Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0976-20141231

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/976/2014-12-31

    2009R0976 — MT — 31.12.2014 — 002.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2009

    tad-19 ta’ Ottubru 2009

    li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk

    (ĠU L 274, 20.10.2009, p.9)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1088/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010

      L 323

    1

    8.12.2010

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014

      L 354

    6

    11.12.2014




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2009

    tad-19 ta’ Ottubru 2009

    li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2007/2/KE tistabbilixxi regoli ġenerali għat-twaqqif ta’ Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea. L-Istati Membri huma mitluba li jistabbilixxu u jħaddmu netwerk ta’ servizzi għas-settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika li għalihom inħolqu metadejta skont dik id-Direttiva.

    (2)

    Sabiex ikun assigurat li tali servizzi jkunu kompatibbli u li jkunu jistgħu jintużaw, fuq il-livell Komunitarju, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji minimi ta’ prestazzjoni għal dawk is-servizzi fir-rigward tat-temi mniżżlin fl-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2007/2/KE.

    (3)

    Sabiex jiġi assigurat li l-awtoritajiet pubbliċi u l-persuni terzi jingħataw il-possibiltà teknika li jgħaqqdu s-settijiet u s-servizzi ta’ dejta ġeografika tagħhom mas-Servizzi ta’ Netwerk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti xierqa għal dawk is-servizzi.

    (4)

    Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi ir-rekwiżiti għat-twaqqif u l-manutenzjoni tas-Servizzi ta’ Netwerk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa s-“Servizzi ta’ Netwerk”) u l-obbligi relatati għad-disponibbiltà ta’ dawk is-servizzi għall-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u l-persuni terzi skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Tifsiriet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 ( 2 ) għandhom japplikaw.

    It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

    (1) Il-“Kapaċità Operattiva Inizjali” tfisser l-abbiltà ta’ Servizz ta’ Netwerk li jipprovdi funzjonalità sħiħa mingħajr ma’ jiggarantixxi kwalità ta’ servizz konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew aċċess għas-servizz mill-utenti kollha permezz il-ġeoportal INSPIRE;

    (2) Il-“Prestazzjoni” tfisser il-livell minimu li bih objettiv jiġi kkunsidrat li ntlaħaq li jirrapreżenta l-fatt ta’ kemm tista’ titlesta malajr talba fi ħdan Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;

    (3) Il-“Kapaċità” tfisser il-limitu tal-għadd ta’ talbiet ta’ servizz simultanji pprovduti bi prestazzjoni garantita;

    (4) Id-“Disponibbiltà” tfisser il-probabbiltà li Servizz ta’ Netwerk ikun disponibbli;

    (5) Il-“Ħin ta’ reazzjoni” tfisser il-ħin imkejjel fil-pożizzjoni tas-Servizz tal-Istat Membru, li fih l-operazzjoni tas-servizz twassal l-ewwel byte tar-riżultat;

    (6) Ir-“Talba għal servizz” tfisser talba waħda għal operazzjoni waħda ta’ Servizz ta’ Netwerk INSPIRE;

    ▼M2

    (7) l-“Element ta' metadejta INSPIRE” tfisser element ta' metadejta stabbilit fil-parti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1205/2008 jew fil-Parti B tal-Anness V, Parti B tal-Anness VI u Parti B tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 ( 3 );

    ▼B

    (8) “Publikazzjoni” tfisser l-operazzjoni li ddaħħal, tħassar jew taġġorna l-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien;

    (9) Il-“Lingwa Naturali” tfisser lingwa li hija mitkellma, miktuba, jew mitkellma bis-sinjali mill-bnedmin għal skopijiet ġenerali ta’ komunikazzjoni;

    (10) Il-“Ġbir” tfisser operazzjoni li ġġib elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi minn Servizz ta’ Sejbien ta’ sors u li tippermetti li tinħoloq, titħassar jew tiġi aġġornata l-metadejta ta’ dawn ir-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira;

    (11) Is-“Saff” tfisser unità bażika ta’ informazzjoni ġeografika li tista’ tiġi mitluba bħala mappa minn server skont EN ISO 19128;

    ▼M1

    (12) Tniżżil b’Aċċess Dirett tfisser Servizz ta’ Tniżżil li jagħti aċċess għall-Oġġetti Ġeografiċi fis-Settijiet tad-Dejta Ġeografika abbażi ta’ talba.

    ▼B

    Artikolu 3

    Rekwiżiti għas-Servizzi ta’ Netwerk

    Is-Servizzi ta’ Netwerk għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizzi stabbiliti fl-Anness I.

    Barra minn hekk, kull tip ta’ Servizz ta’ Netwerk għandu jkun konformi ma’ dawn li ġejjin:

    (a) f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Sejbien, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness II;

    (b) f’dak li jikkonċerna s-Servizzi ta’ Viżjoni, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fl-Anness III;

    ▼M1

    (c) Fir-rigward tas-Servizzi ta’ Tniżżil, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi applikabbli stipulati fl-Annessi I u IV;

    (d) Fir-rigward tas-Servizzi ta’ Trasformazzjoni, ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi speċifiċi applikabbli stipulati fl-Annessi I u IV.

