Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004L0037-20190726

    Consolidated text: Direttiva 2004/37/KE tal-parlament ewropew u l-kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (Test relevanti għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/37/2019-07-26

    02004L0037 — MT — 26.07.2019 — 005.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

    tad-29 ta' April 2004

    dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata)

    (Test relevanti għaż-ŻEE)

    (ĠU L 158 30.4.2004, p. 50)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014

      L 65

    1

    5.3.2014

    ►M2

    DIRETTIVA (UE) 2017/2398 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-12 ta’ Diċembru 2017

      L 345

    87

    27.12.2017

    ►M3

    DIRETTIVA (UE) 2019/130 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta' Jannar 2019

      L 30

    112

    31.1.2019

    ►M4

    DIRETTIVA (UE) 2019/983 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tal-5 ta’ Ġunju 2019

      L 164

    23

    20.6.2019

    ►M5

    REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

      L 198

    241

    25.7.2019




    ▼B

    DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

    tad-29 ta' April 2004

    dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata)

    (Test relevanti għaż-ŻEE)



    KAPITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Oġġettiv

    1.  Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

    Tistabbilixxi ħtieġijiet minimi partikolari f'dan il-qasam, inklużi valuri limitu.

    2.  Din id-Direttiva m'għandiex tapplika għal ħaddiema esposti biss għal radjazzjoni kopruta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

    3.  Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika bi sħiħ għal erja kollha msemija fil-paragrafu 1, mingħajr pregudizzju għal disposizzjonijiet iktar stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.

    ▼M1

    4.  Fir-rigward tal-asbestos, li huwa ttrattat mid-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kull meta jkunu aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

    ▼B

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' din id-Direttiva,

    ▼M1

    (a) “karċinoġenu” tfisser:

    (i) sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

    (ii) sustanza, taħlita jew proċess imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva kif ukoll sustanza jew taħlita rilaxxata minn proċess imsemmi f’dak l-Anness;

    (b) “mutaġenu” tfisser:

    sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

    ▼B

    (ċ) “valur limitu” tfisser, jekk mhux imkien ieħor speċifikat, il-medja kkunsidrat fil-funzjoni tal-ħin tal-limitu tal-konċentrazzjoni għal-“karċinoġenu jew mutaġenu” fl-arja ġewwa iż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem imqabbla mal-perjodu ta' referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Kamp ta' applikazzjoni – determinazzjoni u stima ta' riskji

    1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jiġu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni b'riżultat tax-xogħol tagħhom.

    2.  Fil-każ ta' kull attività li tista' tinvolvi riskju ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, n-natura, grad u dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati sabiex jagħmluha possibbli li jistmaw kull riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u biex tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu.

    L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u f'każ meta xi tibdil occurs fil-kondizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni jew mutaġeni.

    Il-prinċipal għandu jipprovdi l-awtoritajiet responsabbli fuq talba tagħhom bl-informazzjoni użata biex jagħmel l-istima.

    3.  Meta r-riskju qed jiġi stmat, qies għandu jiġi meħud tar-rotot ta' esposizzjoni kollha, bħal assorbiment ġewwa u/jew minn ġol-ġilda.

    4.  Meta l-istima ta' riskju tiġi esegwita, min iħaddem għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f'riskju partikolari, inter alia, jieħdu qies tax-xewqa li ma jimpjiegawx dawn il-ħaddiema f'oqsma fejn jistgħu jiġu f'kuntatt ma' karċinoġeni jew mutaġeni.



    KAPITOLU II

    OBBLIGAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

    Artikolu 4

    Riduzzjoni u sostituzzjoni

    1.  Min iħaddem għandu jnaqqas l-użu ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari billi tibdlu, sa fejn hu teknikament possibbli, b' sustanza, ►M1  taħlita ◄ jew proċess li, taħt il-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom, ma' jkunux perikolużi jew inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, skond kif ikun il-każ.

    2.  Il-prinċipal għandu, fuq talba, jagħti s-sejbiet ta' l-investigazzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet relevanti.

