EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0346

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM/2021/346 final

Brussell, 30.6.2021

COM(2021) 346 final

2021/0170(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 280 final} - {SWD(2021) 168 final} - {SWD(2021) 169 final}


WERREJ

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI    3

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA3

Raġunijiet u objettivi tal-proposta3

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE5

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ6

Bażi ġuridika6

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)7

Proporzjonalità8

Għażla tal-istrument8

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT8

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti8

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati9

Ġbir u użu ta’ għarfien espert11

Valutazzjoni tal-impatt11

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni13

Drittijiet fundamentali14

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI15

5.ELEMENTI OĦRA15

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar15

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta15

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL    dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill    

KAPITOLU I    32

Dispożizzjonijiet ġenerali    32

KAPITOLU II    35

Rekwiżiti tas-sikurezza    35

KAPITOLU III    37

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi    37

Taqsima 1    37

Taqsima 2    43

KAPITOLU IV    44

Swieq online    44

KAPITOLU V    46

Sorveljanza u implimentazzjoni tas-suq    46

KAPITOLU VI    47

Sistema ta’ twissija rapida Safety Gate    47

KAPITOLU VII    48

Rwol tal-Kummissjoni u koordinazzjoni tal-infurzar    48

KAPITOLU VIII    51

Dritt għall-informazzjoni u għal rimedju    51

KAPITOLU IX    53

Kooperazzjoni internazzjonali    53

KAPITOLU X    54

Dispożizzjonijiet finanzjarji    54

KAPITOLU XI    57

Dispożizzjonijiet finali    57

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA    62

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta għal Regolament dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur hija konformi mal-Aġenda tal-Konsumatur il-Ġdida tal-2020 1 li għandha l-għan li: (i) taġġorna u timmodernizza l-qafas ġenerali għas-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur li mhumiex tal-ikel; (ii) tippreserva r-rwol tagħha bħala xibka ta’ sikurezza għall-konsumaturi; (iii) tadatta d-dispożizzjonijiet għall-isfidi maħluqa minn teknoloġiji ġodda u mill-bejgħ online; u (iv) tiżgura kundizzjonijiet ekwi għan-negozji. Filwaqt li l-proposta se tissostitwixxi d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti 2 (“DSĠP”), din se tkompli tapplika għall-prodotti manifatturati għall-konsumatur li mhumiex tal-ikel. Ir-Regolament propost se jipprovdi wkoll kontinwità mad-DSĠP billi: (i) jeħtieġ li l-prodotti għall-konsumatur ikunu “sikuri”; (ii) jistabbilixxi ċerti obbligi għall-operaturi ekonomiċi; u (iii) ikun fih dispożizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ standards b’appoġġ għar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali. Jallinja wkoll ir-regoli tas-sorveljanza tas-suq għall-prodotti li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni (“prodotti mhux armonizzati”) ma’ dawk li japplikaw għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni (“prodotti armonizzati”) kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1020. Għalhekk, ir-Regolament propost għandu l-għan li jaġġorna r-regoli attwalment stabbiliti fid-Direttiva 2001/95/KE biex jiżgura xibka ta’ sikurezza għall-prodotti kollha, u, fl-istess ħin, li jiżgura li r-reġim jipprovdi konsistenza akbar bejn prodotti armonizzati u mhux armonizzati.

Diġà fl-2011, l-Att dwar is-Suq Uniku 3 identifika r-reviżjoni tad-DSĠP u tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 4 bħala azzjonijiet ewlenin “biex titjieb is-sigurtà tal-prodotti li jduru mal-UE permezz ta’ koerenza aħjar u infurzar tar-regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq”. Tali reviżjoni ġiet proposta fl-2013 f’pakkett li jinkludi r-reviżjoni taż-żewġ strumenti legali, bl-għan li jiġi introdott qafas leġiżlattiv uniku għal prodotti armonizzati u mhux armonizzati. Ġie kkunsidrat li t-trikkib tar-regoli tas-sorveljanza tas-suq u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti f’diversi biċċiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE (id-DSĠP, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur) wassal għal konfużjoni fost l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali u fixkel serjament l-effettività tal-attività tas-sorveljanza tas-suq fl-UE. Il-pakkett propost weħel fin-negozjati għall-adozzjoni tiegħu u ġie rtirat. Sadanittant, fl-2017, b’segwitu għall-Komunikazzjoni tal-2015 Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji 5 , il-Kummissjoni adottat proposta biex tirrevedi r-Regolament (KE) 765/2008 biex issaħħaħ il-konformità tal-prodotti u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti, bħala parti mill-“pakkett dwar il-prodotti”, eż. pakkett ta’ inizjattivi biex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq uniku għall-merkanzija. Fl-2019, dan wassal għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1020 6 .

     Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 7

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti u l-infurzar tagħha. Il-proposta tfittex li tippermetti kooperazzjoni aħjar fost l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq. Għal dak il-għan, timmira li tiċċara l-proċeduri għall-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka bejniethom, u, għal xi kategoriji ta’ prodotti, se tirrikjedi li l-manifatturi mhux tal-UE jaħtru persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità. Il-proposta tkopri s-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti mhux tal-ikel (“prodotti industrijali”) li t-tqegħid tagħhom fis-suq uniku huwa soġġett għal atti ta’ armonizzazzjoni tal-UE. Hija applikabbli, ħlief għall-Kapitolu VII, għal prodotti armonizzati biss.

Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza bejn ir-reġimi għal prodotti armonizzati u mhux armonizzati, din il-proposta tadotta u tadatta għadd ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament 2019/1020, bħall-Kapitoli IV, V u VI dwar is-sorveljanza tas-suq u l-Artikolu 4.

Id-Deċiżjoni 768/2008/KE 8

Id-Deċiżjoni 768/2008/KE tistabbilixxi prinċipji u proċeduri komuni li l-leġiżlazzjoni tal-UE trid issegwi meta jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fl-UE u fiż-ŻEE. Dan jinkludi rekwiżiti ta’ referenza li għandhom jiġu inkorporati kull meta tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti. Fil-fatt, hija mudell għal-leġiżlazzjoni futura dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti.

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni għall-prodotti armonizzati u mhux armonizzati, din il-proposta tieħu xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 768/2008/KE, bħal dawk dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi.

Ir-Regolament (UE) 1025/2012 9

Ir-Regolament (UE) 1025/2012 jipprovdi bażi ġuridika biex jintużaw standards Ewropej għall-prodotti u s-servizzi, jiġu identifikati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT, u jiġi ffinanzjat il-proċess Ewropew ta’ standardizzazzjoni. Dan jistabbilixxi wkoll obbligu għall-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (CEN, CENELEC, ETSI) u għall-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni dwar it-trasparenza u l-parteċipazzjoni.

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-reġim ġenerali għall-istandardizzazzjoni kif previst fir-Regolament (UE) 1025/2012, din il-proposta tipprevedi għadd ta’ emendi għar-Regolament (UE) 1025/2012 biex jiġi adattat għall-karatteristiċi speċifiċi tar-regolament propost, b’mod partikolari għall-fatt li dan ir-Regolament jeħtieġ l-adozzjoni tar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi u għall-fatt li l-istandards adottati skont dan ir-regolament ma jistgħux jiġu assimilati ma’ standards armonizzati u għaldaqstant huma indikati bħala “standards Ewropej”.

Id-Direttiva (UE) 2019/771 10

Id-Direttiva 2019/771 tintroduċi regoli dwar il-konformità tal-oġġetti, rimedji fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità u kif isir użu minn dawk ir-rimedji.

Il-proposta tipprovdi rimedji speċifikament għal prodotti perikolużi li ġew irtirati mis-suq. Din is-sitwazzjoni partikolari tiġġustifika li jkun hemm sett ta’ regoli li huma parzjalment differenti u aktar faċli biex jiġu attivati, b’mod partikolari minħabba li l-konsumatur ma għandux għalfejn juri n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott. Dawn ir-regoli huma applikabbli biss jekk il-prodotti jiġu rtirati. Għalhekk, dawn ma jemendawx id-Direttiva 2019/771 iżda jżidu biss protezzjoni addizzjonali fil-każ ta’ rtirar.

Ir-Regolament (UE) 2019/881 11

L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jintroduċi qafas ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà madwar l-UE għall-prodotti, is-servizzi u l-proċessi tal-ICT. Madankollu, dan ma jinkludix rekwiżiti legali minimi taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT. Din il-proposta tiċċara li r-riskji taċ-ċibersigurtà li għandhom impatt fuq is-sikurezza tal-konsumaturi huma koperti mill-kunċett ta’ sikurezza skont ir-Regolament propost.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE

L-inizjattivi li ġejjin li jinsabu għaddejjin jew li huma ppjanati fil-livell tal-UE għandhom rwol importanti għas-sikurezza tal-prodotti:

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA), adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta’ Diċembru 2020 12 , għandu l-għan li jirregola r-responsabbiltajiet tal-fornituri ta’ servizzi intermedjarji online, inklużi pjattaformi online bħall-midja soċjali u s-swieq online, fir-rigward ta’ kontenut, oġġetti jew servizzi illegali offruti mill-utenti tagħhom. Dik il-proposta tistabbilixxi għadd ta’ obbligi ta’ diliġenza dovuta għall-pjattaformi online rilevanti għar-regolament propost, inkluża l-introduzzjoni tal-prinċipju tat-“traċċabbiltà tal-kummerċjanti” u l-obbligu li titqies il-liġi dwar is-sikurezza tal-prodotti fl-istruttura tal-interfaċċa (l-Artikolu 22). Id-DSA tkopri t-tipi kollha ta’ kontenut illegali, kif definit mid-dritt nazzjonali jew tal-UE, inkluż il-bejgħ ta’ prodotti perikolużi online. Peress li d-DSA huwa strument leġiżlattiv ta’ applikazzjoni ġenerali, dan ma jinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi li jindirizzaw tali tip ta’ kontenut. Id-DSA jistabbilixxi wkoll il-qafas għall-proċedura ta’ avviż u azzjoni (l-Artikolu 14). Ir-regolament propost jispeċifika ċerti obbligi għas-swieq online fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti.

