This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02006R1367-20230429
Regulation (EC) No 1367/2006 of the European Parliament and of the Council of 6 September 2006 on the application of the provisions of the Aarhus Convention on Access to Information, Public Participation in Decision-making and Access to Justice in Environmental Matters to Union institutions and bodies
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali
Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali
02006R1367 — MT — 29.04.2023 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 1367/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264 25.9.2006, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2021/1767 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Ottubru 2021 |
L 356 |
1 |
8.10.2021 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1367/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Settembru 2006
dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali
TITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-obbligi li jirriżultaw taħt il-Konvenzjoni ta' l-UNECE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni Aarhus”, billi jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġu applikati d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni għall-istituzzjonijiet u korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ , partikolarment billi:
jiġi garantit id-dritt għall-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent riċevuta jew prodotta minn istituzzjonijiet jew korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ u miżmuma minnhom, u billi jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet bażiċi ta' l-eżerċizzju ta' dak id-dritt u l-arranġamenti prattiċi għall-istess eżerċizzju;
jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-ambjent tiġi progressivament magħmula disponibbli u mxerrda lill-pubbliku sabiex jinkisbu kemm id-disponibbiltà kif ukoll it-tixrid sistematiċi l-aktar ampji tagħha. Għal dak il-għan għandu jiġi promoss, fejn disponibbli, l-użu, partikolarment, tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika;
jkun hemm provvediment għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward ta' pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent;
jingħata aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fil-livell ►M1 tal-Unjoni ◄ taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
“applikant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li titlob informazzjoni dwar l-ambjent;
“il-pubbliku” tfisser persuna, jew persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi ta' tali persuni;
“istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjoni ◄ ” tfisser kwalunkwe istituzzjoni pubblika, korp, uffiċċju jew aġenzija stabbiliti ►M1 mit-TFUE ◄ jew abbażi ta' l-istess ►M1 TFUE ◄ ħlief meta jaġixxu f'kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva. Madankollu, id-disposizzjonijiet taħt it-Titolu II għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet jew korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ meta dawn jaġixxu f'kapaċità leġiżlattiva;
“informazzjoni dwar l-ambjent” tfisser kwalunkwe informazzjoni f'għamla miktuba, viżwali, li tinstema', elettronika jew fi kwalunkwe forma materjali oħra dwar:
l-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent, bħalma huma l-arja u l-atmosfera, l-ilma, il-ħamrija, il-pajżaġġ u s-siti naturali inklużi l-artijiet mistagħdra, iż-żoni kostali u marini, id-diversità bijoloġika u l-komponenti tagħha, inklużi organiżmi ġenetikament modifikati, u l-interazzjoni fost dawn l-elementi;
fatturi, bħalma huma s-sustanzi, l-enerġija, l-istorbju, ir-radjazzjoni jew l-iskart, inklużi l-iskart radjuattiv, l-emissjonijiet, l-iskarigi u ħruġ ieħor fl-ambjent, li jaffettwaw jew x'aktarx jaffettwaw l-elementi ta' l-ambjent msemmija fil-punt (i);
miżuri (inklużi l-miżuri amministrattivi), bħalma huma l-linji politiċi, il-leġislazzjoni, il-pjanijiet, il-programmi, il-ftehim ambjentali, u l-attivitajiet li jaffettwaw jew li x'aktarx jaffettwaw l-elementi u l-fatturi msemmija fil-punti (i) u (ii) kif ukoll miżuri jew attivitajiet intiżi sabiex jipproteġu dawn l-elementi;
rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-ambjent;
l-analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji u analiżi u ipotesi ekonomiċi oħra wżati fil-qafas tal-miżuri u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (iii);
l-istat tas-saħħa u tas-sigurtà tal-bniedem, inklużi t-tniġġiż tal-katina alimentari, fejn rilevanti, il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-bniedem, is-siti kulturali u l-istrutturi mibnija safejn jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent imsemmija fil-punt (i) jew, permezz ta' dawn l-elementi, minn kwalunkwe materja msemmija fil-punti (ii) u (iii).
“pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent” tfisser pjanijiet u programmi,
li huma soġġetti għall-preparazzjoni u, skond il-każ, l-adozzjoni minn xi istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjoni; ◄
li huma meħtieġa taħt disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi; u
Il-programmi ġenerali ta' azzjoni ambjentali għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent.
