Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R0510-20190708

    Consolidated text: Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/510/2019-07-08

    02011R0510 — MT — 08.07.2019 — 005.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) Nru 510/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-11 ta' Mejju 2011

    li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 145 31.5.2011, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 205/2012 tas-6 ta’ Jannar 2012

      L 72

    2

    10.3.2012

    ►M2

    REGOLAMENT (UE) Nru 253/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014

      L 84

    38

    20.3.2014

    ►M3

    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2014 tas-17 ta' Frar 2014

      L 121

    1

    24.4.2014

    ►M4

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/748 tal-14 ta' Diċembru 2016

      L 113

    9

    29.4.2017

    ►M5

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1499 tat-2 ta' Ġunju 2017

      L 219

    1

    25.8.2017

    ►M6

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/986 tas-7 ta' Marzu 2019

      L 160

    3

    18.6.2019


    Ikkoreġut bi:

     C1

    Rettifika, ĠU L 106, 16.4.2013, p.  14 (205/2012 tas-6)




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) Nru 510/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-11 ta' Mejju 2011

    li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u għanijiet

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tar-rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal 175 g CO2/km, permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi, kif imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu, u t-teknoloġiji innovattivi.

    ▼M2

    2.  Mis-sena 2020 ‘il quddiem, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira ta’ 147 g CO2/km għall-medja tal-emissjonijiet ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni, kif imkejla f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu, u teknoloġiji innovattivi.

    ▼B

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi b’mutur tal-kategorija N1 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma teċċedix l-2 610  kg u għal vetturi tal-kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (“vetturi kummerċjali ħfief”) li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni (“vetturi kummerċjali ħfief ġodda”).

    2.  Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Unjoni li tkun saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni m’għandhiex tiġi kkunsidrata.

    3.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

    ▼M2

    4.  L-Artikolu 4, l-Artikolu 8(4)(b) u (c), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1)(a) u (c) ma għandhomx japplikaw għal manifattur li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati miegħu, jkun responsabbli għal inqas minn 1 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

    ▼B

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) “emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2’ tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief kollha, prodotti minn dak il-manifattur;

    (b) “ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (c) “vettura kompletata” tfisser vettura li tkun ingħatatilha l-approvazzjoni tat-tip wara li dan il-proċess jitwettaq f’aktar minn fażi waħda skont id-Direttiva 2007/46/KE;

    (d) “vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura li m’għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (e) “vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura użata fl-istadju inizjali ta’ proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji;

    (f) “manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta’ approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

    (g) “massa” tfisser il-massa tal-vettura bil-karrozzerija fi stat tajjeb ta’ tħaddim kif iddikjarat fiċ-ċertifikat ta’ konformità u kif iddikjarat fit-Taqsima 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (h) “emissjonijiet speċifiċi tas-CO2” tfisser l-emissjonijiet minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u speċifikati bħala l-massa tal-emissjonijiet tas-CO2 (ikkombinati) fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura kompluta jew ikkompletata;

    (i) “mira ta’ emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, il-medja ta’ emissjonijiet speċifiċi indikattivi tas-CO2 stabbiliti skont l-Anness I fir-rigward ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida prodotta minn dak il-manifattur, jew, jekk il-manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 11, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ddeterminata skont dik id-deroga;

    (j) “footprint” tfisser il-wisa’ medja bejn rota u oħra mmultiplikata bid-distanza bejn il-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara, skont iċ-ċertifikat ta’ konformità u kif iddefinit fit-Taqsimiet 2.1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (k) “piż tat-tagħbija” tfisser id-differenza bejn il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli f’konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE u l-massa tal-vettura.

    2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “grupp ta’ manifatturi relatati” tfisser manifattur u l-impriżi relatati miegħu. Fir-rigward ta’ manifattur, “impriżi relatati” tfisser:

    (a) impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

    (i) is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew

    (ii) is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew

    (iii) id-dritt ta’ ġestjoni tal-affarijiet tal-impriża;

    (b) impriżi li direttament jew indirettament ikollhom, fuq il-manifattur, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

    (c) impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

    (d) impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, flimkien ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

    (e) impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.

    Artikolu 4

    Miri għall-emissjonijiet speċifiċi

    Għas-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014 u għal kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur ta’ vetturi kummerċjali ħfief għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 ma jaqbżux il-mira tiegħu ta’ emissjonijiet speċifiċi stabbiliti skont l-Anness I jew, fil-każ li manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 11, skont dik id-deroga.

    Meta l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura kompletata ma jkunux disponibbli, il-manifattur tal-vettura bażi għandu juża l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura bażi biex jistabbilixxi l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta’ CO2.

    Sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ kull manifattur, għandhom jitqiesu l-perċentwali li ġejjin tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ kull manifattur irreġistrati fis-sena rilevanti:

     70 % fl-2014,

     75 % fl-2015,

     80 % fl-2016,

     100 % mill-2017 ’il quddiem.

    Artikolu 5

    Super-krediti

    Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida b’livell ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 inqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:

     3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2014,

     3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2015,

     2,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2016,

     1,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2017,

     vettura kummerċjali ħafifa fl-2018.