Il-proposta leġiżlattiva dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA) tistabbilixxi regoli armonizzati għat-tqegħid fis-suq, it-tqegħid fis-servizz u l-użu ta’ sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali fl-UE. Ir-regoli jeħtieġ li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi pubbliċi, b’mod partikolari dwar is-saħħa u s-sikurezza, u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tan-nies. Din tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi li magħhom is-sistemi tal-IA ta’ riskju għoli jridu jikkonformaw u timponi obbligi fuq il-fornituri u l-utenti ta’ tali sistemi.

Din il-proposta tqis dawn id-dispożizzjonijiet u tipprovdi xibka ta’ sikurezza għall-prodotti u r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta dwar l-IA.

L-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi adottata f’Ottubru 2020 13 tindika l-fatt li l-użu diġà mifrux tas-sustanzi kimiċi se jiżdied, inkluż fil-prodotti għall-konsumatur, u li huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-aktar sustanzi kimiċi ta’ ħsara fil-prodotti għall-konsumatur biex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom. Ir-Regolament REACH 14 introduċa obbligi għall-industrija biex tivvaluta u timmaniġġja r-riskji kkawżati mis-sustanzi kimiċi u tipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-sikurezza għall-utenti tagħhom. Dan jipprevedi wkoll restrizzjonijiet għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent minn riskji inaċċettabbli kkawżati mis-sustanzi kimiċi. Din il-proposta żżomm xibka ta’ sikurezza għar-riskji kimiċi fi prodotti mhux koperti minn leġiżlazzjoni speċifika.

Il-pjan ta’ azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari adottat f’Marzu 2020 15 għandu l-għan li jnaqqas l-iskart permezz tal-użu mill-ġdid, it-tiswija, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja - b’mod partikolari fir-rigward ta’ materja prima sekondarja fejn jistgħu jippersistu sustanzi perikolużi - u jiddikjara li s-sikurezza tal-prodotti trid titqies bħala objettiv primarju. Din il-proposta tirrikonoxxi li, meta l-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet jiffaċċjaw għażla ta’ azzjonijiet korrettivi, l-aktar azzjoni sostenibbli (jiġifieri dik bl-inqas impatt ambjentali) jenħtieġ li tkun ippreferuta, sakemm ma tirriżultax f’livell aktar baxx ta’ sikurezza.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għar-Regolament propost hija l-Artikolu 114 tat-TFUE, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-Artikolu 169 16 . L-objettiv tiegħu huwa li jiżgura s-sikurezza tal-prodotti u jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Fl-istess ħin, għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, billi jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi Ewropej u jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni 17 .

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

Il-proposta tarmonizza r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott fl-UE. L-iżgurar tas-sikurezza tal-prodotti fis-suq uniku ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-prodotti jiċċirkolaw liberament fis-suq uniku kollu. Meta prodott perikoluż jiġi identifikat f’ċertu pajjiż, huwa probabbli ħafna li l-istess prodott jista’ jinstab fi Stati Membri oħra wkoll, mhux l-inqas minħabba t-tkabbir esponenzjali tal-bejgħ online.

Regoli differenti dwar is-sikurezza tal-prodotti fil-livell nazzjonali jistgħu joħolqu kostijiet mhux uniformi għan-negozji biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti, u għalhekk jistgħu jikkawżaw distorsjonijiet fil-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

Sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi, l-UE trid tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. Jekk pajjiżi differenti jkollhom regoli differenti, il-konsumaturi ma jkunux protetti kontra prodotti perikolużi bl-istess mod madwar l-UE.

Sabiex tkun effettiva, is-sorveljanza tas-suq trid tkun uniformi madwar l-UE. Jekk is-sorveljanza tas-suq tkun inqas b’saħħitha f’xi partijiet tal-UE, jinħolqu punti dgħajfa. Dawn jheddu l-interess pubbliku, joħolqu kundizzjonijiet kummerċjali inġusti u jħeġġu l-għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni (“forum shopping” 18 ).

