Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0844

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/844 tal-24 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ST/7468/2023/INIT

ĠU L 109I, 24.4.2023, pp. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/844/oj

24.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 109/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/844

tal-24 ta’ April 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Il-Kunsill jibqa’ mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja. Wara aktar minn deċennju, il-kunflitt fis-Sirja għadu ’l bogħod milli jintemm u għadu sors ta’ tbatija u instabbiltà.

(3)

Il-Kunsill jinnota li r-reġim Sirjan qed ikompli jsegwi l-politika ta’ repressjoni tiegħu. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni li għadha tippersisti, il-Kunsill iqis li hu meħtieġ li jżomm u jiżgura l-effettività tal-miżuri restrittivi stabbiliti, billi jkompli jiżviluppahom waqt li jżomm l-approċċ immirat u differenzjat tagħhom, filwaqt li jqis il-kundizzjonijiet umanitarji tal-popolazzjoni Sirjana. Il-Kunsill iqis li ċerti kategoriji ta’ persuni u entitajiet huma ta’ rilevanza partikolari għall-effettività ta’ dawk il-miżuri restrittivi, minħabba l-kuntest speċifiku dominanti fis-Sirja.

(4)

Il-Kunsill ivvaluta li l-milizzji affiljati mar-reġim jappoġġaw lir-reġim Sirjan fil-politiki ta’ repressjoni tiegħu, iwettqu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali f’isem ir-reġim Sirjan u li l-membri tagħhom joħolqu riskju serju ta’ twettiq ta’ aktar ksur bħal dan. F’dawn l-aħħar snin kien hemm żieda fil-kumpanniji tas-sigurtà privati li joperaw fis-Sirja, li jaġixxu bħala kumpanniji fittizji għal milizzji affiljati mar-reġim u jappoġġawhom permezz ta’ attivitajiet bħar-reklutaġġ ta’ membri. Għalhekk, il-Kunsill iqis li huma meħtieġa aktar miżuri restrittivi biex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn membri ta’ milizzji affiljati mar-reġim Sirjan, kif ukoll persuni u entitajiet marbuta ma’ ċerti kumpanniji tas-sigurtà privati li jappoġġaw tali milizzji affiljati mar-reġim, u biex jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għal tali persuni, kif identifikati mill-Kunsill u elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(5)

Il-Kunsill huwa mħasseb ħafna dwar iż-żieda fil-kummerċ tan-narkotiċi li joriġinaw fis-Sirja. Il-Kunsill ivvaluta b’mod partikolari li l-kummerċ fl-amfetamini sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim, u jipprovdilu dħul li jikkontribwixxi għall-kapaċità tiegħu li jżomm il-politiki ta’ repressjoni tiegħu. Il-Kunsill iqis li hu għandu jipprevedi miżuri restrittivi għall-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn ċerti persuni u entitajiet involuti fil-produzzjoni jew it-traffikar ta’ narkotiċi li joriġinaw fis-Sirja, kif identifikati mill-Kunsill u elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, u biex jimponi restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għal tali persuni, sabiex ma jħallihomx jipprovdu appoġġ lir-reġim u biex tiżdied il-pressjoni fuq ir-reġim biex jibdel il-politiki ta’ repressjoni tiegħu. Dawn il-miżuri għandhom ukoll l-għan li jnaqqsu r-riskju li tiġi mminata l-effettività tal-miżuri restrittivi billi jimmiraw il-kapaċità tar-reġim li jirrikorri għal rikavati mill-kummerċ tan-narkotiċi biex ikompli bil-politika ta’ repressjoni tiegħu.

(6)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li 25 persuna u 8 entitajiet jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni):

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“327.

Wasim Badia AL-ASSAD

وسيم بديع الأسد

Data tat-twelid: 18.7.1980;

Post tat-twelid: Qardaha/Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Wasim Badia al-Assad huwa l-kuġin ta’ Bashar al-Assad; għalhekk huwa membru tal-familja Assad.

Wasim Badia al-Assad huwa involut ukoll fil-produzzjoni u fit-traffikar ta’ Captagon. B’mod partikolari, huwa kien involut fil-produzzjoni ta’ Captagon u huwa responsabbli għall-konsenji tad-droga. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

328.

