EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R1745-20161214

Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru ta' l-2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1745/2016-12-14

2003R1745 — MT — 14.12.2016 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1745/2003 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Settembru ta' l-2003

dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi

(BĊE/2003/9)

(ĠU L 250 2.10.2003, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (KE) Nru 1052/2008 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-22 ta’ Ottubru 2008

  L 282

14

25.10.2008

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 1358/2011 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-14 ta’ Diċembru 2011

  L 338

51

21.12.2011

►M3

REGOLAMENT (UE) Nru 1376/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta' Diċembru 2014

  L 366

79

20.12.2014

►M4

REGOLAMENT (UE) 2016/1705 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-9 ta' Settembru 2016

  L 257

10

23.9.2016




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1745/2003 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta' Settembru ta' l-2003

dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi

(BĊE/2003/9)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

 “L-Istati Membri parteċipanti” għandha tfisser Stat Membru ta' l-UE li adotta l-euro skond it-Trattat,

 “bank ċentrali nazzjonali parteċipant” (BĊN parteċipant) għandha tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru parteċipant,

 “Ewrosistema” għandha tirreferi għall-BĊE u għall-BĊN parteċipanti,

 “istituzzjoni” għandha tfisser entità fi Stat Membru parteċipant fejn il-BĊE, taħt it-termini ta' l-Artikolu 19(1) ta' l-Istatut, jista' jitlob li jżomm riservi minimi,

 “kont ta' riserva” għandha tfisser kont ta' istituzzjoni ma' BĊN parteċipant, li l-bilanċ tiegħu fl-aħħar tal-ġurnata jingħadd b'konformità mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjoni,

 “talba ta' riserva” għandha tfisser it-talba għall-istituzzjonijiet biex iżommu riżervi minimi fuq kontijiet ta' riserva ma' BĊN parteċipant,

 “proporzjon ta' riserva” għandha tfisser il-persentaġġ speċifikat fl-Artikolu 4 għal xi punt jew partita partikolari fil-bażi ta' riserva,

 “perjodu ta' manutenzjoni” għandu jfisser il-perjodu li fih il-konformità mat-talbiet ta' riserva hija kkalkulata u li għaliha riservi minimi bħal dawn għandhom jiġu miżmuma f'kontijiet ta' riserva,

 “bilanċ fl-aħħar tal-ġurnata” għandha tfisser il-bilanċ fil-mument meta l-finalizzazzjoni ta' l-attivitajiet ta' ħlas u d-dħul relatat ma' aċċess possibbli għall-faċilitajiet permanenti tal-Ewrosistema jkunu seħħu,

 “Ġurnata ta' kummerċ ta' BĊN” għandha tfisser kull ġurnata li fiha BĊN parteċipant partikolari huwa miftuħ sabiex jitmexxa l-operat tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema,

 “resident” għandha tfisser kull persuna naturali jew legali li tgħix f'kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru ta' l-1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ),

 “miżuri ta' riorganizzazzjoni” għandha tfisser miżuri intiżi għall-preservazzjoni jew għall-irranġar tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' instituzzjoni li tista' taffettwa d-drittijiet li diġa' jeżistu tat-tielet partiti, inklużi miżuri li jinvolvu sospensjonijiet possibbli ta' ħlas, sospensjoni ta' miżuri ta' infurzar jew tnaqqis mill-pretensjonijiet,

 “proċeduri ta' l-għeluq” għandha tfisser il-proċeduri kollettivi li jikkonċernaw istituzzjoni li jinvolvu neċessarjament intervent minn awtoritajiet ġudizzjarji jew awtorità kompetenti oħra ta' Stat Membru parteċipant bil-għan li jbigħ l-assi tiegħu taħt is-superviżjoni ta' dawn l-awtoritajiet, inkluż fejn il-proċeduri huma tterminati minn komposizzjoni jew minn xi miżura oħra li tixbaħha,

 “għaqda” għandha tfisser operat fejn waħda jew iktar istituzzjonijiet ta' kreditu (l-istituzzjonijiet li jingħaqdu/jikkorporaw), waqt li jkunu likwidati mingħajr ma jkun hemm likwidazzjoni, jitrasferixxu l-assi u l-obbligi kollha tagħhom għal istituzzjoni ta' kreditu oħra (l-istituzzjoni li tirċievi), li tista' tkun istituzzjonijiet ta' kreditu li għadha kif ġiet stabbilita,

 “diviżjoni” għandha tfisser operat fejn istituzzjoni waħda ta' kreditu (billi l-istituzzjoni tinqasam), waqt li tkun likwidata mingħajr ma jkun hemm likwidazzjoni, titrasferixxi l-assi u l-obbligi kollha tagħha għal iktar minn istituzzjoni waħda (l-istituzzjonijiet li jirċievu), li jistgħu jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu li għadhom kif ġew stabbiliti.