L-azzjoni fil-livell tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti għal prodotti mhux armonizzati għandha l-valur miżjud li ġej:

Regoli u standards komuni għas-sikurezza tal-prodotti fil-livell tal-UE jfissru li n-negozji ma għadx iridu jikkonformaw ma’ settijiet eteroġeni ta’ regoli nazzjonali. Dan jiġġenera benefiċċji f’termini ta’ ffrankar tal-kostijiet, piż amministrattiv aktar baxx u reġim legali inqas kumpless għan-negozji. Dan jippermetti wkoll iċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija fl-UE u jippermetti kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri.

Regoli komuni tal-UE jippermettu ekonomiji ta’ skala fis-sorveljanza tas-suq, partikolarment importanti bl-iżvilupp esponenzjali tal-bejgħ online, li jintensifika l-bejgħ transfruntier u l-importazzjonijiet diretti minn barra l-UE. Il-kostijiet tas-sorveljanza tas-suq huma kondiviżi wkoll permezz ta’ azzjonijiet konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u l-iskambju ta’ informazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE.

Il-funzjonament tas-suq uniku se jittejjeb permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE. Regoli komuni dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq madwar l-UE jiżguraw trattament aktar uniformi tan-negozji, u għalhekk se jkun inqas probabbli li jfixkel il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku tal-UE.

L-azzjoni tal-UE tippermetti ċirkolazzjoni aktar rapida u aktar effiċjenti tal-informazzjoni, b’mod partikolari permezz tas-sistema Safety Gate/RAPEX, u b’hekk tiżgura azzjoni rapida kontra prodotti perikolużi madwar l-UE u kundizzjonijiet ekwi.

Fil-livell internazzjonali, is-sett komuni ta’ dispożizzjonijiet stabbilit skont id-DSĠP ppermetta wkoll li l-UE tkun aktar b’saħħitha fil-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza kemm b’mod bilaterali kif ukoll multilaterali, u b’hekk tiġi indirizzata ċ-ċirkolazzjoni dejjem akbar ta’ oġġetti minn pajjiżi terzi permezz tal-bejgħ online.

Proporzjonalità

Din il-proposta toħloq bilanċ preċiż bejn, minn naħa, l-awtonomija regolatorja tal-pajjiżi tal-UE fl-istabbiliment tal-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur u s-sorveljanza tas-suq li jqisu meħtieġa, u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-prodott li jridu jiġu indirizzati ċentralment. Kif enfasizzat fil-Kapitolu 7 tal-valutazzjoni tal-impatt, l-isfidi jibqgħu konsiderevoli, bi preżenza għolja ta’ prodotti tal-konsumatur mhux sikuri fis-suq tal-UE. Il-kostijiet u l-piżijiet regolatorji assoċjati ma’ din il-proposta nżammu limitati kemm jista’ jkun. Il-kostijiet totali għan-negozji fl-EU27 fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stmati għal 0,02 % tal-fatturat tal-kumpaniji tal-UE għall-manifattura, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mhux armonizzati. Il-miżuri inklużi f’din il-proposta ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu solvuti l-problemi identifikati u sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti. Il-kostijiet previsti għall-Kummissjoni u l-Istati Membri huma kkunsidrati bħala aċċettabbli, u se jiġu kkumpensati mill-iffrankar li jagħmlu n-negozji, u l-benefiċċji kemm għan-negozji, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-Istati Membri.

Għażla tal-istrument

Regolament huwa l-uniku strument xieraq biex jintlaħaq l-objettiv li jittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-konformità magħha, filwaqt li tiġi żgurata l-koerenza fl-implimentazzjoni tal-qafas legali tagħha. Direttiva ma tkunx tista’ tilħaq l-objettivi b’mod suffiċjenti peress li r-restrizzjonijiet ġuriżdizzjonali u l-kunflitti ġuriżdizzjonali potenzjali jibqgħu jippersistu wara t-traspożizzjoni tagħha. L-għażla ta’ Regolament minflok Direttiva tippermetti wkoll li jintlaħaq aħjar l-objettiv li tiġi żgurata l-koerenza mal-qafas leġiżlattiv tas-sorveljanza tas-suq għall-prodotti armonizzati, fejn l-istrument legali applikabbli jkun ukoll Regolament (ir-Regolament (UE) 2019/1020). Fl-aħħar nett, għażla bħal din tkompli tnaqqas il-piż regolatorju permezz ta’ applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar is-sikurezza tal-prodotti madwar l-UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti 

Din il-proposta għal regolament tibni fuq l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, imwettqa bħala evalwazzjoni li ssir “back-to-back” mal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta. Id-DSĠP għandha objettiv doppju. Issegwi l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, billi tintroduċi qafas leġiżlattiv komuni biex jiġu evitati d-disparitajiet bejn l-Istati Membri li setgħu rriżultaw fin-nuqqas tad-dritt tal-UE. Fl-istess ħin, id-DSĠP għandha l-għan li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tintroduċi rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott u miżuri oħra. Iż-żewġ għanijiet huma interrelatati: ir-rekwiżit ta’ sikurezza armonizzata għall-prodotti għall-konsumatur previst mid-DSĠP jipprevjeni d-disparitajiet li jwasslu għall-ħolqien ta’ ostakli għall-kummerċ u d-distorsjoni tal-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku.

