS

21.B.420    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti dwar l-applikant għal, jew id-detentur ta’, ċertifikat tal-ħoss biex tiġġustifika l-ħruġ, iż-żamma, l-emenda, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.

(b) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni bħala parti mill-proċeduri dokumentati li jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà;

2. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

3. 

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru.

21.B.425    Ħruġ ta’ ċertifikati tal-ħoss

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha, kif applikabbli, toħroġ jew temenda ċertifikati tal-ħoss (il-Formola 45 tal-EASA, ara l-Appendiċi VII) mingħajr dewmien żejjed meta tkun sodisfatta li r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A, is-Subparti I, jkunu ntlaħqu.

21.B.430    Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikat tal-ħoss

(a) Kif ikun hemm evidenza li wħud mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.211(a) ma jkunux issodisfati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tissospendi jew tirrevoka ċertifikat tal-ħoss.

(b) Kif toħroġ l-avviż ta’ sospensjoni u ta’ revoka ta’ ċertifikat tal-ħoss, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għas-sospensjoni u għar-revoka u għandha tinforma lid-detentur taċ-ċertifikat bid-dritt ta’ appell tiegħu.

21.B.445    Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma tar-rekords bi kriterji minimi taż-żamma li tippermetti t-traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ, taż-żamma, tal-emenda, tas-sospensjoni jew tar-revoka ta’ kull ċertifikat tal-ħoss individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1. 

id-dokumenti pprovduti mill-applikant;

2. 

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.420(b);

3. 

kopja taċ-ċertifikat, inklużi l-emendi.

(c) Ir-rekords għandhom jiġu arkivjati għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara li jkunu tneħħew minn dak ir-reġistru nazzjonali.

SUBPARTI J —   APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

SUBPARTI K —   PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.

(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

▼M5

21.B.450    Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali fil-każ ta' approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

L-Aġenzija għandha tiddeżinja kwalunkwe emenda tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex jinżamm livell tas-sikurezza daqs dak stabbilit qabel, u għandha tinnotifika dan lill-applikant għal disinn tat-tiswija.

21.B.453    Ħruġ ta' approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

(a) 

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri, diment li:

1. 

l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.432B;

2. 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.433;

3. 

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment stabbilit skont il-punt 21.B.100(a), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

4. 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b) 

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija minuri, diment li l-applikant ikun konformi mal-punti (2) u (4) tal-punt (a) u diment li l-Aġenzija, permezz tal-verifiki tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell ta' involviment skont il-punt 21.B.100(b), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali.

▼B

(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW

▼M5

21.B.480    Ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, diment li:

(a) 

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.606;

(b) 

l-Aġenzija, permezz tal-verifiki tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell ta' involviment skont il-punt 21.B.100(b), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi tal-ETSO applikabbli jew ma' devjazzjonijiet minnhom appprovati skont il-punt 21.A.610, jekk ikun hemm; kif ukoll

(c) 

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-oġġett għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

▼B

SUBPARTI P —   PERMESS GĦAT-TITJIR

21.B.520    Investigazzjoni

(a) L-awtorità kompetenti għandha twettaq attivitajiet investigattivi suffiċjenti biex tiġġustifika l-ħruġ jew ir-revoka tal-permess għat-titjir.

(b) L-awtorità kompetenti għandha tħejji proċeduri ta’ evalwazzjoni li jkunu jkopru tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikant;

2. 

l-evalwazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikazzjoni;

3. 

l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni li din tkun irċeviet mal-applikazzjoni;

4. 

l-ispezzjoni tal-inġenju tal-ajru;

5. 

l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir f’konformità mal-punt 21.A.710(b).

21.B.525    Ħruġ ta’ permessi għat-titjir

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għat-titjir (il-Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi III) mingħajr dewmien żejjed:

(a) 

mal-preżentazzjoni tad-dejta skont il-punt 21.A.707; u

(b) 

meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21.A.708 ikunu ġew approvati skont il-punt 21.A.710; u

(c) 

meta l-awtorità kompetenti, permezz tal-investigazzjonijiet tagħha stess, li jistgħu jinkludu l-ispezzjonijiet, jew permezz ta’ proċeduri maqbula mal-applikant, tkun sodisfatta li qabel it-titjir l-inġenju tal-ajru jkun jikkonforma mad-disinn iddefinit skont il-punt 21.A.708.

21.B.530    Revoka ta’ permessi għat-titjir

(a) Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.723(a) ma tkunx issodisfata għal permess għat-titjir li tkun ħarġet, l-awtorità kompetenti għandha tirrevoka dak il-permess għat-titjir.

(b) Mal-ħruġ tal-avviż ta’ revoka ta’ permess għat-titjir l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għar-revoka u tinforma lid-detentur tal-permess għat-titjir bid-dritt ta’ appell tiegħu.

21.B.545    Żamma tar-rekords

(a) L-awtorità kompetenti għandha tħaddem sistema ta’ żamma tar-rekords li tkun tipprovdi traċċabbiltà adegwata tal-proċess tal-ħruġ u r-revoka ta’ kull permess għat-titjir individwali.

(b) Ir-rekords għandu jkun fihom tal-anqas:

1. 

id-dokumenti pprovduti mill-applikant;

2. 

id-dokumenti stabbiliti matul l-investigazzjoni, li fihom ikun hemm imniżżla l-attivitajiet u r-riżultati finali tal-elementi ddefiniti fil-punt 21.B.520(b); u

3. 

kopja tal-permess għat-titjir.

(c) Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ sitt snin wara li l-permess ma jibqax validu.

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Għandhom japplikaw il-proċeduri amministrattivi stabbiliti mill-Aġenzija.




Appendiċijiet

FORMOLI TAL-EASA

Meta l-formoli ta’ dan l-Anness jinħarġu f’lingwa għajr l-Ingliż għandhom ikunu jinkludu traduzzjoni bl-Ingliż

Il-Formoli tal-EASA(“Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni”) imsemmija fl-appendiċijiet għal din il-Parti għandu jkollhom il-karatteristiċi obbligatorji li ġejjin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formoli tal-EASA li huma stess jiħorġu jkunu rikonoxxibli sew u għandhom ikunu responsabbli għall-istampar ta’ dawk il-Formoli.

