Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0941-20110601

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7803) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/941/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/941/2011-06-01

    2008D0941 — MT — 01.06.2011 — 002.003


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Diċembru 2008

    dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7803)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/941/KE)

    (ĠU L 335, 13.12.2008, p.91)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu 2010

      L 216

    19

    17.8.2010

     M2

    Direttiva tal-Kummissjoni 2010/85/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta' Diċembru 2010

      L 317

    32

    3.12.2010

    ►M3

    Direttiva tal-Kummissjoni 2011/1/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Jannar 2011

      L 1

    5

    4.1.2011

    ►M4

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2011

      L 59

    71

    4.3.2011

    ►M5

    Direttiva tal-Kummissjoni 2011/28/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-4 ta' Marzu 2011

      L 60

    17

    5.3.2011

    ►M6

    Direttiva tal-Kummissjoni 2011/33/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-8 ta’ Marzu 2011

      L 62

    23

    9.3.2011

    ►M7

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/43/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta’ April 2011

      L 100

    39

    14.4.2011

    ►M8

    Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta’ April 2011

      L 100

    43

    14.4.2011

    ►M9

    Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/47/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ April 2011

      L 102

    24

    16.4.2011

    ►M10

    Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/48/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ April 2011

      L 102

    28

    16.4.2011

    ►M11

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011

      L 111

    19

    30.4.2011




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Diċembru 2008

    dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7803)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/941/KE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju tal-1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 ), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li jkunu diġà fis-suq sentejn wara n-notifika, waqt li dawk is-sustanzi jkunu qed jiġu investigati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

    (2)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 ( 2 ) u (KE) Nru 2229/2004 ( 3 ) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanzi attivi miżjuda fl-Anness għal din id-Direttiva.

    (3)

    Fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, in-notifikaturi kkonċernati rtirtaw volontarjament l-appoġġ tal-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi, skont l-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004.

    (4)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri relaturi u l-kummenti tal-Istati Membri l-oħra u waslet għall-konklużjoni li l-Artikoli 24b u 24f ma japplikawx. Konsegwentement, japplika l-Artikolu 24e.

    (5)

    Għalhekk, is-sustanzi attivi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (6)

    Billi n-noninklużjoni ta’ dawn is-sustanzi mhix ibbażata fuq il-preżenza ta’ indikazzjonijiet ċari ta’ effetti dannużi kif stipulat fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jżommu l-awtorizzazzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2010, skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004.

    (7)

    Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi elenkati, għandu jiġi limitat għal perjodu ta’ 12-il xahar biex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux aktar minn staġun ta’ tkabbir wieħed ieħor.

    (8)

    Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għat-tressiq ta’ applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 ( 4 ) li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha, skont il-proċedura aċċellerata stipulata fl-Artikoli 13 sa 22 ta’ dak ir-Regolament.

    (9)

    L-Artikoli 13 sa 22 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 jipprovdu għal proċedura aċċellerata għal tali applikazzjoni ġdida. Dik il-proċedura tippermetti lin-notifikaturi, li s-sustanza tagħhom ma ġietx inkluża minħabba li ġiet irtirata, li jagħmlu applikazzjoni ġdida skont il-proċedura aċċellerata stipulata fir-Regolament (KE) Nru 33/2008. Huma u jibagħtu l-applikazzjoni l-ġdida skont din il-proċedura, in-notifikaturi jistgħu jibagħtu biss id-dejta addizzjonali meħtieġa għall-indirizzar tal-kwistjonijiet speċifiċi li għalihom ġie identifikat bżonn ta’ iktar informazzjoni matul il-valutazzjoni tar-riskju. Kull notifikatur irċieva l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni li jidentifika dik id-dejta.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    Is-sustanzi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    Artikolu 2

    Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanza waħda jew iktar minn dawk fl-Anness.

    ▼M1

    Madankollu, l-aħħar data li fiha l-Istati Membri jistgħu jirtiraw dawn l-awtorizzazzjonijiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2011 f’każ li applikazzjoni jkun ġie mressaq skont il-proċedura mħaffa stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

    ▼B

    Artikolu 3

    Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.

    ▼M1

    B’danakollu, kull perijodu ta’ konċessjoni jiskadi l-iżjed tard fil-31 ta’ Diċembru 2012 fejn tkun tressqet applikazzjoni skont il-proċedura mħaffa stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

    ▼B

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS



    LISTA TA’ SUSTANZI ATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

    ▼M3 —————

    ▼M9 —————

    ▼M8 —————

    ▼M10 —————

    ▼M4 —————

    ▼M7 —————

    Sustanza Attiva

    Abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni mgħoddi lin-notifikatur nhar

    ▼M6 —————

    ▼B

    ▼M5 —————

    ▼B

    ▼M11 —————

    ▼B



    ( 1 ) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

    ( 3 ) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

    ( 4 ) ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

    Top