This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0218
2013/218/EU: Commission Implementing Decision of 6 May 2013 authorising Member States to adopt certain derogations pursuant to Directive 2008/68/EC of the European Parliament and of the Council on the inland transport of dangerous goods (notified under document C(2013) 2505)
2013/218/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Mejju 2013 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument C(2013) 2505)
2013/218/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Mejju 2013 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument C(2013) 2505)
ĠU L 130, 15.5.2013, p. 26–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
15.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Mejju 2013
li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi
(notifikata bid-dokument C(2013) 2505)
(2013/218/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 6(4) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Dawk il-listi għandhom jiġu aġġornati biex jinkludu derogi nazzjonali ġodda. |
(2) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li dawn it-Taqsimiet jiġu ssostitwiti kompletament. |
(3) |
Għalhekk, id-Direttiva 2008/68/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-kumitat dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi stabbilit permezz tad-Direttiva 2008/68/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma awtorizzati li jimplimentaw id-derogi stipulati fih dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.
Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.
Artikolu 2
L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3. u l-Anness III, it-Taqsima III.3 tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.
ANNESS
L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3, tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b’dan li ġej: “I.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn RO= Triq a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii MS= Taqsira għall-Istat Membru nn= numru tal-ordni Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE BE Il-Belġju RO–a–BE–1 Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 jillimita l-kwantità ta’ splussiv tal-minjieri li jista’ jiġi trasportat f’vettura ordinarja għal 20 kg. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ‘l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru 25 kg ta’ dinamita jew splussiv qawwi u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi bil-mutur ordinarji, soġġetti għal kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz tal-isplussivi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–BE– 2 Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta’ klassijiet differenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport “kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga 6-97. Kummenti: Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–BE-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK–4. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–BE–4 Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta’ 1 000 detettur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan. Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2(d)). Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) tesiġi l-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan użati ħalli jiġu trattati ċ-ċirkwiti elettroniċi u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-djar privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’punt tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi minn daqqiet permezz ta’ punt tal-ġbir ieħor jew post ta’ ħżin immedjat. Fil-punt tal-ġbir ikun hemm disponibbli kontenituri tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn il-punti, kontenitur bħal dawn bid-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi trasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20/07/2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni. Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 DE Il-Ġermanja RO–a–DE–1 Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ parts tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġi mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fid-deroga. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli mal-punt 1.1.3.6.4) m’għandu qatt jinqabeż. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28. Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta’ żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħżin ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhijiex komuni. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–DE–2 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif iddefiniti f’1.1.3.6 (n1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief għall-klassi 7: mhu meħtieġ ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u l-ittikkettar tal-pakketti jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali. Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–DE-3 Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u l-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numru NU 1202, 1203 u 1223. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ippakkjar, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-immaniġġar, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24. Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–DE-5 Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’ippakkjar imħallat fil-grupp tal-ippakkjar II u fi kwantitajiet żgħar. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 DK Id-Danimarka RO–a–DK-2 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ pakketti li jkun fihom id-detonaturi fl-istess vettura. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l. Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura. Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport b’dawn il-kundizzjonijiet:
Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–DK–3 Suġġett: It-trasport fit-triq ta’ pakketti u oġġetti li jkun fihom skart u residwi ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għall-iskop ta’ rimi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-imballaġġ, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u rekwiżiti ta’ taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ intern u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża ta’ ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inkluż restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport hija ristretta. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3. Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f’pakketti li jkunu nbigħu għall-bejgħ bl-imnut. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2019 FI Il-Finlandja RO–a–FI–1 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti f’xarabanks u materjali b’radjoattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u r-riċerka. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1, 5.