This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31958R0001(01)
Regulation No 1 determining the languages to be used by the European Atomic Energy Community
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea ta' l-Enerġija Atomika
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea ta' l-Enerġija Atomika
ĠU 17, 6.10.1958, pp. 401–402
(DE, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
01/07/2013
Official Journal 017 , 06/10/1958 P. 0401 - 0402
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0016
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0016
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0010
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0010
Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea ta' l-Enerġija Atomika IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÁ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA, Waqt li kkunsidra l-Artikolu 190 tat-Trattat, fit-termini ta' liema r-reġim lingwistiku ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitá hu stabbilit, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Qorti tal-Ġustizzja, mil-Kunsill li jiddelibera b'unanimitá, waqt li kkunsidra li erba' ilsna ġo liema t-Trattat hu miktub huma rikonoxxuti bħala ilsna uffiċjali, kull wieħed fi wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-Komunitá, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 L-ilsna uffiċjali u l-ilsna tax-xogħol ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità huma l-ilsien Franċiż, l-ilsien Taljan, l-ilsien Olandiż u l-ilsien Ġermaniż. Artikolu 2 It-testi, maħsubin għall-istituzzjonijiet minn Stat Membru jew minn persuna li tappartjeni għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, huma miktubin, permezz ta' l-għażla ta' min jagħmilhom, f'waħda miż-żewġ ilsna uffiċjali. It-tweġiba hi miktuba fl-istess ilsien. Artikolu 3 It-testi, maħsubin mill-istituzzjonijiet għal Stat Membru jew għal persuna li tappartjeni għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, huma miktubin fl-ilsien ta' dak l-Istat. Artikolu 4 Ir-Regolamenti u t-testi oħrajn li għandhom skop ġenerali huma miktubin fl-erba' ilsna uffiċjali. Artikolu 5 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet hu ppubblikat fl-erba' ilsna uffiċjali. Artikolu 6 L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-modi ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-reġim lingwistiku fir-regolamenti interni proprji. Artikolu 7 Ir-reġim lingwistiku tal-proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja hu stabbilit fir-Regolament tal-proċedura ta' l-istess. Artikolu 8 Fir-rigward ta' l-Istati Membri ġo liema jeżistu aktar minn ilsien uffiċjali wieħed, l-użu ta' l-ilsien għandu jiġi stabbilit, fuq it-talba ta' l-Istat interessat, skond ir-regoli ġenerali li jirriżultaw mil-leġislazzjoni ta' dak l-Istat. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-15 ta' April 1958. Għall-Kunsill Il-President R. Motz --------------------------------------------------