Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0294-20221128

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2008 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1256) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/294/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/294/2022-11-28

    02008D0294 — MT — 28.11.2022 — 003.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta’ April 2008

    dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1256)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/294/KE)

    (ĠU L 098 10.4.2008, p. 19)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Novembru 2013

      L 303

    48

    14.11.2013

     M2

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2317 tas-16 ta' Diċembru 2016

      L 345

    67

    20.12.2016

    ►M3

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2324 tat-23 ta’ Novembru 2022

      L 307

    262

    28.11.2022




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta’ April 2008

    dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1256)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/294/KE)



    Artikolu 1

    L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tarmonizza l-kondizzjonijiet tekniċi għad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta’ l-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru fil-Komunità.

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjonijiet Komunitarji oħra, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 u r-Rakkomandazzjoni 2008/295/KE.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

    (1) 

    “servizzi ta’ Komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA)” tfisser servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, kif definiti fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE pprovduti minn intrapriża sabiex il-passiġġieri ta’ l-ajru jkunu jistgħu jużaw netwerks ta’ komunikazzjoni pubbliċi matul it-titjira mingħajr ma jistabbilixxu konnessjonijiet diretti ma’ netwerks mobbli terrestri;

    (2) 

    il-kundizzjoni “bla interferenza u bla protezzjoni” tfisser li ma tista’ tiġi kkawżata l-ebda interferenza ta’ ħsara lil kwalunkwe servizz ta’ radjukomunikazzjoni u li ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta’ dawn l-apparati kontra interferenza ta’ ħsara li toriġina minn servizzi ta’ radjukomunikazzjoni;

    (3) 

    “stazzjon ta’ bażi transciever ta’ l-inġenji ta’ l-ajru (il-BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru)” tfisser stazzjon ta’ komunikazzjoni wieħed jew aktar li jinsab/u fl-inġenji ta’ l-ajru li jsostnu il-meded ta’ frekwenza u s-sistemi speċifikati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness;

    (4) 

    “unità ta’ kontroll tan-netwerk (NCU)” tfisser tagħmir li għandu jitqiegħed fl-inġenji ta’ l-ajru li jiżgura li s-sinjali trasmessi minn sistemi mobbli ta’ komunikazzjoni elettronika bbażati fuq l-art u elenkati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness ma jiġux osservati fil-kabina billi jiżdied il-livell ta’ ħsejjes fil-kabina fil-meded ta’ riċezzjoni ta’ komunikazzjoni mobbli.

    Artikolu 3

    Kemm jista' jkun kmieni u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-meded ta’ frekwenza, elenkati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness, għad-disponibilità ta’ servizzi MCA abbażi ta’l-kondizzjoni “bla interferenza u bla protezzjoni”, sakemm dawn is-servizzi jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-livell minimu ta’ għoli ‘l fuq mill-art għal kwalunkwe trasmissjoni minn sistema MCA li tkun qed titħaddem skond taqsima 3 ta’ l-Anness.

    L-Istati Membri jistgħu jimponu livelli minimi ta’ għoli ta’ operat ta’ l-MCA ogħla fejn dan ikun iġġustifikat minn kondizzjonijiet topografiċi nazzjonali u l-applikazzjoni tan-netwerk fuq l-art. Din l-informazzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni xierqa, għandha tkun mgħarrfa lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu ta’ l-ispektrum mis-servizzi MCA taħt skrutinju, b’mod partikolari biex jevalwaw l-eżistenza jew il-possibilità ta’ interferenza ta’ ħsara u r-rilevanza kontinwa tal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex jippermettu l-analiżi f’waqtha ta’ din id-Deċiżjoni, jekk meħtieġ.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M3




    ANNESS

    1.    Baned tal-frekwenzi u sistemi permessi għas-Servizzi MCA



    Tabella 1

    Tip

    Frekwenza

    Sistema

    GSM 1 800

    1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink)