    Artikolu 5

    Prevenzjoni u riduzzjoni ta' l-esposizzjoni

    1.  Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandha tiġi prevenuta.

    2.  Meta ma jkunx teknikament possibbli li jinbidel il-karċinoġenu jew il-mutaġenu minn sustanza, ►M1  taħlita ◄ jew proċess li, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu, mhuwiex perikoluż jew inqas perikoluż għas-saħħa u s-sigurtà, l-prinċipal għandu jiżgura li l-karċinoġenu jew il-mutaġenu huwa, sa fejn hu teknikament possibbli, mmanifatturat u użat f'sistema magħluqa.

    3.  Meta sistema magħluqa mhijiex teknikament possibbli, l-prinċipal għandu jiżgura li l-livell ta' esposizzjoni tal-ħaddiema jiġi mnaqqas għal livell kemm jista' jkun baxx kemm hu teknikament possibbli.

    4.  Esposizzjoni m'għandix tkun iktar mill-valur limitu tal-karċinoġenu kif iddikjarat fl-Anness III.

    5.  Kull meta karċinoġenu jew mutaġenu huwa użat, il-prinċipal għandu japplika l-miżuri li ġejjin:

    (a) jillimita il-kwantitajiet ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol;

    (b) iżomm baxx kemm jista' jkun in-numru ta' ħaddiema esposti jew li jista' jkunu esposti;

    (ċ) jiddisinja proċessi ta' ħidma u miżuri ta' kontroll ta' l-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta' karċinoġeni jew mutaġeni fil-post tax-xogħol;

    (d) jevakwa il-karċinoġeni jew mutaġeni mis-sors, mis-sistema ta' estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, dawn il-metodi kollha jkunu addattati u kompatibbli bil-ħtieġa li jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ambjent;

    (e) juża proċeduri addattati eżistenti għat-tkejjiel ta' karċinoġeni jew mutaġeni, b'mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta' esposizzjonijiet anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previsti jew aċċident;

    (f) applikazzjoni tal-proċeduri u metodi tax-xogħol addattati;

    (g) miżuri ta' protezzjoni kollettivi u/jew, meta l-esposizzjoni ma tistax tiġi evitata b'mezzi oħra, miżuri ta' protezzjoni individwali;

    (h) miżuri ta' iġene, b'mod partikolari tindif regolari ta' l-artijiet, ħitan u superfiċji oħra;

    (i) informazzjoni lil ħaddiema;

    (j) demarkazzjoni tal-postijiet ta' riskju u użu ta' sinjali ta' twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta' “no smoking” fil-postijiet fejn ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni;

    (k) tfassil ta' pjani li jitratta ma' emerġenzi li jistgħu jirriżultaw f'esposizzjoni anormalment għolja;

    (l) mezzi għal ħażna, mmaniġġjar u trasportazzjoni f'kondizzjoni ta' sigurtà, b'mod partikolari bl-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli;

    (m) mezzi għal ġbir, ħażna u tneħħija ta' skart mill-ħaddiema f'kondizzjoni ta' sigurtà, inkluż l-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli.

    Artikolu 6

    Informazzjoni fuq l-awtorità kompetenti

    Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew sigurtà tal-ħaddiema, min iħaddem għandu, meta mitlub, jagħmel għad-disposizzjoni lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni adddattata fuq:

    (a) l-attivitajiet u/jew proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet għal liema l-karċinoġeni jew mutaġeni huma użati;

    (b) il-kwantitajiet ta' sustanzi jew ►M1  taħlitiet ◄ immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni;

    (ċ) in-numru ta' ħaddiema esposti;

    (d) il-miżuri preventivi meħuda;

    (e) it-tip ta' apparat protettiv użat;

    (f) in-natura u l-grad ta' esposizzjoni;

    (g) il-każi ta' tibdil.

    ▼M2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt il-punti (a) sa (g) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

    ▼B

    Artikolu 7

    Esposizzjoni Mhux Prevista

    1.  F'każ ta' avveniment mhux previst jew aċċident li jista' jirriżulta f'esposizzjoni anormali tal-ħaddiema, l-prinċipal għandu jinforma l-ħaddiema tiegħu.