L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-rwol tad-DSĠP bħala l-pedament tas-sikurezza tal-konsumatur u l-funzjonament tas-suq uniku mhuwiex ikkontestat. L-objettivi tagħha jibqgħu kompletament rilevanti, u l-valur miżjud tal-UE tagħha ma jistax jiġi miċħud. Ir-rwol tad-DSĠP bħala “xibka ta’ sikurezza” jibqa’ essenzjali għall-protezzjoni tal-konsumatur, peress li jipprovdi bażi ġuridika mmirata biex tiżgura li l-ebda prodott perikoluż ma jispiċċa f’idejn il-konsumaturi. L-istabbiliment ta’ sistema ta’ twissija rapida għal prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel skont id-DSĠP kien ta’ suċċess. Madankollu, l-evalwazzjoni kixfet għadd ta’ fatturi li jqajmu dubji dwar kemm xi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-DSĠP għadhom jikkontribwixxu għall-ilħuq xieraq tal-għanijiet tagħha.

L-ewwel nett, it-tkabbir tal-kummerċ elettroniku naqqas l-effettività tad-DSĠP. Id-DSĠP tapplika għall-prodotti kollha għall-konsumatur, irrispettivament minn jekk jinbiegħux fi ħwienet fiżiċi jew online. Madankollu, in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espliċiti fid-DSĠP biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tal-bejgħ online, b’mod partikolari d-dehra ta’ atturi ġodda fil-katina tal-provvista online, affettwa b’mod negattiv is-sikurezza tal-konsumaturi tal-UE u l-kundizzjonijiet ekwi għal negozji tal-UE konformi.

L-iżvilupp rapidu ta’ teknoloġiji ġodda jqajjem ukoll mistoqsijiet dwar l-ambitu ta’ xi wħud mill-kunċetti ewlenin tad-DSĠP. Id-dehra ta’ xi riskji ġodda marbuta mal-konnettività, l-applikabbiltà tad-Direttiva għall-aġġornamenti u t-tniżżil tas-software kif ukoll il-funzjonalitajiet li qed jevolvu tal-prodotti li jaħdmu bl-IA jqajmu dubju dwar jekk id-DSĠP hijiex ċara biżżejjed biex tipprovdi ċertezza legali għan-negozji u protezzjoni għall-konsumaturi.

L-evalwazzjoni identifikat ukoll nuqqas ta’ koerenza interna fil-qafas legali tal-UE, bl-eżistenza ta’ żewġ settijiet differenti ta’ regoli dwar is-sorveljanza tas-suq għal prodotti armonizzati u mhux armonizzati.

Fl-aħħar nett, mill-evalwazzjoni jirriżulta li jkun meħtieġ li jiġu rfinati xi wħud mid-dispożizzjonijiet biex titjieb l-effettività tad-DSĠP. B’mod partikolari, huma meħtieġa bidliet leġiżlattivi jew azzjonijiet ulterjuri biex titjieb l-effettività tas-sejħiet lura tal-prodotti. Hemm ukoll il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu ta’ arbitraġġ tat-tilwim bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjonijiet tar-riskju. Is-sistema ta’ traċċabbiltà skont id-Direttiva u r-restrizzjonijiet tar-riżorsi tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħmluha diffiċli li tiġi kkontrollata b’mod effettiv is-sikurezza tal-prodotti, u konsegwentement dawn jeħtieġ li jiġu indirizzati biex tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tal-konsumaturi u l-funzjonament tas-Suq Uniku. Barra minn hekk, id-Direttiva dwar Prodotti li Jixbhu l-Ikel (FIPD) bħalissa mhijiex infurzata b’mod armonizzat fost l-Istati Membri, u għalhekk hija meħtieġa soluzzjoni biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet ikkonċernati permezz ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu u l-pjan direzzjonali, konsultazzjoni pubblika miftuħa (OPC), workshops tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll kontribuzzjonijiet ad hoc u konsultazzjonijiet immirati mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati oħra. Ir-riżultati mill-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ġew inkorporati matul il-valutazzjoni tal-impatt u huma riflessi f’din il-proposta. Il-punti ewlenin imqajma matul il-konsultazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

Preżervazzjoni tax-xibka ta’ sikurezza: Ir-rispons ġenerali fost il-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati kien li d-DSĠP hija biċċa leġiżlazzjoni utli u l-prinċipju tagħha ta’ xibka ta’ sikurezza jenħtieġ li jiġi ppreżervat. Madankollu, maġġoranza kbira tar-rispondenti ddikjaraw li r-regoli attwali tal-UE dwar is-sikurezza għall-prodotti għall-konsumatur li mhumiex tal-ikel koperti mid-DSĠP jistgħu jittejbu f’oqsma speċifiċi sabiex jipproteġu aħjar lill-konsumaturi (71 % tat-tweġibiet fl-OPC).