    GSM konformi mal-istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

    UMTS 2 100 (FDD)

    1 920 -1 980 MHz (uplink) 2 110 -2 170 MHz (downlink)

    UMTS konformi mal-istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

    LTE 1 800 (FDD)

    1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink)

    LTE konformi mal-istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

    5G NR non-AAS

    1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink)

    5G NR non-AAS konformi mal-istandards 5G NR kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-24 u EN 301 908-25, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

    2.    Prevenzjoni tal-konnessjoni ta’ terminals mobbli ma’ networks fl-art

    (a) 

    Sal-1 ta’ Jannar 2026, it-terminals mobbli riċeventi fil-baned tal-frekwenzi u s-sistemi elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma’ networks mobbli tal-UMTS fl-art:

    — 
    billi fis-sistema MCA tiddaħħal unità ta’ kontroll tan-network (NCU), li żżid il-livell tan-noise floor fil-kabina fil-baned riċeventi mobbli, u/jew
    — 
    bil-protezzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru biex ikompli jitnaqqas is-sinjal li jidħol u joħroġ mill-qafas tiegħu.



    Tabella 2

    Baned tal-frekwenzi (MHz)

    Sistemi fl-art

    925 -960 MHz

    UMTS

    2 110 -2 170 MHz

    UMTS

    Wara din id-data, l-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu li jkomplu jimplimentaw NCU fil-baned tal-frekwenzi u fis-sistemi elenkati fit-Tabella 2.

    (b) 

    Minbarra d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu a), l-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw NCU għal sistemi terrestri li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-baned tal-frekwenzi elenkati fit-Tabella 3.



    Tabella 3

    Baned tal-frekwenzi (MHz)

    460 -470 MHz

    791 -821 MHz

    925 -960 MHz

    1 805 -1 880 MHz

    2 110 -2 170 MHz

    2 620 -2 690 MHz

    2 570 -2 620 MHz

    3.    Parametri tekniċi

    (a) 

    Limiti tal-potenza isotropika rradjata ekwivalenti (EIRP), barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU/Stazzjon Bażi (BS) tal-inġenju tal-ajru



    Tabella 4

    Għoli ’l fuq mill-art (m)

    EIRP massimu barra l-inġenju tal-ajru f’dBm/(wisa’ tal-banda tal-kanal)

    NCU (1)

    GSM u LTE BS tal-inġenju tal-ajru

    5G NR non-AAS BS tal-inġenju tal-ajru

    UMTS BS u NCU tal-inġenju tal-ajru

    Banda: 900 MHz

    Banda: 1 800 MHz

    Banda: 1 800 MHz

    Banda: 2 100 MHz

    Wisa’ tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz

    Wisa’ tal-banda tal-kanal = 200 kHz (2)

    Wisa’ tal-banda tal-kanal = 5 MHz (3)

    Wisa’ tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz

    3 000

    -6,2

    -13,0

    10

    1,0

    4 000

    -3,7

    -10,5

    13

    3,5

    5 000

    -1,7

    -8,5

    15

    5,4

    6 000

    0,1

    -6,9

    16

    7,0

    7 000

    1,2

    -5,6

    18

    8,3

    8 000

    2,3

    -4,4

    19

    9,5

    (1)   

    L-Istazzjon Bażi BS tal-inġenju tal-ajru mhux qed jopera b’900 MHz, iżda hemm bżonn NCU biex ikun evitat li t-terminals li jużaw kanali tal-MCA oħra jikkonnettjaw man-networks terrestri UMTS ta’ 900 MHz.

    (2)   

    Għall-wisa’ tal-banda tal-kanal għajr il-200 kHz, għandha tiżdied korrezzjoni, li tiġi kkalkulata bil-formula 10 × log10 (wisa’ tal-banda tal-kanal/200 kHz) dB, mal-valuri tal-EIRP.