Artikolu 2

L-istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti ta' riserva

1.  Il-kategoriji ta' istituzzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta' riserva:

(a) istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu ta'l-2000 relatata mat-teħid u l-insegwiment tal-kummerċ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu ( 2 ), iktar milli mal-BĊN parteċipanti;

(b) il-fergħat hekk kif definiti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/12/KE, ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu hekk kif definiti fl-ewwel subparagrafu ta' l l-Artikolu 1(1) ta' l-istess Direttiva, iktar milli l-BĊN parteċipanti; dawn jinkludu fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li la huma rreġistrati u lanqas għandhom l-uffiċju prinċipali fi Stat Membru parteċipant.

Fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu mwaqqfa fl-Istati Membri parteċipanti u li jinsabu 'l barra minn Stati Membri parteċipanti m'humiex suġġetti għar-rekwiżiti ta' riserva.

▼M1

2.  Mingħajr ma tkun obbligata tippreżenta talba, istituzzjoni għandha tkun eżentata mill-obbligi tar-riżerva mill-bidu tal-perjodu ta’ manteniment li fih tiġi rtirata jew miċħuda l-awtorizzazzjoni tagħha, jew li fih tittieħed deċiżjoni, biex l-istituzzjoni titqiegħed fi proċedimenti ta’ xoljiment, minn awtorità ġudizzjarja jew kull awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru parteċipanti.

Il-BĊE jista’ jeżenta lill-istituzzjonijiet li ġejjin mill-obbligi tar-riżerva fuq bażi mhux diskriminatorja:

(a) l-istituzzjonijiet suġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni;

(b) l-istituzzjonijiet suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità jew minn xi Stat Membru skond l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġu l-użu tal-fondi tagħhom, jew li huma suġġetti għal deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities ta’ l-Ewrosistema;

(ċ) l-istituzzjonijiet li għalihom l-iskop tas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE ma jintlaħaqx bl-impożizzjoni ta’ l-obbligi tar-riżerva fuqhom. Meta jasal għal deċiżjoni dwar eżenzjoni bħal din, il-BĊE għandu jqis wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(i) l-istituzzjoni hija awtorizzata ssegwi biss funzjonijiet bi skop speċjali;

(ii) l-istituzzjoni hija pprojbita milli teżerċita funzjonijiet bankarji attivi f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra;

(iii) l-istituzzjoni hija taħt obbligu legali li jkollha d-depożiti kollha tagħha magħżulin għall-finijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ assistenza għall-iżvilupp reġjonali u/jew internazzjonali.

3.  Il-BĊE għandu jippubblika lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva. Il-BĊE għandu jippubblika wkoll lista ta’ istituzzjonijiet eżenti mill-obbligi tiegħu ta’ riżerva għal raġunijiet oħra milli jkunu suġġetti għal:

(a) miżuri ta’ riorganizzazzjoni;

(b) l-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità jew minn xi Stat Membru skond l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġu l-użu ta’ fondi ta’ istituzzjoni, jew xi deċiżjoni maħruġa mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE li tissospendi jew teskludi l-aċċess ta’ istituzzjoni għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities ta’ l-Eurosistema.

L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq dawn il-listi meta jiddeċiedu jekk il-passivi tagħhom humiex dovuti lil xi istituzzjoni oħra li hija nnifisha suġġetta għall-obbligi tar-riżerva. Dawn il-listi m’għandhomx jiddeterminaw jekk l-istituzzjonijiet humiex suġġetti għall-obbligi tar-riżerva skond l-Artikolu 2.

▼B

Artikolu 3

Bażi tar-riserva

▼M4

1.  Il-bażi ta' riżerva ta' istituzzjoni għandha tinkludi dawn l-obbligazzjonijiet, kif iddefiniti fil-qafas ta' rapportar tal-BĊE stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 3 ), li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni ta' fondi:

(a) depożiti; u

(b) titoli ta' dejn maħruġa.

Jekk istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet b'rabta ma' fergħa tal-istess entità, jew b'rabta mal-uffiċċju prinċipali jew uffiċċju rreġistrat tal-istess entità, li jkunu jinsabu barra Stati Membri parteċipenti, hija għandha tinkludi dawk l-obbligazzjonijiet fil-bażi ta' riżerva.