    2.  Sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u l-kawżi ta' esposizzjoni anormali ġew eliminati:

    (a) dawk il-ħaddiema biss li huma essenzali għal esegwiment ta' riparazzjonijiet u xogħol neċessarju ieħor għandhom jiġu permessi li jaħdmu fl-postijiet affettwati;

    (b) il-ħaddiema kkonċernati għandhom jiġu provduti b'ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li huma għandhom jilbsu; l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tibqa miżmuma sal-minimu strett tal-ħin neċessarju għal kull ħaddiem;

    (ċ) ħaddiema mhux protetti m'għandhomx jitħallew jaħdmu fl-postijiet affettwati.

    Artikolu 8

    Esposizzjoni Prevista

    1.  Għal ċerti attivitajiet bħal manutenzzjoni, li dwarhom huwa previst li hemm il-potenzal għal żieda sinjifikanti fl-esposizzjoni tal-ħaddiema, u li dwarhom kull skop għal miżuri preventivi tekniċi ulterjuri biex jillimitaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema ġiet diġa eżawrita, l-prinċipal għandu jiddetermina, wara konsultazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentattivi tagħhom fl-impriża jew stabbiliment, mingħjr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal, il-miżuri neċessarji biex inaqqsu d-dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal minimu possibbli u biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema waqt li jkunu okkupati b'dawn l-attivitajiet.

    Skond l-ewwel subparagrafu, il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu provduti b' ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li għandhom jilbsu sakemm l-esposizzjoni anormali tippersisti; dik l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tiġi miżmuma għal minimu strett ta' ħin neċessarju għal kull ħaddiem.

    2.  Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda biex jiżguraw li l-postijiet li fihom l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 isiru huma demarkati b'mod ċar u indikati jew li persuni mhux awtorizzati huma prevenuti b' mezzi oħra milli jkollhom aċċess għal dawn postijiet.

    Artikolu 9

    Aċċess għal postjiet ta' riskju

    Miżuri addattati għandhom jiġi meħuda minn min iħaddem biex jiżguraw li l-aċċess għall-postijiet li fihom l-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-sigurtà jew saħħa tal-ħaddiema isiru huma aċċessibli unikament għal ħaddiema li, minħabba x-xogħol jew dmirijiet tagħhom, huma meħtieġa li jidħlu fihom.

    Artikolu 10

    Iġene u protezzjoni individwali

    1.  Min iħaddem għandu l-obbligu, f'każ ta' l-attivitajiet kollha għal liema hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni, li jieħdu miżuri addattati biex jiżguraw li:

    (a) ħaddiema ma jieklux, jixorbux jew ipejjpu fl-postijiet tax-xogħol fejn hemm ir-riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni;

    (b) ħaddiema huma provduti b'ilbies protettiv addattat jew ilbies speċjali addattat;

    (ċ) postijiet ta' ħażna separata huma provduti għall-ilbies protettiv jew tax-xogħol u għal ħwejjeġ ċivili;

    (d) ħaddiema huma provduti b'faċilitajiet iġeniċi addattati u adegwati;

    (e) apparat protettiv huwa maħżun sew f'post definit ċar u huwa ċċekjat u mnaddaf jekk possibbli qabel, u f'kull każ wara, kull użu;

    (f) apparat diffettuż huwa imsewwi jew mibdul qabel użu ulterjuri.

    2.  Ħaddiema jistgħu ma jkunux mitluba jħallsu l-ispiża tal-miżuri ddikjarati fil-paragrafu 1.