Din id-definizzjoni m'għandhiex tinkludi pjanijiet u programmi finanzjarji jew tal-budget, jiġifieri dawk li jistabbilixxu kif għandhom jiġu finanzjati proġetti jew attivitajiet partikolari, jew dawk relatati mal-budgets annwali proposti, programmi interni ta' xogħol ta' xi istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjoni, ◄ jew pjanijiet u programmi ta' emerġenza magħmula għall-għan waħdieni tal-protezzjoni ċivili;
“liġi ambjentali” tfisser leġislazzjoni ►M1 tal-Unjoni ◄ li, irrispettivament mill-bażi legali tagħha, tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet tal-politika ►M1 tal-Unjoni ◄ dwar l-ambjent kif stabbiliti ►M1 fit-TFUE: ◄ il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, l-użu prudenti u razzjonali ta' risorsi naturali, u l-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu trattati problemi ambjentali reġjonali jew dinjija;
“att amministrattiv” tfisser kull att mhux leġiżlattiv li jiġi adottat minn istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, li jkollu effetti legali u esterni u li jkun fih dispożizzjonijiet li jistgħu jiksru l-liġijiet ambjentali skont it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 2(1);
“ommissjoni amministrattiva” tfisser kull nuqqas min-naħa ta’ istituzzjoni jew korp tal-Unjoni li tadotta att mhux leġiżlattiv li jkollu effetti legali u esterni, fejn tali nuqqas jista’ jikser il-liġijiet ambjentali skont it-tifsira tal-punt (f) tal-Artikolu 2(1).
Atti amministrattivi u ommissjonijiet amministrattivi ma għandhomx jinkludu miżuri meħuda jew ommissjonijiet minn xi istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjoni ◄ fil-kapaċità tagħhom bħala korpi amministrattivi ta' reviżjoni, bħal taħt:
l-Artikoli 81, 82, 86 u 87 ►M1 tat-TFUE ◄ (regoli tal-kompetizzjoni);
l-Artikoli 226 u 228 ►M1 tat-TFUE ◄ (proċeduri fuq ksur);
l-Artikolu 195 ►M1 tat-TFUE ◄ (proċeduri ta' l-Ombudsman);
l-Artikolu 280 ►M1 tat-TFUE ◄ (proċeduri ta' l-OLAF).
TITOLU II
AĊĊESS GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-AMBJENT
Artikolu 3
Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal kwalunkwe talba minn applikant għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent fil-pussess ta' istituzzjonijiet u korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ minghajr diskriminazzjoni abbażi ta' ċittadinanza, nazzjonalità jew domiċilju u, fil-każ ta' persuna ġuridika, mingħajr diskriminazzjoni dwar fejn hija reġistrata jew fejn ikun iċ-ċentru effettiv ta' l-attivitajiet tagħha.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kelma “istituzzjoni” fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha tinqara bħala “istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjon ◄ i”.
Artikolu 4
Ġbir u tixrid ta' informazzjoni dwar l-ambjent
L-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ għandhom jorganizzaw l-informazzjoni dwar l-ambjent pertinenti għall-funzjonijiet tagħhom u li tinsab fil-pussess tagħhom, bil-għan li tiġi mxerrda lill-pubbliku b'mod attiv u sistematiku, partikolarment permezz tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika skond l-Artikolu 11(1) u (2), u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Huma għandhom jagħmlu din l-informazzjoni dwar l-ambjent progressivament disponibbli f'databases elettroniċi li huma faċilment aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom iqiegħdu din l-informazzjoni dwar l-ambjent miżmuma minnhom f'databases u jattrezzaw dawn b'għajnuniet għat-tiftix u forom oħra ta' software maħsuba sabiex jgħinu lill-pubbliku jsib l-informazzjoni li jeħtieġ.
M'hemmx bżonn li l-informazzjoni provduta permezz tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika tinkludi l-informazzjoni miġbura qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm din mhijiex diġa' disponibbli f'forma elettronika. L-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ għandhom safejn possibbli jindikaw fejn tinsab l-informazzjoni miġbura qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li mhix disponibbli f'forma elettronika.