Indirizzar tal-isfidi kkawżati minn teknoloġiji ġodda: Filwaqt li l-partijiet ikkonċernati kollha rrikonoxxew li t-teknoloġiji l-ġodda jqajmu ħafna sfidi, huma ppreżentaw approċċi diverġenti biex jindirizzawhom. Fil-konsultazzjonijiet, ir-rappreżentanti tal-konsumaturi u diversi awtoritajiet tal-Istati Membri esprimew appoġġ għall-espansjoni tad-definizzjoni ta’ “sikurezza” biex jiġu inklużi aspetti ta’ (ċiber)sigurtà li għandhom impatt fuq is-sikurezza. Madankollu, fil-konsultazzjoni dwar il-pjan direzzjonali/il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu, in-negozji orjentati lejn it-teknoloġija sabuha aktar bi tqila biex jinkludu teknoloġiji ġodda u riskji ġodda relatati magħhom fid-DSĠP. Huma jippreferu li d-DSĠP tibqa’ newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, b’riskji marbuta ma’ teknoloġiji ġodda koperti f’biċċiet ta’ leġiżlazzjoni oħra aktar speċifiċi. Madankollu, il-proposta għal regolament tinkludi aspetti bħal dawn biex jiġi żgurat li r-riskji kkawżati minn teknoloġiji ġodda jkunu fl-ambitu tax-xibka ta’ sikurezza, f’każ li dawn ma jkunux koperti minn biċċiet aktar speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE 19 .

Indirizzar ta’ kwistjonijiet ta’ sikurezza assoċjati ma’ prodotti mibjugħa online: Il-kwistjoni tal-prodotti li jiġu direttament jew permezz ta’ pjattaformi online minn barra l-UE kienet kwistjoni rikorrenti msemmija fil-konsultazzjonijiet. In-negozji u r-rappreżentanti tan-negozji enfasizzaw l-importanza li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi u indikaw li bħalissa ħafna bejjiegħa bl-imnut tal-UE jbatu bħala riżultat ta’ kompetizzjoni inġusta minn operaturi bbażati f’pajjiżi terzi. L-awtoritajiet tal-Istati Membri enfasizzaw li kien diffiċli li jiġu kkontrollati l-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi u li tittieħed azzjoni ta’ infurzar kontra operaturi ekonomiċi barra mill-UE. Il-fehmiet varjaw bejn il-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-obbligi tas-swieq online:

Is-swieq online li pprovdew l-feedback tagħhom dwar il-pjan direzzjonali indikaw li huma jaċċettaw li xi wħud mill-obbligi skont il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott volontarja attwali jkunu vinkolanti, iżda ma jkunux favur obbligi ulterjuri. 20 Il-bejjiegħa bl-imnut argumentaw li s-swieq online għandhom rwol ewlieni fil-katina tal-provvista, u għalhekk jenħtieġ li jkollhom responsabbiltajiet korrispondenti.

Ir-rappreżentanti tal-konsumaturi u l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu favur it-tisħiħ tar-responsabbiltajiet fil-katina tal-provvista kollha.

Titjib tar-regoli tas-sorveljanza tas-suq u l-infurzar: Fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq u l-infurzar, il-partijiet ikkonċernati mill-kategoriji kollha kienu favur allinjament tar-regoli tas-sorveljanza tas-suq bejn prodotti armonizzati u mhux armonizzati. Dan huwa inkluż fil-proposta. Fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ “persuna responsabbli” fid-DSĠP riveduta, il-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti fl-OPC qiesu li l-prodotti koperti mid-DSĠP jenħtieġ li jitqiegħdu fis-suq tal-UE biss jekk ikun hemm operatur ekonomiku stabbilit fl-UE responsabbli għall-finijiet tas-sikurezza tal-prodott (70 % tar-rispondenti favur).

Reviżjoni tal-proċess ta’ standardizzazzjoni: Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati kienet favur is-simplifikazzjoni tal-proċess ta’ standardizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ standards ġodda skont id-DSĠP u issa skont dan ir-Regolament. Dan huwa previst f’din il-proposta.

