This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R0717-20231025
Commission Regulation (EU) No 717/2014 of 27 June 2014 on the application of Articles 107 and 108 of the Treaty on the Functioning of the European Union to de minimis aid in the fishery and aquaculture sector
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura
02014R0717 — MT — 25.10.2023 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 190 28.6.2014, p. 45) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2020 |
L 414 |
15 |
9.12.2020 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2514 tal-14 ta’ Diċembru 2022 |
L 326 |
8 |
21.12.2022 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2391 tal-4 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
5.10.2023 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 717/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, ħlief għal:
għajnuna li l-ammont tagħha jkun iffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mixtrija jew imqiegħda fis-suq;
Għajnuna mogħtija lill-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, b’mod partikolari għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;
għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi minflok dawk importati;
għajnuna għax-xiri ta’ bastimenti tas-sajd;
għajnuna għall-immodernizzar jew is-sostituzzjoni tal-magni prinċipali jew anċillari tal-bastimenti tas-sajd;
għajnuna għal operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità ta’ bastiment fis-sajd jew għal tagħmir li jżid il-kapaċità ta’ bastiment biex isib il-ħut;
għajnuna għall-bini ta’ bastimenti ġodda tas-sajd jew għall-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd;
għajnuna għall-waqfien permanenti jew temporanju tal-attivitajiet tas-sajd bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 );
għajnuna għas-sajd esploratorju;
għajnuna għat-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju;
għajnuna għar-ripopolazzjoni diretta, dment li ma tkunx prevista b’mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni b’att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni sperimentali.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-punti (d) sa (g) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-impriżi li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat fir-rigward ta’ bastimenti b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti definiti fl-Artikolu 5, il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser l-operazzjonijiet kollha relatati mas-sajd, it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi, kif ukoll attivitajiet f’azjenda agrikola jew abbord meħtieġa għall-preparazzjoni tal-ewwel bejgħ ta’ prodott tal-annimali jew tal-ħxejjex, inkluż it-tqattigħ, l-iffilittjar jew l-iffriżar, u l-ewwel bejgħ lil rivendituri jew lil proċessuri;
“l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser l-operazzjonijiet kollha, inkluż l-immaniġġjar, it-trattament u t-trasformazzjoni, imwettqin wara l-ħin li fih jinżel l-art il-prodott jew jinħasad fil-każ tal-akkwakultura - li jirriżultaw fi prodott ipproċessat, kif ukoll id-distribuzzjoni tiegħu.
“impriżi li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat” tfisser impriżi li għandhom il-post ewlieni ta’ reġistrazzjoni tagħhom f’reġjun ultraperiferiku msemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat u li huma attivi f’dak ir-reġjun.
“Impriża waħda” tinkludi, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, l-intrapriżi kollha li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:
intrapriża waħda jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra;
intrapriża waħda li jkollha d-dritt li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew regolatorju ta' intrapriża oħra;
intrapriża waħda li jkollha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih flimkien ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċċjazzjoni tagħha;
intrapriża waħda, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma' azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew ma' membri tagħha, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża.
L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta' intrapriża waħda jew aktar, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriża waħda.
Artikolu 3
Għajnuna de minimis
Għajnuna pagabbli f’għadd ta’ pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għal skopijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ skont applikabbli fil-mument li tingħata l-għajnuna.
Artikolu 4
Kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross
L-għajnuna inkluża f'self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:
il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta' stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta' stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. Fil-każ ta' impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f'sitwazzjoni paragunabbli ma' klassifikazzjoni ta' kreditu ta' mill-inqas B-; jew
għall-miżuri f’konformità mal-Artiklu 3(2), is-self huwa garantit b’kollateral li jkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self jammonta jew għal EUR 150 000 fuq ħames (5) snin jew għal EUR 75 000 fuq għaxar (10) snin, jew, għall-miżuri f’konformità mal-Artiklu 3(2a), is-self jkun garantit b’kollateral li jkopri mill-anqas 50 % tas-self u s-self jammonta jew għal EUR 200 000 fuq ħames (5) snin jew għal EUR 100 000 fuq għaxar (10) snin; jekk is-self ikun inqas minn dawk l-ammonti jew jingħata għal perjodu iqsar minn ħames (5) jew għaxar (10) snin rispettivament, l-ekwivalenti ta’ għotja gross ta’ dan is-self għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti tal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (2a); jew
l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.