2.  L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-bażi ta' riżerva:

(a) obbligazzjonijiet dovuti lil xi istituzzjoni oħra mhux inklużi fuq il-lista ta' istituzzjonijiet eżenti mir-rekwiżiti tal-BĊE dwar riżervi minimi skont l-Artikolu 2(3); u

(b) obbligazzjonijiet dovuti lill-BĊE jew lil BĊN parteċipanti.

▼M4

2a.  Għall-kategorija ta' obbligazzjonijiet “depożiti” msemmija fil- punt (a) tal-paragrafu 1, l-esklużjoni, kif imsemmija fil-paragrafu 2, għandha ssir bil-mod li ġej: l-istituzzjoni għandha tagħti prova lill-BĊN parteċipanti relevanti tal-ammont ta' obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, u l-ammont li tiegħu tingħata prova għandu jitnaqqas mill-bażi ta' riżerva.

Għall-kategorija ta' obbligazzjonijiet “titoli ta' dejn maħruġa” msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-esklużjoni, kif imsemmija fil-paragrafu 2, għandha ssir billi jitnaqqas ammont mill-bażi ta' riżerva bil-mod li ġej:

(a) l-istituzzjoni għandha tagħti prova lill-BĊN parteċipanti relevanti tal-ammont ta' obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, u l-ammont li tiegħu tingħata prova għandu jitnaqqas mill-bażi ta' riżerva;

(b) meta l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi tagħti prova lill-BĊN parteċipanti relevanti tal-ammont ta' obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, l-istituzzjoni għandha tapplika t-tnaqqis standard ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE għall-ammont pendenti tat-titoli ta' dejn li tkun ħarġet u li jkollhom maturità oriġinali sa sentejn inklużivament.

▼B

3.  L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-bażi ta' riserva għall-perjodu partikolari ta' manutenzjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni relatata max-xahar xahrejn qabel ix-xhar li fih jibda' l-perjodu ta' manutenzjoni. L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-bażi ta' riserva lill-BĊN kif mitlub fi ħdan l-istruttura tar-rapportar ►M4  ————— ◄ imqiegħda fir- ►M3  Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ .

▼M3

4.  Għal istituzzjonijiet li ngħataw id-deroga stipulata fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 4 ) (“istituzzjonijiet tad-denb”), il-bażi tar-riżerva għandha tiġi kkalkolata, għal żewġ perjodi ta' żamma konsekuttivi li jibdew bil-perjodu ta' żamma li jibda fit-tielet xahar wara t-tmiem ta' trimestru, fuq il-bażi tad-dejta ta' tmiem it-trimestru rrapportata skont il-punt 4 tal-Parti 1 tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Dawn l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw ir-riżervi minimi tagħhom b'mod konformi mal-Artikolu 5.

▼B

Artikolu 4

Proporzjonijiet tar-riservi

▼M1

1.  Għandu japplika proporzjon ta’ riżerva ta’ 0 % għall-kategoriji ta’ passivi li ġejjin (kif iddefinit ġewwa l-qafas ta’ rappurtar tal-BĊE ►M4  ————— ◄ fir- ►M3  Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ :

(a) depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn;

(b) depożiti li jinfdew b’notifika ta’ aktar minn sentejn;

(ċ)  repos;

(d) titoli ta’ dejn maħruġa b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn.

▼M2

2.  Proporzjon ta’ riżerva ta’ 1 % għandu japplika għall-obbligazzjonijiet l-oħra kollha inklużi fil-bażi tar-riżerva.

▼B

Artikolu 5

Kalkulazzjoni u notifikazzjoni ta' riservi minimi

1.  L-ammont tar-riservi minimi li għandu jinżamm minn kull istituzzjoni fil-perjodu partikolari ta' manutenzjoni għandu jiġi kkalkulat permezz ta' l-applikazzjoni tal-proporzjonijiet ta' riserva għal kull punt relevanti tal-bażi ta' riserva għal dak il-perjodu, kif definit fl-Artikolu 4. Ir-riservi minimi identifikati mill-BĊN parteċipant relevanti u mill-istituzzjoni skond il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu għandu jkun il-bażi għal (i) ħlas ta' kumpanijji tar-riżervi mitluba, u (ii) stima tal-konformità ta' istituzzjoni ma' l-obbligi li żżomm l-ammont mitlub tar-riservi minimi.

2.  Għotja ta' EUR 100 000 , biex tiġi mnaqqsa mill-ammont tar-riservi minimi, għandha tiġi mogħtija lil kull istituzzjoni, suġġetti għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 11 u 13.