    Għat-tul kollu tal-iskema tas-super-krediti, l-għadd massimu ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, b’emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ anqas minn 50 g CO2/km, li għanddu jitqies fl-applikazzjoni tal-multiplikaturi stabbiliti fl-ewwel paragrafu m’għandux jaqbeż il-25 000 vettura kummerċjali ħafifa għal kull manifattur.

    Artikolu 6

    Mira speċifika ta’ emissjonijiet għal vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’karburant alternattiv

    Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità ta’ manifattur mal-mira speċifika ta’ emissjonijiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa li hija mfassla sabiex tkun tista’ taħdem b’taħlita ta’ petrol b’85 % bijoetanol (“E85”), u li tkun konformi mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew l-istandards tekniċi Ewropej, għandhom jitnaqqsu b’5 % sal-31 ta’ Diċembru 2015 b’rikonoxximent tal-kapaċità teknoloġika akbar u taż-żieda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bijokarburanti. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss fejn mill-inqas 30 % tal-pompi tal-karburant fl-Istat Membru li fih il-vettura kummerċjali ħafifa tkun irreġistrata jipprovdu dan it-tip ta’ karburant alternattiv li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti stabbiliti fil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    Artikolu 7

    Konsorzji

    1.  Il-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, minbarra l-manifatturi li ngħataw deroga taħt l-Artikolu 11, jistgħu jiffurmaw konsorzju bl-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.

    2.  Ftehim dwar l-iffurmar ta’ konsorzju jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar, dejjem jekk il-perijodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-5 snin kalendarji, u għandu jibda nhar jew qabel il-31 ta’ Diċembru tal-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu ser jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistrawmal-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

    (a) il-manifatturi li ser ikunu inklużi fl-konsorzju;

    (b) il-manifattur li ġie nnominat bħala l-amministratur tal-konsorzju li ser ikun il-punt ta’ kuntatt għall-konsorzju u li ser ikun responsabbli għall-ħlas ta’ kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9;

    (c) evidenza li l-amministratur tal-konsorzju ser ikun kapaċi jissodisfa l-obbligi msemmijin fil-punt (b).

    3.  Meta l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.

    4.  Il-manifatturi inklużi f’konsorzju għandhom jinfurmaw flimkien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li ssir tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tagħha, sal-punt li dan jaffettwa l-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżit li tħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9 u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.

    5.  Il-manifatturi jistgħu jidħlu għal arranġamenti ta’ konsorzju bil-kundizzjoni li l-ftehimiet jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE u li jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta’ konsorzju għandhom jiżguraw b’mod partikolari li ma jsir l-ebda skambju ta’ data u lanqas ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-arranġament tal-konsorzju tagħhom, għajr fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja:

    (a) l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2;

    (b) il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi;

    (c) l-għadd totali ta’ vetturi rreġistrati.

    6.  Il-paragrafu 5 m’għandux japplika meta l-manifatturi kollha inklużi fl-konsorzju jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ manifatturi relatati.

    7.  Ħlief meta tingħata n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-manifatturi f’konsorzju li tiġi rreġistrata informazzjoni dwarha mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-obbligi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ fir-rigward ta’ manifatturi individwali kif ukoll ta’ kwalunkwe konsorzju ser tiġi rreġistrata, irrappurtata u ssir disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 8(4).

    Artikolu 8

    Monitoraġġ u rappurtaġġ tal-emissjonijiet medji

    1.  Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta’ Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Parti A tal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli lill-manifatturi u lill-importaturi jew rappreżentanti maħtura tagħhom f’kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ joperaw b’mod trasparenti.

    2.  Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, li tibda fl-2013, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrasmetti lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B tal-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tiġi trasmessa fil-format speċifikat fil-Parti C tal-Anness II.

    3.  Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu wkoll is-sett sħiħ ta’ data miġbura skont il-paragrafu 1.

    4.  Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrappurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu u dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Sat-30 ta’ Ġunju 2013 u f’kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:

    (a) l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;

    (b) il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;

    (c) id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tiegħu għal dik is-sena.

    Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil kull manifattur il-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Stat Membru dwar l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom ta’ CO2.

    5.  Il-manifatturi jistgħu, fi żmien 3 xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu provviżorju skont il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe żball fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.

    6.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifika mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta’ Ottubru, jew tikkonferma jew inkella temenda l-kalkoli proviżorji msemmijin fil-paragrafu 4.

    7.  Fir-rigward tas-snin kalendarji 2012 u 2013 u fuq il-bażi tal-kalkoli mwettqa skont għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil manifattur meta l-Kummissjoni jidhrilha li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifattur ikunu qabżu l-mira tagħha għall-emissjonijiet speċifiċi.

    8.  F’kull Stat Membru, l-awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data dwar il-monitoraġġ skont dan ir-Regolament għandha tkun dik maħtura skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

    9.  Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tad-data msemmija f’dan l-Artikolu u għall-applikazzjoni tal-Anness II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

    Sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness II permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.