    ▼B

    Artikolu 4

    Aċċess għas-Servizzi ta’ Netwerk

    1.  Mhux aktar tard mid-9 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien u Viżjoni b’kapaċità operattiva inizjali.

    2.  Mhux aktar tard mid-9 ta’ Novembru 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Sejbien b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

    ▼M1

    3.  Mhux aktar tard mi 28 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Tniżżil b’kapaċità operattiva inizjali.

    4.  Mhux aktar tard mi 28 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Tniżżil f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

    5.  Mhux aktar tard mi 28 ta’ Ġunju 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Trasformazzjoni b’kapaċità operattiva inizjali.

    6.  Mhux aktar tard mi 28 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-Servizzi ta’ Trasformazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

    ▼B

    Artikolu 5

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    ▼M1




    ANNESS I

    KWALITÀ TAS-SERVIZZ

    Servizzi ta’ netwerk minn partijiet terzi konnessi skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE ma għandhomx jitqiesu fl-evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizz sabiex jiġi evitat kwalunkwe deterjorament li jista’ jirriżulta minn effetti kumulattivi.

    Għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin tal-Kwalità tas-Servizz marbuta mal-prestazzjoni, il-kapaċità u d-disponibbiltà.

    1.   PRESTAZZJONI

    Is-sitwazzjoni normali tirrappreżenta perjodi meta d-domanda ma tkunx fl-ogħla punt tagħha. Hija stabbilita għal 90 % tal-ħin.

    Il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal talba ta’ servizz ta’ sejbien ma għandux ikun aktar minn tliet (3) sekondi f’sitwazzjoni normali.

    Għal immaġni ta’ 470 Kilobyte (eż. 800×600 pixels b’fond ta’ kulur ta’ 8 bits), il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali għal Talba “Get Map” lil servizz ta’ viżjoni ma għandux ikun aktar minn ħames (5) sekondi f’sitwazzjoni normali.

    Għal operazzjoni “Get Download Service Metadata”, il-ħin ta’ reazzjoni biex tintbagħat ir-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 10 sekondi f’sitwazzjoni normali.

    Għall-operazzjoni “Get Spatial Data Set” u għall-operazzjoni “Get Spatial Object”, u għal talba li tkun tikkonsisti biss minn kwadru ta’ delimitazzjoni, il-ħin ta’ reazzjoni għal bgħit tar-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 30 sekonda f’sitwazzjoni normali u s-servizz ta’ tniżżil, dejjem f’sitwazzjoni normali, għandu jżomm reazzjoni sostnuta li tkun ta’ aktar minn 0,5 Megabytes fis-sekonda jew 500 Oġġett Ġeografiku fis-sekonda.

    Għall-operazzjoni “Describe Spatial Data Set” u għall-operazzjoni “Describe Spatial Object Type”, il-ħin ta’ reazzjoni għall-bgħit tar-reazzjoni inizjali ma għandux ikun aktar minn 10 sekondi f’sitwazzjoni normali u s-servizz ta’ tniżżil, dejjem f’sitwazzjoni normali, għandu jżomm reazzjoni sostnuta li tkun ta’ aktar minn 0,5 Megabytes fis-sekonda jew aktar minn 500 deskrizzjoni ta’ Oġġett Ġeografiku fis-sekonda.

    2.   KAPAĊITÀ

    L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ sejbien li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 30 kull sekonda.

    L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ viżjoni li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 20 kull sekonda.

    L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ tniżżil li għandu ikun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 10 kull sekonda. L-għadd ta’ talbiet ipproċessati b’mod parallell jista’ jkun limitat għal 50.

    L-għadd minimu ta’ talbiet simultanji lil servizz ta’ trasformazzjoni li għandu jkun moqdi skont il-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni tas-servizz għandu jkun ta’ 5 talbiet kull sekonda.

    3.   DISPONIBBILTÀ

    Il-probabbiltà li servizz ta’ netwerk jkun disponibbli għandha tkun ta’ 99 % tal-ħin.

    ▼B




    ANNESS II

    SERVIZZI TA’ SEJBIEN

    PARTI A

    Kriterji tat-Tfittix

    Sabiex ikun konformi mas-sett minimu ta’ kriterji tat-tfittix stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jgħin biex isir it-tfittix bl-elementi ta’ metadejta INSPIRE imniżżla fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.



    Tabella 1

    Il-kriterji minimi ta’ tfittix

    L-elementi ta’ metadejta INSPIRE

    Il-kliem ewlieni

    Kelma Ewlenija

    Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi;

    (Għal settijiet ta’ dejta ġeografika u serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika)

    Kategorija tas-suġġett

    Il-klassifikazzjoni ta’ dejta u servizzi ġeografiċi;

    (Għal servizzi ta’ dejta ġeografika)

    It-tip ta’ servizz ta’ dejta ġeografika

    Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika;

    Nisel

    Il-kwalità u l-validità tas-settijiet ta’ dejta ġeografika;

    Ir-riżoluzzjoni ġeografika

    Il-grad ta’ konformità mar-regoli implimentattivi previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE

    L-ispeċifikazzjoni

    Il-grad ta’ konformità mar-regoli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/2/KE