3.  Kull BĊN parteċipant għandu jistabbilixxi l-proċeduri ta' notifikazzjoni tar-riservi minimi individwali ta' l-istituzzjoni, skond il-prinċipji li ġejjin. Jew il-BĊN parteċipant relevanti jew l-istituzzjoni għandhom jieħdu l-inizjattiva li jikkalkolaw ir-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu relevanti ta' manutenzjoni, fuq il-bażi ta' tagħrif statistiku u fuq il-bażi ta' riserva rrapportata skond l- ►M3  Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ . Il-parti li tikkalkola għandha tgħarraf lill-parti l-oħra bil-kalkoli tar-riservi minimi ta' l-aħħar tlett ijiem ta' kummerċ tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni. Il-BĊN parteċipant relevanti jista' jispeċifika data iktar kmieni bħala limitu ta' ħin għan-notifikazzjoni tar-riservi minimi. Dan jista' jispeċifika wkoll limiti ta' ħin żejjed għall-istituzzjoni biex tinnotifika xi reviżjonijiet għall-bażi ta' riserva, u xi reviżjonijiet għar-riservi minimi notifikati. Jekk istituzzjoni tabbuża mill-opportunità offruta mill-BĊN parteċipanti biex tirrevedi l-bażi ta' riserva u r-riservi minimi, il-BĊN jista' jwaqqaf il-permess lil dik l-istituzzjoni milli tagħti r-reviżjonijiet. Il-parti notifikata għandha tagħraf ir-riservi minimi kkalkulati l-aħħar fil-jum ta' kummerċ tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni. Jekk il-parti notifikata ma tkunx irrispondiet għan-notifikazzjoni fi tmiem il-jum ta' kummerċ tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni, għandu jkun mifhum li għarfet l-ammont tar-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manutenzjoni relevanti. Ladarba jkun magħrufa, ir-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manutenzjoni relevanti ma jistgħux ikunu riveduti.

4.  Il-BĊN parteċipant għandu jippubblika kalendarji li jindikaw il-limiti ta' ħin li jkunu ġejjin għan-notifikazzjoni u l-għarfien ta' informazzjoni relevanti mar-riservi minimi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu.

5.  Meta istituzzjoni tonqos milli tirrapporta l-informazzjoni statistika relevanti kif speċifikat fl-Artikolu 5 tar- ►M3  Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ , il-BĊN parteċipant relevanti għandu jinforma lill-istituzzjoni kkonċernata bl-ammont tar-riservi minimi ta' l-istituzzjoni li għandhom jiġu notifikati u rikonoxxuti, skond il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu, għall-perjodu(i) ta' manutenzjoni relevanti, ikkalkulati fuq bażi ta' informazzjoni storika rrappurtata mill-istituzzjoni u kull tip ta' informazzjoni oħra. L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 u l-qawwa tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet għall-ksir ta' talbiet ta' rapportar statistiku tal-BĊE m'għandhomx jiġu affettwati.

Artikolu 6

Ħażniet ta' riserva

1.  Istituzzjoni għandha żżomm ir-riservi minimi tagħha f'kont ta' riserva f'wieħed jew iktar fil-bank ċentrali nazzjonali ta' kull Stat Membru parteċipanti li fih għandha stabbiliment, f'relazzjoni mal-bażi ta' riserva tagħha fl-Istat Membru korrispondenti. Kontijiet ta' riserva għandhom ikunu denonimati fl-Ewro. Kontijiet ta' ħlas ta' l-istituzzjonijiet mal-BĊN parteċipanti jistgħu jintużaw bħala kontijiet ta' riserva.

2.  Istituzzjoni għandha tikkonforma ruħha mat-talbiet ta' riserva tagħha jekk il-medja tal-bilanċ fl-aħħar tal-ġurnata fuq il-kontijiet ta' ħlas tagħha fuq il-perjodu ta' manutenzjoni mhuwiex inqas mill-ammont definit għal dak il-perjodu skond il-proċeduri mqiegħda fl-Artikolu 5.

3.  Jekk istituzzjoni għandha iktar minn stabbiliment wieħed fi Stat Membru parteċipant, l-uffiċju reġistrat tagħha jew l-uffiċju prinċipali, jekk jinsab f'dak l-Istat Membru, għandu jkun responsabbli biex jassigura konformità mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjoni. Jekk l-istituzzjoni la għandha uffiċju reġistrat u lanqas uffiċju prinċipali fl-Istat Membru, hija għandha tinnomina liema mill-fergħat tagħha f'dak l-Istat Membru għandha tkun responsabbli li tassigura l-konformità mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjoni. Dawn il-kumpaniji ta' riseva ta' l-istabbilimenti kollhajgħoddu flimkien lejn konformità mat-talbiet ta' riserva totali ta' l-istituzzjoni f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 7

Perijodu ta' manutenzjoni

▼M3

1.  Ħlief jekk il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi li jimmodifika l-kalendarju skont il-paragrafu 2, il-perjodu ta' żamma għandu jibda fid-data tas-saldu tal-operazzjoni ta' rifinanzjament ewlenija wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv, fejn tiġi skedata minn qabel il-valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jippubblika kalendarju ta' perjodi ta' żamma ta' mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta' kull sena kalendarja. Il-pubblikazzjoni ta' dak il-kalendarju għandha ssir f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-siti tal-BĊE u tal-BĊNi parteċipanti.