    10.  L-Istati Membri għandom ukoll jiġbru u jirrappurtaw data, skont dan l-Artikolu, dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi fil-kateogriji M2 u N2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx il-2 610  kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

    Artikolu 9

    Primjum għal emissjonijiet eċċessivi

    1.  Fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2014 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq manifattur jew amministratur ta’ konsorzju, skont il-każ, meta l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ manifattur jeċċedu l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tagħha.

    2.  Il-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formulae li ġejjin:

    (a) mill-2014 sal-2018:

    (i) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 3 g CO2/km:

    ((Emissjonijiet eċċessivi – 3 g CO2/km) × EUR 95 + EUR 45) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

    (ii) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 2 g CO2/km iżda mhux aktar minn 3 g CO2/km:

    ((Emissjonijiet eċċessivi – 2 g CO2/km) × EUR 25 + EUR 20) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

    (iii) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 1 g CO2/km iżda mhux aktar minn 2 g CO2/km:

    ((Emissjonijiet eċċessivi – 1 g CO2/km) × EUR 15 + EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

    (iv) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ mhux aktar minn 1 g CO2/km:

    (Emissjonijiet eċċessivi × EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda;

    (b) mill-2019:

    (Emissjonijiet eċċessivi × EUR 95) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

     “emissjonijiet eċċessivi” tfisser il-valur pożittiv tan-numru ta’ grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur – b’kunsiderazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minħabba teknoloġiji innovattivi approvati skont l-Artikolu 12, ikunu qabżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja jew f’parti minnha li għaliha japplika l-obbligu skont l-Artikolu 4, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali; u

     “l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda” tfisser l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li huma prodotti mill-manifattur u li ġew irreġistrati f’dak il-perjodu skont il-kriterji tad-dħul gradwali stipulati fl-Artikolu 4.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta arranġamenti dettaljati għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

    4.  L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 10

    Pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi

    1.  Sal-31 ta’ Ottubru 2013 u l-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li tindika għal kull manifattur:

    (a) il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi għas-sena kalendarja preċedenti;

    (b) l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;

    (c) id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena;

    (d) l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti; u

    (e) il-massa medja għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

    2.  Mill-31 ta’ Ottubru 2015, il-lista ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.

    Artikolu 11

    Derogi għal ċerti manifatturi

    1.  Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira għall-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata f’konformità mal-Anness I minn manifattur ta’ inqas minn 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni għal kull sena kalendarja fejn dak il-manifattur:

    (a) ma jagħmilx parti minn grupp ta’ manifatturi relatati; jew

    (b) jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati li b’kollox huwa responsabbli għal inqas minn 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni kull sena kalendarja; jew

    (c) jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati iżda jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess.

    2.  Deroga li ssir applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1 tista’ tingħata għal perijodu massimu ta’ 5 snin kalendarji. L-applikazzjoni għandha ssir lill-Kummissjoni u għandha tinkludi:

    (a) l-isem tal-manifattur u l-persuna tal-kuntatt għalih;

    (b) evidenza li l-manifattur huwa eliġibbli għal deroga msemmija fil-paragrafu 1;

    (c) dettalji tal-vetturi kummerċjali ħfief li huwa jimmanifattura inkluż il-massa u l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ dawk il-vetturi kummerċjali ħfief; u

    (d) mira speċifika tal-emissjonijiet konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal teknoloġiku u ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ vettura kummerċjali ħafifa mmanifatturata.

    3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tiegħu u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummisjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. ►M2  ————— ◄

    4.  Manifattur li jkun suġġett għal deroga taħt dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista’ jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.

    5.  Meta l-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 4 jew b’mod ieħor, li manifattur ma jkunx baqa’ eliġibbli għad-deroga, hija għandha tirrevoka d-deroga b’effett mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara u għandha tinnotifika lill-manifattur b’dan.

    6.  Jekk il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif speċifikat fl-Artikolu 9.

    7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli biex jissuplementaw il-paragrafi mill-1 sas-6 ta’ dan l-Artikolu, inter alia, dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-derogi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet, u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.

    8.  L-applikazzjonijiet għal deroga, inklużi l-informazzjoni ta’ sostenn, in-notifiki skont il-paragrafu 4, ir-revoki skont il-paragrafu 5 u kwalunkwe impożizzjoni ta’ primjum għall-emissjonijiet eċċessivi skont il-paragrafu 6 u l-atti adottati skont il-paragrafu 7, għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, soġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 1 ).

    Artikolu 12

    Eko-innovazzjoni

    ▼M2

    1.  Permezz ta’ applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta’ CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta’ teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta’ teknoloġija innovattiva”).

    Il-kontribut totali ta’ dawk it-teknoloġiji biex titnaqqas il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur jista’ jkun sa 7 g CO2/km.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura ta’ approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi jew pakketti ta’ teknoloġija innovattiva msemmija fil-paragrafu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u jkunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin għat-teknoloġiji innovattivi:

    ▼B

    (a) il-fornitur jew manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi;

    (b) it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ivverifikat għat-tnaqqis ta’ CO2;

    (c) it-teknoloġiji innovattivi m’għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu standard ta’ testijiet għall-kejl ta’ CO2 jew mid-dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari konformi mat-tnaqqis ta’ 10 g CO2/km imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jew ikunu obbligatorji taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.