    Grad

    Il-pożizzjoni ġeografika

    Il-kwadru ta’ delimitazzjoni ġeografika

    Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom

    Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess u l-użu

    Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika u l-użu tagħhom

    Il-limitazzjonijiet fuq l-aċċess pubbliku

    L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika;

    Il-parti responsabbli

    L-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħolqien, l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika;

    Ir-rwol tal-parti responsabbli

    L-elementi ta’ metadejta jew is-sett ta’ elementi INSPIRE li ġejjin għandhom ikunu disponibbli wkoll bħala kriterji ta’ tfittxija:

    (a) It-Titolu tar-Riżorsa;

    (b) Is-sinteżi tar-Riżorsa;

    (c) It-Tip tar-Riżorsa;

    (d) L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku;

    (e) Ir-Referenza Temporali.

    Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi permezz ta’ taħlita ta’ kriterji ta’ tfittxija, l-operaturi loġiċi u dawk ta’ tqabbil għandhom jiġu appoġġjati.

    Biex ikun permess is-sejbien ta’ riżorsi bbażat fuq il-pożizzjoni ġeografika tar-riżorsa, l-operatur ġeografiku mniżżel fit-Tabella 2 għandu jiġi appoġġjat.



    Tabella 2

    L-isem tal-operatur

    Il-proprjetà

    L-intersezzjonijiet

    Jirrikjedi li l-element ta’ metadejta INSPIRE “Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika” jagħmel intersezzjoni ta’ Żona ta’ Interess definita

    PARTI B

    L-operazzjonijiet

    1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

    Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 3 ta’ dan l-Anness.



    Tabella 3

    Il-ħidma

    Ir-rwol

    “Get Discovery Service Metadata”

    Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz.

    “Discover Metadata”

    L-operazzjoni Discover Metadata tippermetti talbiet għal elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi msejsa fuq talba li ssir mis-Servizz ta’ Sejbien fil-mira.

    Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Sejbien għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 4 ta’ dan l-Anness.



    Tabella 4

    Il-ħidma

    Ir-rwol

    Publish Metadata

    L-operazzjoni Publish Metadata tippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien (mekkaniżmi ta’ metadejta li jġibu jew jagħtu). Editjar ifisser li ddaħħal, tħassar jew taġġorna

    Link Discovery Service

    Il-funzjoni Link Discovery Service tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li r-riżorsa ta’ metadejta tinżamm fil-lokalità tas-sid

    Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Sejbien.

    2.   OPERAZZJONI “GET DISCOVERY SERVICE METADATA”

    2.1.    Talba għal “Get Discovery Service Metadata”

    2.1.1.    Parametri għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata”

    Il-parametru għat-talba għal “Get Discovery Service Metadata” jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata

    2.2.    Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”

    Ir-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

     Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien,

     Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,

     Il-lingwi.

    2.2.1.    Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien

    Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Sejbien għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Sejbien.

    2.2.2.    Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

    Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdu l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta’ Sejbien. Dawn il-parametri ta’ metadejta għandhom jispjegaw kull operazzjoni. Dan jinkludi tal-anqas dan li ġej:

    (1) jindika d-disponibbiltà tal-mekkaniżmu li jiġbed, tal-mekkaniżmu li jagħti jew tat-tnejn, għall-Metadejta tal-Publikazzjoni;

    (2) jispjega kull operazzjoni, u jinkludi tal-anqas spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk.

    2.2.3.    Parametru tal-lingwi

    Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:

     il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri tar-Reazzjoni għal “Get Discovery Service Metadata”;

     il-parametru tal-lingwi Appoġġjati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġjati mis-servizz tas-Sejbien.

    3.   OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAS-SEJBIEN

    3.1.    Talba tal-Metadejta tas-Sejbien

    Din it-Talba tal-Metadejta tas-Sejbien fiha dawn il-parametri li ġejjin:

     Il-Lingwa;

     It-Talba.

    3.1.1.    Parametru tal-Lingwa

    Il-parametru tal-Lingwa jindika l-lingwa naturali mitluba għall-kontenut tas-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

    3.1.2.    Parametru tat-Talba

    Il-parametru tat-Talba għandu jkun fih it-taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix kif speċifikata fil-parti A.

    3.2.    Ir-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

    3.2.1.    Parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien

    Il-parametru tar-Reazzjoni tal-Metadejta tas-Sejbien għandu jkun fih tal-anqas l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ kull riżorsa li taqbel mat-talba.

    4.   OPERAZZJONI TAL-METADEJTA TAL-PUBBLIKAZZJONI

    Il-funzjoni tal-Metadejta tal-Publikazzjoni tippermetti l-pubblikazzjoni tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE għar-riżorsi fis-Servizz ta’ Sejbien. Iż-żewġ alternattivi huma:

     Il-mekkaniżmu li jagħti: jippermetti li jsir editjar tal-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi aċċessibli mis-Servizz ta’ Sejbien,

     Il-Mekkaniżmu li jġib: Jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien ta’ Stat Membru li jġib l-elementi ta’ metadejta INSPIRE ta’ riżorsi minn pożizzjoni remota.

    Għandha tiġi appoġġjata, mill-anqas, waħda mill-alternattivi imniżżla hawn fuq.