    Artikolu 11

    Informazzjoni u taħriġ tal-ħaddiema

    1.  Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda mill-prinċipal biex jiżgura li ħaddiema u/jew ir-rapprezentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jirċievu taħriġ suffiċjenti u addattat, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, b'mod partikolari fil-forma ta' informazzjoni u struzzjoni, li jikkonċernaw:

    (a) riskji potezjali għas-saħħa, inklużi riskji addizzjonali minħabba konsum ta' tabakk;

    (b) prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu esposizzjoni;

    (ċ) ħtieġijiet ta' iġene;

    (d) ilbies u użu ta' apparat u lbies protettiv;

    (e) passi li għandhom jittieħdu mill-ħaddiema, inklużi ħaddiema ta' salvataġġ, fil-każ ta' inċidenti u biex tipprevjeni inċidenti.

    It-taħriġ għandu jkun:

    — addattat biex jieħu qies tar-riskji ġodda jew mibdula, u

    — ripetut perjodikament jekk neċessarju.

    2.  Min iħaddem għandu jinformaw lil ħaddiema fuq l-installazzjonijiet u kontenituri relatati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni, jiżguraw li l-kontenituri kollha, pakketti u installazzjonijet li fihom karċinoġeni jew mutaġeni huma tikkettati b'mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta' twissija u periklu b'mod ċar u viżibli.

    Artikolu 12

    Informazzjoni għal ħaddiema

    Miżuri addattati għandhom jittieħdu biex jiżguraw li:

    (a) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jistgħu jiċċekjaw li din id-Direttiva hija applikata jew tista' tiġi involuta fl-applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta':

    (i) il-konsegwenzi għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema konnessi ma' l-għażla, l-ilbies u l-użu ta' lbies u apparat protettiv, mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal biex jiddetermina l-effettività ta' l-apparat u l-ilbies protettiv;

    (ii) il-miżuri determinati mill-prinċipal li huma msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1), mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbilta tal-prinċipal biex jiddetermina dawn il-miżuri;

    (b) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment huma infurmati malajr kemm jista' jkun dwar esposizzjonijiet anormali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fuq il-kawżi tiegħu u fuq il-miżuri meħuda jew li ser jiġu meħuda biex tikkoreġġi s-sitwazzjoni;

    (ċ) il-prinċipal iżomm lista aġġornata ta' ħaddiema okkupati fl-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema, li tindika, jekk l-informazzjoni qedgħha għad-diposizzjoni, l-esposizzjoni li ġew suġġetti għaliha;

    (d) it-tabib u/jew l-awtorità kompetenti kif ukoll l-persuni l-oħra kollha li għandhom responsabbilità għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom aċċess għall-lista msemmija f'punt (ċ);

    (e) kull ħaddiem għandu aċċess għall-informazzjoni fuq il-lista li tirrelata miegħu personali;

    (f) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment għandhom aċċess għal informazzjoni kollettiva anonima.

    Artikolu 13

    Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

    Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew rappreżentanti tagħhom b'konnessjoni ma' materji kopruti minn din id-Direttiva għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.

    ▼M3

    Artikolu 13a

    Ftehimiet bejn is-sħab soċjali

    Il-ftehimiet bejn is-sħab soċjali possibbilment konklużi fil-qasam ta' din id-Direttiva għandhom ikunu elenkati fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Dik il-lista għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.

    ▼B



    KAPITOLU III

    DISPOSIZZJONIJIET DIVERSI

    Artikolu 14

    Sorveljanza tas-saħħa

    ▼M2

    1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, f’konformità mal-liġi jew prattika nazzjonali, arranġamenti għat-twettiq tas-sorveljanza rilevanti tas-saħħa tal-ħaddiema li għalihom ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza. It-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jistgħu jindikaw li s-sorveljanza tas-saħħa għandha tkompli wara t-tmiem tal-espożizzjoni sakemm huma jikkunsidraw li tkun meħtieġa għas-salvagwardja tas-saħħa tal-ħaddiem konċernat.

    ▼B

    2.  L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali li kull ħaddiem għandu jkun kapaċi li jgħaddi minn, jekk addattat, sorveljanza tas-saħħa relevanti:

    qabel l-esposizzjoni,

    f'intervalli regolari wara hekk.

    Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu hekk li huwa direttament possibbli biex timplimenta miżuri ta' iġene individwali u fuq il-post tax-xogħol.