    3.  Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta’ xi miżura bħala teknoloġija innovattiva għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta’ verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. Fil-każ ta’ interazzjoni possibbli tal-miżura ma’ teknoloġija innovattiva oħra li tkun diġà approvata, ir-rapport għandu jirreferi għal dik l-interazzjoni u r-rapport ta’ verifika għandu jevalwa safejn dik l-interazzjoni timmodifika t-tnaqqis miksub minn kull miżura.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tiċċertifika t-tnaqqis miksub fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.

    Artikolu 13

    Reviżjoni u rapport

    ▼M2

    1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u l-modalitajiet stabbiliti fih, kif ukoll l-aspetti oħra ta’ dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi il-miri għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perijodu lil hinn mill-2020. F’dak ir-rigward, il-valutazzjoni tar-rata ta’ tnaqqis meħtieġa għandha tikkonforma mal-miri tal-Unjoni fit-tul rigward il-klima u l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ teknoloġija kosteffettiva li tnaqqas is-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat ta’ dik l-analiżi. Dak ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe proposta adatta biex dan ir-Regolament jiġi emendat, inkluż l-iffissar, possibbilment, ta’ mira realistika u li tista’ tinkiseb, ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva tal-impatt li ser tikkunsidra l-kompetittività kontinwa tal-industrija tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-industriji li jiddipendu minnha. Meta tfassal dawn il-proposti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn ikunu kemm jista’ jkun newtrali mil-lat tal-kompetizzjoni u li jkunu soċjalment ġusti u sostenibbli.

    ▼B

    2.  Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2014, biex tinkludi f’dan ir-Regolament vetturi fil-kateogrija N2 u M2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610  kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, bil-għan li l-objettiv fit-tul jintlaħaq mill-2020.

    3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-2014, wara valutazzjoni tal-impatt, tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà tad-data dwar il-footprint u l-piż tat-tagħbija u l-użu tagħhom bħala parametri ta’ utilità sabiex jiġu stabbiliti l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u, jekk ikun meħtieġ, tibgħat proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw l-Anness I f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja.

    4.  Sal-31 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha twaqqaf proċedura biex jinkisbu valuri rappreżentattivi tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-effiċjenzja tal-karburant u tal-massa ta’ vettturi kkompletati filwaqt li tiżgura li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.

    5.  Sal-31 ta’ Ottubru 2016, u kull 3 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikoli 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17, biex tiġi aġġustata il-figura ta’ M0, imsemmija hemmhekk, għall-massa medja tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fit-3 snin kalendarji preċedenti.

    Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru effettivi għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2018 u kull tliet snin wara dan.

    6.  Il-Kummissjoni għandha tinkludi vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tal-proċeduri biex jitkejlu l-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

    ▼M2 —————

    ▼B

    Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tad-Direttiva 2007/46/KE f’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

    ▼M2

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa sabiex kwalunkwe bidla tiġi riflessa fil-proċedura regolatorja tal-ittestjar għall-kejl ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 ( 2 ). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament.

    Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17 biex tadatta l-formoli stabbiliti fl-Anness I permezz tal-użu tal-metodoloġija adottata skont l-ewwel subparagrafu, filwaqt li tiżgura li, taħt il-proċedura tal-ittestjar ġdida u dik preċedenti, ikunu meħtieġa rekwiżiti ta’ tnaqqis b’restrizzjonijiet komparabbli għall-manifatturi u vetturi ta’ utilitajiet differenti.

    ▼B

    Artikolu 14

    Proċedura ta’ kumitat

    1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Bdil tal-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto ( 3 ). Dak il-kumitat huwa kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    ▼M2

    2a.  Fejn il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    ▼B

    Artikolu 15

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6), għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin minn 3 ta’ Ġunju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokaha f’konformità mal-Artikolu 16.

    2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    3.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.

    Artikolu 16

    Revoka tad-delega

    1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

    3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 17

    Oġġezzjonijiet għal atti delegati

    1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistga’ joġġezzjona għal att delegat f’perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

    Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

    2.  Jekk, kif jintemm il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, l-att għandu jiġi pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

    L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

    3.  Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha għall-att delegat.

    Artikolu 18

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    MIRI TAL-EMISSJONIIET SPEĊIFIĊI TAS-CO2

    1. L-emissjonijiet speċifiċi u indikattivi ta’ CO2 għal kull vettura kummerċjali ħafifa, imkejla fi grammi għal kull kilometru, għandhom jiġu stabbiliti skont il-formuli li ġejjin:

    (a) mill-2014 sal-2017:

    Emissjonijiet speċifiċi indikattivi ta’ CO2 = 175 + a × (M – M0)

    fejn:

    M

    =

    massa tal-vettura f’kilogrammi (kg)

    M0

    =

    1 706,0

    a

    =

    0,093.

    (b)  ►M4  Mill-2018:

    L-emissjoni speċifika ta' CO2 = 175 + a × (M – M0)

    fejn:

    M

    =

    il-massa tal-vettura f'kilogrammi (kg)

    M0

    =

    1 766,4

    a

    =

    0,093.