Inklużjoni ta’ prodotti li jixbhu l-ikel fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-DSĠP riveduta: Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kienu favur l-inkorporazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar prodotti li jixbhu l-ikel fid-DSĠP riveduta. Il-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti tal-OPC iddikjaraw li l-prodotti li jixbhu lill-oġġetti tal-ikel jenħtieġ li jiġu inkorporati fl-istrument legali dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (69 % tar-rispondenti favur). Fil-konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu, ir-rispondenti ffavorixxew l-inklużjoni ta’ dan l-element fil-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza tal-prodott. Dan l-approċċ huwa rifless fil-proposta. Ma ġie espress l-ebda appoġġ għal projbizzjoni sħiħa ta’ prodotti li jixbhu l-ikel.

Titjib tal-qafas għal sejħiet lura ta’ prodotti: Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ripetutament l-importanza kruċjali li l-konsumaturi affettwati jiġu kkuntattjati direttament fil-każ ta’ sejħiet lura kull meta jkun possibbli, pereżempju minħabba li l-prodott ġie rreġistrat, mixtri online, jew mixtri bl-użu ta’ karta ta’ lealtà. Diversi partijiet ikkonċernati semmew li l-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jirċievu notifiki ta’ sikurezza biss (meta jirreġistraw prodott jew jabbonaw għal skema ta’ lealtà). Kien hemm ftehim wiesa’ li xi elementi ewlenin u regoli bażiċi, applikabbli għall-avviżi kollha ta’ sejħiet lura, jenħtieġ li jiġu standardizzati u jsiru obbligatorji, li huwa l-każ fir-regolament propost. Bosta partijiet ikkonċernati semmew il-ħtieġa li l-parteċipazzjoni fis-sejħa lura ssir inqas ta’ piż u aktar attraenti għall-konsumaturi.

Titjib tat-traċċabbiltà tul il-katina tal-provvista: Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati qablu li s-sistema ta’ traċċabbiltà tal-prodotti jenħtieġ li tissaħħaħ fid-DSĠP (82 % favur fl-OPC). Barra minn hekk, ġie enfasizzat ukoll ir-rwol tas-swieq online fit-titjib tat-traċċabbiltà tal-prodotti, u r-rispondenti argumentaw b’mod partikolari li s-swieq jenħtieġ li jivverifikaw li l-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà tkun disponibbli qabel ma jiġi elenkat prodott.

Indirizzar ta’ prodotti ffalsifikati: L-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-marki enfasizzaw li d-DSĠP jenħtieġ li tiġi emendata biex tindirizza prodotti ffalsifikati mhux sikuri. Din il-kwistjoni tqieset kif xieraq iżda ma ġietx inkluża f’din il-proposta, peress li l-prodotti ffalsifikati diġà huma indirizzati mil-leġiżlazzjoni tal-UE, u prodotti mhux sikuri huma koperti fid-DSĠP u f’din il-proposta irrispettivament mill-awtentiċità tagħhom. Minkejja li l-prodotti ffalsifikati jistgħu joħolqu riskji għas-sikurezza, is-sikurezza ta’ prodott partikolari trid tiġi analizzata abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert 

Il-passi preparatorji għal din il-proposta huma bbażati fuq pariri esperti u fuq għadd ta’ studji. Dan jinkludi studji b’enfażi fuq l-implimentazzjoni tad-DSĠP, b’appoġġ għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt, kif ukoll fuq l-effettività tas-sejħiet lura ta’ prodotti.

Il-Kummissjoni ġabret ukoll għarfien espert u fehmiet permezz ta’ konsultazzjonijiet immirati u attivitajiet ta’ involviment, inkluż sensiela ta’ workshops, konferenzi, intervisti ma’ esperti u awtoritajiet, u l-opinjoni tas-sottogrupp tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur dwar l-intelliġenza artifiċjali, prodotti konnessi u sfidi ġodda oħra dwar is-sikurezza tal-prodotti. Il-Kummissjoni organizzat diversi laqgħat bilaterali u wettqet analiżi ta’ dokumenti ta’ pożizzjoni ad hoc minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur, rappreżentanti tal-industrija u akkademiċi.

Valutazzjoni tal-impatt 

Din il-proposta hija appoġġata minn rapport tal-valutazzjoni tal-impatt (SWD (2021) 169, SWD (2021) 168). Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie skrutinizzat mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u rċieva opinjoni pożittiva (SEC 280 (avis du RSB)

Fil-kuntest ta’ din l-inizjattiva, il-Kummissjoni eżaminat diversi alternattivi ta’ politika kif ippreżentati fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt. Il-firxa ta’ alternattivi ta’ politika analizzati kienet tinkludi kemm azzjonijiet mhux leġiżlattivi kif ukoll leġiżlattivi biex jiġu indirizzati l-objettivi speċifiċi differenti kif ippreżentati fir-rapport: (i) li jiġi żgurat li l-qafas legali tal-UE jipprovdi regoli ta’ sikurezza ġenerali għall-prodotti u r-riskji kollha għall-konsumatur, inklużi l-prodotti u r-riskji marbuta ma’ teknoloġiji ġodda; (ii) li jiġu indirizzati l-isfidi tas-sikurezza tal-prodotti fil-mezzi tal-bejgħ online; (iii) li s-sejħiet lura tal-prodotti jsiru aktar effettivi u effiċjenti biex il-prodotti mhux sikuri jinżammu ’l bogħod mill-konsumaturi; (iv) it-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq u l-iżgurar ta’ allinjament aħjar tar-regoli għall-prodotti għall-konsumatur armonizzati u mhux armonizzati; u fl-aħħar nett (v) li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sikurezza relatati ma’ prodotti li jixbhu l-ikel.