    3.  Jekk ħaddiem jiġi misjub li qed issoffri minn anormalita li hi suspetta li tkun riżulta ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jista' jeħtieġ ħaddiema oħra li ġew esposti bħalu biex jgħaddu minn sorveljanza tas-saħħa.

    F'dak il-każ, stima mill-ġdid tar-riskju ta' esposizzjoni għandu jiġi esegwit skond l-Artikolu 3(2).

    4.  Fil-każi fejn sorveljanza tas-saħħa hija esegwita, record mediku individwali għandu jiġi miżmum u t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa għandhom jipproponu xi miżuri protettivi jew preventivi li għandhom jittieħdu dwar ħaddiema individwali.

    5.  Informazzjoni u parir għandhom jiġu mogħtija lil ħaddiema rigward kull sorveljanza ta' saħħa li huma jistgħu jgħaddu minnha wara it-tmiem ta' l-esposizzjoni.

    6.  Skond liġijiet nazzjonali u/jew prattiki:

    ħaddiema għandhom jkollhom aċċess għar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa li tikkonċerna lilhom, u

    il-ħaddiema kkonċernati jew il-prinċipal jistgħu jitolbu reviżjoni tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa.

    7.  Rakkomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema huma mogħtija fl-Anness II.

    ▼M2

    8.  Il-każijiet kollha ta’ kanċer identifikati f’konformità mal-liġi jew prattika nazzjonali bħala li jirriżultaw minn espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

    ▼B

    Artikolu 15

    Żamma ta' Records

    1.  Il-lista msemmija f'punt (ċ) ta' l-Artikolu 12 u r-record mediku msemmi fl-Artikolu 14(4) għandhom jiġu miżmuma għal mill-inqas 40 sena wara t-tmiem ta' l-esposizzjoni, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

    2.  Dawk id-dokumenti għandhom jiġu magħmula għad-disposizzjoni lill-awtorità responsabbli f'każi fejn l-impriża itemm l-attività, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

    Artikolu 16

    Valuri limitu

    1.  Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat, iddikjarat valuri limitu fid-Direttivi fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, inkluż data xjentifka u teknika, li dwarha dawk il-karċinoġeni jew mutaġeni kollha għal liema dan huwa possibbli, u, fejn neċessarju, disposizzjonijiet relatati oħra.

    2.  Valuri limitu u disposizzjonijiet relatati oħra huma ddikjarati fl-Anness III.

    ▼M5

    Artikolu 17

    Emenda tal-Anness II

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni jew tal-mutaġeni.

    Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien il-proċedura prevista fl-Artikolu 17b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

    ▼M5

    Artikolu 17a

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

    3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

    4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 3 ).

    5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 17b

    Proċedura ta’ urġenza

    1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

    2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    ▼B

    Artikolu 18

    Użu ta' data

    Il-Kummisjoni għandu jkollha aċċess għall-użu magħmul mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(8).

    ▼M2

    Artikolu 18a

    Evalwazzjoni

    Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-evalwazzjoni li jmiss tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE, tevalwa wkoll il-ħtieġa li jiġi modifikat il-valur limitu għat-trab tas-silika kristallina respirabbli. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, fejn adatt, l-emendi u l-modifiki meħtieġa relatati ma’ dik is-sustanza.

    Mhux aktar tard minn matul l-ewwel tliet xhur tal-2019, il-Kummissjoni għandha, b’kont meħud tal-iżvilupp l-aktar reċenti fl-għarfien xjentifiku, tevalwa l-alternattiva li jiġi emendat l-ambitu ta’ din id-Direttiva biex jinkludi sustanzi reprotossiċi. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kif adatt, u wara konsultazzjoni ma’ min imexxi u l-ħaddiema, proposta leġislattiva.

    ▼M4

    Mhux aktar tard mill-11 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-għażla li din id-Direttiva tiġi emendata biż-żieda ta’ dispożizzjonijiet dwar kombinazzjoni ta’ limitu ta’ espożizzjoni okkupazzjonali fl-arja u ta’ valur limitu bijoloġiku għall-kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu.

    Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020 il-Kummissjoni għandha, waqt li tqis l-iżviluppi l-aktar reċenti fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari mal-prattikanti u ma’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa, tivvaluta jekk temendax din id-Direttiva sabiex tinkludi drogi perikolużi, inkluż drogi ċitotossiċi, jew jekk tipproponix strument aktar xieraq għall-fini li tiżgura s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema esposti għal drogi bħal dawn. Abbażi t’hekk, il-Kummissjoni għandha tressaq, jekk ikun xieraq u wara konsultazzjoni mal-maniġment u l-ħaddiema, proposta leġislattiva.

    ▼B

    Artikolu 19

    Notifika lill-Kummissjoni

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-futur fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 20

    Abrogazzjoni

    Direttiva 90/394/KEE, kif emendat mid-Direttivi msemmija fl-Anness IV, Parti A ta' din id-Direttiva hija abrogata, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni ddikjarati fl-Anness IV, Parti B ta' din id-Direttiva.

    Referenzi għad-Direttiva mibdula għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V.

    Artikolu 21

    Tidħol fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 22

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    Lista ta' sustanzi, ►M1  taħlitiet ◄ u proċessi

    (Artikolu 2(a)(iii))

    1. Manifattura ta' awramin.

    2. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi preżenti fin-nugrufun, qatran minerali jew żift.

    3. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet, dħaħen u sprejs prodotti waqt xiwi u elettroraffinar ta' materji ta' kuprunikil.

    4. Proċess ta' aċidu b'saħħtu fil-manifattura ta' alkoħol isopropiliku.

    5. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet ta' injam iebes ( 4 ).

    ▼M2

    6. Xogħol li jinvolvi espożizzjoni għat-trab tas-silika kristallina respirabbli ġġenerat minn proċess ta’ xogħol.

    ▼M3

    7. Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni tal-ġilda għal żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna.

    8. Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni għal emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil.

    ▼B




    ANNESS II

    Rakomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema

    (Artikolu 14(7))

    1. It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi ta' esposizzjoni ta' kull ħaddiem.

    2. Sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema għandha tiġi esegwita skond il-prinċipji u l-prattiċi tal-mediċina tal-post tax-xogħol; għandha tinkludi mill-inqas dawn il-miżuri li ġejjin:

    iżomm records ta' l-istorja medika u professjoniali tal-ħaddiem,

    intervista personali,

    meta addattat, sorveljanza bijoloġika, kif ukoll skoperta ta' effetti bikrija u li jistgħu jinqalbu.

    Testijiet ulterjuri jistgħu jiġu deċiżi għal kull ħaddiem meta hu jkun s-suġġett tas-sorveljanza tas-saħħa, fid-dawl tat-tagħrif l-iktar reċenti għad-disposizzjoni għal mediċina professjonali.

    ▼M3




    ANNESS III

    VALURI TA' LIMITU U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT (ARTIKOLU 16)

    A.   VALURI TA' LIMITU GĦALL-ESPOŻIZZJONI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL



    Isem tal-aġent

    Nru tal-KE (1)

    Nru tas-SAK (2)

    Valuri ta' limitu

    Notazzjoni

    Miżuri tranżizzjonali

    8 sigħat (3)

    Terminu qasir (4)

    mg/m3 (5)

    ppm (6)

    f/ml (7)

    mg/m3 (5)

    ppm (6)

    f/ml (7)

    Trab tal-injam iebes

    (8)

    Valur limitu 3 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2023

    Komposti tal-Kromju (VI) li huma karċinoġeni, fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a)

    (bħala kromju)

    0,005

    Valur limitu 0,010 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2025

    Valur limitu: 0,025 mg/m3 għal proċessi għal iwweldjar jew qtugħ bil-plasma jew proċessi ta' xogħol simili li jiġġeneraw dħaħen sas-17 ta' Jannar 2025

    Fibri taċ-ċeramika refrattarji li huma karċinoġeni fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a)

    0,3

     

    Trab tas-silika kristallina respirabbli

    0,1 (9)

     