    4.1.    Mekkaniżmu li Jagħti

    4.1.1.    Talba tal-Metadejta tal-Editjar

    4.1.1.1.    Parametru tar-Rikjesta tal-Metadejta tal-Editjar

    Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Editjar jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba biex jiddaħħlu, jiġu aġġornati, jew jitħassru mis-Servizz ta’ Sejbien l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tar-riżorsi.

    4.2.    Mekkaniżmu li Jġib

    4.2.1.    Talba tal-Metadejta tal-Ġabra

    4.2.1.1.    Parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Ġabra

    Il-parametru tat-Talba tal-Metadejta tal-Ġabra jipprovdi kull informazzjoni dwar il-lokazzjoni remota meħtieġa biex jinkisbu r-riżorsi ta’ metadejta disponibbli. Hu għandu jinkludi, tal-anqas, l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-servizz iddedikat għad-dejta ġeografika.

    5.   OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ TA’ SEJBIEN MAGĦQUD

    L-operazzjoni tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud jippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Sejbien konformi ma’ dan ir-Regolament, għas-Sejbien ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru filwaqt li tinżamm ir-riżorsa ta’ metadejta fil-lokalità tas-sid.

    5.1.    Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud

    5.1.1.    Parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud

    Il-parametru tar-Rikjesta tas-Servizz ta’ Sejbien Magħqud għandu jipprovdi kull informazzjoni dwar is-Servizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Sejbien tal-Istat Membru li jġib riżorsi Metadejta bbażati fuq taħlita ta’ kriterji ta’ tfittix mis-Serivizz ta’ Sejbien tal-Awtorità Pubblika jew ta’ Parti Terza u jgħaqqadhom ma’ riżorsi Metadejta oħrajn.




    ANNESS III

    SERVIZZI TA’ VIŻJONI

    PARTI A

    L-operazzjonijiet

    1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

    Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.



    Tabella 1

    L-operazzjoni

    Ir-rwol

    “Get View Service Metadata”

    Jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u jispjega l-kapaċitajiet tas-servizz.

    Get Map

    Iwassal mappa li fiha jkun hemm l-informazzjoni ġeografika u tematika li tkun ġejja minn dejtasets ġeografiċi disponibbli. Din il-mappa hija immaġni ġeo-referenzjata.

    Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ viżjoni għandu jappoġġja l-operazzjonijiet imniżżlin fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.



    Tabella 2

    L-operazzjoni

    Ir-rwol

    Is-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

    Jippermetti lil Awtorità Pubblika jew Parti Terza li tiddikjara Servizz ta’ viżjoni għal wiri tar-riżorsi tagħha permezz ta’ Servizz ta’ Viżjoni ta’ Stat Membru filwaqt li tinżamm il-kapaċità ta’ wiri mill-pożizzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

    Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw l-ispjegazzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjoni teknika tas-Servizz ta’ Viżjoni.

    2.   OPERAZZJONI “GET VIEW SERVICE METADATA”

    2.1.    Talba għal “Get View Service Metadata”

    2.1.1.    Parametri ta’ talba għal “Get View Service Metadata”

    Il-parametru ta’ rikjesta għal “Get View Service Metadata” jindika l-lingwa naturali rikjesta għall-kontenut tar-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata

    2.2.    Parametri għar-reazzjoni għal “Get View Service Metadata”

    Ir-Reazzjoni għal “Get View Service Metadata” għandha jkollha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

     Il-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni,

     Il-Metadejta tal-Operazzjonijiet,

     Il-lingwi,

     Il-Metadejta ta’ Saffi.

    2.2.1.    Parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni

    Il-parametri tal-Metadejta ta’ Servizz ta’ Viżjoni għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta INSPIRE tas-Servizz ta’ Viżjoni.

    2.2.2.    Parametri tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

    Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jispjega l-operazzjonijiet tas-Servizz ta’ viżjoni u fih għandu jkun hemm, tal-anqas, spjegazzjoni tad-dejta li tpartet u l-indirizz tan-netwerk ta’ kull operazzjoni.

    2.2.3.    Parametri tal-Lingwi

    Għandhom jiġu pprovduti żewġ parametri tal-lingwi:

     il-parametru ta’ Reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri ta’ Metadejta ta’ Servizz ta’ Reazzjoni,

     il-parametru tal-lingwi Appoġġati li fih ikun hemm il-lista tal-lingwi naturali appoġġati minn dan is-servizz ta’ Viżjoni.

    2.2.4.    Parametri ta’ Metadejta ta’ Saffi

    L-elementi tal-metadejta imniżżla fit-tabella 3 għandhom ikunu pprovduti għal kull saff.



    Tabella 3

    Elementi ta’ metadejta

    L-ispjegazzjoni

    It-Titolu ta’ Riżorsa

    It-titlu tas-saff, użat għall-komunikazzjoni tal-bniedem, għall-preżentazzjoni tas-saff, eż. f’menù

    Is-Sinteżi tar-Riżorsa;

    Is-sinteżi ta’ saff

    Kelma Ewlenija

    Kliem ewlieni addizzjonali

    Kwadru ta’ Delimitazzjoni Ġeografika

    Ir-rettangolu minimu ta’ delimitazzjoni fis-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati appoġġjati taż-żona koperta mis-Saff

    L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku;

    L-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tar-riżorsa użata biex jinħoloq is-saff

    Il-parametri speċifiċi tas-saff imniżżla fit-tabella 4 għandhom ikunu provduti għal kull saff.



