Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0345

    Kawżi magħquda T-345/19, T 346/19, T-364/19 sa T-366/19, T-372/19 sa T-375/19 u T-385/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Santini et vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – Statut uniku ta’ Membri tal-Parlament Ewropew – Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani – Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet – Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-Membri tal-Parlament nazzjonali Taljani – Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks Membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-Italja – Kompetenza tal-awtur tal-att – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet miksuba – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ regola tad-dritt li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”)

    ĠU C 128, 12.4.2021, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Santini et vs Il-Parlament

    (Kawżi magħquda T-345/19, T 346/19, T-364/19 sa T-366/19, T-372/19 sa T-375/19 u T-385/19) (1)

    (“Dritt istituzzjonali - Statut uniku ta’ Membri tal-Parlament Ewropew - Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-Membri tal-Parlament nazzjonali Taljani - Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks Membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-Italja - Kompetenza tal-awtur tal-att - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet miksuba - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ regola tad-dritt li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”)

    (2021/C 128/39)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Giacomo Santini (Trento, l-Italja) u d-disa’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019, kif ukoll, fir-rigward tar-rikorrent fil-Kawża T-375/19, ta’ dik tat-8 ta’ Mejju 2019, stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Parlament u li jikkonċernaw l-adattament tal-ammont tal-pensjonijiet li jibbenefikaw minnhom ir-rikorrenti wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati), u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’riżultat ta’ dawn l-atti.

    Dispożittiv

    1.

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2.

    Giacomo Santini u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk esposti mill-Parlament Ewropew.


    (1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


    Top