Appendiċi I – Fomola tal-EASA Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat

▼M6

Appendiċi II – il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

▼B

Appendiċi III – Formola 20a tal-EASA Permess għat-Titjir

Appendiċi IV – Formola 20b tal-EASA Permess għat Titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati)

Appendiċi V – Formola 24 tal-EASA Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett

Appendiċi VI – Formola 25 tal-EASA Ċertifikat Airworthiness

Appendiċi VII – Formola 45 tal-EASA Ċertifikat tal-Ħoss

Appebdiċi VIII – Formola 52 tal-EASA Dikjarazzjoni tal-konformita’ tal-Inġenju tal-Ajru

Appendiċi IX – Formola 53 tal-EASA Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz

Appendiċi X – Formola 55 tal-EASA Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni

Appendiċi XI – Formola 65 tal-EASA Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni

Appendiċi XII – Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjir bi prova




Appendiċi I

Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat – il-Formola 1 tal-EASA imsemmi fl-Anness I (il-Parti 21)

image

►(1) M2  

►(2) M2  

►(3) M2  

►(4) M2  

►(5) M2  

Struzzjonijiet għall-użu tal-Formola 1 tal-EASA

▼M2

Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ produzzjoni. Issir referenza għall-Appendiċi II tal-Anness I (il-Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ manutenzjoni.

▼B

1.   SKOP U UŻU

1.1. Skop ewlieni taċ-ċertifikat hu li jiddikjara l-airworthiness ta’ prodotti, partijiet u tagħmir tal-avjazzjoni ġodda (“l-oġġett(i)”).

1.2. Għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-ċertifikat u l-oġġett(i). L-entità li toħroġ iċ-ċertifikat għandha żżomm kopja f’forma li tippermetti l-verifika tad-dejta oriġinali.

1.3. Iċ-ċertifikat huwa aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tal-airworthiness, iżda jista’ jkun jiddependi fuq ftehimiet bilaterali u/jew fuq il-politika tal-awtorità tal-airworthiness.

1.4. Iċ-ċertifikat mhuwiex dokument ta’ kunsinna jew ta’ trasport.

1.5. L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jiġu rrilaxxati permezz taċ-ċertifikat.

1.6. Iċ-ċertifikat ma jikkostitwixxix approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett fuq inġenju tal-ajru, magna jew skrun partikolari, iżda jgħin biex l-utent aħħari jkun jista’ jiddeċiedi x’inhu l-istatus tal-approvazzjoni tal-airworthiness tiegħu.

1.7. Mhux permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti rrilaxxati wara l-produzzjoni u ta’ oħrajn irrilaxxati wara l-manutenzjoni.

1.8. Mhux permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti ċċertifikati f’konformità ma’ “dejta approvata” u ta’ oħrajn iċċertifikati b’“dejta mhux approvata”.

2.   FORMAT ĠENERALI

2.1. Iċ-ċertifikat għandu jkun konformi mal-format mehmuż, inklużi n-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li ċ-ċertifikat ma jibqax jintgħaraf.

2.2. Iċ-ċertifikat għandu jkun f’format mimdud (“landscape”), iżda d-daqs globali jista’jitkabbar jew jiċċekken b’mod sinifikanti, basta ċ-ċertifikat jibqa’ jintgħaraf u leġġibbli. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.3. Id-dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tal-Utent/l-Installatur tista’ titqiegħed fuq kwalunkwe naħa tal-formola.

2.4. L-istampar għandu jkun ċar u leġġibbli biex ikun jista’ jinqara faċilment.

2.5. Iċ-ċertifikat jista’ jkun jew stampat minn qabel jew magħmul permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġġibbli u konformi mal-format iddefinit.

2.6. Iċ-ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż, u meta xieraq, b’lingwa oħra jew aktar.

2.7. Id-dettalji li għandhom jitniżżlu fuq iċ-ċertifikat jistgħu jiġu stampati permezz ta’ magna/kompjuter jew miktubin bl-idejn, b’ittri majjuskoli u li jippermettu li jinqraw faċilment.

2.8. Għal aktar ċarezza, it-taqsir ta’ kliem għandu jintuża mill-anqas possibbli.

2.9. L-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tista’ tuża l-vojt li jifdal fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat biex tniżżel kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, iżda ma tista’ tinkludi l-ebda dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni. Kwalunkwe użu li jsir min-naħa ta’ wara taċ-ċertifikat għandha ssir referenza għalih fil-kaxxa x-xierqa fuq in-naħa ta’ quddiem taċ-ċertifikat.

3.   KOPJI

3.1. Ma hemm l-ebda limitu fuq in-numru ta’ kopji taċ-ċertifikat li jistgħu jintbagħtu lill-klijent jew li jistgħu jinżammu mill-entità li toħorġu.

4.   ŻBALL/ŻBALJI FIĊ-ĊERTIFIKAT

4.1. F’każ li utent aħħari jsib xi żball/żbalji fuq ċertifikat, għandu jidentifikah/om bil-miktub lill-entità li tkun ħarġitu. Jekk tkun tista’ tivverifika u tikkoreġi l-iżball/l-iżbalji, l-entità li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tista’ toħroġ ċertifikat ġdid.

4.2. Iċ-ċertifikat il-ġdid għandu jkollu numru ta’ referenza tal-formola u data ġodda u jrid jiġi ffirmat mill-ġdid.

4.3. It-talba għal ċertifikat ġdid tista’ tiġi aċċettata mingħajr ma terġa’ ssir verifika tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-ċertifikat il-ġdid mhuwiex dikjarazzjoni tal-kundizzjoni attwali tal-oġġett u fil-kaxxa 12 tiegħu għandha ssir referenza għaċ-ċertifikat preċedenti, permezz tad-dikjarazzjoni li ġejja: “Dan iċ-ċertifikat jikkoreġi l-iżball/l-iżbalji fil-kaxxa/il-kaxxi [indika l-kaxxa/il-kaxxi kkoreġuti] taċ-ċertifikat [indika n-numru ta’ referenza tal-formola oriġinali] ddatat [indika d-data tal-ħruġ oriġinali] u ma jkoprix il-konformità/il-kundizzjoni/ir-rilaxx tal-oġġett għas-servizz”. Iż-żewġ ċertifikati għandhom jinżammu għall-perjodu minimu li matulu għandu jinżamm l-ewwel ċertifikat.