    Tabella 4

    Il-parametru

    L-ispjegazzjoni

    L-isem

    L-isem armonizzat tas-saff

    Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati

    Il-lista tas-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati li fiha huwa disponibbli s-saff

    L-istili

    Il-lista tal-istili ta’ rendiment disponibbli għas-saff

    Stil jkun magħmul minn titolu u Identifikatur Uniku

    URL tat-tifsir

    Il-pożizzjoni tat-tifsir għal kull stil, lingwa u pari ta’ dimensjoni

    Pari ta’ Dimensjoni

    Jindika l-pari ta’ assi ta’ żewġ dimensjonijiet appoġġjati għas-settijiet ta’ dejta ġeografika multidimensjonali u s-serje ta’ settijiet ta’ dejta ġeografika

    3.   OPERAZZJONI TA’ “GET MAP”

    3.1.    Talba “Get Map”

    3.1.1.    Parametri ta’ talba għal “Get Map”

    Il-parametri ta’ Talba għal “Get Map” imniżżlin fit-Tabella 5 għandhom jiġu pprovduti



    Tabella 5

    Il-parametru

    L-ispjegazzjoni

    Is-Saffi

    Il-lista tal-ismijiet tas-saffi li għandhom jiġu inklużi fil-mappa

    L-istili

    Il-lista tal-istili li għandhom jintużaw għal kull saff

    Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati

    Is-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati tal-mappa

    Kwadru ta’ delimitazzjoni

    L-4 Koordinati tal-kantunieri tal-mappa ta’ żewġ dimensjonijiet għall-par ta’ Dimensjoni magħżul u fis-Sistema ta’ Referenza ta’ Koordinati magħżula

    Il-wisà tal-immaġni

    Il-wisà tal-immaġni f’pixels

    L-għoli tal-immaġni

    L-għoli tal-immaġni f’pixels

    Il-format tal-immaġni

    Il-format tal-ħruġ tal-immaġini

    Il-lingwa

    Il-lingwa li għandha tintuża għar-reazzjoni

    Par ta’ Dimensjoni

    L-assi ta’ żewġ dimensjonijiet li għandhom jintużaw għall-mappa Pereżempju dimensjoni ġeografika u ħin

    4.   OPERAZZJONI TAS-SERVIZZ MAGĦQUD TA’ VIŻJONI

    4.1.    Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

    4.1.1.    Parametri tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni

    Il-Parametru tat-Talba tas-Servizz Magħqud ta’ Viżjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna konformi ma’ dan ir-Regolament, li jippermetti lis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Istat Membru biex iġib mappa mis-Servizz ta’ Viżjoni tal-Awtorità Pubblika jew tat-Terza Persuna u jgħaqqadha ma’ mapep oħrajn.

    PARTI B

    Karattersitiċi oħra

    Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin.

    1.   Is-Sistemi ta’ Referenza ta’ Koordinati

    Is-saffi għandhom jintwerew flimkien billi tintuża sistema ta’ referenza ta’ Koordinati waħda u s-Servizz ta’ Viżjoni għadu jappoġġja, tal-anqas, is-Sistemi ta’ Referenzi ta’ Koordinati fl-Anness I, punt 1 tad-Direttiva 2007/2/KE

    2.   Il-Format tal-Immaġni

    Is-Servizz ta’ Viżjoni għandu jappoġġja, tal-anqas, wieħed minn dawn il-formati tal-immaġni li ġejjin:

     il-format tal-“Portable Network Graphics” (PNG);

     il-“Graphics Interchange Format” (GIF), mingħajr kompressjoni.

    ▼M1




    ANNESS IV

    SERVIZZI TA’ TNIŻŻIL

    PARTI A

    Operazzjonijiet ta’ Tniżżil

    1.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

    Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta’ Tniżżil għandu tal-anqas jipprovdi l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness.



    Tabella 1

    Operazzjoni

    Rwol

    Get Download Service Metadata

    Tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz, is-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika disponibbli, u tiddeskrivi l-kapaċitajiet tas-servizz.

    Get Spatial Data Set

    L-operazzjoni Get Spatial Data Set tippermetti l-ġbir ta’ Sett ta’ Dejta Ġeografika.

    Describe Spatial Data Set

    Din l-operazzjoni tagħti d-deskrizzjoni tat-tipi kollha ta’ Oġġetti Ġeografiċi li jinsabu fis-Sett tad-Dejta Ġeografika.

    Link Download Service

    Tippermetti d-dikjarazzjoni, minn Awtorità Pubblika jew Parti Terza, tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Tniżżil għat-tniżżil ta’ Settijiet ta’ Dejta Ġeografika jew, fejn prattikabbli, Oġġetti Ġeografiċi, permezz tas-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru filwaqt li tinżamm il-kapaċità ta’ tniżżil fil-lok tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

    Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta’ Tniżżil.