L-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli sabiex iżommu l-informazzjoni dwar l-ambjent miżmuma minnhom f'forom jew f'formati li jistgħu jiġu riprodotti faċilment u li huma aċċessibbli bil-mezzi kompjuterizzati tat-telekomunikazzjoni jew b'mezzi oħra elettroniċi.
L-informazzjoni dwar l-ambjent li għandha tkun disponibbli u tiġi mxerrda għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ. Barra d-dokumenti elenkati fl-Artikolu 12(2) u (3) u l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, id-databases jew ir-reġistri għandhom jinkludu dan li ġej:
testi ta' trattati internazzjonali, konvenzjonijiet jew ftehim, u tal-leġislazzjoni ►M1 tal-Unjoni ◄ dwar l-ambjent jew relatata miegħu, u ta' linji politiċi, pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent;
rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni ta' l-elementi msemmija fil-punt (a) meta jkunu ppreparati jew miżmuma f'forma elettronika mill-istituzzjonijiet jew korpi ►M1 tal-Unjoni; ◄
rapporti dwar l-istat ta' l-ambjent kif imsemmi fil-paragrafu 4;
data jew riassunti ta' data meħuda mill-monitoraġġ ta' attivitajiet li jaffettwaw, jew li jistgħu jaffettwaw, l-ambjent;
awtorizzazzjonijiet b'impatt sinifikattiv fuq l-ambjent u ftehim dwar l-ambjent, jew riferenza għall-post fejn tista' tintalab jew tinkiseb tali informazzjoni;
studji dwar l-impatt fuq l-ambjent u l-istima tar-riskji li jirrigwardaw elementi ambjentali, jew riferenza għall-post fejn tista' tintalab jew tinkiseb tali informazzjoni.
Artikolu 5
Kwalità ta' l-informazzjoni dwar l-ambjent
Artikolu 6
Applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet fir-rigward ta' talbiet għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent
Artikolu 7
Talbiet għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent li mhijiex fil-pussess ta' istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjoni ◄
Fejn xi istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjoni ◄ tirċievi talba għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent u fejn din l-informazzjoni ma tkunx fil-pussess ta' dik l-istituzzjoni jew ta' dak il-korp ►M1 tal-Unjoni ◄ , din għandha, malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn 15 il-jum ta' xogħol, tinforma lill-applikant b'dik l-istituzzjoni jew b'dak il-korp ►M1 tal-Unjoni ◄ jew bl-awtorità pubblika fis-sens tad-Direttiva 2003/4/KE li minn għandha tista possibilment tinkiseb l-informazzjoni mitluba, jew tittrasferixxi t-talba lill-istituzzjoni jew korp ►M1 tal-Unjoni ◄ jew lill-awtorità pubblika pertinenti u tinforma lill-applikant bl-istess.
Artikolu 8
Koperazzjoni
Fil-każ ta' theddida imminenti għas-saħħa tal-bniedem, il-ħajja jew għall-ambjent, kemm jekk ikkawżata minn attivitajiet tal-bniedem kif ukoll jekk dovuta għal kawżi naturali, l-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ għandhom, fuq talba ta' l-awtoritajiet pubbliċi fis-sens tad-Direttiva 2003/4/KE, jikkollaboraw ma' dawk l-awtoritajiet pubbliċi u jassistuhom sabiex dawn ta' l-aħħar ikunu jistgħu jxerrdu minnufih lill-pubbliku, li jista' jkun affetwat, l-informazzjoni kollha dwar l-ambjent li tista' tgħinu jieħu miżuri sabiex jimpedixxi jew inaqqas il-ħsara kkawżata mit-theddida, safejn din l-informazzjoni tkun fil-pussess, jew miżmuma għan-nom, ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ u/jew dawk l-awtoritajiet pubbliċi.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika bla ħsara għal kwalunkwe obbligu speċifiku stabbilit fil-liġi ►M1 tal-Unjoni, ◄ partikolarment bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE u bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE.