5.   MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ENTITÀ LI TOĦORĠU

Kaxxa 1:   Awtorità kompetenti/pajjiż responsabbli għall-approvazzjoni

Indika l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li dan iċ-ċertifikat inħareġ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha. Jekk l-awtorità kompetenti hija l-Aġenzija, indika “EASA” biss.

Kaxxa 2:   Intestatura tal-Formola 1 tal-EASA

“ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT - FORMOLA 1 TAL-EASA”

Kaxxa 3:   Numru ta’ referenza tal-Formola

Indika n-numru uniku stabbilit mis-sistema/mill-proċedura ta’ numerazzjoni tal-organizzazzjoni msemmija fil-kaxxa 4; dan in-numru jista’ jinkludi karattri alfanumeriċi.

Kaxxa 4:   Isem u indirizz tal-organizzazzjoni

Indika l-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni (agħmel referenza għall-Formola 55 tal-EASA, il-Paġna A) li qed tirrilaxxa l-oġġett(i) kopert(i) minn dan iċ-ċertifikat. F’din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., tal-organizzazzjoni, sakemm id-daqs tagħhom joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5:   Ordni ta’ xogħol/kuntratt/fattura

Sabiex tiffaċilita t-traċċabbiltà tal-oġġett(i) mill-klijent, indika n-numru tal-ordni ta’ xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura jew numru ta’ referenza simili.

Kaxxa 6:   Oġġett

Meta jkun hemm aktar minn linja waħda ta’ oġġetti, indika n-numru ta’ kull linja. Din il-kaxxa tippermetti li t-tqabbil mar-Rimarki fil-kaxxa 12 isir faċilment.

Kaxxa 7:   Deskrizzjoni

Indika l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza lit-terminu li jintuża fl-istruzzjonijiet għall-airworthiness kontinwa jew fid-dejta dwar il-manutenzjoni (eż. Katalogu Illustrat tal-Partijiet, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru, Bullettin tas-Servizz, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Partijiet).

Kaxxa 8:   Numru tal-parti

Indika n-numru tal-parti kif jidher fuq l-oġġett jew it-tikketta/l-imballaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ magna jew skrun, tista’ tindika d-deżinjazzjoni tat-tip.

Kaxxa 9:   Kwantità

Indika l-kwantità ta’ oġġetti.

Kaxxa 10:   Numru tas-serje

F’każ li r-regolamenti jeżiġu li l-oġġett għandu jiġi identifikat permezz ta’ numru tas-serje, indikah hawnhekk. Jista’ jiġi indikat ukoll kwalunkwe numru tas-serje ieħor li mhux meħtieġ b’regolament. Jekk fuq l-oġġett ma jkun hemm ebda numru tas-serje, indika “N/A”.

Kaxxa 11:   Status/xogħol

Indika “PROTOTIP” jew “ĠDID”.

Indika “PROTOTIP”. għal:

(i) 

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità ma’ dejta tad-disinn mhux approvata;

(ii) 

ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż. wara li tiddaħħal tibdila fid-disinn, wara t-tiswija ta’ difett, wara spezzjoni jew test, jew wara t-tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija.

Indika “ĠDID” għal:

(i) 

il-produzzjoni ta’ oġġett ġdid f’konformità ma’ dejta tad-disinn approvata;

(ii) 

ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż. wara li tiddaħħal tibdila fid-disinn, wara t-tiswija ta’ difett, wara spezzjoni jew test, jew wara t-tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta’ modifika jew ta’ tiswija;

(iii) 

ċertifikazzjoni mill-ġdid, maħruġa mill-manifattur tal-prodott jew mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat preċedenti, ta’ oġġetti minn “prototip” (konformità ma’ dejta mhux approvata biss) għal “ġdid” (konformità ma’ dejta approvata u f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu), wara l-approvazzjoni tad-dejta tad-disinn applikabbli, sakemm id-dejta tad-disinn ma tkunx inbidlet. Fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal id-dikjarazzjoni li ġejja:

“ĊERTIFIKAZZJONI MILL-ĠDID TA’ OĠĠETTI MINN ‘PROTOTIP’ GĦAL ‘ĠDID’: DAN ID-DOKUMENT JIĊĊERTIFIKA L-APPROVAZZJONI TAD-DEJTA TAD-DISINN [DAĦĦAL IN-NUMRU TAĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TIP/TAĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TIP SUPPLEMENTARI, IL-LIVELL TA’ REVIŻJONI], BID-DATA TA’ [JEKK MEĦTIEĠA BIEX ISIR MAGĦRUF FIEX WASLET IR-REVIŻJONI, DAĦĦAL ID-DATA], LI DAN L-OĠĠETT (DAWN L-OĠĠETTI) ĠIE (ĠEW) IMMANIFATTURAT(I) F’KONFORMITÀ MAGĦHA.”

Il-kaxxa “dejta tad-disinn approvata u huma f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu” għandha tiġi mmarkata fil-kaxxa 13a;

(iv) 

il-kontroll bir-reqqa ta’ oġġett ġdid li jkun diġà ġie rrilaxxat, qabel ma jibda jintuża, skont standard jew speċifikazzjoni speċifikata mill-klijent (id-dettalji ta’ dan l-istandard jew ta’ din l-ispeċifikazzjoni għandhom jitniżżlu fil-kaxxa 12 flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali) jew biex jiġi stabbilit l-airworthiness (fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal spjegazzjoni għalfejn ingħata r-rilaxx flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali).