    2.   OPERAZZJONI “GET DOWNLOAD SERVICE METADATA”

    2.1.    Talba għal “Get Download Service Metadata”

    2.1.1.    Parametru tat-talba għal “Get Download Service Metadata”

    Il-parametru tat-talba għal “Get Download Service Metadata” għandu jindika l-lingwa naturali li se tintuża għall-kontenut tar-reazzjoni “Get Download Service Metadata”.

    2.2.    Reazzjoni għal “Get Download Service Metadata”

    Ir-reazzjoni għal “Get Download Service Metadata” għandu jkun fiha s-settijiet ta’ parametri li ġejjin:

     Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil;

     Metadejta tal-Operazzjonijiet;

     Lingwi;

     Metadejta tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika.

    2.2.1.    Parametru tal-Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil

    Il-parametri tal-Metadejta tas-Servizz ta’ Tniżżil għandhom tal-anqas ikollhom l-elementi ta’ metadejta tal-INSPIRE tas-Servizz ta’ Tniżżil.

    2.2.2.    Parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

    Il-parametru tal-metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdi l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta’ Tniżżil. Għandu tal-inqas jipprovdi deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u bħala minimu jinkludi deskrizzjoni tad-dejta skambjata u tal-indirizz tan-netwerk.

    2.2.3.    Parametru tal-lingwi

    Għandhom jingħataw żewġ parametri tal-lingwa:

     Il-parametru tal-Lingwa tar-reazzjoni li jindika l-lingwa naturali użata fil-parametri tar-reazzjoni għal “Get Download Service Metadata”;

     Il-parametru tal-lingwi Kompatibbli li jkun fih il-lista tal-lingwi naturali kompatibbli mas-Servizz ta’ Tniżżil.

    2.2.4.    Parametri tal-Metadejta tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika

    Għandhom jiġu pprovduti l-elementi tal-metadejta tal-INSPIRE tas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika disponibbli. Barra dan, għal kull Sett ta’ Dejta Ġeografika, għandha tingħata wkoll il-lista ta’ dawk is-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li huma disponibbli.

    3.   OPERAZZJONI “GET SPATIAL DATA SET”

    3.1.    Talba “Get Spatial Data Set”

    It-talba “Get Spatial Data Set” fiha l-parametri li ġejjin:

     Lingwa;

     Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika;

     Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati.

    3.1.1.    Parametru tal-lingwa

    Il-parametru tal-lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.

    3.1.2.    Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika

    L-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.

    3.1.3.    Parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati

    Il-parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati għandu jkun fih waħda mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fil-lista tas-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati msemmija fil-punt 2.2.4.

    3.2.    Reazzjoni għal “Get Spatial Data Set”

    3.2.1.    Parametru tar-reazzjoni għal “Get Spatial Data Set”

    Il-parametru tar-reazzjoni għal “Get Spatial Data Set” għandu jkun is-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub fil-lingwa mitluba u fis-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati mitluba.

    4.   OPERAZZJONI “DESCRIBE SPATIAL DATA SET”

    4.1.    Talba għal “Describe Spatial Data Set”

    It-talba għal “Describe Spatial Data Set” għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

     Lingwa;

     Identifikatur tas-Sett tad-Dejta Ġeografika.

    4.1.1.    Parametru tal-lingwa

    Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ Oġġetti Ġeografiċi.

    4.1.2.    Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika

    L-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika.

    4.2.    Reazzjoni għal “Describe Spatial Data Set”

    4.2.1.    Parametru tar-reazzjoni “Describe Spatial Data Set”

    Il-parametru tar-reazzjoni “Describe Spatial Data Set” għandu jkun id-deskrizzjoni tal-Oġġetti Ġeografiċi fis-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub u fil-lingwa mitluba.

    5.   OPERAZZJONI “LINK DOWNLOAD SERVICE”

    L-operazzjoni “Link Download Service” tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ Servizz ta’ Tniżżil skont dan ir-Regolament, għat-tniżżil ta’ riżorsi permezz tas-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru filwaqt li jinżammu r-riżorsi fil-lok tas-sid.

    5.1.    Talba għal “Link Download Service”

    5.1.1.    Parametru tat-talba għal “Link Download Service”

    Il-parametru tat-talba għal “Link Download Service” għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta’ Tniżżil tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza skont dan ir-Regolament u jippermetti li s-Servizz ta’ Tniżżil tal-Istat Membru jipprovdi aċċess għas-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika u, fejn possibbli, għall-Oġġetti Ġeografiċi mis-Servizz ta’ Tniżżil tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

    PARTI B

    Operazzjonijiet ta’ Tniżżil b’Aċċess Dirett

    6.   LISTA TA’ OPERAZZJONIJIET

    Meta s-Servizz ta’ Tniżżil jagħti aċċess dirett għal settijiet ta’ dejta ġeografika, għandu jipprovdi, flimkien mal-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1, l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness.



    Tabella 2

    Operazzjoni

    Rwol

    Get Spatial Object

    Din l-operazzjoni tippermetti l-ġbir ta’ Oġġetti Ġeografiċi abbażi ta’ talba.