TITOLU III
PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU FIR-RIGWARD TA' PJANIJIET U PROGRAMMI RELATATI MA' L-AMBJENT
Artikolu 9
L-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ għandhom jiżguraw li l-pubbliku msemmi fil-paragrafu 2 jiġi informat, jew permezz ta' avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra adatti, bħal mezzi elettroniċi fejn disponibbli, b'dawn li ġejjin:
l-abbozz tal-proposta, fejn disponibbli;
l-informazzjoni dwar l-ambjent jew l-istima ambjentali pertinenti għall-pjan jew programm li jkun qiegħed jiġi preparat, fejn disponibbli; u
arranġamenti prattiċi għall-parteċipazzjoni, inklużi:
l-entità amministrattiva li minnha tista' tinkiseb l-informazzjoni pertinenti,
l-entità amministrattiva li lilha jistgħu jiġu preżentati kummenti, opinjonijiet jew mistoqsijiet, u
limiti kronoloġiċi raġonevoli li jagħtu żmien suffiċjenti lill-pubbliku sabiex jinforma ruħu u jipprepara u jipparteċipa effettivament fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-ambjent.
TITOLU IV
REVIŻJONI INTERNA U AĊĊESS GĦALL-ĠUSTIZZJA
Artikolu 10
Talba għal reviżjoni interna ta' l-atti amministrattivi
Tali talbiet għandhom isiru bil-miktub u f’limitu ta’ żmien li ma jaqbiżx it-tmien ġimgħat wara li jkun ġie adottat, notifikat jew ippubblikat l-att amministrattiv, skont liema jkun l-aktar tard, jew, fil-każ ta’ allegazzjoni ta’ ommissjoni amministrattiva, tmien ġimgħat wara d-data li fiha kien meħtieġ l-att amministrattiv. It-talba għandha tinkludi r-raġunijiet għar-rieżami.
Fejn, minkejja l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, l-istituzzjoni jew il-korp ►M1 tal-Unjoni ◄ ma jkunux jistgħu jaġixxu skond il-paragrafu 2, huma għandhom jinformaw lill-organizzazzjoni mhux governattiva li għamlet it-talba malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-perjodu msemmi f'dak il-paragrafu, bir-raġunijiet għan-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tagħhom u dwar meta għandhom il-ħsieb li jaġixxu.
Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni għandhom jaġixxu fi żmien 22 ġimgħa mill-iskadenza ta’ tmien ġimgħat stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
Artikolu 11
Kriterji għal dritt fil-livell ►M1 tal-Unjoni ◄
Organizzazzjoni mhux governattiva għandha d-dritt li tagħmel talba għal reviżjoni interna skond l-Artikolu 10, kemm-il darba:
tkun persuna ġuridika, indipendenti u mingħajr fini ta' profitt skond il-liġi nazzjonali jew il-prassi ta' Stat Membru;
ikollha l-għan primarju dikjarat li tippromwovi l-protezzjoni ta' l-ambjent fil-kuntest tal-liġi ambjentali;
tkun ilha teżisti għal aktar minn sentejn u tkun qiegħda ssegwi b'mod attiv l-għan imsemmi fil-punt (b);
is-suġġett li dwaru ssir it-talba għal reviżjoni interna jinsab fl-ambitu ta' l-għan u ta' l-attivitajiet tagħha.
Talba ta’ rieżami intern tista’ ssir ukoll minn membri oħra tal-pubbliku, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
għandhom juru t-tfixkil ta’ drittijiethom ikkawżat mill-allegat ksur tal-liġi ambjentali tal-Unjoni u li huma affettwati direttament minn tali tfixkil meta mqabbla mal-pubbliku inġenerali; jew
għandhom juru interess pubbliku suffiċjenti u li t-talba hija appoġġata minn tal-anqas 4 000 membru tal-pubbliku residenti jew stabbiliti f’mhux inqas minn ħames Stati Membri, b’tal-anqas 250 membru tal-pubbliku minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.
Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-membri tal-pubbliku għandhom ikunu rappreżentati minn organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew minn avukat awtorizzat li jipprattika f’qorti ta’ Stat Membru. Dik l-organizzazzjoni mhux governattiva jew dak l-avukat għandhom jikkooperaw mal-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni kkonċernati sabiex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kwantitattivi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huma ssodisfati, fejn applikabbli, u għandhom jipprovdu evidenza ulterjuri ta’ dan fuq talba.
Artikolu 11a
Pubblikazzjoni ta’ talbiet u deċiżjonijiet finali, u sistemi online għar-riċeviment ta’ talbiet
Artikolu 12
Proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
TITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Miżuri ta' applikazzjoni
Fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet u l-korpi ►M1 tal-Unjoni ◄ għandhom jadattaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn l-adattamenti għandhom ikollhom effett mit-28 ta’ Ġunju 2007.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.