     ◄

    ▼M2

    (c) mill-2020:

    image

    fejn:

    M

    =

    il-massa tal-vettura f’kilogrammi (kg)

    M0

    =

    il-valur adottat skont l-Artikolu 13(5)

    a

    =

    0,096.

    ▼M6

    Fil-każ ta' vetturi b'diversi stadji mhux kompletati msemmija fil-punt 1a tal-Parti A tal-Anness II, għandha tintuża l-massa ta' monitoraġġ (Mmon) minflok il-valur M. Il-massa ta' monitoraġġ għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:

    Mmon = MRObase × B0

    Fejn,

    MRObase u B0 huma kif definiti fil-punt 1a.1(a) tal-Parti A tal-Anness II.

    ▼B

    2. Il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur f’sena kalendarja għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi indikattivi ta’ CO2 ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida mmanifatturata minnu rreġistrata f’dik is-sena kalendarja.

    ▼M5

    3. Il-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

    image

    Fejn:

    image

    hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont l-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ( 4 ) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

    image

    hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, determinata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 ( 5 ) mingħajr ma jkun inkluż l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

    NEDC2020target

    hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020, ikkalkulata skont il-punt 1(c) ta' dan l-Anness.

    4. Mill-2021, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

    Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPreference target + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

    Fejn:

    WLTPreference target

    hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021, ikkalkulata skont il-punt 3;

    a

    hija a kif iddefinita fil-punt 1(c);

    Mø

    hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fis-sena ta' mira rilevanti, f'kilogrammi (kg);

    M0

    hija M0 kif iddefinita fil-punt 1(c);

    Mø2020

    hija l-massa (M) medja kif definita fil-punt 1, tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2020, f'kilogrammi (kg);

    M0,2020

    hija l-valur M0 applikabbli fis-sena ta' referenza 2020.

    5. Għal manifattur li ngħata deroga fir-rigward ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq l-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għandha tiġi kkalkulata hekk:

    image

    Fejn:

    image

    hija

    image

    kif iddefinita fil-punt 3;

    image

    hija

    image

    kif iddefinita fil-punt 3;

    NEDC2021target

    hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.

    ▼B




    ANNESS II

    MONITORAĠĠ U RAPPURTAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET

    A.   Ġbir ta’ data dwar vetturi kummerċjali ħfief u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2

    ▼M3

    1.   Dejta ddettaljata

    1.1.   Vetturi sħaħ irreġistrati bħala N1

    Fil-każ tal-vetturi sħaħ bl-approvazzjoni tat-tip tal-KE rreġistrati bħala N1, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida l-ewwel darba li tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom:

    (a) il-manifattur;

    (b) in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;

    (c) it-tip, il-varjant u l-verżjoni;

    (d) l-għamla

    (e) il-kategorija tal-vettura bl-approvazzjoni tat-tip;

    (f) il-kategorija tal-vettura rreġistrata;

    (g) l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ►M5  (NEDC u WLTP) ◄ ;

    (h) il-massa fi stat operattiv;

    (i) il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli;

    (j) l-impronta: id-distanza bejn il-fusien, il-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus tal-istering u l-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus l-ieħor;

    (k) it-tip ta' fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

    (l) il-kapaċità tal-magna;

    (m) il-konsum tal-enerġija elettrika;

    (n) il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba dik it-teknoloġija ►M5  (NEDC u WLTP) ◄ ;

    (o) in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

    ▼M5

    (p) massa tat-test tad-WLTP;

    (q) il-fatturi ta' devjazzjoni u ta' verifika msemmija fil-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152;

    (r) numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-magna determinat skont il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

    ▼M3

    Għandu jintuża l-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C.

    ▼M5

    Għas-sena kalendarja 2017, id-dejta msemmija fil-punt (g), fir-rigward tal-valuri tal-emissjonijijiet tas-CO2 tad-WLTP, u fil-punt (n) fir-rigward tal-iffrankar tad-WLTP permezz tal-ekoinnovazzjoni, kif ukoll id-dejta msemmija fil-punti (p) u (r) jistgħu jiġu rraportati fuq bażi volontarja.

    Mis-sena kalendarja 2018, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8, il-parametri kollha elenkati f'dan il-punt kif speċifikat fil-format fit-Taqsima 2 tal-Parti C ta' dan l-Anness.

    ▼M3

    1.2.   Vetturi approvati fi proċess b'diversi stadji u rreġistrati bħala vetturi N1

    Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji rreġistrati bħala vetturi N1, għal kull sena kalendarja l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja fir-rigward ta':

    (a) il-vettura ta' bażi (mhux sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1, jew, minflok id-dejta speċifikata f'(h) u (i), il-massa miżjuda prestabbilita pprovduta bħala parti mill-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip speċifikata fil-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (b) il-vettura ta' bażi (sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1;

    (c) il-vettura kompluta: id-dejta speċifikata fil-punti (a), (f), (g), (h), (j), (k), (l), (m), u (o) speċifikata fil-punt 1.1.