    Describe Spatial Object Type

    Din l-operazzjoni tagħti d-deskrizzjoni tat-tipi ta’ Oġġetti Ġeografiċi speċifikati.

    Il-parametri tat-talba u tar-reazzjoni ta’ kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta’ kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta’ Tniżżil.

    7.   OPERAZZJONI “GET SPATIAL OBJECT”

    7.1.    Talba għal “Get Spatial Object”

    It-talba għal “Get Spatial Object” għandha tkun kompatibbli mal-parametri li ġejjin:

     Lingwa;

     Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika;

     Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati;

     Talba.

    7.1.1.    Parametru tal-lingwa

    Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għall-Oġġetti Ġeografiċi.

    7.1.2.    Parametru tal-Identifikatur tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika

    L-Identifikatur tas-Sett tad-Dejta Ġeografika għandu jkun fih l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett ta’ Dejta Ġeografika mitlub. Meta l-parametru ma jkunx ipprovdut, għandu jitqies li ntgħażlu s-Settijiet ta’ Dejta Ġeografika kollha disponibbli.

    7.1.3.    Parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati

    Il-parametru tas-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati għandu jkun fih waħda mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fil-lista tas-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010.

    7.1.4.    Parametru tat-talba

    Il-parametru tat-talba għandu jkun magħmul mill-kriterji tat-tfittxija elenkati fil-parti C.

    7.2.    Reazzjoni għal “Get Spatial Object”

    Ir-reazzjoni għal “Get Spatial Object” għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

     Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi;

     Metadjeta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi.

    7.2.1.    Parametru tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi

    Il-paramentru tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi għandu jkun is-sett tal-Oġġetti Ġeografiċi li jkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 u jissodisfa l-kriterji tat-tfittxija f’talba, fil-lingwa mitluba u fis-Sistema ta’ Referenza tal-Koordinati.

    7.2.2.    Parametru tal-Metadejta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi

    Il-parametru tal-Metadejta tas-Sett ta’ Oġġetti Ġeografiċi għandu jkun fih tal-inqas l-elementi tal-metadejta tal-INSPIRE tas-sett tal-Oġġetti Ġeografiċi.

    8.   OPERAZZJONI “DESCRIBE SPATIAL OBJECT TYPE”

    8.1.    Talba għal “Describe Spatial Object Type”

    It-talba għal “Describe Spatial Object Type” għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

     Lingwa;

     Tip ta’ Oġġett Ġeografiku.

    8.1.1.    Parametru tal-lingwa

    Il-parametru tal-Lingwa għandu jindika l-lingwa naturali mitluba għad-deskrizzjoni tat-tip tal-Oġġett Ġeografiku.

    8.1.2.    Parametru tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku

    Il-parametru tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku għandu jkun fih l-isem lingwistikament newtrali tat-Tip ta’ Oġġett Ġeografiku kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010. Meta l-parametru ma jkunx mogħti, għandu jitqies li ntgħażlu l-Oġġetti Ġeografiċi kollha.

    8.2.    Reazzjoni għal “Describe Spatial Object Type”

    8.2.1.    Parametru tar-reazzjoni għal “Describe Spatial Object Type”

    Il-parametru tar-reazzjoni għal “Describe Spatial Object type” għandu jkun id-deskrizzjoni tat-tip ta’ oġġett ġeografiku, f’konformità mar-Regoalment (UE) Nru 1089/2010.

    PARTI C

    Kriterji tat-tfittxija għall-Operazzjoni “Get Spatial Object”

    Għall-għanijiet tal-Operazzjoni “Get Spatial Object” tas-Servizz ta’ Tniżżil, għandhom ikunu implimentati l-kriterji li ġejjin:

     Identifikatur tar-Riżorsa Uniku tas-Sett tad-Dejta Ġeografika;

     L-attributi rilevanti kollha u r-relazzjoni bejn l-Oġġetti Ġeografiċi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010; partikolarment l-Identifikatur tar-Riżorsa Uniku ta’ Oġġett Ġeografiku u l-karatteristiċi dimensjonali temporali, fosthom id-data tal-aġġornament;

     Il-kwadru ta’ delimitazzjoni, espress fi kwalunkwe mis-Sistemi ta’ Referenza tal-Koordinati elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010;

     Tema tad-Dejta Ġeografika.

    Sabiex ikunu jistgħu jinstabu oġġetti ġeografiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ kriterji ta’ tfittxija, għandhom ikunu sostnuti operaturi loġiċi u ta’ tqabbil




    ANNESS V

    SERVIZZI TA' TRASFORMAZZJONI

    Operazzjonijet ta' Trasformazzjoni

    1.   LISTA TA' OPERAZZJONIJIET

    Sabiex ikun konformi mal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2007/2/KE, is-Servizz ta' Trasformazzjoni għandu jipprovdi l-operazzjonijiet elenkati fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness.



    Tabella 1

    Operazzjoni

    Rwol

    Get Transformation Service Metadata

    Tagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizz u tiddeskrivi l-kapaċitajiet tas-servizz, fosthom il-kategorija kompatibbli ta' trasformazzjoni, it-trasformazzjonijiet kompatibbli, it-tipi tal-input tad-dejta aċċettati, definizzjoni tal-mudell kompatibbli u l-lingwi tal-immappjar.