Samer Kamal AL-ASSAD

magħruf ukoll bħala ‘Samir’

سامر كمال الأسد

Data tat-twelid: 19.5.1973;

Post tat-twelid: Qardaha, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Samer Kamal al-Assad huwa membru tal-familja Assad.

Huwa jopera fil-kuntest tal-kummerċ tan-narkotiċi, b’mod partikolari fil-produzzjoni tagħhom. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

329.

Mudar Rifaat AL-ASSAD

magħruf ukoll bħala ‘Rifa’at’

مضر رفعت الأسد

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Mudar Rifaat al-Assad huwa l-kuġin ta’ Bashar al-Assad; għalhekk huwa membru tal-familja Assad.

24.4.2023

330.

Mohammad SHALISH

محمد شاليش

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Mohammad Shalish għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim.

Huwa marbut ma’ operazzjonijiet tad-droga u b’mod aktar speċifiku mal-kummerċ ta’ Captagon fir-reġjun ta’ Lattakia. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

331.

Waseem Omar AL-MASALMA

وسيم عمر المسالمة

Data tat-twelid: 27.8.1981

Post tat-twelid: Bosra Al-Sham/Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Waseem Omar al-Masalma huwa mexxej ta’ milizzja affiljata mar-reġim.

Waseem Omar al-Masalma huwa involut fil-kummerċ ta’ Captagon immexxi mir-reġim fin-Nofsinhar tas-Sirja, speċjalment f’Deraa. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

332.

Amer Tayseer KHITI

عامرتيسير خيتي

Data tat-twelid: 31.7.1980;

Post tat-twelid: Douma/Rif Dimashq Governorate/Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Amer Tayseer Khiti huwa negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja b’interessi fil-proprjetà immobbli, fil-kostruzzjoni u fl-industrija. Għandu rabtiet mill-qrib mal-familja Assad. Huwa sostenitur tal-president al-Assad u organizza dimostrazzjonijiet għalih.

Amer Tayseer Khiti huwa involut ukoll f’operazzjonijiet ta’ kuntrabandu ta’ Captagon u xtara proprjetajiet immobbli sabiex jinvesti f’faċilitajiet ta’ imballaġġ li jintużaw għall-kuntrabandu tad-droga. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

333.

Abdellatif HAMID

magħruf ukoll bħala ‘Hamida’

عبد اللطيف حميدة

Data tat-twelid: 1.12.1977;

Post tat-twelid: Aleppo, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Abdellatif Hamid għandu rabtiet mill-qrib mal-familja Assad.

Abdellatif Hamid huwa s-sid ta’ fabbrika f’Aleppo li ġiet implikata fil-produzzjoni u fit-traffikar ta’ Captagon. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

334.

Nouh ZAITER

Noah ZAITER

Noah ZAYTAR

نوح زعيتر

Data tat-twelid: 1977;

Post tat-twelid: Zahle, Lebanon;

Nazzjonalità: Libaniża;

Sess: raġel

Nouh Zaiter huwa assoċjat mal-membri tal-familja Assad.

Huwa involut fit-traffikar ta’ Captagon fil-Libanu u fis-Sirja. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

335.

Taher AL-KAYALI

طاهر الكيالي

Data tat-twelid: 13.12.1959;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel.

Taher Al-Kayali huwa negozjant Sirjan li għandu diversi kumpaniji fosthom Neptunus LLC.

Permezz tal-kumpaniji tiegħu, huwa involut fil-produzzjoni u fit-traffikar ta’ Captagon, speċjalment f’termini ta’ trasport mill-port ta’ Latakia. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

336.

Imad Abu ZUREIQ

Emad Abu ZURAIQ

Imad Abu ZREIK

عماد أبو زريق

Data tat-twelid: 1982;

Post tat-twelid: Nasib, Daraa (Syria);

Nazzjonalità: Sirjana;

Post suspettat: Daraa, Syria;

Sess: raġel

Imad Abu Zureiq huwa membru ewlieni ta’ milizzja affiljata mar-reġim fil-Lbiċ tas-Sirja li tirrapporta direttament lill-fergħa tas-Sigurtà Militari tar-reġim Sirjan.