Kaxxa 12:   Rimarki

Iddeskrivi, jew direttament jewinkella permezz ta’ referenza għal dokumenti ta’ sostenn, ix-xogħol indikat fil-Kaxxa 11 li huwa neċessarju biex l-utent jew l-installatur jiddetermina l-airworthiness tal-oġġett(i) fir-rigward tax-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tintuża paġna oħra li ssir referenza għaliha fil-Formola 1 tal-EASA. Kull dikjarazzjoni għandha tidentifika b’mod ċar għal liema oġġett(i) tal-kaxxa 6 tkun qed tirreferi. Jekk ma jkunx hemm dikjarazzjoni, indika “L-ebda dikarazzjoni”.

Fil-kaxxa 12 indika r-raġunijiet għar-rilaxx tad-dejta tad-disinn mhux approvata (eż. ċertifikat tat-tip pendenti, għall-ittestjar biss, approvazzjoni tad- dejta pendenti).

Jekk l-istampar tad-dejta jsir minn forma elettronika tal-Formola 1 tal-EASA, f’din il-kaxxa għandha tiġi indikata kwalunkwe dejta li ma tistax tiddaħħal f’kaxxi oħra.

Kaxxa 13a:   Immarka waħda biss minn dawn iż-żewġ kaxxi:

1. Immarka l-kaxxa “dejta tad-disinn approvata u huma f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu” jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) immanifatturat(i) bl-użu ta’ dejta tad-disinn approvata u jinstab li hu(huma) f’kundizzjoni li jaħdem(jaħdmu) mingħajr periklu.

2. Immarka l-kaxxa “dejta tad-disinn mhux approvata indikata fil-kaxxa 12” jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) immanifatturat(i) bl-użu ta’ dejta tad-disinn mhux approvata applikabbli. Fil-kaxxa 12 indika d-dejta (eż. ċertifikat tat-tip pendenti, għall-ittestjar biss, approvazzjoni tad- dejta pendenti).

Mhux permess li fuq l-istess ċertifikat ikun hemm taħlita ta’ oġġetti rrilaxxati abbażi ta’ dejta tad-disinn approvata u oħrajn irrilaxxati abbażi ta’ dejta tad-disinn mhux approvata.

Kaxxa 13b:   Firma ta’ persuna awtorizzata

F’dan l-ispazju għandha tiffirma l-persuna awtorizzata. F’din il-kaxxa jistgħu jiffirmaw biss dawk il-persuni li jkunu awtorizzati speċifikament permezz tar-regoli u l-politiki tal-awtorità kompetenti. Biex il-firma tintgħaraf aħjar, jista’ jitniżżel ukoll numru uniku li jidentifika lill-persuna awtorizzata.

Kaxxa 13c:   Numru tal-approvazzjoni/tal-awtorizzazzjoni

Indika n-numru/r-referenza tal-approvazzjoni/tal-awtorizzazzjoni. Dan in-numru, jew referenza, jinħareġ mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa 13d:   Isem

Indika, b’mod leġġibbli, l-isem tal-persuna li tiffirma fil-kaxxa 13b.

Kaxxa 13e:   Data

Indika d-data li fiha tiġi ffirmata l-kaxxa 13b. Din id-data għandu jkollha l-format ta’ jj = il-jum f’żewġ ċifri, xxx = l-ewwel 3 ittri tax-xahar, ssss = is-sena f’erba’ ċifri.

Kaxxi 14a sa 14e:   Rekwiżiti ġenerali għall-kaxxi 14a sa 14e:

Dawn il-kaxxi ma jintużawx għar-rilaxx tal-produzzjoni. Skura l-kaxxi jew l-ittri, jew immarkahom b’xi mod ieħor, biex jiġi evitat li jintużaw bi żball jew b’mod mhux awtorizzat.

Responsabbiltajiet tal-utent/tal-installatur

Daħħal id-dikjarazzjoni li ġejja fiċ-ċertifikat biex tinnotifika lill-utenti aħħarin li mhumiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-installazzjoni u l-użu ta’ kwalunkwe oġġett li jkollu l-formola miegħu:

“DAN IĊ-ĊERTIFIKAT MA JAWTORIZZAX B’MOD AWTOMATIKU T-TWETTIQ TAL-INSTALLAZZJONI.

META L-UTENT/L-INSTALLATUR IWETTAQ XOGĦOL SKONT IR-REGOLI TA’ AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS LI MHIX L-AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1, IKUN ESSENZJALI LI L-UTENT/L-INSTALLATUR JIŻGURA LI L-AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS TIEGĦU TAĊĊETTA OĠĠETTI MILL-AWTORITÀ TAL-AIRWORTHINESS SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1.

ID-DIKJARAZZJONIJIET MOGĦTIJA FIL-KAXXI 13A U 14A MA JIKKOSTITWIXXUX ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI. FI KWALUNKWE KAŻ, IR-REKORDS TAL-MANUTENZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU GĦANDU JKOLLHOM ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI MAĦRUĠA MILL-UTENT/MILL-INSTALLATUR SKONT IR-REGOLAMENTI NAZZJONALI, QABEL MA L-INĠENJI TAL-AJRU JKUNU JISTGĦU JITTAJRU.”

▼M6




Appendiċi II

il-Formola 15a tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

[L-ISTAT MEMBRU]

Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (*)

ĊERTIFIKAT TA’ RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC)

Referenza tal-ARC:......................

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru li ġej:

Manifattur tal-inġenju tal-ajru:…

Deżinjazzjoni tal-manifattur:…

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:…

fil-mument tar-rieżami jitqies li jista’ jittajjar.



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**):…



Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa’ f’ambjent ikkontrollat f’konformità mal-punt M.A.901 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 għas-sena preċedenti. Fil-mument tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ :…



Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni: …

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni:…

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa’ f’ambjent ikkontrollat f’konformità mal-punt M.A.901 tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 għas-sena preċedenti. Fil-mument tal-ħruġ taċ-ċertifikat l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (**):…



Iffirmat: …

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni:…

Formola 15a tal-EASA — Ħarġa 5

(*) Ħassar għal pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE.

(**) Ħlief għall-iġfna tal-ajru.

