Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0798

    2009/798/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Ottubru 2009 li taħtar membru Olandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 285, 31.10.2009, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/798/oj

    31.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 285/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' Ottubru 2009

    li taħtar membru Olandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2009/798/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

    Wara li kkunsidra l-Proposta tal-Gvern Olandiż,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,

    Billi konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur J.W. VAN DEN BRAAK, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Hija b'dan maħtura membru s-Sinjura J.A. VAN DEN BANDT-STEL, permanent gedelegeerde VNO-NCW te Brussel (Grupp I - Grupp ta' Min Iħaddem), kif indikat mill-Ministru tal-Ekonomija Olandiż, fil-Kumitat Ekonomku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. BILDT


    (1)  ĠU L 269, 28.09.2006, p. 13.


    Top