Bħalissa l-milizzja tiegħu tapprofitta mill-ekonomija tal-gwerra, inkluż it-traffikar ta’ Captagon. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

337.

Mustafa AL-MASALMAH

magħruf ukoll bħala Mustafa AL-KASAM/QASIM

مصطفى المسالمة/الكسم

Nazzjonalità: Sirjana;

Post suspettat: Daraa Al-Balad, Syria

Sess: raġel

Mustafa al-Masalmah imexxi milizzja affiljata mar-reġim li tirrapporta direttament lill-fergħa tas-Sigurtà Militari tar-reġim Sirjan.

Bħalissa l-milizzja tiegħu tapprofitta mill-ekonomija tal-gwerra, inkluż it-traffikar tad-droga sintetika Captagon. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu.

Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah, u huwa assoċjat miegħu.

24.4.2023

338.

Hassan Muhammad DAQQOU

حسن محمد دقو

Data tat-twelid: 1.2.1985;

Post tat-twelid: Tfail, Lebanon;

Nazzjonalità: Sirjana/Libaniża;

Sess: raġel

Hassan Muhammad Daqqou għandu rabtiet mill-qrib mar-Raba’ Diviżjoni tal-Armata Sirjana. Daqqou stabbilixxa network wiesa’ tat-traffikar tad-droga fil-Libanu u fis-Sirja u bena impjanti tal-manifattura ta’ Captagon qrib il-fruntiera Sirjana-Libaniża. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

339.

Jihad BARAKAT

جهاد بركات

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Qardahah/Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Jihad Barakat huwa, permezz taż-żwieġ, assoċjat mal-familja Assad.

Huwa wkoll mexxej ta’ milizzja affiljata mar-reġim u għad għandu funzjonijiet differenti militari u ta’ intelligence għar-reġim.

24.4.2023

340.

Raji FALHOUT

راجي فلحوط

Data tat-twelid: 3.10.1985;

Post tat-twelid: Atil, Syria;

Pożizzjoni: Mexxej tal-milizzja affiljata mar-reġim Sirjan;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Raji Falhout imexxi milizzja li hija assoċjata mal-Intelligence Militari Sirjana.

Raji Falhout huwa involut ukoll fit-traffikar tad-droga marbut ma’ Captagon. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

341.

Muhammad ABDO ASSAAD

magħruf ukoll bħala Asa’ad

محمد عبده أسعد

Data tat-twelid: 19.7.1975;

Post tat-twelid: Ain Tineh, Damascus Countryside, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Indirizz: Assaad Building, Main Street, Ain Tineh, Damascus Countryside;

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Missier: Abdo Assaad

Sess: raġel

Muhammad Abdo Assaad huwa l-mexxej tal-milizzja Hosn al-Watan, li ġġieldet f’isem ir-reġim Sirjan.

Dan l-aħħar, waqqaf l-Aman for Protection and Security LLC, li toffri servizzi tas-sigurtà privati u topera bħala kumpannija fittizja għall-milizzja Hosn al-Watan. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

342.

Samer AL-DIBIS

سامر الدبس

(magħruf ukoll bħala Samer AL-DIBS, Samir)

Data tat-twelid: 30.3.1962;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Indirizz: Naher Street, Rawda, Damascus, Syria;

Sess: raġel;

Samer al-Dibis huwa negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja, attiv f’diversi setturi tal-ekonomija, speċjalment fl-industrija tal-kimika u fil-proprjetà immobbli. Huwa membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill tan-Negozju Sirjan-Ċiniż u l-president tal-Kamra tal-Industrija ta’ Damasku u taż-Żona Rurali ta’ Damasku. Huwa wkoll membru tal-Parlament u assoċjat mill-qrib ta’ Maher al-Assad. F’dawn il-funzjonijiet Samer al-Dibis jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

343.