    Benżen

    200-753-7

    71-43-2

    3,25

    1

    ġilda (10)

     

    Monomeru tal-vinil klorur

    200-831-0

    75-01-4

    2,6

    1

     

    Ossidu tal-etilen

    200-849-9

    75-21-8

    1,8

    1

    ġilda (10)

     

    1,2-Epossipropan

    200-879-2

    75-56-9

    2,4

    1

     

    Trikloroetilene

    201-167-4

    79-01-6

    54,7

    10

    164,1

    30

    ġilda (10)

     

    Akrilammid

    201-173-7

    79-06-1

    0,1

    ġilda (10)

     

    2-Nitropropan

    201-209-1

    79-46-9

    18

    5

     

    o-Toluwidina

    202-429-0

    95-53-4

    0,5

    0,1

    ġilda (10)

     

    4,4′-Metilendianilina

    202-974-4

    101-77-9

    0,08

    ġilda (10)

     

    Epikloroidrina

    203-439-8

    106-89-8

    1,9

    ġilda (10)

     

    Dibromur tal-etilene

    203-444-5

    106-93-4

    0,8

    0,1

    ġilda (10)

     

    1,3-Butadjen

    203-450-8

    106-99-0

    2,2

    1

     

    Diklorur tal-etilene

    203-458-1

    107-06-2

    8,2

    2

    ġilda (10)

     

    Idrazina

    206-114-9

    302-01-2

    0,013

    0,01

    ġilda (10)

     

    Bromoetilena

    209-800-6

    593-60-2

    4,4

    1

     

    Emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil

     

     

    0,05 (*1)

     

     

     

     

     

     

    Il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2023. Għall-estrazzjoni ta' taħt l-art u l-bini tal-mini, il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2026.

    Taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, b'mod partikolari dawk li fihom il-benżo[a]piren, li huma karċinoġeni skont it-tifsira ta' din id-Direttiva

     

     

     

     

     

     

     

     

    ġilda (10)

     

    Żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna

     

     

     

     

     

     

     

     

    ġilda (10)

     

    ▼M4

    Kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu

    0,001 (11)

     

    Valur limitu ta' 0,004 mg/m3 (12) sal-11 ta' Lulju 2027.

    Berillju u l-komposti inorganiċi tal-berillju

    0,0002 (11)

    sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda (13)

    Valur limitu ta' 0,0006 mg/m3 sal-11 ta' Lulju 2026.

    Aċidu arseniku u l-imluħ tiegħu, kif ukoll il-komposti inorganiċi tal-arseniku

    0,01 (11)

    Għas-settur tat-tidwib tar-ram il-valur limitu għandu japplika mill-11 ta' Lulju 2023.

    Formaldeid

    200-001-8

    50-00-0

    0,37

    0,3

    0,74

    0,6

    sensitizzazzjoni tal-ġilda (14)

    Valur limitu ta' 0,62 mg/m3 jew 0,5 ppm (3) għas-settur tal-kura tas-saħħa, tal-funerali u dak tal-ibbalzmar sal-11 ta' Lulju 2024.

    4,4′-Metilen-bis(2-kloroanilina)

    202-918-9

    101-14-4

    0,01

    ġilda (10)

     

    ▼M3

    (1)   In-Nru tal-KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    (2)   Nru tas-SAK: in-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.

    (3)   Imkejla jew ikkalkulati b'rabta ma' perijodu ta' referenza tal-medja kkunsidrata fil-funzjoni tal-ħin ta' tmien sigħat (TWA).

    (4)   Limitu ta' espożizzjoni għal żmien qasir (STEL). Valur ta' limitu li 'l fuq minnu ma għandux ikun hemm espożizzjoni u li huwa relatat ma' perijodu ta' 15-il minuta, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

    (5)    mg/m3 = milligrammi kull metru kubu ta' arja b'20 °C u 101,3 kPa (pressjoni tal-merkurju ta' 760 mm).

    (6)    ppm = partijiet kull miljun b'volum fl-arja (ml/m3).

    (7)    f/ml = fibri kull millilitru.