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar, dokumentazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi, f’ċerti ammonti taħt il-limitu ta’ 1.1.3.6 b’piż nett massimu ta’ mhux aktar minn 200 kg, fix-xarabankijiet huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jintlaħqu r-rekwiżiti tal-imballaġġ kollha. Waqt it-trasport tal-materjali b’radjoattivà baxxa b’piż massimu ta’ 50 kg għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–FI-2 Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport, Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal pakketti vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontenituri, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta’ elementi multipli (“MEGCs”). Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank vojta u mhux imnaddfa li fihom jinġarru żewġ jew aktar sustanzi bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem “L-aħħar tagħbija” flimkien ma’ isem il-prodott bl-aktar temperatura baxxa sabiex jieħu n-nar. “Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II”. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–FI–3 Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru 1. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 FR Franza RO–a–FR–2 Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 12. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–FR–5 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-Klassi 7, f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja tal-idejn (hand luggage): id-dispożizzjonijiet marbuta mal-pakkettar, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki kif stabbilit f’4.1, 5.2 u 3.4 biss ikunu japplikaw. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1. Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji. Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016 RO–a–FR–6 Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-Klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif stipulat f’5.4.1. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1. Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016 RO–a–FR–7 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet minn 1 sa 9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta’ merkanzija perikoluża ppakkjata fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ imballaġġ u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, tal-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta’ sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f’imballaġġ ikkombinat. Għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għal imballaġġ intern skont it-tip ta’ merkanzija perikoluża involuta. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għal kaxex tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern għandu jkun immarkat skont it-Taqsima 3.4.7 l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u t-test “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “Echantillons destinés à l’analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma mħarsa, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l’arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tistipulax dwar it-trasport għall-analiżi ta’ kampjuni ta’ oġġetti perikolużi meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jew f’isimhom. Sabiex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għal kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sigurtà tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinitb’mod aktar operattiv. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2019 IE L-Irlanda RO–a–IE–1 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’temperatura biex jieħu n-nar ta’ anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR u 6.1, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”. Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–IE–2 Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-ADR, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkjar tal-ADR jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Dan japplika biss għat-trasport lokali, lejn l-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b’mod sikur. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(10) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”. Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ raġġi (flares) “skaduti” għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u minn fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew b’mod sikur, partikolarment b’rabta mar-rekwiżiti tal-ippakkjar. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–IE–3 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħżin mhux imnaddfa u nominalment vojta (għall-ħżin f’postijiet fissi), għall-finijiet ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew skreppjar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.7 u 6.8. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 6.7 u 6.8 tal-ADR għall-ġarr bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ttestjati jew skreppjati sakemm (a) jitneħħew il-pajpijiet kollha mqabbda mat-tank li jkunu raġonevolment jistgħu jitneħħew; (b) jitwaħħal valv tal-pressjoni adatt fit-tank u li għandu jibqa’ operattiv matul il-ġarr; u (c) soġġett għal (b) hawn fuq l-aperturi kollha fit-tank u fi kwalunkwe pajp imwaħħal magħhom ġew issiġillati biex jipprevjenu r-rilaxx ta’ kwalunkwe oġġett perikoluż, sakemm dan ikun raġonevolment fattibbli. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’postijiet fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li huma (it-tankijiet) ikunu trasportati lejn stabbilimenti differenti għat-tindif, tiswija, eċċ. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–IE-4 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih). Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċċjati mal-użu fix-xorb. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–IE-5 Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni inbnew, ġew ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment f’kwantitajiet żgħar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u ttestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew u ttestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f’ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta’ trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati - ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet tagħha. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan it-trasport fuq it-territorju tal-Irlanda għandu jsir fir-rispett tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 LT Il-Litwanja RO–a–LT–1 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–UK–6 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (Riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 UK Ir-Renju Unit RO–a–UK–1 Suġġett: Il-ġarr ta’ ċerti oġġetti li jkun fihom materjal radjoattiv ta’ periklu baxx bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq). Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 3(10). Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK–2 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinżamm dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra mill-Klassi 7) kif ddefinit fil-1.1.3.6 (E2). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a). Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK–3 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjoattività ta’ livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat tat-tifi tan-nar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarru ċilindri tat-tifi tan-nar meta jkun qed jiġi trasportat biss pakketti ta’ eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911). Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK–4 Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti. Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkati b’mod ieħor jekk ikun fihom oġġetti previsti fix-Schedule 3. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) u Regulation 36 Authorisation Number 13. Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-ippakkjar estern. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK–5 Suġġett: sabiex ikun hemm “kwantità massima totali” differenti “għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f’kull unità ta’ trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; 14 u l-Iskeda 4. Kummenti: Biex jitħalla jkun hemm limiti differenti ta’ kwantità għal merkanzija ta’ Klassi 1, jiġifieri “50” għal Kategorija 1 u “500” għal Kategorija 2. Biex jiġu kkalkulati t-tagħbijiet imħalltin, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom jitqiesu bħala “20” għall-Kategorija 1 tat-Trasport u “2” għall-Kategorija 2 tat-Trasport. Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK–6 Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta’ splussiv permessibbli f’vetturi EX/II (N13) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3. Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa massima netta ta’ 5 000 kg f’vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J. Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jittieħdu lejn l-Ewropa jkunu kbar jew goffi, u dawn jaqbżu madwar iż-2,5 m fit-tul. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta’ piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta’ aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta’ splussiv. Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu l-vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari li hemm fid-Direttiva ta’ Qafas. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f’vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg ta’ splussiv. Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin 50) li rrigwardaw l-isplużjoni ta’ materjal splussiv b’toqol ta’ aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti. Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi ppakkjati sew ma tantx jinqabdu b’daqqa, eż. f’inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta’ provi tal-impatt ta’ missili juru li sabiex jieħdu l-iskrataċ għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta’ tfigħ minn għoli ta’ 12-il metru. L-istandards attwali ta’ sikurezza ma jkunux milquta. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK-7 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6). Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprevedi pparkjar mingħajr periklu u faċilitajiet ta’ superviżjoni, imma m’ hemmx ħtieġa li ċerta tagħbija tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti, kif stabbilit fi 8.5 S1(6) tal-ADR. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24. Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK-8 Suġġett: Illaxkar ta’ restrizzjonijiet dwar it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ merkanzija perikolużi oħra, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18. Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma’ splussiv ieħor kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b’mod raġonevoli biex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’, jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn, dawn l-oġġetti.” Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:
Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK-9 Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjoattiv f’vetturi żgħar Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjoattiv. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija: Il-vetturi jrid jew:
Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regulation 5 (4) (d). Kummenti: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–a–UK-10 Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: id-dipożizzjonijiet kollha Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, Taqsima I.1 għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga hija maħsuba biex tinħareġ fl-ambitu ta’ The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2011. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2017 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE BE Il-Belġju RO–bi–BE-3 Suġġett: Taħriġ tas-sewwieqa It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tas-sede prinċipali). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Struttura tat-taħriġ:
Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni ta’ korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti. Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat – it-tul tat-taħriġ irid ikun skont ir-rekwiżiti tal-ADR – wara 5 snin is-sewwieq irid isegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami – iċ-ċertifikat jistipula t-“trasport nazzjonali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE”. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–BE–4 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fil-Kapitolu 3.2, huwa permess l-użu ta’ kontenitur tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok il-kodiċi tat-tank L4DH għat-trasport ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, n.o.s. (mhux speċifikati b’mod ieħor) f’kundizzjonijiet speċifiċi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 01 – 2002. Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–BE–5 Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ żmaltiment tal-iskart Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12). Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-ippakkjar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-ippakkjar huma inqas restrittivi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route. Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart lejn impjanti tar-rimi. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–BE–6 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-5. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–BE–7 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–6 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–BE-8 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–UK–2. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–BE-9 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–3. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: – Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018 RO–bi–BE-10 Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relative au transport des marchandises dangereuses par route Kummenti: Il-lista li ġejja tipprovdi numru ta’ deroga fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-distanza permessa u l-oġġetti perikolużi involuti.
Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018 DE Il-Ġermanja RO–bi–DE–1 Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7: Ebda indikazzjoni mhija meħtieġa fid-dokument tat-trasport:
Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18. Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku konċernat. Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–DE–2 Suġġett: Trasport ta’ materjal kontaminat PCB tal-Klassi 9 fi kwantitajiet kbar. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport fi kwantitajiet kbar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport fi kwantitajiet kbar f’kabini interkambjabbli (swap bodies) jew kontenituri issiġillati tal-vetturi biex ma jidħolx trab jew likwidi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11. Kummenti: Deroga 11 limitata sal- 31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID. Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137. Lista Nru 4*. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–DE-3 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkjat Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar imħallat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti intern (kif miġbura) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–DE-4 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE-1 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: – Data ta’ skadenza: il-1 ta’ Jannar 2017 RO-bi–DE-5 Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux inqas minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontenituri tank, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE. Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE 3.2, 4.3.2.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ kontenituri tank Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontenituri tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. Rekwiżiti għall-kontenituri tank
2. It-tikkettar Kull kontenitur tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu skont il-mudell 3 fis-subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. 3. Dispożizzjonijiet operattivi
Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga North Rhine-Westphalia Osservazzjonijiet: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontenituri tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f’kontenturi tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-ippakkjar II, lis-sit ta’ produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina desensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit ta’ produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontenituri tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN. Tmiem il-perjodu ta’ validità: l-1 ta’ Jannar 2017 RO-bi–DE-6 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–SE-6 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 DK Id-Danimarka RO–bi–DK–1 Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods. Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu lill-vetturi tagħrif dwar il-klijenti. Peress li dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u jintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli – qabel ma jibda t-trasport – li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati. Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–DK-2 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-6 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–DK-3 Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK–1 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–DK–4 Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża ta’ ċerti klassijiet minn djar privati u intrapriżi għal postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet minn 1 sa 9 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta’klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ, ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, it-tagħmir, l-operazzjoni u d-dokumentazzjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi jistgħu taħt ċerti kundizzjonijiet jinġarru lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport, u jekk it-trasport ta’ oġġetti perikolużi hija anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3. Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi minn djar privati u intrapriżi biex jinġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi. L-iskart huwa tipikament pakketti li nġarru oriġinarjament skont l-eżenzjoni tas-subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħa bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1 (c) ma tapplikax għall-ġarr lejn postijiet tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta’ skart ta’ imballaġġ intern. Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2019 EL Il-Greċja RO–bi–EL–1 Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il- 31 ta’ Diċembru 2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1/1/1985 u l-31/12/2001 jistgħu jintużaw sal-31/12/2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:
B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31/12/2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211.127 (5)b4 (6.8.2.1.20). Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία (Rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank) u tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO-bi–EL-2 Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti ta’ bażi marbuta mal-kostruzzjoni tal-vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi reġistrati għall-ewwel darba qabel il- 31 ta’ Diċembru 2001. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsubin għal trasport lokali ta’ merkanzija perikoluża (kategoriji UN 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li kienu reġistrati l-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001. Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B tad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin. Konformità mar-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system); trid tkun mgħammra b’sistema EBS (endurance braking system) kif iddefinita f’9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3. L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbad direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta’ fus ta’ karru jrid ikun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u jrid ikun protett f’kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517). Partikolarment, il-vetturi bit-tank b’massa massima ta’ inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5 iżda mhux neċessarjament mal-oħrajn. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (ir-rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.) Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi li huma diġà rreġistrati u barra minn dan huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 ES Spanja RO–bi–ES-2 Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq (lateral shut-off devices), il-valv intern tal-għeluq u fejn hi mqiegħda jrid ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn tensjonijiet esterni jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu dawn it-tensjonijiet. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) irid ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza estern minflok intern sakemm joffru protezzjoni tal-anqas ekwivalenti għal dik li jagħti l-ħajt tat-tank. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3. Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1997, tip ta’ tank mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza estern kien jintuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni tal-ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar. Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016 FI Il-Finlandja RO–bi–FI–1 Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a) Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003). Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta’ splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment. Id-deroga tkun reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala numru 31. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–FI-2 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–10 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–FI-3 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–DE–1 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016 FR Franza RO–bi–FR–1 Suġġett: L-użu ta’ dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 23-4. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–FR-3 Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi ta’ ħażna ta’ gass ta’ żejt likwefatt (LPG) (18). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 30. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–FR–4 Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:
Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route - Article 29-2 - Annex D4. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 IE L-Irlanda RO-bi–IE-1 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1. li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali tal-oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, għat-trasport sa għand l-utenti aħħarija ta’ pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965 Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fejn pitrolju, fjuwil tad-diżil jew nafta likwida, li jkollhom in-numri rispettivi ta’ identifikazzjoni ta’ sustanza UN 1223, UN 1202 u UN 1965 kif speċifikat fl-Appendiċi B.5 tal-Anness B tal-ADR, ikunu qed jinġarru għal għand min jużahom l-aħħar, ma jkunx meħtieġ li jkunu inklużi l-isem u l-indirizz tal-konsenjatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakki, Kontenituri Intermedji ta’ Kwantità jew reċipjenti, jew il-kwantità totali li tkun qed tinġarr, fl-unità ta’ trasport. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Fil-każ ta’ tqassim ta’ żejt għat-tisħin tad-djar għand klijenti domestiċi, hija prattika komuni li “jimtela’" it-tank tal-ħżin tal-klijent – b’hekk il-kwantità mqassma ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti (fi vjaġġ wieħed) ma jkun magħruf meta t-tank mimli jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ tqassim ta’ ċilindri tal-LPG fid-djar, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċilindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni individwali tagħhom ma jkunux magħrufa fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–IE–2 Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ tal-ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Partikolarment fil-każ ta’ tqassim ta’ petrol u/jew diżil lill-pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-fjuwil (biex terġa’ timtela’ ħalli tkompli tqassam) immedjatament wara l-kunsinna tal-aħħar tagħbija. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–IE–3 Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanzija perikoluża, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11 jew S1 fi 8.5, titħalla ssir f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tagħbija u ħatt ta’ merkanzija perikoluża f’post pubbliku jitħallew isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–IE–5 Suġġett: Eżenzjoni mill-“projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta” tal-punt 7.5.2.1. għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà B tal-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà D tal-ADR Klassi 1 jisgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR sakemm (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 tal-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u skont il-kundizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR jinġarru f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżaminazzjoni, it-tħaddim u l-użu tagħhom. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Sabiex tippermetti, skont kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 - jiġifieri “Trakkijiet bil-Pompa”. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–IE-6 Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ il-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li jkunux imqabbda permanentement mal-qoxra ta’ vettura bit-tank ikunu vojta matul it-trasport Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi bit-tank. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Il-mankiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku jrid jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li teħtieġ li l-arloġġ u manka tal-vettura bit-tank jkunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta’ prodott. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–IE-7 Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta’ Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet sa għand id-destinatarji. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattiċitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”. Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment li jġorr merkanzija bl-ingrossa, li jinvolvi tagħbija multepliċi għat-trasport [fl-istess ġurnata jew fi ġranet wara xulxin] tal-istess sustanza bejn il-bastimenti u d-destinatarji, dokument tat-trasport wieħed biss li jindika l-massa totali approssimattiva ta’ kull tagħbija għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun neċessarja l-konformità mar-rekwiżit tad-Dispożizzjoni Speċjali ‘CV24’. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 LT il-Litwanja RO–bi–LT–1 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–1 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–LT-2 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–2 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (riżoluzzjoni Nru 337 tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000). Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 NL Il-Pajjiżi l-Baxxi RO–bi–NL-13 Suġġett: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-ippakkjar; l-użu ta’ ppakkjar żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustantivi marbuta mat-trasport ta’ skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004. Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta’ periklu huwa mminimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’pakketti siġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 PT Il-Portugall RO–bi–PT–1 Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965 Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej: “NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri; “NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, 28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru. Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–PT-2 Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jitbiddel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, it-28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru. Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu trasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 SE L-Isvezja RO–bi–SE–1 Suġġett: ġarr ta’ skart perikoluż għal postijiet fejn jintremal-iskart perikoluż Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE–2 Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali rikjesta fid-dokument tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk il-pakket vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Ħafna drabi l-pakket vojt u mhux imnaddaf li jiġi ritornat ikun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi. Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlija. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE–3 Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mad-direttiva 96/49/KE, artikolu 6 paragrafu 14. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE–4 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ. Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi. Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti kkonfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Minbarra dan, l-oġġetti ta’ spiss mhumiex ippakkjati, immarkati jew ittikkettati skont l-ADR. Fil-każ ta’ alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; Fil-każ ta’ alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tejn tal-aħħar jistgħu jkunu ‘l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) kull pakkett ma jeħtieġx li jiġi ttikkettat, u b) pakketti approvati ma jeħtiġux ikunu użati. Madankollu, kull pelit b’dawn il-pakketti trid tkun ittikkettata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom jiġu ssodisfati. dawn l-aħħar tnejn jistgħu jkunu ‘l bogħod minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) mhemmx għalfejn ikun hemm tikketta fuq kull kaxxa, u b) mhemmx għalfejn jintużaw kaxxi approvati. Madankollu, kull pallet li jkollha dawn il-pakketti għandha tkun immarkata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom ikunu sodisfatti. Kull sena, isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE-5 Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport. Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5. It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Qabbel id-direttiva 96/49/KE, Artikolu 6 paragrafu 14. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE–6 Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: F’ċerti każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati permezz ta’ spezzjoni teknika jistghu jkunu qed iġorru xi merkanzija perikoluza bħala tagħbija, eż. tankijiet vojta mhux imnaddfa. Ir-rekwiżiti f’1.3 u 8.2.3 ikunu għadhom japplikaw. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE–7 Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontenituri tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontenituri ta’ tankijiet id-deskrizzjoni fid-dokument ta’ trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanza fil-pjan ta’ tagħbija ikun immarkat b’0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE–9 Suġġett: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma’ xi regolamenti:
Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi tal-foresti. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE–10 Suġġett: Trasport ta’ splussiv f’tankijiet Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti. Vettura mgħammra bi splussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u tikkettata skont il-punti 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta’ merkanzija perikoluża maħruġin skont l-Att dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4. Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti konċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea. Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet. Id-deroga l-antika Nru 84. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE-11 Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ għas-sewwieq għal kwalunkwe vettura msemmija fil-punt 8.2.1.1. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg. Kummenti: Trasport lokali. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–SE-12 Suġġett: Trasport ta’ logħob tan-nar NU 0335. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1). Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’ 7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b’NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tal-NU. Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi. Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg. Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb ix-xahar bejn April u Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta’ dak li jibqa’ lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli. Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 UK Ir-Renju Unit RO–bi–UK–1 Suġġett: Qsim ta’ toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati separati bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplikax għal ebda dispożizzjoni mir-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b). Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f’każ bħal dan. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–UK–2 Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent aħħari (għajr għall-Klassi 7) (N11) Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle” (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura). Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12(3). Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–UK–3 Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għal trasport għal btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-ippakkjar III. Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti tal-ippakkjar u ttikkettar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti it-trasport ta’ xorb alkoħoliku b’kontenut ta’ alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f’termini ta’ volum (Grupp tal-ippakkettar III) fi btieti tal-injam mingħajr l-approvazzjoni min-NU li ma għandhomx tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14). Kummenti: Dan huwa prodott b’valur għoli suġġett għal dazju tas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tħaffif fuq l-ippakkjar u l-ittikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–UK-4 Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–12 Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Part 1. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RO–bi–UK-5 Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636 Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3: Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma’ ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1. Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta’ nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015” |
(2) |
L-Anness II, it-Taqsima II.3 tidbiddel b’dan li ġej: “II.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn RA= Ferrovija a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii MS= Taqsira għall-Istat Membru nn= numru tal-ordni Ibbażat fuq l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA–a–DE–2 Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’ippakkjar imħallat fil-grupp tal-ippakkjar II u fi kwantitajiet żgħar. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21. Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 FR Franza RA–a–FR-3 Suġġett: Ġarr għall-ħtiġijiet ta’ sid il-ferrovija. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ġarr għall-ħtiġijiet ta’ sid il-ferrovija ta’ kwantitajiet li ma jeċċedux il-limit preskritti f’1.1.3.6 m’ghandux għalfejn ikollu d-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 20.2. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RA–a–FR-4 Suġġett: eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni tal-posta. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati metriċi ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux dak ta’ 1, 6.2 or 7) iridu jitwaħħlulhom it-tikketti. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 21.1. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 SE L-Isvezja RA–a–SE–1 Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 UK Ir-Renju Unit RA–a–UK–1 Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti li fihom ċertu materjal b’radjoattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999). Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RA–a–UK–2 Suġġett: Illaxkar ta’ restrizzjonijiet dwar it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ merkanzija perikolużi oħra, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6) Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999). Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-splussivi ma’ splussivi oħra, kif ukoll ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’ dawn l-oġġetti, jew inkella jipperikolahom jew ikun ipperikolat minnhom.” Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:
Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RA–a–UK–3 Suġġett: Li tkun permessa “kwantità totali massima għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b). Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta’ kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għat-trasport mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għall-iskop tal-kalkolu ta’ tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għal Trasport Kategorija 1 u “2” għal Trasport Kategorija 2. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RA–a–UK-4 Suġġett: Adozzjoni tal-RA–a–FR-6 Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tbiġġil tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f’każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Ir-Regolament 7(12): Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RA–a–UK-5 Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti f’pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods u Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26. Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID huma inadatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta’ barra. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA–bi–DE-2 Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż pakkjat Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar kumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti interni (kif miġbur) u mqassam f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20. Kummenti: Lista Nru 6*. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RA-bi–DE-3 Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-ippakkjar I f’vaguni b’tankijiet tal-ferrovija, Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta’ tankijiet u vaguni b’tankijiet. Il-Kapitolu 6.8, Subtaqsima 6.8.2.3, teħtieġ l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma). Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-ippakkjar I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f’vaguni b’tankijiet tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92. Data ta’ skadenza: l- 1 ta’ Jannar 2014. DK Id-Danimarka RA–bi–DK–1 Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal- 15 ta’ Frar 2005. Kummenti: Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 RA–bi–DK–2 Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II, Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-linja fissa li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal- 15 ta’ Frar 2005. Kummenti: Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016 CZ Ir-Repubblika Ċeka RA-bi–CZ-1 Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, abjad jew isfar, taħt l-ilma jew f’soluzzjoni, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I), fuq distanzi qosra b’vaguni b’tankijiet. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet għall-kostruzzjoni tal-vaguni b’tankijiet. Il-Kapitolu 6.8, subtaqsima 6.8.2.3, rekwiżiti għall-approvazzjoni tad-disinn għal vaguni b’tankijiet li jġorru NU 1381 (FOSFORU, ABJAD jew ISFAR, TAĦT L-ILMA jew F’SOLUZZJONI, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I). Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport ta’ NU 1381 (FOSFORU, ABJAD jew ISFAR, TAĦT L-ILMa jew F’SOLUZZJONI, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I) bejn l-istazzjonijiet Petrovice u Karviné, fruntiera tal-istati CZ/PL, u Boří Les, f’vaguni b’tankijieti tal-ferroviji, mibnija skont ir-rekwiżiti tal-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali ta’ Oġġetti bil-Ferrovija (SMGS). It-trasport huwa soġġett għal aktar miżuri operattivi meħuda b’mod partikolari fil-livell tal-impriża ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura, u l-fergħat rilevanti tas-Sistema Integrata ta’ Salvataġġ. Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni maħruġa mill-Ministeru tat-Trasport. Data ta’ skadenza: il-1 ta’ Jannar 2014 SE L-Isvezja RA–bi–SE–1 Suġġett: ġarr ta’ skart perikoluż għal postijiet fejn jintremal-iskart perikoluż Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1. Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng. Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż. Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015 Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE DE Il-Ġermanja RA–bii–DE–1 Suġġett: It-trasport lokali taċ-ċjanur tal-idroġenu NU 1051, stabbilizzat, likwidu, li għandu 1 % ilma jew inqas skont il-massa, f’vaguni b’tankijiet tal-ferroviji, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1 tal-Anness II, Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: projbizzjoni fuq it-trasport ta’ NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu b’1 % ilma jew inqas skont il-massa. Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot iddeżinjati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-trasport iseħħ f’vaguni b’tankijiet li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom huma kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza (pereżempju tagħmir ta’ lqugħ għat-taħbit skont it-TE 22). Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettal permezz ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza rilevanti. Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga Nru E 1/97 (ir-raba’ (4) verżjoni emendata), l-Uffiċċju Federali għall-Ferroviji Tmiem il-perjodu ta’ validità: Il-1 ta’ Jannar 2017 DE Il-Ġermanja RA-bii-DE-2 Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta’ NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-ippakkjar I, f’kontenituri fuq il-vaguni. Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-ippakkjar I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-tagħbijiet huma ttrasportati f’kontenituri f’vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10. Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018” |
(3) |
Fl-Anness III, it-Taqsima III.3 hija ssostitwita b’dan li ġej: “III.3. Derogi nazzjonali Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE. Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn IW= Passaġġi interni fuq l-ilma a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii MS= Taqsira għall-Istat Membru nn= numru tal-ordni Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE BG Il-Bulgarija IW–bi–BG–1 Suġġett: Klassifikazzjoni u spezzjoni ta’ bastimenti bunker Referenza għall-Anness III, Taqsima III.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Kapitolu 1.15 Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1.15, Ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni, jesiġu li soċjetà tal-klassifikazzjoni, li se tiġi rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet, għandha twettaq il-proċedura għar-rikonoxximent tagħha speċifikata fit-Taqsima 1.15.2. Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-klassifikazzjoni u l-ispezzjoni ta’ bastimenti bunker għal prodotti petroliferi li joperaw fl-ilmijiet tal-portijiet tax-xmajjar Bulgari jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta’ dawn il-portijiet, imwettqa minn soċjetà tal-klassifikazzjoni li mhijiex rikonoxxuta skont il-Kapitolu 1.15 tal-Anness III, Taqsima III.1 tad-Direttiva 2008/68/KE hija awtorizzata sakemm ma tiġix kompromessa s-sikurezza. Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Наредба № 16 от 20 юни 2006 г. за обработка и превоз на опасни товари по море и по вътрешни водни пътища; Наредба № 4 от 9 януари 2004 г. за признаване на организации за извършване на прегледи на кораби и корабопритежатели (Ordinanza Nru 16 tal-20 ta’ Ġunju 2006 dwar l-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi u l-ġarr tagħhom bil-baħar u bil-passaġġi interni fuq l-ilma; Ordinanza Nru 4 tad-9 ta’ Jannar 2004 dwar ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ta’ eżaminazzjoni ta’ stħarriġ tal-bastimenti u s-sidien tal-bastimenti). Kummenti: Id-deroga tapplika biss għal bastimenti li joperaw fiż-żoni portwali jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta’ dawn il-portijiet. Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018” |