Ali Najib IBRAHIM

علي نجيب إبراهيم

(magħruf ukoll bħala Ali Najeeb IBRAHIM)

Data tat-twelid: 1991;

Pożizzjoni: negozjant;

Nazzjonalità: Sirjana;

Indirizz: Al-Malki, Damascus, Syria;

Sess: raġel

Ali Najib Ibrahim huwa negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja, attiv ukoll fis-settur tat-telekomunikazzjoni. Huwa s-sid ta’ diversi kumpaniji fittizji, li ġew marbuta mar-reġim Sirjan f’tentattivi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

344.

Jamal ISMAIL

magħruf ukoll bħala Ismael

جمال إسماعيل

Nazzjonalità: Sirjana;

Entitajiet assoċjati: Military Intelligence Directorate;

Sess: raġel

Jamal al-Ismail kien il-kmandant tal-Branch 227 tal-Military Intelligence Directorate tar-reġim Sirjan fit-13 ta’ April 2013, meta l-unità tiegħu qatlet mill-inqas 41 persuna ċivili fil-belt ta’ Tadamon (il-“massakru ta’ Tadamon”). Huwa għalhekk responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

24.4.2023

345.

Jamal AL-KHATIB

جمال الخطيب

Entitajiet assoċjati: Military Intelligence Directorate

Jamal al-Khatib kien uffiċjal kmandant tal-Branch 227 tal-Military Intelligence Directorate tar-reġim Sirjan fit-13 ta’ April 2013, meta pparteċipa fil-qtil ta’ mill-inqas 41 persuna ċivili fil-belt ta’ Tadamon (il-“massakru ta’ Tadamon”). Huwa għalhekk responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

24.4.2023

346.

Osama AL-MALIKI

magħruf ukoll bħala Usama

أسامة المالكي

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Damascus, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Indirizz: Villa 98, Sharqiyyat, Jazira al-Khamisa, Qura al-Assad, Damascus Coutryside, Syria;

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Missier: Mohammad al-Maliki – محمد المالكي

Sess: raġel

Osama al-Maliki huwa sid maġġoritarju ta’ Al-Jabal Security and Protection LLC. Al-Jabal Security and Protection LLC taġixxi bħala kumpannija fittizja biex ikunu jistgħu jitkomplew l-attivitajiet tal-milizzja Saraya al-Areen 313, milizzja affiljata mar-reġim. Għalhekk, Osama al-Maliki jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

347.

Fadi SAQR

فادي أحمد

(magħruf ukoll bħala Fady SAKR, Fadi SAQER, Fadi SAQIR)

Data tat-twelid: 1975

Post tat-twelid: Jablah, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Sess: raġel

Fadi Saqr huwa mexxej tal-milizzja tan-“National Defense Forces” (NDF) f’Damasku li ilha tiġġieled f’isem ir-reġim sa minn tal-inqas l-2012. Għalhekk, Fadi Saqr huwa membru ta’ milizzja affiljata ma’ reġim.

Fadi Saqr kien parti mil-linja ta’ kmand fil-massakru ta’ mill-inqas 41 persuna ċivili fil-belt ta’ Tadamon fit-13 ta’ April 2013 (il-“massakru ta’ Tadamon”). Huwa għalhekk responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

24.4.2023

348.

Ahmad Ali TAHER

احمد علي طاهر

Data tat-twelid: 1982;

Nazzjonalità: Sirjana;

Indirizz: Damascus, Mazze, Western Villas, Saraya 36 Building, 3rd Floor;

Individwi assoċjati: Ħu: Khodr Taher;

Entitajiet assoċjati: Castle Security and Protection LLC;

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Missier: Ali Taher;

Sess: raġel

Ahmad Ali Taher għandu ishma f’Castle Security and Protection LLC, li topera bħala kumpannija fittizja għar-Raba’ Diviżjoni tal-Armata Għarbija Sirjana, immexxija minn Maher al-Assad. Għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

349.

Amjad YOUSSEF

magħruf ukoll bħala Yusuf, Yousef

أمجد يوسف

Nazzjonalità: Sirjana

Sess: raġel

Amjad Youssef huwa Uffiċjal tal-Mandat fid-Direttorat tal-Intelligence Militari Sirjana.