    Fejn id-dejta msemmija fil-punt (a) u (b) ta' dan il-punt ma tkunx tista tiġi pprovduta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minflok jipprovdi d-dejta dwar il-vettura kompluta.

    Il-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C għandu jintuża għall-vetturi N1 kompluti.

    In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura msemmi fil-punt (o) tal-punt 1.1 ma għandux jiġi ppubblikat.

    ▼M6

    1a.    Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi b'diversi stadji tal-kategorija N1 iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151

    B'effett mill-1 ta' Settembru 2019, għal kull vettura bażi mhux kompletata tal-kategorija N1 soġġetta għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji skont id-Direttiva 2007/46/KE, manifattur għandu jiddetermina u jirrapporta lill-Kummissjoni l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' dik il-vettura bażi, aktar 'il quddiem “l-emissjonijiet tas-CO2 ta' monitoraġġ” skont il-metodoloġija stabbilita fil-punt 1a.1.

    Il-Kummissjoni għandha tuża l-emissjonijiet tas-CO2 ta' monitoraġġ tal-vettura bażi mhux kompletata rrapportati lilha skont l-ewwel paragrafu biex tikkalkola l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur tal-vettura bażi fis-sena kalendarja li fiha tkun irreġistrata l-vettura b'diversi stadji kompletata, ħlief meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt 1b.

    Għall-vetturi bażi kompletati, għandhom jintużaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan ta' dik il-vettura għall-fini tal-monitoraġġ tas-CO2.

    1a.1    Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vettura bażi mhux kompletata

    Il-manifattur tal-vettura bażi għandu jikkalkola l-valur tas-CO2 ta' monitoraġġ ta' vettura bażi mhux kompletata individwali skont il-metodu ta' interpolazzjoni msemmi fil-punti 3.2.3.2 jew 3.2.4 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 skont il-metodoloġija applikata għall-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tal-vettura bażi, fejn it-termini għandhom ikunu kif definiti f'dak il-punt bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    (a) Massa tal-vettura individwali

    It-terminu “TMind” imsemmi fil-punti 3.2.3.2.2.1 jew 3.2.4.1.1.1 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għandu jiġi sostitwit bil-massa prestabbilita tal-vettura bażi, DMbase, jew, fejn japplika, bil-massa tat-test tal-vehicle low, TML jew bil-massa tat-test tal-vehicle high, TMH.

    Id-DMbase għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:

    DMbase = MRObase x B0 + 25 kg + MVL

    Fejn,

    MRObase

    hija l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi kif definit fil-punt 3.2.5 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

    B0

    huwa l-valur tal-massa tal-karozzerija ta' 1,375

    MVL

    hija l-massa rappreżentattiva tat-tagħbija tal-vettura, li tfisser 28 fil-mija tat-tagħbija massima tal-vettura fejn it-tagħbija massima tal-vettura hija definita bħala l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli mnaqqsa bil-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi mmultiplikata b'B0, u mnaqqsa b'25 kg.

    Il-ċifra B0 hija kkalkolata bħala l-medja ponderata tal-proporzjon bejn is-somma tal-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vetturi bażi mhux kompletati għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati fis-sena kalendarja u l-massa prestabbilita miżjuda kkalkolata skont it-Taqsima 5 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, u l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vetturi bażi għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati fis-snin kalendarji 2015, 2016 u 2017.

    Iċ-ċifra B0 għandha tiġi aġġustata sal-31 ta' Ottubru 2021 fuq il-bażi tal-valuri tal-massa rilevanti tal-vetturi b'diversi stadji rreġistrati fis-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020 ikkalkolati bil-formuli li ġejjin:

    Formula 1:

    image

    Fejn,

    Ay

    hija l-medja ponderata tal-proporzjon bejn Mfi u Mbi

    Mfi

    hija l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi biż-żieda tal-massa prestabbilita miżjuda kif definit fit-Taqsima 5 tal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    Mbi

    hija l-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi

    n

    huwa n-numru ta' vetturi bażi għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati fis-sena kalendarja

    Formula 2:

    image

    Fejn,

    Ai

    hija l-medja ponderata kif ikkalkolata fil-Formula 1

    ni

    huwa n-numru ta' vetturi bażi għall-vetturi b'diversi stadji kollha rreġistrati f'sena kalendarja

    Meta l-massa prestabbilita tal-vettura bażi DMbase tkun aktar baxxa mill-massa tat-test tal-vehicle low, TML, tal-familja ta' interpolazzjoni, TMind għandha tiġi sostitwita b'TML.

    Meta l-massa prestabbilita tal-vettura bażi DMbase tkun ogħla mill-massa tat-test tal-vehicle high, TMH, tal-familja ta' interpolazzjoni, TMind għandha tiġi sostitwita b'TMH.