▼B

2.  Il-Kunsill Regolatorju għandu jiddeċiedi dwar xi bidliet f'dan il-kalendarju li huma neċessarji minħabba ċirkostanzi extraordinarji u l-Bord Eżekuttiv għandu jippubblika bl-istess mod minn qabel sew il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni li għalih hija applikata l-bidla.

Artikolu 8

Remunerazzjoni

1.  Kumpaniji ta' riservi mitluba huma remunerati mal-medja, mirkuba mill-perjodu ta' manutenzjoni, tar-rata tal-BĊE (ikkalkulata skond in-numru ta' ġranet fil-kalendarju) għall-operazzjonijiet prinċipali ta' refinanzjament ta' l-Eurosistema skond il-formula li ġejja (fejn ir-riżultat huwa kkalkulat sa l-eqreb ċenteżmu):

image

image

Fejn:

Rt

=

ir-remunerazzjoni li għandha tiġi mħallsa fuq il-kumpanijja tar-riservi mitluba għall-perjodu ta' manutenzjoni t;

Ht

=

il-medja ta' kull jum tal-kumpanijja tat-talbiet ta' riservi għall-perjodu ta' manutenzjoni t;

nt

=

in-numru ta' jiem fil-kalendarju fil-perjodu ta' manutenzjoni t;

rt

=

ir-rata tar-remunerazzjoni fuq il-kumpanijji tat-talbiet ta' riserva għall-perjodu ta' manutenzjoni t. Għandha tiġi applikata r-rata ta' remunerazzjoni ta' żewġ deċimali;

i

=

il-jum i tal-kalendarju tal-perjodu ta' manutenzjoni t;

MRi

=

ir-rata ta' interess marġinali għall-iktar operazzjoni ta' refinanzjament riċenti deċiża fid-data i tal-kalendarju jew qabel.

2.  Ir-remunerazzjoni għandha titħallas fit-tieni jum ta' negozju tal-BĊN li taħbat wara t-tmiem tal-perijodu tal-manutenzjoni li fih ir-remunerazzjoni tkun inqalgħet.

Artikolu 9

Responsabbiltà għall-verifika

Il-BĊN parteċipanti għandhom jeserċitaw id-dritt li jivverifikaw ir-reqqa u l-kwalità' ta' l-informazzjoni li jipprovdu l-istituzzjonijiet biex juru konformità mat-talbiet ta' riserva, kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 mingħajr preġudizzju lejn id-dritt tal-BĊE li jeserċita dan id-dritt huwa nnifsu.

Artikolu 10

Ħażna indiretta ta' riservi minimi permezz ta' medjatur

1.  Istituzzjoni tista' tapplika għall-permess biex iżżomm ir-riservi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta' medjatur resident fl-istess Stat Membru. Il-medjatur għandu jkun istituzzjoni bla ħsara għar-rekwiżiti ta' riserva li normalment imexxi parti mill-amministrazzjoni (per eżempju maniġġjar tat-teżor) għall-istituzzjoni li għaliha jkun qiegħed jaġixxi ta' medjatur, lil hemm mill-ħażna ta' riservi minimi.

2.  Kull applikazzjoni għal permess ta' żamma ta' riservi minimi permezz ta' medjatur kif deskritt fl-ewwel paragrafu hawn fuq għandu jiġi ndirizzat lill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru parteċipant li fih l-applikant huwa stabbilit. L-applikazzjoni għandha tinkludi kopja tal-ftehim bejn il-medjatur u l-applikant li fih iż-żewġ partijiet jesprimu l-kunsens tagħhom għall-arranġament. Il-ftehim għandu wkoll jispeċifika jekk l-applikant jixtieqx ikollu aċċess għall-faċilitajiet permanent ta' l-Ewrosistema u operazzjonijiet tas-suq miftuħa. Il-ftehim għandu jispeċifika perjodu ta' avviż ta' mill-inqas tnax-il xahar. Meta jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet t'hawn fuq, il-BĊN parteċipanti relevanti jista' jagħti permess lill-applikant biex iżomm riservi minimi permezz ta' medjatur, suġġett għad-dispożizzjonijiet tar-raba' paragrafu ta' dan l-Artikolu. Permess bħal dan isir effettiv mill-bidu ta' l-ewwel perjodu ta' manutenzjoni ta wara l-għotja tad-data tal-permess, u għandu jkompli sakemm idum il-ftehim imsemmi diġa' ta' bejn il-partiti.

