Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0866

    2009/866/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9399) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 314, 1.12.2009, p. 102–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/01/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/866/oj

    1.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/102


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Novembru 2009

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9399)

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/866/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta’ Diċembru 2004, Syngenta Seeds S.A.S. bagħtet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, biex jitqiegħdu fis-suq ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti minn qamħirrun MIR604 (“l-applikazzjoni”).

    (2)

    L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħrajn li fihom jew jikkonsistu mill-qamħirrum MIR604 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    (3)

    Fil-21 ta’ Lulju 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u kkonkludiet li mhuwiex probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew huma prodotti minn qamħirrum MIR604 kif deskritt fl-applikazzjoni (“il-prodotti”) se jkollhom effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimal jew fuq l-ambjent fil-kuntest tal-użi intenzjonati tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib kollu li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub għall-prodotti.

    (5)

    Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għall-prodotti.

    (6)

    Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4).

    (7)

    Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tat-tikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum MIR604. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OMĠ u prodotti oħrajn li mhumiex ikel jew għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OMĠ li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalihom, għandhom jindikaw b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

    (8)

    Bl-istess mod, l-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel jew l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (9)

    L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (10)

    L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (5), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn, jew li fihom l-OMĠ.

    (11)

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà lill-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikoli 9(1) u 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (6).

    (12)

    L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

    (13)

    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

    (14)

    Fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill ma setax jilħaq deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata kemm favur kif ukoll kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Skont dan hi l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

    Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) MIR604, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

    Artikolu 2

    L-awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

    (a)

    ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5.

    (b)

    ikel li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5;

    (ċ)

    prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    L-ittikkettjar

    1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta ta’ u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c).

    Artikolu 4

    Il-Monitoraġġ tal-effetti ambjentali

    1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet imfassla fil-pjan ta’ monitoraġġ.

    Artikolu 5

    Ir-reġistru Komunitarju

    L-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 6

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni se jkun Syngenta Seeds S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Iżvizzera.

    Artikolu 7

    Il-validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 8

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Syngenta Seeds SAS., chemin Hobit 12, BP 27, 31790 Saint-Sauveur, FRANCE.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

    (3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2005-046

    (4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

    (5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

    (6)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


    ANNESS

    (a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    Syngenta Seeds S.A.S.

    Indirizz

    :

    Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza

    F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle – l-Iżvizzera.

    (b)   L-isem u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1)

    Ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5.

    (2)

    Ikel li fih, jew li jikkonsisti minn, jew prodott minn qamħirrun SYN-IR6Ø4-5;

    (3)

    Prodotti għajr ikel u għalf li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor ħlief għall-kultivazzjoni.

    Il-qamħirrum modifikat ġenetikament SYN-IR6Ø4-5, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi proteina modifikata Cry3 A li tipprovdi protezzjoni kontra ċerti pesti koleopterani (Diabrotica spp.). Ġenu pmi, li jippermetti ċ-ċelloli trasformati tal-qamħirrum jutilizzaw il-mannożju bħala l-uniku sors ta’ karbonju, intuża bħala markatur opzjonabbli fil-proċess tal-modifika ġenetika.

    (ċ)   L-ittikkettjar:

    (1)

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

    (2)

    Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti li jissemmew fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5 u fid-dokumenti li jakkumpanjawhom.

    (d)   Il-metodu ta’ investigazzjoni:

    Metodu fil-ħin reali speċifiku għall-avveniment ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni tal-qamħirrum SYN-IR6Ø4-5;

    Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm;

    Il-Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF423 aċċessibli permezz taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Kejl u l-Materjali ta’ Referenza (IRMM) fuq http://www.irmm.jrc.be/html/reference_materials_catalogue/index.htm

    (e)   L-identifikatur uniku:

    SYN-IR6Ø4-5

    (f)   L-informazzjoni mitluba skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    Clearing House tal-Bijosigurtà, Rekord ID: ara [għandu jitlesta meta notifikat]

    (g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fir-rigward tat-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-ġarr tal-prodotti:

    Mhux meħtieġa.

    (h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ:

    Il-pjan ta’ superviżjoni għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    [Ħolqa: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

    (i)   Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għal konsum mill-bniedem:

    Mhux meħtieġa.

    Nota: il-ħoloq għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


    Top