Huwa kien membru tal-Branch 227 tad-Direttorat tal-Intelligence Militari tar-reġim Sirjan fit-13 ta’ April 2013, meta pparteċipa fil-qtil ta’ mill-inqas 41 persuna ċivili fil-belt ta’ Tadamon (il-“massakru ta’ Tadamon”). Huwa għalhekk responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

24.4.2023

350.

Osama RAMADAN

magħruf ukoll bħala Usama

أسامة رمضان

Data tat-twelid: 1973;

Nazzjonalità: Sirjana;

Indirizz: Damascus, Mazze, Western Villas, Saraya 36 Building, 3rd Floor;

Soċju tan-Negozju:: Ahmad Ali Taher;

Entitajiet assoċjati: Castle Security and Protection LLC;

Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Missier: Hassan Ramadan;

Sess: raġel

Osama Ramadan għandu ishma f’Castle Security and Protection LLC, li topera bħala kumpannija fittizja għar-Raba’ Diviżjoni tal-Armata Għarbija Sirjana, immexxija mill-Maher al-Assad. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023

351.

Ali Mhanna SULEIMAN

علي مهنا سليمان

Data tat-twelid: 1987;

Post tat-twelid: Al-Raml, Kherbet Maaza, Tartus, Syria;

Nazzjonalità: Sirjana;

Indirizz: Tartus, Khirbit Maaza, 36th Estate, Ghaya Estate Area;

Numru tal-identità nazzjonali: 10040018920;

Isem il-missier: Mhanna;

Isem l-omm: Insaf;

Sess: raġel

Ali Suleiman kien il-mexxej tas-Sahab Regiment, diviżjoni tal-Armata Għarbija Sirjana magħrufa bħala “Tiger Forces”. Huwa assoċjat mill-qrib ma’ Suhayl Hassan. Huwa kien involut fil-finanzjament tar-reġim, inkluż permezz tal-kuntrabandu tal-fjuwil. Huwa jibbenefika wkoll mill-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim, bħal pereżempju minn opportunitajiet fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.

24.4.2023”

(2)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima B (entitajiet):

 

Isem

Informazzjoni ta’identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“83.

Fourth Armoured Division of the Syrian Army

الفرقة الرابع

Post tar-reġistrazzjoni: Damascus;

Post prinċipali tan-negozju: Syrian regime territory in Syria;

Individwi assoċjati: Maher al-Assad, Ghassan Belal

Ir-Raba’ Diviżjoni Armata hija waħda mill-aktar unitajiet militari prominenti tal-armata Sirjana mmexxija minn Maher al-Assad u kkmandata minn Ghassan Bilal.

Ir-Raba’ Diviżjoni Armata hija responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili.

Ir-Raba’ Diviżjoni Armata tagħmel profitt ukoll mill-ekonomija tal-gwerra, speċjalment it-traffikar ta’Captagon. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk, ir-Raba’ Diviżjoni Armata tibbenefika mir-reġim u tappoġġah.

24.4.2023

84.

Neptunus LLC/Neptune LLC company

شركة نبتونوس المحدودة المسؤولية

نبتونس أوفرسيز المحدودة

Post tar-reġistrazzjoni: Lattakia, Syria;

Data tar-reġistrazzjoni: 2017

Neptunus LLC hija involuta f’operazzjonijiet ta’ drogi fil-port ta’ Latakia. Għalhekk, Neptunus LLC tibbenefika mir-reġim u tappoġġah.

Neptunus LLC twaqqfet b’mod konġunt minn Taher Al-Kayali.

24.4.2023

85.

Areen foundation/مؤسسة العرين

Post tar-reġistrazzjoni: Syria;

Data tar-reġistrazzjoni: 1999;

Post prinċipali tan-negozju: Syria;

Individwi assoċjati: Asma al-Assad (mart Bashar al-Assad u Direttur)

Il-fondazzjoni al-Areen tippreżenta ruħha bħala fondazzjoni tal-karità, iżda hija affiljata mill-qrib mal-milizzji tar-reġim Sirjan.

Il-fondazzjoni al-Areen hija mmexxija minn mart il-President, Asma Al-Assad.

Il-fondazzjoni qed twassal l-għajnuna f’konformità mal-politiki u l-prijoritajiet tar-reġim, u għalhekk tibbenefika mir-reġim u tappoġġah.