    (b) Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali

    Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi għandha tintuża għall-finijiet tal-punt 3.2.3.2.2.2 jew 3.2.4.1.1.2 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

    (c) Erja ta' quddiem

    Fil-każ ta' vettura bażi mhux kompletata li tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, il-manifattur għandu jiddetermina t-terminu “Af” imsemmi fil-punt 3.2.3.2.2.3 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:

    (i) l-erja ta' quddiem tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, f'm2;

    (ii) il-valur medju tal-erja ta' quddiem tal-vehicle high u tal-vehicle low tal-familja ta' interpolazzjoni, f'm2;

    (iii) l-erja ta' quddiem tal-vehicle high tal-familja ta' interpolazzjoni, fil-każ li ma jintużax il-metodu ta' interpolazzjoni, f'm2.

    Fil-każ ta' vettura bażi mhux kompletata li ma tappartjenix għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, għandu jintuża l-valur tal-erja ta' quddiem tal-vehicle high tal-familja ta' interpolazzjoni.

    1b.    Rappreżentattività tal-valur tas-CO2 ta' monitoraġġ

    Mis-sena kalendarja 2020, kull sena l-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rappreżentattività tal-valuri medji tas-CO2 ta' monitoraġġ irrapportati mill-manifattur tal-vettura bażi meta mqabbla mal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kompletati rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti u għandha tgħarraf lill-manifattur tal-vettura bażi dwar il-valutazzjoni tagħha.

    Meta dik il-valutazzjoni turi diverġenza b'4 % jew aktar bejn il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kompletati kollha u l-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' monitoraġġ tal-vetturi bażi relatati kollha ta' manifattur għal sentejn kalendarji suċċessivi, il-Kummissjoni għandha tuża l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kompletati fis-sena kalendarja sussegwenti biex tikkalkola l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur tal-vettura bażi jew il-konsorzju f'dik is-sena. Fil-każ ta' diverġenzi kontinwi, dak il-kalkolu għandu jiġi ripetut kull tliet snin.

    1c.    Rappurtar tad-data mill-manifatturi tal-vetturi bażi

    Il-manifatturi tal-vetturi bażi, għal kull vettura bażi kompletata jew mhux kompletata mressqa għal approvazzjoni b'diversi stadji u mibjugħa minnhom fis-sena kalendarja preċedenti fl-Unjoni, għandhom jirrapportaw id-data li ġejja lill-Kummissjoni sat-28 ta' Frar kull sena:

    (a) in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

    (b) l-identifikatur tal-familja ta' interpolazzjoni;

    (c) l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vettura bażi;

    (d) l-erja ta' quddiem (speċifika l-alternattiva applikabbli);

    (e) ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi;

    (f) il-massa ta' monitoraġġ;

    (g) il-massa f'kundizzjoni ta' sewqan tal-vettura bażi;

    (h) il-massa rappreżentattiva tat-tagħbija tal-vettura kif definita fil-punt 1a.1 ta' dan l-Anness.

    ▼B

    2.

    ►M6  Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' konformità jew ikunu konsistenti maċ-ċertifikat ta' konformità maħruġ mill-manifattur tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti. Id-dettalji l-oħra għandhom jittieħdu mid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew mill-informazzjoni rrapportata mill-manifattur tal-vettura bażi skont il-punt 1c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta' monitoraġġ. Meta ċ-ċertifikat ta' konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll dik massima għal vettura kummerċjali ħafifa, l-Istati Membri għandhom jużaw iċ-ċifra massima biss għall-fini ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' vetturi li jaħdmu b'żewġ tipi ta' fjuwil (petrol/gass) li ċ-ċertifikati ta' konformità tagħhom ikollhom ċifri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 għaż-żewġ tipi ta' fjuwil, l-Istati Membri għandhom jużaw iċ-ċifra mkejla għall-gass biss. ◄

    ▼M3

    3.

    Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

    (a) is-sorsi użati għall-ġbir tad-dejta ddettaljata msemmija fil-punt 1;

    (b) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE;

    (c) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji, fejn disponibbli

    (d) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment;

    (e) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali.

    B.   Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda

    L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri huma meħtieġa iddeterminaw skont il-punt 1 u 3 tal-Parti A ta' dan l-Anness għandha tiġi ddeterminata f'konformità mal-metodoloġija f'din il-Parti.

    1.   L-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati

    L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fit-territorju tagħhom fis-sena ta' monitoraġġ rispettiva, u għandha ssir distinzjoni bejn il-vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE, dawk approvati individwalment u dawk approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali u, fejn disponibbli, għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji.

    ▼M1 —————

    ▼M3 —————

    ▼M1 —————

    ▼B

    7.   Vetturi kkompletati

    Fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi kkompletati għandhom jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura ta’ bażi.

    Sabiex ikun żgurat li ċ-ċifri tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-effiċjenza tal-karburant u tal-massa tal-vetturi kkompletati jkunu rappreżentattivi, bla ma jitqiegħed piż eċċessiv fuq il-manifattur tal-vetttura ta’ bażi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proċedura ta’ monitoraġġ speċifiku u għandha teżamina l-leġislazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip u tagħmel l-emendi meħtieġa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.