    (8)   Frazzjoni li tista' tinġibed 'il ġewwa man-nifs: jekk it-trabijiet tal-injam iebes jitħalltu ma' trabijiet ta' njam ieħor, il-valur ta' limitu għandu japplika għat-trabijiet kollha tal-injam li jkunu preżenti f'dik it-taħlita.

    (9)   Frazzjoni respirabbli.

    (10)   Kontribuzzjoni sostanzjali għall-piż totali tal-ġisem mill-espożizzjoni tal-ġilda possibbli.

    (11)   Frazzjoni inalabbli.

    (12)   Frazzjoni inalabbli. Frazzjoni respirabbli f'dawk l-Istati Membri li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jimplimentaw sistema ta' bijomonitoraġġ b'valur limitu bijoloġiku li ma jaqbiżx 0,002 mg Cd/g ta' kreatinina fl-awrina.

    (13)   Is-sustanza tista' tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda u tas-sistema respiratorja.

    (14)   Is-sustanza tista' tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda.

    (*1)   Imkejla bħala karbonju elementali.

    B.   DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT

    p.m.

    ▼B




    ANNESS IV

    Parti A

    Direttiva abrogati u l-emendamenti suċċessivi tagħha

    (msemmija bl-Artikolu 20)



    Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE

    (ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1)

    Direttiva tal-Kunsill 97/42/KE

    (ĠU L 179, tat-8.7.1997, p. 4)

    Direttiva tal-Kunsill 1999/38/KE

    (ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66)

    Parti B

    Żmien perentorju għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

    (msemmija bl-Artikolu 20)



    Direttiva

    Skadenza għat-trasposizzjoni

    90/394/KEE

    fil-31 ta' Diċembru 1992.

    97/42/KE

    fis-27 ta' Ġunju 2000.

    1999/38/KE

    fid-29 ta' April 2003.




    ANNESS V

    TABELLA TAL-KORRELAZZJONI



    Direttiva 90/394/KE

    Din id-Direttiva

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 2(a)

    L-Artikolu 2(a)

    L-Artikolu 2(aa)

    L-Artikolu 2(b)

    L-Artikolu 2(b)

    L-Artikolu 2(c)

    L-Artikoli 3 to 9

    L-Artikolu 3 to 9

    L-Artikolu 10(1)(a)

    L-Artikolu 10(1)(a)

    L-Artikolu 10(1)(b), l-ewwel sentenza

    L-Artikolu 10(1)(b)

    L-Artikolu 10(1)(b), it-tieni sentenza

    L-Artikolu 10(1)(c)

    L-Artikolu 10(1)(c)

    L-Artikolu 10(1)(d)

    L-Artikolu 10(1)(d), l-ewwel u t-tieni sentenza

    L-Artikolu 10(1)(e)

    L-Artikolu 10(1)(d), it-tielet sentenza

    L-Artikolu 10(1) (f)

    L-Artikolu 10(2)

    L-Artikolu 10(2)

    L-Artikoli 11 sa 18

    L-Artikoli 11 sa 18

    L-Artikolu 19(1) l-ewwel subparagrafu

     

    L-Artikolu 19(1) it-tieni subpargrafu

     

    L-Artikolu 19(1) it-tielet subparagrafu

     

    L-Artikolu 19(2)

    L-Artikolu 19

     

    L-Artikolu 20

     

    L-Artikolu 21

    L-Artikolu 20

    L-Artikolu 22

    L-Anness I

    L-Anness I

    L-Anness II

    L-Anness II

    L-Anness III

    L-Anness III

     

    L-Anness IV

     

    L-Anness V



    ( 1 ) Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).

    ( 2 ) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    ( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    ( 4 ) Lista ta' Monographs on the Evaluation of Carcinogenic Risks to Humans“Wood Dust and Formaldehyde” xi injam iebes tista' tinsab fil-Volum 62 tal-Monografi dwar l-Evalwazzjoni ta' Riskji Karċinoġeni għal Bniedem “Trab ta' l-Injam u Formaldehyde”, ippublikat mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer, Lyon, 1995.

    Top