Formola 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ rieżami tal-ajrunavigabbiltà

ĊERTIFIKAT TA’ RIEŻAMI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) (għall-inġenji tal-ajru li jikkonformaw mal-Parti-ML)

Referenza tal-ARC:........................

Skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

[ISEM L-AWTORITÀ KOMPETENTI]

jew

[ISEM L-ORGANIZZAZZJONI APPROVATA, INDIRIZZ u REFERENZA TAL-APPROVAZZJONI]

jew

[L-ISEM SĦIĦ TAL-PERSUNAL TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U N-NUMRU TAL-LIĊENZJA TAL-PARTI-66 (JEW EKWIVALENTI NAZZJONALI)]

b’dan jiċċertifika/tiċċertifika li twettaq rieżami tal-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fuq l-inġenju tal-ajru li ġej:



Manifattur tal-inġenju tal-ajru: …

Deżinjazzjoni tal-manifattur:…

Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru:…

Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru:…

u fil-mument tar-rieżami dan l-inġenju tal-ajru jitqies li jista’ jittajjar.



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tar-rieżami (*):…



Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni (jekk applikabbli):…

L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.A.901(c) tal-Anness Vb (il-Parti-ML)



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*):…



Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni: …

It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-punt ML.A.901(c) tal-Anness Vb (il-Parti-ML)



Data tal-ħruġ:…

Data tal-iskadenza:…

Sigħat ta’ titjir (FH) tal-inġenju tal-ajru fid-data tal-ħruġ (*):…



Iffirmat:…

Nru tal-Awtorizzazzjoni:…

Isem il-kumpanija:…

Referenza tal-approvazzjoni:…

(*) Ħlief għall-blalen tal-arja u għall-iġfna tal-ajru (airships)

Formola 15c tal-EASA – Ħarġa 3.

▼B




Appendiċi III

image




Appendiċi IV

image




Appendiċi V

Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett – il-Formola 24 tal-EASA

image




Appendiċi VI

Ċertifikat tal-Airworthiness — il-Formola 25 tal-EASA

image




Appendiċi VII

image




Appendiċi VIII

Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru – il-Formola 52 tal-EASA

image

Struzzjonijiet għall-użu tad-Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru – il-Formola 52 tal-EASA

1.   SKOP U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1. L-użu tad-Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru maħruġa mill-manifattur li jipproduċi skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti F, huwa deskritt fil-punt 21.A.130 u fil-mezzi korrispondenti aċċettabbli ta’ konformità.

1.2. L-iskop tad-Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru (il-Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti G, huwa li jippermetti lid-detentur ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni xierqa jeżerċita l-privileġġ li jikseb ċertifikat tal-airworthiness għal inġenju tal-ajru individwali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni.

2.   ĠENERALI

2.1. Id-Dikjarazzjoni tal-konformità għandha tkun konformi mal-format mehmuż, inklużi n-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta’ kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta’ kull kaxxa jista’ jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li d-Dikjarazzjoni tal-konformità ma tibqax tintgħaraf. F’każ ta’ dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.

2.2. Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tista’ tkun jew stampata minn qabel jew magħmula permezz ta’ kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġġibbli. Kliem stampat minn qabel jista’ jsir bħalma jidher fil-mudell mehmuż, iżda ma tista’ ssir ebda dikjarazzjoni oħra ta’ ċertifikazzjoni.

2.3. Il-mili tal-formola jista’ jsir jew billi l-kliem jiġi stampat permezz ta’ magna/kompjuter jew billi dan jinkiteb bl-idejn, b’ittri majjuskoli li jippermettu li l-kliem jinqara faċilment. Bħala lingwa jista’ jintuża l-Ingliż, u meta jkun il-każ, tista’ tintuża l-lingwa (jew aktar minn lingwa waħda) uffiċjali tal-Istat Membru li jkun qed joħroġ il-formola.

2.4. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha żżomm kopja tad-Dikjarazzjoni u tad-dokumenti annessi kollha li jissemmew fiha.

3.   MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROĠHA

3.1. Sabiex id-dokument ikun dikjarazzjoni valida, għandhom jimtlew il-kaxxi kollha.

3.2. Ma tista’ tinħareġ ebda Dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni sakemm ma jiġux approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti installati fuqu.

3.3. L-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tista’ tiġi indikata permezz ta’ referenza għal dokumenti identifikati separati arkivjati min-naħa tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma taqbilx mod ieħor.

3.4. Id-Dikjarazzjoni tal-konformità mhix intiża biex tinkludi dawk l-elementi tat-tagħmir li jista’ jkun meħtieġ li jiġu installati sabiex jiġu ssodisfati r-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, xi wħud minn dawn l-elementi individwali jistgħu jitniżżlu fil-kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat. Għaldaqstant, l-operaturi għandhom jiġu mfakkra li huma responsabbli li jiżguraw iż-żamma tal- konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet partikulari li jwettqu huma stess.

Kaxxa 1

Indika isem l-Istat tal-manifattura.

Kaxxa 2

L-awtorità kompetenti li d-Dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ bl-awtorità tagħha.

Kaxxa 3

F’din il-kaxxa, għandu jiġi stampat minn qabel numru tas-serje uniku, għal skopijiet ta kontroll u traċċabbiltà tad-Dikjarazzjoni. Madankollu, meta d-dokument ikun magħmul permezz ta’ kompjuter mhuwiex neċessarju li n-numru jiġi stampat minn qabel f’każ li l-kompjuter ikun ipprogrammat biex jipproduċi u jistampa numru uniku.

Kaxxa 4

L-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni. Din il-kaxxa tista’ tiġi stampata minn qabel. F’din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., sakemm id-daqs tagħhom ikun joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5

It-tip tal-inġenju tal-ajru, speċifikat b’mod sħiħ, kif iddefinit fiċ-ċertifikat tat-tip u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu.

Kaxxa 6

In-numri ta’ referenza taċ-ċertifikat tat-tip u l-edizzjoni korrispondenti għall-inġenju tal-ajru li huwa s-suġġett taċ-ċertifikat.