L-għajnuna inkluża f'garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:
il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta' stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, għaliex jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta' stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. Fil-każ ta' impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f'sitwazzjoni paragunabbli ma' klassifikazzjoni ta' kreditu ta' mill-inqas B-; u
għall-miżuri f’konformità mal-Artikolu 3(2), il-garanzija ma taqbiżx it-80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit ma jaqbiżx il-EUR 225 000 u t-tul tal-garanzija jkun ħames (5) snin jew l-ammont garantit ma jaqbiżx il-EUR 112 500 u t-tul tal-garanzija jkun għaxar (10) snin, jew, għall-miżuri f’konformità mal-Artikolu 3(2a), il-garanzija ma taqbiżx it-80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit ma jaqbiżx it-EUR 300 000 u t-tul tal-garanzija jkun ħames snin (5) jew l-ammont garantit ma jaqbiżx il-EUR 150 000 u t-tul tal-garanzija jkun għaxar (10) snin; jekk l-ammont garantit ikun inqas minn dawk l-ammonti jew il-garanzija tkun għal perjodu ta’ inqas minn ħames (5) jew għaxar (10) snin rispettivament, l-ekwivalenti tal-għotja gross għal din il-garanzija għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti tal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (2a); jew
l-ekwivalenti tal-għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew
qabel l-implimentazzjoni,
il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien u aċċettata mill-Kummissjoni bħala konformi mal-Avviż ta' Garanzija, jew kull Avviż ulterjuri, u
li dik il-metodoloġija tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanziji u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Akkumulazzjoni
Artikolu 6
Monitoraġġ
Meta Stat Membru jagħti għajnuna skont l-Artikolu 3(2a), għandu jkollu fis-seħħ reġistru ċentrali ta’ għajnuna de minimis li jkun fih l-informazzjoni kompluta dwar l-għajnuna de minimis kollha mogħtija minn kwalunkwe awtorità f’dak l-Istat Membru. Il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika fil-mument li r-reġistru jkun kopra perjodu ta’ tliet snin fiskali.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Il-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(3)
|
(EUR) |
|
|
Stat Membru |
Ammonti kumulattivi massimi ta’ għajnuna de minimis mogħtija minn kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (1) |
|
Il-Belġju |
4 496 000 |
|
Il-Bulgarija |
760 118 |
|
Iċ-Ċekja |
1 208 000 |
|
Id-Danimarka |
20 688 000 |
|
Il-Ġermanja |
22 208 000 |
|
L-Estonja |
1 572 000 |
|
L-Irlanda |
11 969 529 |
|
Il-Greċja |
25 343 906 |
|
Spanja |
66 336 000 |
|
Franza |
56 551 178 |
|
Il-Kroazja |
6 372 370 |
|
L-Italja |
38 524 000 |
|
Ċipru |
1 324 372 |
|
Il-Latvja |
1 780 000 |
|
Il-Litwanja |
3 328 000 |
|
Il-Lussemburgu |
0 |
|
L-Ungerija |
846 353 |
|
Malta |
4 234 963 |
|
In-Netherlands |
13 633 923 |
|
L-Awstrija |
613 703 |
|
Il-Polonja |
16 532 000 |
|
Il-Portugall |
11 786 313 |
|
Ir-Rumanija |
1 443 731 |
|
Is-Slovenja |
396 000 |
|
Is-Slovakkja |
344 000 |
|
Il-Finlandja |
3 149 148 |
|
L-Iżvezja |
7 544 000 |
|
Ir-Renju Unit f’dak li għandu x’jaqsam mal-Irlanda ta’ Fuq |
1 206 336 |
|
(1)
L-ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis huma bbażati fuq medja ta’ tliet snin tal-fatturat annwali tal-attivitajiet tal-qbid u tal-akkwakultura f’kull Stat Membru, miksuba billi jiġu esklużi l-ogħla entrati u dawk l-aktar baxxi fuq perjodu ta’ ħames snin, dak bejn mill-2014 u l-2018. Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità fl-ippjanar u d-distribuzzjoni tal-għajnuna de minimis għall-produzzjoni primarja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif ukoll ambitu suffiċjenti ta’ azzjoni għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li l-ebda Stat Membru ma għandu jitlef aktar minn 60 % tal-ammont kumulattiv massimu li qabel kien stabbilit b’ dan ir-Regolament. |
|
( *1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).
( *2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
( *3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).