    Transform

    Twettaq il-proċess proprju ta' trasformazzjoni.

    Link Transformation Service

    Tippermetti d-dikjarazzjoni tad-disponibblità ta' Servizz ta' Trasformazzjoni għat-Trasformazzjoni ta' Settijiet ta' Dejta Ġeografika permezz tas-Servizzi ta' Trasformazzjoni tal-Istati Membri filwaqt li żżomm il-kapaċità ta' Trasformazzjoni fil-lok tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza.

    Il-parametri tat-talba u r-reazzjoni ta' kull operazzjoni jikkompletaw id-deskrizzjoni ta' kull operazzjoni u jiffurmaw parti integrali mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-Servizz ta' Trasformazzjoni.

    2.   OPERAZZJONI “GET TRANSFORMATION SERVICE METADATA”

    2.1.    Talba għal “Get Transformation Service Metadata”

    2.1.1.    Parametru tat-talba għal “Get Transformation Service Metadata”

    Il-parametru tat-talba għal “Get Transformation Service Metadata” għandu jindika l-lingwa naturali għall-kontenut tar-reazzjoni għal “Get Transformation Service Metadata”.

    2.2.    Reazzjoni għal “Get Transformation Service Metadata”

    Ir-reazzjoni għal “Get Transformation Service Metadata” għandu jkun fiha s-settijiet ta' parametri li ġejjin:

     Metadejta tas-Servizz ta' Trasformazzjoni;

     Metadejta tal-Operazzjonijiet;

     Lingwi.

    2.2.1.    Parametru tal-Metadejta tas-Servizz ta' Trasformazzjoni

    Il-parametru tal-Metadejta ta' Servizz ta' Trasformazzjoni għandu tal-anqas jkun fih l-elementi ta' metadejta tal-INSPIRE tas-Servizz ta' Transformazzjoni.

    2.2.2.    Parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet

    Il-parametru tal-Metadejta tal-Operazzjonijiet jipprovdi l-metadejta dwar l-operazzjonijiet implimentati mis-Servizz ta' Trasformazzjoni.

    Għandu jiddeskrivi kull operazzjoni, u jinkludi tal-anqas deskrizzjoni tad-dejta skambjata u l-indirizz tan-netwerk, u għandu jelenka dan li ġej:

     Il-kategoriji ta' trasformazzjoni aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;

     Il-kodifikazzjoni għall-input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika aċċettata mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;

     Il-lingwi tal-Mudell tad-Dejta aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni;

     Il-lingwi tal-Mudell tal-Immappjar aċċettati mill-operazzjoni ta' Trasformazzjoni.

    2.2.3.    Parametru tal-lingwi

    Għandhom jingħataw żewġ parametri:

     Il-parametru tar-reazzjoni tal-Lingwa li jindika l-lingwa naturali użata fir-reazzjoni “Get Transformation Service Metadata”;

     Il-parametru tal-lingwi kompatibbli li jkun fih il-lista tal-lingwi naturali kompatibbli mas-Servizz ta' Trasformazzjoni.

    3.   OPERAZZJONI TA' TRASFORMAZZJONI

    3.1.    Talba ta' trasformazzjoni

    It-talba ta' Trasformazzjoni għandu jkun fiha l-parametri li ġejjin:

     Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika;

     Mudell tas-Sors;

     Mudell fil-Mira;

     Mudell tal-Immappjar.

    3.1.1.    Parametru tal-Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika

    Il-parametru tal-Input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika għandu jindika s-Sett ta' Dejta Ġeografika li se tiġi ttrasformata.

    3.1.3.    Parametru tal-Mudell tas-Sors

    Il-parametru tal-Mudell tas-Sors għandu jispeċifika l-mudell tas-Sett ta' Dejta Ġeografika tal-Input.

    2.1.4.    Parametru tal-Mudell fil-Mira

    Il-parametru tal-Mudell fil-Mira għandu jispeċifika l-mudell li fih ser jiġi ttrasfomat l-input tas-Sett ta' Dejta Ġeografika.

    3.1.4.    Parametru tal-Mudell tal-Immappjar

    Il-parametru tal-Mudell tal-Immappjar għandu jispeċifika l-immappjar mill-Mudell tas-Sors sal-Mudell fil-Mira.

    3.2.    Reazzjoni għal “Transform”

    3.2.1.    Parametru tar-reazzjoni għal “Transform”

    Il-parametru tar-reazzjoni għal Transform għandu jkun fih is-Sett tad-Dejta Ġeografika ttrasformata f’komformità mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010.

    4.   OPERAZZJONI “LINK TRANSFORMATION SERVICE”

    4.1.    Talba għal “Link Transformation Service”

    4.1.1.    Parametru tat-talba għal “Link Transformation Service”

    Il-Parametru tat-talba għal “Link Transformation Service” għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar is-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza f’konformità ma' dan ir-Regolament, li tippermetti l-użu tas-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Awtorità Pubblika jew tal-Parti Terza mis-Servizz ta' Trasformazzjoni tal-Istat Membru.



    ( 1 ) ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12.

    ( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).

    Top