Kaxxa 7

Jekk l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat, din il-marka tkun dik tar-reġistrazzjoni. Jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx irreġistrat, din il-marka għandha tkun dik li ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u, jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz.

Kaxxa 8

In-numru ta’ identifikazzjoni assenjat mill-manifattur għal skopijiet ta’ kontroll u traċċabbiltà u għall-appoġġ b’rabta mal-prodott. Xi drabi, dan in-numru jissejjaħ in-Numru tas-Serje tal-Manifattur jew in-Numru tal-Kostruttur.

Kaxxa 9

It-tip(i) tal-magna u tal-iskrun, speċifikati b’mod sħiħ, kif iddefinit fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u fl-iskeda informattiva tiegħu assoċjata miegħu. Għandhom jiġu indikati wkoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-manifattur u l-indirizz tiegħu.

Kaxxa 10

Tibdiliet fid-disinn approvati għad- definizzjoni tal-inġenju tal-ajru.

Kaxxa 11

Lista tad-direttivi tal-airworthiness (jew ekwivalenti) kollha li huma applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-metodu applikat biex tiġi żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali li jkun is-suġġett taċ-ċertifikat, inklużi l-prodotti u l-partijiet, l-apparat u t-tagħmir installati. Għandu jiġi indikat ukoll kwalunkwe limitu taż-żmien li fih trid tintlaħaq il-konformità fil-ġejjieni.

Kaxxa 12

Devjazzjonijiet approvati mhux intenzjonati mid-disinn tat-tip approvat, li xi drabi jissejħu konċessjonijiet, diverġenzi jew nuqqas ta’ konformità.

Kaxxa 13

F’din il-kaxxa jistgħu jitniżżlu biss l-eżenzjonijiet, ir-rinunzji jew id-derogi li jkun intlaħaq ftehim dwarhom.

Kaxxa 14

Rimarki. Kwalunkwe dikjarazzjoni, informazzjoni, dejta partikolari jew limitazzjoni partikolari li tista’ taffettwa l-airworthiness tal-inġenju tal-ajru. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni jew dejta ta’ dan it-tip, indika “L-EBDA INFORMAZZJONI”.

Kaxxa 15

Indika jew “Ċertifikat tal-Airworthiness” jew “Ċertifikat tal-Airworthiness Ristrett” jew iċ-Ċertifikat tal-Airworthiness rikjest.

Kaxxa 16

F’din il-kaxxa għandhom jiġu indikati r-rekwiżiti addizzjonali, bħal dawk innotifikati mill-pajjiż li jkun qed jimporta.

Kaxxa 17

Biex id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tkun valida, il-kaxxi ta’ din il-formola għandhom jimtlew kollha bl-informazzjoni kollha meħtieġa. Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jarkivja kopja tar-rapport tat-titjira bi prova flimkien ma’ kwalunkwe difetti rreġistrati u dettalji ta’ tiswijiet. Ir-rapport għandu jiġi ddikjarat bħala sodisfaċenti u għandu jiġi ffirmat mill-persunal li jiċċertifika x-xieraq u minn membru tal-ekwipaġġ, eż. mill-pilota tat-test jew mill-inġinier tat-titjir bi prova. It-titjir bi prova mwettaq huwa dak iddefinit fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità, kif stabbilit fil-punt 21.A.139, b’mod partikolari fil-punt 21.A.139(b)(1)(vi), biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jinsab f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.

Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni għandu jarkivja lista tal-oġġetti pprovduti (jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni) biex tinżamm il-konformità mal-aspetti ta’ din id-dikjarazzjoni relatati mat-tħaddim mingħajr periklu.

Kaxxa 18

Id-Dikjarazzjoni tal-konformità tista’ tiġi ffirmata mill-persuna awtorizzata li tagħmel dan mid-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni skont il-punt 21.A.145(d). Għall-firma ma jistax jintuża timbru.

Kaxxa 19

L-isem tal-persuna li tiffirma ċ-ċertifikat għandu jiġi ttajpjat jew stampat b’mod leġġibbli.

Kaxxa 20

Indika d-data ta’ meta ġiet iffirmata d-Dikjarazzjoni tal-konformità.

Kaxxa 21

Indika r-referenza tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.




Appendiċi IX

image

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ-FORMOLA 53 TAL-EASA

STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI

Il-kaxxa DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TAX-XOGĦOL LI SAR li tidher fil-FORMOLA 53 tal-EASA għandha tinkludi referenza għad-dejta approvata li tkun intużat biex isir ix-xogħol.

Il-kaxxa POST li tidher fil-FORMOLA 53 tal-EASA tirreferi għall-post fejn tkun saret il-manutenzjoni, u mhux għall-post tal-faċilitajiet tal-organizzazzjoni (jekk differenti).




Appendiċi X

Ċertifikati ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni msemmija fis-Subparti G tal-Anness I (il-Parti 21) — il-Formola 55 tal-EASA

image

image




Appendiċi XI

Ittra ta’ Ftehim – il-Formola 65 tal-EASA – imsemmija fis-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21)

image

▼M3




Appendiċi XII

Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifiki tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjir bi prova

A.    Ġenerali

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kwalifiki meħtieġa għall-ekwipaġġ tat-titjira involut fit-twettiq ta' testijiet tat-titjira għal inġenji tal-ajru ċċertifikati jew li se jkunu ċċertifikati skont CS-23 għal inġenji tal-ajru b'massa ta' tluq massima (MTOM) ta' jew ogħla minn 2 000  kg, CS-25, CS-27, CS-29 jew kodiċijiet ekwivalenti tal-airworthiness.

B.    Definizzjonijiet

1. 

“Inġinier tat-titjir bi prova” tfisser kwalunkwe inġinier involut f'operazzjonijiet tat-titjir bi prova fuq l-art jew fl-ajru.

2. 

“Inġinier responsabbli għat-titjir bi prova” tfisser inġinier tat-titjir bi prova assenjat għal kompiti f'inġenju tal-ajru għall-fini tat-twettiq tat-testijiet tat-titjira jew tal-assistenza għall-bdot fl-operat tal-inġenju tal-ajru u tas-sistemi tagħha matul l-attivitajiet tat-test tat-titjira.