3.  Il-medjatur għandu jżomm dawn il-kumpanijji ta' riservi minimi skond il-kondizzjonijiet ġenerali tas-sistema tar-riservi minimi tal-BĊE. Mhux biss l-istituzzjonijiet li għalihom il-medjatur ikun qed jaġixxi, iżda anki l-medjatur innifsu għandu jkun responsabbli biex ikun konformi mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjonijietot. Fil-każ li ma jikkonformax, il-BĊE jista' jimponi kull sanzjonijiet applikabbli fuq il-medjatur, fuq l-istituzzjoni li għaliha jkun qiegħed jagħmilha ta' medjatur, jew fuq it-tnejn, bi qbil mal-lijabilità ta' nuqqas ta' konformità.

4.  Il-BĊE jew il-BĊN parteċipant relevanti jista', meta jrid, jieħu lura l-permess biex jinżammu riservi minimi indiretti:

(i) Jekk istituzzjoni li żżomm ir-riservi tagħha b'mod indirett permezz ta' medjatur, jew il-medjatur innifsu, ma jkunux konformi ma' l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt is-sistema ta' riservi minimi tal-BĊE;

(ii) Jekk il-kondizzjonijiet għaż-żamma ta' riservi indiretti speċifikati fl-ewwel u t-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu mhumiex miżmuma iktar; jew

(iii) għal raġunijiet ta' prudenza relatati mal-medjatur.

Jekk permess bħal dan jiġi rtirat għal raġunijiet ta' prudenza relatati mal-medjatur, l-irtirar jista' jkollu effet immedjat. Suġġett għall-kondizzjonijiet tal-ħames paragrafu, kull irtirar għal raġunijiet oħra għandhu jkollu effet fit-tmiem tal-perjodu ta' manutenzjoni t'issa. Istituzzjoni li żżomm ir-riservi tagħha permezz ta' medjatur, jew il-medjatur innifsu, jistgħu, f'kull waqt, jitolbu biex il-permess jiġi rtirat. Biex l-irtirar isir effettiv jeħtieġ avviż bil-quddiem mill-BĊN parteċipanti rilevanti.

5.  L-istituzzjoni li żżomm ir-riservi minimi permezz ta' medjatur u l-medjatur innifsu jiġi nfurmat b'kull irtirar tal-permess għal raġunijiet oħra minbarra ta' prudenza ta' l-inqas ħamest ijiem ta' xogħol qabel it-tmiem tal-prejodu ta' manutenzjoni li fih il-permess huwa rtirat.

6.  Mingħajr ma jiġu affettwati l-obbligazzjonijiet ta' rapportar statistiku individwali ta' l-istituzzjoni li żżomm ir-riservi minimi tagħha permezz ta' medjatur, il-medjatur għandu jirrapporta l-informazzjoni tal-bażi tar-riserva b'mod dettaljat biżżejjed biex il-BĊE ikun jista' jivverifika ir-reqqa u l-kwalità', li jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 9, u jistabilixxi r-riservi minimi rispettivi u d-data taż-żamma tar-riservi għalih innifsu, kif ukoll dwar kull istituzzjoni li għaliha aġixxiet bħala medjatur. Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta lill-BĊN parteċipant li miegħu huma miżmuma r-riservi minimi. Il-medjatur għandu jipprovdi din l-informazzjoni ta' bażi ta' riserva diġa' msemmija skond l-istess frekwenza u orarju tal-ħinijiet kif kienu stabbiliti fi ħdan l-istruttura tar-rapportar ►M4  ————— ◄ tal-BĊE imqiegħda fir- ►M3  Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ .

▼M1

Artikolu 11

Holding ta’ riżerva fuq bażi kkonsolidata

L-istituzzjonijiet li jitħallew jirrappurtaw data statistika dwar il-bażi tar-riżerva kkonsolidata tagħhom bħala grupp (kif iddefinit ġewwa l-qafas ta’ rappurtar tal-BĊE ►M4  ————— ◄ fir- ►M3  Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ għandhom iżommu riżervi minimi permezz ta’ waħda mill-istituzzjonijiet fil-grupp, li taġixxi esklussivament bħala intermedjarju għal dawn l-istituzzjonijiet u skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10. Malli tirċievi awtorizzazzjoni mill-BĊE biex twettaq rappurtar statistiku dwar il-bażi tar-riżerva kkonsolidata għall-istituzzjonijiet fil-grupp, l-istituzzjoni li taġixxi bħala intermedjarju għall-grupp għandha tkun awtomatikament eżentata mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10(6), u l-grupp sħiħ biss għandu jkun intitolat jirċievi l-benefiċċju msemmi fl-Artikolu 5(2).

▼B

Artikolu 12

Ġranet tan-negozju tal-BĊN

Jekk fergħa waħda jew iktar ta' BĊN parteċipanti jkunu magħluqa f'ġurnata tan-negozju tal-BĊN minħabba btajjel tal-banek lokali jew reġjonali, il-BĊN parteċipanti rilevanti għandu jgħarraf lill-istituzzjonijiet bil-quddiem bl-arranġamenti li jkunu jridu jsiru għal transizzjonijiet li jinvolvu dawn il-friegħi.

Artikolu 13

Għaqdiet u diviżjonijiet

1.  Għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih għaqda tibda' taħdem, it-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw għandhom jittieħdu mill-istituzzjoni li tirċievi u din l-istess istituzzjoni tista' tibbenefika minn kull konċessjoni deskritta fl-Artikolu 5(2) mogħtija lill-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw. Iż-żamma ta' riservi ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih l-għaqda tibda' taħdem għandhom jgħoddu flimkien lejn konformità mat-talbiet ta' riserva mill-istituzzjoni li qed tirċievi.

2.  Mill-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament il-perjodu ta' manutenzjoni li fih tibda' taħdem l-għaqda 'l quddiem, l-istituzzjoni li tirċievi għandha tingħata biss konċessjoni waħda kif inhu deskritt fl-Artikolu 5(2). Għall-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament lil dak li fih l-għaqda bdiet, ir-riservi minimi ta' l-istituzzjoni li tirċievi iridu jiġu kkalkulati billi tintuża bażi ta' riżerva li tgħaqqad il-bażi ta' riservi ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw u, fejn hu addattat, ta' l-istituzzjoni li tirċievi. Il-bażi ta' riservi li jridu jingħaqdu huma dawk li setgħu kienu relevanti għal dan il-perjodu ta' manutenzjoni kieku l-għaqda ma seħħitx. Sa fejn hu mitlub biex ikun hemm informazzjoni statistika adekwata għal kull istituzzjoni li qed tinkorpora, l-istituzzjoni li tirċievi għandha tassumi l-obbligazzjonijiet tar-rapportar statistiku ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw. Dispożizzjonijiet speċifiċi, li jiddependu mill-karatteristiċi ta' l-istituzzjonijiet involuti fl-għaqda, jinsabu fl- ►M3  Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ .

3.  Għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih diviżjoni tibda' taħdem, dawk l-istituzzjonijiet li jirċievu li huma istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassumu t-talba ta' riserva ta' l-istituzzjoni li tkun se tiġi sezzjonata. Kull waħda mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li tirċievi trid tkun lijabbli bi proporzjon għall-parti tal-bażi tar-riserva ta' l-istituzzjoni li tkun se tiġi sezzjonata li hi allokata għaliha. Ir-riżervi miżmuma mill-istituzzjoni li se jkunu sezzjonati waqt il-perjodu ta' manutenzjoni li fih tieħu effett id-diviżjoni għandhom jiġu allokati bejn l-istituzzjonijiet li jirċievu li huma istituzzjonijiet ta' kreditu fl-istess proporzjonijiet. Għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih tieħu effett id-diviżjoni, il-konċessjoni deskritta fl-Artikolu 5(2) għandha tingħata li kull istituzzjoni li tirċievi li hija istituzzjoni ta' kreditu.

4.  Mill-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament lill-perjodu ta' manutenzjoni li fih tieħu effett id-diviżjoni sakemm l-istituzzjonijiet li jirċievu li huma istituzzjonijiet ta' kreditu ikunu rrappurtaw il-bażi ta' riservi rispettivi tagħhom skond l- ►M3  Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ , kull istituzzjoni li tirċievi li hi istituzzjoni ta' kreditu, għandha tassumi, possibilment mar-riservi minimi tagħha, ir-riservi minimi kkalkulati fuq il-bażi ta' kull parti tal-bażi ta' riżerva ta' l-istituzzjoni li se tkun sezzjonata li hu allokat għaliha. Mill-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament il-perjodu ta' manutenzjoni li fih id-diviżjoni tieħu effett minn hemm 'il quddiem, kull istituzzjoni li tirċievi li hi istituzzjoni ta' kreditu għandha tingħata konċessjoni waħda kif inhu deskritt fl-Artikolu 5(2).

