Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001D0106-20040317

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi mudell għal-listi ta' entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta' dawn il-listi lill-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 143) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2001/106/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/106(1)/2004-03-17

    2001D0106 — MT — 17.03.2004 — 002.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-24 ta’ Jannar 2001

    li tistabbilixxi mudell għal-listi ta' entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta' dawn il-listi lill-Kummissjoni

    (notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 143)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2001/106/KE)

    (ĠU L 039, 9.2.2001, p.39)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta' April 2002

      L 99

    17

    16.4.2002

    ►M2

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-10 ta' Marzu 2004

      L 79

    45

    17.3.2004




    ▼B

     

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-24 ta’ Jannar 2001

    li tistabbilixxi mudell għal-listi ta' entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta' dawn il-listi lill-Kummissjoni

     ◄

    (notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 143)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2001/106/KE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Komunità f’annimali bovini u suwini ( 1 ), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/25/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(6) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u l-importazzjoni ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina ( 3 ), kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex membri ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina ( 4 ), kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi li m' humiex membri ta’ equidae ( 5 ), kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod l-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni ta’ semen ta’ animali domestiċi ta’ l-ispeċi porċina ( 6 ) kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 1999/608/KE ( 7 ), l-Artikolu 5(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE ( 8 ) tat-28 ta’ Jannar 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw il-kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali ovini u kaprini, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 94/953/KE ( 9 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali bovini, porċini, ovini, karprini u ekwini huwa permess minn ċentri ta’ laqgħat approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinstabu.

    (2)

    Kummerċ bejn il-Komunità ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina u porċina huwa permess minn ċentri approvati mill-awtoritajiet kompeteni ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu.

    (3)

    Kummerċ bejn il-Komunità ta’ embrijoni u ovuli ta’ l-ispeċi bovina huwa permess jekk ikunu nġabru, ġew proċessati u maħżuna minn gruppi ta’ nies li jiġbru l-embrijoni approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu.

    (4)

    Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta’ ċentri ta’ laqgħat, ċentri ta’ ġbir ta’ sperma u t-tim tal-ġbir ta’ l-embrijoni li jkun approvat fit-territorju tiegħu.

    (5)

    Huwa meħtieġ li l-mudell ta’ dawn il-listi jkun armonizzat kif ukoll il-mod kif ikunu trasmessi biex jitwaqqaf aċċess sempliċi għal-listi aġġornati għall-Komunità.

    (6)

    Il-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    Il-listi ta’ l-unità elenkati fl-Anness I għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni taħt Word 97 (jew preċedenti), Excel 97 (jew preċedenti) jew format pdf fl-indirizz elettroniku li ġej: Inforvet@cec.eu.int.

    Il-listi għandhom isiru skond il-formati tal-mudell elenkati fl-Anness II.

    Kull modifikazzjoni tal-format jew bdil fid-destinazzjoni għandu jkun notifikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Veterinarju Permanenti.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS I

    1. Ċentri ta’ laqgħat approvati skond l-Artikolu11(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 90/426/KEE u l-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 91/68/KEE.

    ▼M2

    2. Ċentri ta’ ġbir u ta’ hażna ta’ semen approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 88/407/KEE u ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/429/KEE.

    ▼B

    3. Timijiet li jiġbru l-embrijoni approvati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/556/KEE.

    ▼M1

    4. Faċilitajiet jew ċentri għall-kwarantina ta' l-għasafar approvati skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 92/65/KEE u d-Deċiżjoni 2000/666/KE.

    ▼B




    L-ANNESS II

    image

    ►(1) M2  

    image

    image



    ( 1 ) ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

    ( 2 ) ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p. 35.

    ( 3 ) ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 1.

    ( 4 ) ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

    ( 5 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

    ( 6 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62.

    ( 7 ) ĠU L 242, ta’ l-14.9.1999, p. 20.

    ( 8 ) ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

    ( 9 ) ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 14.

    Top