    (3)   

    Għall-wisa’ tal-banda tal-kanal għajr il-5 MHz, għandha tiżdied korrezzjoni, li tiġi kkalkulata bil-formula 10 × log10 (wisa’ tal-banda tal-kanal/5 MHz) dB, mal-valuri tal-EIRP.

    (b) 

    Limiti tal-EIRP barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mit-terminal mobbli operat abbord



    Tabella 5

    Għoli ’l fuq mill-art (m)

    EIRP massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli GSM f’dBm/200 kHz

    EIRP massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE f’dBm/5 MHz (1)

    EIRP massima, barra mill-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE u 5G NR f’dBm/5 MHz (2) (3) (4)

    EIRP massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli UMTS f’dBm/3,84 MHz

    (m)

    GSM 1 800 MHz

    LTE 1 800 MHz

    LTE u 5G NR 1 800 MHz

    UMTS 2 100 MHz

    3 000

    -3,3

    1,7

    0

    3,1

    4 000

    -1,1

    3,9

    2

    5,6

    5 000

    0,5

    5

    4

    7

    6 000

    1,8

    5

    6

    7

    7 000

    2,9

    5

    7

    7

    8 000

    3,8

    5

    8

    7

    (1)   

    Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għall-operat tas-sistemi MCA installati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

    (2)   

    Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għall-operat tas-sistemi MCA installati wara l-31 ta’ Diċembru 2022.

    (3)   

    Għall-wisa’ tal-banda tal-kanal minbarra 5 MHz, għandha tiżdied korrezzjoni, ikkalkulata bil-formula 10 × log10 (wisa’ tal-banda tal-kanal/5 MHz) dB, mal-valuri tal-EIRP.

    (4)   

    L-EIRP hi speċifikata għal kull kanal irrispettivament mill-wisa’ tal-banda tal-kanal użata peress li jistgħu jitħaddmu diversi terminali mobbli.

    (c) 

    Limiti tal-EIRP barra l-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU, f’baned tal-frekwenzi rilevanti oħra

    Meta l-operaturi tal-MCA jiddeċiedu li jużaw NCU biex jevitaw li t-terminals mobbli jippruvaw jirreġistraw ma’ networks mobbli non-UMTS fl-art fil-baned tal-frekwenzi elenkati fit-Tabella 3, il-valuri massimi indikati fit-Tabella 6 japplikaw għall-EIRP totali barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU, flimkien mal-valuri msemmija fit-Tabella 4.



    Tabella 6

    Għoli ’l fuq mill-art (m)

    EIRP massima barra mill-inġenju tal-ajru, li tirriżulta mill-NCU

    460 - 470 MHz

    791 - 821 MHz

    1 805 - 1 880 MHz

    2 570 - 2 690 MHz

    dBm/1,25 MHz

    dBm/10 MHz

    dBm/200 kHz

    dBm/4,75 MHz

    3 000

    -17,0

    0,87

    -13,0

    1,9

    4 000

    -14,5

    1,63

    -10,5

    4,4

    5 000

    -12,6

    3,57

    -8,5

    6,3

    6 000

    -11,0

    5,15

    -6,9

    7,9

    7 000

    -9,6

    6,49

    -5,6

    9,3

    8 000

    -8,5

    7,65

    -4,4

    10,4

    (d) 

    Rekwiżiti operattivi

    (1) 

    L-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA waqt l-operat irid ikun 3 000  metru.

    (2) 

    Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli GSM li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 0 dBm/200 kHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.

    (3) 

    Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli LTE li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/5 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.

    (4) 

    Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli UMTS li jittrażmetti fil-banda 2 100 MHz għal valur nominali ta’ -6 dBm/3,84 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta’ utenti ma għandux jaqbeż l-20.

    (5) 

    Waqt l-operat, l-Istazzjon Bażi tal-inġenju tal-ajru jrid jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli 5G NR li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/kanal f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.

    Top