▼M1

Artikolu 13a

Tkabbir taż-żona ta’ l-Ewro

1.  Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddelega lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE is-setgħa biex jiddeċiedi, f’każijiet fejn Stat Membru jadotta l-ewro skond it-Trattat, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin, wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tas-SEBĊ għall-Operazzjonijiet tas-Suq, fejn applikabbli:

(a) id-dati tal-perjodu tranżitorju ta’ manteniment għall-applikazzjoni ta’ l-obbligi tar-riżervi minimi lil istituzzjonijiet li jinsabu f’dak l-Istat Membru, bid-data inizjali tkun id-data ta’ l-adozzjoni ta’ l-ewro f’dak l-Istat Membru;

(b) il-mod ta’ kalkolu tal-bażi tar-riżerva għall-finijiet li jiġi stabbilit il-livell ta’ riżervi minimi meħtieġ li jinżamm mill-istituzzjonijiet li jinsabu fl-Istat Membru li jadotta l-ewro matul il-perijodu tranżitorju ta’ manteniment, filwaqt li jitqies il-qafas ta’ rappurtar tal-BĊE ►M4  ————— ◄ kif stabbilit fir- ►M3  Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) ◄ ; u

(ċ) il-limitu ta’ żmien, li sa mhux aktar tard minnu għandhom isiru l-kalkolu u l-verifika tar-riżervi minimi mill-istituzzjonijiet li jinsabu fl-Istat Membru li jadotta l-ewro u mill-bank ċentrali nazzjonali tagħhom, fir-rigward tal-perijodu tranżitorju ta’ manteniment.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jippubblika stqarrija dwar id-deċiżjoni tiegħu ta’ lanqas xahrejn qabel id-data ta’ l-adozzjoni ta’ l-ewro f’dak l-Istat Membru.

2.  Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddelega wkoll lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, is-setgħa li jawtorizza lill-istituzzjonijiet li jkunu fi Stati Membri parteċipanti oħra, biex inaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom għall-perijodi ta’ manteniment li jikkoinċidu ma’ u li jsegwu l-perjodu tranżitorju ta’ manteniment, passivi dovuti lill-istituzzjonijiet li jinsabu fl-Istat Membru li jadotta l-ewro, minkejja li fil-ħin li r-riżervi minimi huma kkalkulati dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fil-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għall-obbligi tar-riżerva fl-Artikolu 2(3). F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet li l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE joħroġ skond dan il-paragrafu jistgħu jispeċifikaw aktar il-mod li bih għandu jsir it-tnaqqis ta’ dawn il-passivi.

3.  Kull deċiżjoni li l-Bord Eżekuttiv joħroġ skond il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun innotifikata minnufih lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, u l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jaderixxi ma’ kull deċiżjoni dwar dan adottata mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

▼B

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet transitorji

1.  Il-perjodu ta' manutenzjoni li jibda fl-24 ta' Jannar ta' l-2004 għandu jispiċċa fid- 9 ta' Marzu ta' l-2004.

2.  Ir-riservi minimi għal dan il-perjodu transitorju ta' manutenzjoni iridu jkunu kkalkulati billi tintuża l-bażi ta' riserva tal-31 ta' Diċembru ta' l-2003. Il-bażi ta' riserva fit-30 ta' Settembru ta' l-2003 għandha tintuża għar-rapportar ta' kull kwart tas-sena ta' l-istituzzjonijiet.

3.  Il-proċeduri għall-kalkulazzjoni, għan-notifikazzjoni, għall-konferma, għar-reviżjoni u għall-għarfien li jinsabu fl-Artikoli 5(3), (4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15) għandhom jgħoddu għal dan il-perjodu transitorju ta' manutenzjoni.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet finali

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta' Jannar ta' l-2004, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 5(3) u (5) li se jidħlu fis-seħħ fl-10 ta' Marzu ta' l-2004.

2.  Ir-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15) ta' l-1 ta' Diċembru ta' l-1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi għandu jkun imħassar fit-23 ta' Jannar ta' l-2004, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 5(3), (4) u (6) li se jkunu mħassra fid-9 ta' Marzu ta' l-2004.

3.  Referenzi magħmulha għar-Regolament imħassar għandhom ikunu meqjusa bħala magħmulha għal dan ir-Regolament.



( 1 ) ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

( 2 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

( 4 ) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

Top