Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0172

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2002 dwar l-estensjoni tal-perjodu tal-validità tad-Deċiżjoni 1999/476/KE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għal deterġenti tal-ħasil (notifikata bid-dokument numru K(2002) 462)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 56, 27.2.2002, p. 32–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2003; Impliċitament imħassar minn 32003D0200

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/172(1)/oj

32002D0172



Official Journal L 056 , 27/02/2002 P. 0032 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta' Frar 2002

dwar l-estensjoni tal-perjodu tal-validità tad-Deċiżjoni 1999/476/KE li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għal deterġenti tal-ħasil

(notifikata bid-dokument numru K(2002) 462)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/172/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-iskema riveduta ta' l-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja [1], u l-aktar l-Artikoli 4 u 6 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jaħseb għall-għoti ta' eko-tikketta għal dawk il-prodotti li jkollhom karatteristiċi li jipermettulu li jikkontribwixxi b' mod sinifikanti fit-tijib dwar ċerti aspetti ambjentali prinċipali.

(2) Fi qbil ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi għall-eko-tikketta skond il-gruppi tal-prodott, waqt li, fi żmien qasir qabel it-tmiem tal-perjodu tal-validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta' prodott, għandu jkun hemm reviżjoni tal-kriterji ta' l-eko-tikketta kif ukoll dwar il-ħtiġiet tal-valutazzjoni u l-verifika marbuta ma' dawn il-kriterji. Dan jista' jwassal biex ikun hemm proposta għal dewmien, irtirar jew inkella reviżjoni.

(3) Bid-Deċiżjoni 1999/476/KE [2] il-Kummissjoni stabbiliet kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għal deterġenti tal-ħasil, li, skond l-Artikolu 3 tiegħu, din tiskadi fl-10 ta' Ġunju 2002.

(4) Wara li tkun saret ir-reviżjoni, qed jitqies bħala xieraq li l-perjodu tal-validità tad-definizzjoni tal-grupp tal-prodott ikun imtawwal, waqt li l-kriterji ekoloġiċi ma jinbidlux għal tmintax-il xahar, l-aktar biex dawk il-kumpanniji li jkunu rċevew l-eko-tikketta jkunu jistgħu jkomplu jużaw din mill-inqas sakemm tkun tlestiet ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni 1999/476/KE.

(5) Il-perjodu tal-validità stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/476/KE għandu għalhekk jitwal.

(6) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perjodu tal-validità stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/476/KE għad-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u għall-kriterji tal-grupp tal-prodott li jkollu n-numru ta' kodiċi amministrattiv 006 qed jitwal sal-31 ta' Diċembru 2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fil-25 ta' Frar 2002.

Ghall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

[2] ĠU L 187, 20.7.1999, p. 52.

--------------------------------------------------

Top