3. 

“testijiet tat-titjira” tfisser:

3.1. 

titijiriet għall-fażi tal-iżvilupp ta' disinn ġdid (inġenju tal-ajru, sistemi tal-propulsjoni, parts u apparat);

3.2. 

titjiriet biex juru l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni jew il-konformità fid-disinn tat-tip;

3.3. 

titjiriet maħsuba bħala esperimenti ta' kunċetti ġodda tad-disinn, li jeħtieġu manuvri jew profili mhux konvenzjonali li permezz tagħhom jista' jkun possibbli li wieħed joħroġ mill-istruttura diġà approvata tal-inġenju tal-ajru;

3.4. 

titjiriet ta' taħriġ tat-titjir bi prova.

C.    Kategoriji ta' testijiet tat-titjira

1.    Ġenerali

Id-deskrizzjonijiet ta' hawn taħt jindirizzaw titjiriet imwettqa permezz ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u l-produzzjoni skont l-Anness I (il-Parti 21).

2.    Kamp ta' applikazzjoni

Jekk ikun hemm aktar minn ajruplan wieħed involut f'test, kull inġenju tal-ajru individwali tat-titjira għandu jiġi vvalutat skont dan l-Appendiċi biex jiġi ddeterminat jekk huwiex test tat-titjira u, meta xieraq, il-kategorija tiegħu.

It-titjiriet imsemmija f'punt (B)(3) huma l-uniċi titjiriet li jappartjenu għall-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-Appendiċi.

3.    Kategoriji ta' testijiet tat-titjira

Testijiet tat-titjira jinkludu l-erba' kategoriji li ġejjin:

3.1. 

Kategorija Wieħed (1)

(a) 

titjir(a/iet) inizjali ta' tip ġdid ta' inġenju tal-ajru jew ta' inġenju tal-ajru li t-titjir tiegħu jew l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu setgħu ġew mibdula b'mod sinifikanti;

(b) 

titjiriet li matulhom jista' jkun previst li potenzjalment jiltaqgħu ma' karatteristiċi tat-titjira li huma differenti b'mod sinifikanti minn dawk diġà magħrufa;

(c) 

titjiriet biex jiġu investigati karatteristiċi jew tekniki ġodda jew mhux tas-soltu tad-disinn tal-inġenji tal-ajru;

(d) 

titjiriet li jistabbilixxu jew jespandu l-“flight envelope”;

(e) 

titjiriet biex jiġu ddeterminati l-prestazzjoni regolatorja, il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar tat-titjir meta l-limiti tal-“flight envelope” jiġu avviċinati;

(f) 

taħriġ tat-titjir bi prova għal testijiet tat-titjira tal-Kategorija 1.

3.2. 

Kategorija Tnejn (2)

(a) 

titjiriet mhux klassifikati tal-Kategorija 1 fuq inġenju tal-ajru li t-tip tiegħu jkun għadu ma ġiex iċċertifikat;

(b) 

titjiriet mhux klassifikati tal-Kategorija 1 fuq inġenju tal-ajru ta' tip diġà ċċertifikat, wara l-inkorporazzjoni ta' modifika li għadha mhix approvata u li:

(i) 

jeħtieġu evalwazzjoni tal-imġiba ġenerali tal-inġenju tal-ajru; jew

(ii) 

jeħtieġu evalwazzjoni tal-proċeduri bażiċi tal-ekwipaġġ, meta topera jew hija meħtieġa sistema ġdida jew modifikata; jew

(iii) 

huma meħtieġa li jittajru intenzjonalment barra mil-limiti tal-“envelope” operazzjonali approvat bħalissa, iżda fil-limiti tal-“flight envelope” investigat.

(c) 

taħriġ tat-titjir bi prova għal testijiet tat-titjira tal-Kategorija 2.

3.3. 

Kategorija Tlieta (3)

Titjiriet imwettqa għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' konformità għal inġenji tal-ajru ġodda li ma jirrikjedux titjir barra mil-limitazzjonijiet taċ-ċertifkat tat-tip jew tal-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru.

3.4. 

Kategorija Erbgħa (4)

Titjiriet mhux klassifikati bħala tal-Kategorija 1 jew 2 fuq inġenju tal-ajru ta' tip diġà ċċertifikat, f'każ ta' inkorporazzjoni ta' bidla fid-disinn li għada ma ġietx approvata.

D.    Kompetenza u esperjenza ta' bdoti u inġiniera responsabbli għat-testijiet tat-titjira

1.    Ġenerali

Il-bdoti u l-inġiniera responsabbli għat-testijiet tat-titjira għandu jkollhom il-kompetenzi u l-esperjenza speċifikati fit-tabella li ġejja.



 

Kategoriji tat-testijiet tat-titjira

Inġenji tal-ajru

1

2

3

4

CS-23 ajruplan tal-ivvjaġġar jew inġenji tal-ajru b'veloċità pprogrammata ta' nżul bis-salt (Md) ogħla minn 0,6 jew tal-għoli massimu ta' aktar minn 7 260  m (25 000 pied), CS-25, CS-27, CS-29 jew kodiċijiet ekwivalenti tal-airworthiness

Kompetenza tal-livell 1:

Kompetenza tal-livell 2:

Kompetenza tal-livell 3:

Kompetenza tal-livell 4:

CS-23 oħra b'MTOM ta' 2 000  kg jew aktar

Kompetenza tal-livell 2:

Kompetenza tal-livell 2:

Kompetenza tal-livell 3:

Kompetenza tal-livell 4:

1.1.   Kompetenza tal-livell 1

1.1.1. Il-bdoti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament tal-Kummissjjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 ( 3 ).

1.1.2. L-inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandu:

(a) 

ikun wettaq b'mod sodisfaċenti kors ta' taħriġ fil-Kompetenza tal-livell 1; u

(b) 

ikollu mill-inqas 100 siegħa ta' esperjenza fit-titjir, inkluż taħriġ fit-titjir bi prova.