24.4.2023

86.

Stroytransgaz/Стройтрансгаз

Informazzjoni oħra:

Stroytransgaz Group

Stroytransgaz (STG) Logistic,

Stroytransgaz (STG) Engineering,

STG Engineering

Stroytransgaz hija kumpannija Russa tal-inġinerija u tal-kostruzzjoni li topera fis-Sirja, li fost affarijiet oħra ħadet il-kontroll tal-akbar minjieri tal-fosfat fis-Sirja.

Għalhekk Stroytransgaza tibbenefika mir-reġim Sirjan u tappoġġah.

24.4.2023

87.

Gecopham, the General Company for Phosphate and Mines

الشركة العامة للفوسفات و المناجم

Indirizz: Palmyra Road, Homs, Syrian Arabic Republic;

Telefown: 00963312751122;

Email: info@gecopham.sy;

Maniġer Ġenerali: Younes Ramadan

Gecopham hija kkontrollata mill-Ministeru Sirjan għaż-Żejt Petroleum u r-Riżorsi Minerali u tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. Għalhekk tappoġġa r-reġim.

24.4.2023

88.

Al-Jabal Security and Protection LLC

شركة الجبل لخدمات الحماية والحراسة

Indirizz: F6XR+495, Malek Bin Rabeaa, Damascus, Syria;

Tip ta’ entità: Kumpannija b’Responsabbiltà Limitata;

Post tar-reġistrazzjoni: Damascus;

Data tar-reġistrazzjoni: 19.10.2017;

Post prinċipali tan-negozju: Damascus, Syria;

Individwi assoċjati: Osama Mohammad al-Maliki

Al-Jabal Security and Protection LLC hija proprjetà ta’ u ġestita minn Osama al-Maliki.

Al-Jabal Security and Protection LLC taġixxi bħala kumpannija fittizja biex tippermetti li jitkomplew l-attivitajiet tal-milizzja Saraya al-Areen 313, milizzja affiljata mar-reġim. Għalhekk Al-Jabal Security and Protection LLC tibbenefika mir-reġim u tappoġġah.

24.4.2023

89.

Castle for Security and Protection LLC

شركة القلعة للحماية والحراسة والخدمات الأمني

magħrufa wkoll bħala Castle Security and Protection LLC, Citadel for Security and Protection

Indirizz:Saraya Roundabout, Western Villas, Mazze, Damascus, Syria;

Tip ta’ entità: Kumpannija b’Responsabbiltà Limitata;

Post tar-reġistrazzjoni: Damascus, Syria;

Data tar-reġistrazzjoni: 18.10.2017;

Numru tar-reġistrazzjoni:

Post prinċipali tan-negozju: Damascus, Syria;

Informazzjoni oħra: Settur: Militia turned Security Company;

Nru tat-telefown: +963116119331; +963943800808

Castle for Security and Protection LLC hija kumpannija privata, li taġixxi bħala kumpannija fittizja għar-Raba’ Diviżjoni tal-Armata Għarbija Sirjana, immexxija minn Maher al-Assad.

Castle for Security hija involuta wkoll fit-traffikar tan-narkotiċi. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Għalhekk tibbenefika mir-reġim u tappoġġah.

24.4.2023

90.

Aman for Protection and Security LLC

شركة أمان للحماية والحراسة الأمنية

Indirizz: Damascus Countryside;

Tip ta’ entità: Kumpannija b’Responsabbiltà Limitata;

Post tar-reġistrazzjoni: Damascus Countryside;

Data tar-reġistrazzjoni: 10.10.2018;

Numru tar-reġistrazzjoni: 2906;

Post prinċipali tan-negozju: Damascus Countryside, Syria;

Individwi assoċjati: Muhammad Abdo Assad

Aman for Protection and Security LLC hija kumpannija tas-sigurtà privata, li taġixxi bħala kumpannija fittizja għall-milizzja Hosn al-Watan, imwaqqfa minn Muhammad Abdo Assaad. Għalhekk tibbenefika mir-reġim u tappoġġah.

24.4.2023”


Top