    Meta tiddefinixxi proċedura bħal din, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tiddetermina kif jiġu mmonitorjati l-valuri tal-massa u tas-CO2, abbażi ta’ tabella ta’ valuri ta’ CO2 li jikkorrispondu għal klassijiet differenti ta’ piż tal-inerzja finali jew abbażi ta’ valur wieħed ta’ CO2 derivat mill-massa tal-vettura ta’ bażi u massa speċifika miżjuda differenzjata mill-klassi N1. Fl-aħħar każ, din il-massa tittieħed ukoll għall-parti C ta’ dan l-Anness.

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.

    ▼M3

    Minkejja li għall-Parti C ta' dan l-Anness għandha tintuża l-massa miżjuda prestabbilta, meta l-valur ta' dik il-massa ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika msemmija fl-Artikolu 8(4).

    Fejn il-vettura ta' bażi tkun vettura sħiħa, il-massa fi stat operattiv ta' dik il-vettura għandha tintuża għall-kalkolu tal-mira ta' emissjonijiet speċifika. Madankollu, fejn il-valur ta' dik il-massa ma jistax jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika.

    ▼M3

    C.   Il-formats għat-trażmissjoni tad-dejta

    Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-format li ġej:



    Taqsima 1 — Dejta aggregata dwar il-monitoraġġ

    Stat Membru (1):

     

    Sena

     

    Sors tad-dejta

     

    L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE

     

    L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment

     

    L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali

     

    L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji (fejn disponibbli)

     

    (1)   Il-kodiċijiet tal-alfa-2 mogħtija fl-istandard tal-ISO bin-numru 3166, ħlief għall-Greċja u r-Renju Unit, li għalihom għandhom jintużaw il-kodiċijiet “EL” u “UK” rispettivament.



    Taqsima 2 — Dejta ddettaljata dwar il-monitoraġġ — reġistrazzjoni ta' vettura waħda

    Referenza għat-Taqsima 1.1 tal-Parti A

    Dejta ddettaljata għal kull vettura rreġistrata (1)

    (a)

    Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur (2)

    Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur

    VETTURA SĦIĦA/VETTURA TA' BAŻI (3)

    Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur

    VETTURA KOMPLUTA (3)

    Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru (2)

    (b)

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

    (c)

    It-tip

    Il-varjant

    Il-verżjoni

    (d)

    L-għamla

    (e)

    Il-kategorija tal-vettur bl-approvazzjoni tat-tip

    (f)

    Il-kategorija tal-vettura rreġistrata

    ▼M5

    (g)

    Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati)

    Valur tal-NEDC

    Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (ikkombinati)

    Valur tad-WLTP (mill-2018 'il quddiem)

    ▼M3

    (h)

    Il-massa fi stat operattiv

    VETTURA TA' BAŻI

    Il-massa fi stat operattiv

    VETTURA KOMPLUTA/VETTURA SĦIĦA

    (i) (4)

    Il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli

    (j)

    Id-distanza bejn il-fusien

    Il-wisa' tal-fus tal-istering (Fus 1)

    Il-wisa' tal-fus -ieħor (Fus 2)

    (k)

    It-tip ta' fjuwil

    Il-modalità tal-fjuwil

    (l)

    Il-kapaċità tal-magna (cm3)

    (m)

    Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

    ▼M5

    (n)

    Il-kodiċi tal-innovazzjoni ekoloġika/tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi

    Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 NEDC minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet).

    Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 WLTP minħabba l-ekoinnovazzjoni(jiet) (mill-2018 'il quddiem)

    ▼M3

    (o)

    In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

    ▼M5

    (p)

    Massa tat-test tad-WLTP

    (q)

    Fattur tad-devjazzjoni De (fejn disponibbli)

    Fattur ta' verifika (fejn disponibbli)

    (r)

    Numru ta' identifikazzjoni tal-familja tal-vettura

    ▼M3

    Il-punt 2.17.2. tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE (5)

    Il-massa miżjuda prestabbilita (fejn applikabbli fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji)

    (1)   Meta, fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, ma tkunx tista' tiġi pprovduta dejta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minn tal-inqas jipprovdi d-dejta speċifikata f'dan il-format għall-vettura kompluta. ►M5   Fejn in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ma jistax jiġi pprovdut, id-dejta ddettaljata kollha għandha tiġi pprovduta għall-vettura sħiħa, għall-vettura kompluta kif ukoll għall-vettura ta' bażi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-punt 1.2 tal-Parti A ta' dan l-Anness. ◄

    (2)   Fil-każ ta' approvazzjonijiet f'serje żgħira f'livell nazzjonali (NSS) jew l-approvazzjonijiet individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru” filwaqt li fil-kolonna “Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur” għandha tiġi indikata waħda minn dawn li ġejjin “AA-NSS” jew “AA-IVA” skont il-każ.

    (3)   Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-manifattur tal-vettura ta' bażi (mhux sħiħa/sħiħa). Jekk il-manifattur tal-vettura ta' bażi ma jkunx disponibbli indika biss il-manifattur tal-vettura kompluta.

    (4)   Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi.

    (5)   Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, il-massa fi stat operattiv u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi jistgħu jiġu sostitwiti mill-massa miżjuda prestabbilta speċifikata fl-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont il-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE.



    ( 1 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

    ( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

    ( 3 ) ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

    ( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)

    ( 5 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).

    Top