1.2.   Kompetenza tal-livell 2

1.2.1. Il-bdoti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-FCL) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

1.2.2. L-inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandu:

(a) 

ikun wettaq b'mod sodisfaċenti kors ta' taħriġ fil-kompetenza tal-livell 1 jew tal-livell 2; u

(b) 

ikollu mill-inqas 50 siegħa ta' esperjenza fit-titjir, inkluż taħriġ fit-titjir bi prova.

Il-korsijiet ta' taħriġ fil-kompetenza tal-livell 1 jew tal-livell 2 għall-Inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandhom ikopru mill-inqas is-suġġetti li ġejjin:

(i) 

il-prestazzjoni;

(ii) 

l-istabilità u kwalitajiet ta' kontroll/tal-immaniġġjar;

(iii) 

is-sistemi;

(iv) 

il-ġestjoni tat-test; u

(v) 

il-ġestjoni tar-riskju/tas-sikurezza.

1.3.   Kompetenza tal-livell 3

1.3.1. Il-bdot(i) għandu(hom) ikun(u) id-detentur(i) ta' liċenzja valida adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru li qed jiġi ttestjat, maħruġa skont il-Parti-FCL u ta' Liċenzja ta' Bdot Kummerċjali (CPL) bħala minimu. Barra minn hekk, il-bdot fil-kmand għandu:

(a) 

ikollu klassifikazzjoni tat-titjir bi prova, jew;

(b) 

ikollu mill-inqas 1 000 siegħa ta' esperjenza fit-titjir bħala bdot fil-kmand fuq inġenji tal-ajru li għandhom kumplessità u karatteristiċi simili, u

(c) 

ikun ipparteċipa, għal kull klassi jew tip ta' inġenju tal-ajru, fit-titjiriet kollha li huma parti mill-programm li jwasslu għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-airworthiness individwali ta' mill-inqas ħames inġenji tal-ajru;

1.3.2. L-inġinier responsabbli għat-titjir bi prova għandu:

(a) 

jissodisfa l-Kompetenza tal-livell 1 jew tal-livell 2, jew;

(b) 

ikun kiseb ammont sinifikanti ta' esperjenza fit-titjir rilevanti għall-kompitu; u

(c) 

ikun ipparteċipa fit-titjiriet kollha li huma parti mill-programm li jwasslu għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-airworthiness individwali ta' mill-inqas ħames inġenji tal-ajru.

1.4.   Kompetenza tal-livell 4

1.4.1. Il-bdot(i) għandu jkun id-detentur(i) ta' liċenzja valida adattata għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru li qed jiġi ttestjat, maħruġa skont il-Parti-FCL u ta' CPL bħala minimu. Il-bdot fil-kmand għandu jkollu klassifikazzjoni ta' ttestjar tat-titjira jew ikollu mill-inqas 1 000 siegħa bħala bdot fil-kmand fuq inġenji tal-ajru li għandhom kumplessità u karatteristiċi simili.

1.4.2. Il-kompetenza u l-esperjenza tal-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova huma ddefiniti fil-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova.

2.    Inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova

L-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova għandhom jirċievu awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni li timpjegahom li tagħti fid-dettall l-ambitu tal-funzjonijiet tagħhom fi ħdan l-organizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem;

(b) 

id-data tat-twelid;

(c) 

l-esperjenza u t-taħriġ;

(d) 

il-kariga fl-organizzazzjoni;

(e) 

l-ambitu tal-awtorizzazzjoni;

(f) 

id-data tal-ewwel ħruġ tal-awtorizzazzjoni;

(g) 

id-data ta' skadenza tal-awtorizzazzjoni, jekk ikun xieraq; u

(h) 

in-numru ta' identifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

L-inġiniera responsabbli għat-titjir bi prova għandhom jinħatru għal titjira speċifika biss jekk ikunu fiżikament u mentalment b'saħħithom biex jaqdu l-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilhom b'mod sikur.

L-organizzazzjoni għandha tagħmel disponibbli għad-detenturi, ir-rekords rilevanti kollha relatati mal-awtorizzazzjonijiet tagħhom.

E.    Kompetenza u esperjenza tal-inġiniera l-oħra tat-titjir bi prova.

L-inġiniera l-oħra tat-titjir bi prova abbord l-inġenju tal-ajru għandu jkollhom ammont ta' esperjenza u taħriġ proporzjonata mal-kompiti assenjati lilhom bħala membri tal-ekwipaġġ, u skont il-manwal tal-operazzjonijiet tat-titjir bi prova, meta applikabbli.

L-organizzazzjoni għandha tagħmel disponibbli għall-inġiniera kkonċernati tat-titjir bi prova, ir-rekords rilevanti kollha relatati mal-attivitajiet tat-titjiriet tagħhom.

▼B




ANNESS II



Ir-Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003

(ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005

(ĠU L 338M, 17.12.2008, p. 189)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006

(ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 391)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007

(ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 215)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007

(ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 316)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008

(ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008

(ĠU L 283, 28.10.2008, p. 30)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009

(ĠU L 321, 8.12.2009, p. 5)




ANNESS III



Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)(a) sa (h)

Artikolu 1(2)(i) u (j)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(1) u (2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2a(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 2a(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 2a(1), il-punti (ċ) u (d)

Artikolu 2a(2) sa (5)

Artikolu 3(2) sa (5)

Artikolu 2b

Artikolu 4

Artikolu 2ċ(1)

Artikolu 5

Artikolu 2ċ(2) u (3)

Artikolu 2d

Artikolu 6

Artikolu 2e, l-ewwel paragrafu

Artikolu 7

Artikolu 2e, it-tieni paragrafu

Artikolu 3(1), (2) u l-ewwel sentenza tal-punt (3)

Artikolu 8(1), (2) u (3)

Artikolu 3(3), it-tieni sentenza, (4) u (5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(1), (2) u l-ewwel sentenza tal-punt (3)

Artikolu 9(1), (2) u (3)

Artikolu 4(3), it-tieni sentenza, (4), (5) u (6)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 5(1)

Artikolu 12

Artikolu 5(2) sa (5)

Anness

Anness I

Anness II

Anness III



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

Top