Ġew ivvalutati għadd ta’ għażliet. L-ewwel nett, il-Kummissjoni qieset kif tista’ twieġeb għall-objettivi speċifiċi mingħajr ma tirrevedi d-DSĠP (Għażla 1). Ġew ikkunsidrati diversi miżuri mhux leġiżlattivi, b’mod partikolari: (i) il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ gwida dwar l-applikabbiltà tad-DSĠP għal teknoloġiji ġodda u dwar sejħiet lura u; (ii) l-esplorazzjoni tal-espansjoni tal-miżuri volontarji taħt il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott għall-bejgħ online. Madankollu, il-konsultazzjonijiet differenti wrew li tali miżuri mhux legalment vinkolanti ma jindirizzawx in-nuqqasijiet identifikati.

Il-Kummissjoni qieset diversi għażliet leġiżlattivi biex tindirizza l-objettivi speċifiċi: reviżjoni leġiżlattiva mmirata tad-DSĠP (Għażla 2) li tiffoka fuq għadd limitat ta’ bidliet u reviżjoni sħiħa tad-DSĠP li tipproponi azzjoni komprensiva dwar l-objettivi kollha (Għażla 3). Il-valutazzjoni tal-impatt turi li l-Għażla 3, li hija aktar ambizzjuża mill-Għażla 2, tindirizza aħjar ukoll in-nuqqasijiet identifikati u tissodisfa aħjar l-objettivi speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati, filwaqt li żżomm l-impatti ekonomiċi limitati. L-Għażla 4 qieset integrazzjoni sħiħa tal-istrumenti tas-sorveljanza tas-suq, kif propost fil-pakkett dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq tal-2013, biex jiġi analizzat jekk din l-għażla tkunx għadha valida wara l-adozzjoni reċenti tar-Regolament (UE) 2019/1020. Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-Għażla 4, għalkemm simili fis-sustanza għall-Għażla 3, tista’ tiġġenera kostijiet ogħla għan-negozji tal-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni għażlet l-Għażla 3 (reviżjoni sħiħa tad-DSĠP inkluż bidla għal regolament) bħala l-aħjar għażla ta’ politika għall-proposta attwali peress li tindirizza bl-aħjar mod l-objettivi tal-politika filwaqt li tillimita l-kostijiet għan-negozji u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Ġew ikkunsidrati wkoll għażliet differenti fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti li jixbhu l-ikel. Dawn kienu: (i) li jinżamm reġim separat għal dawn il-prodotti skont direttiva separata (li tirrevedi d-Direttiva 87/357/KEE); (ii) li jiġu integrati d-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva 87/357/KEE attwali fid-DSĠP l-ġdida b’reġim legali speċifiku; (iii) li jiġu abbandunati dispożizzjonijiet immirati dwar prodotti li jixbhu l-ikel u minflok jintużaw id-dispożizzjonijiet ġenerali biex tiġi żgurata s-sikurezza ta’ tali prodotti abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju każ b’każ. Għall-ewwel żewġ għażliet, il-Kummissjoni qieset ukoll l-iżvilupp ta’ gwida biex tingħeleb il-kwistjoni ta’ interpretazzjoni differenti mill-Istati Membri; madankollu, il-konsultazzjoni mal-Istati Membri wriet li d-diverġenzi fl-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti li Jixbhu l-Ikel tant kienu kbar li kienet meħtieġa reviżjoni legali tar-regoli biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha. Il-Kummissjoni għażlet bħala l-aħjar għażla ta’ politika li twaqqaf ir-reġim speċifiku għall-prodotti li jixbhu l-ikel u li tivvaluta s-sikurezza tagħhom skont l-istess prinċipji ta’ valutazzjoni tar-riskju bħal dawk għall-prodotti għall-konsumatur mhux armonizzati l-oħrajn (l-aspett li jixbhu l-ikel jitqies fil-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott partikolari).

L-għażla ppreferuta, li tinkludi: a) kjarifika dwar kif din il-leġiżlazzjoni tapplika għar-riskji kkawżati minn teknoloġiji ġodda u l-bejgħ online, b) dispożizzjonijiet li jsaħħu l-effettività tas-sejħiet lura tal-prodotti, c) allinjament mar-regoli armonizzati tas-sorveljanza tas-suq u li jiżguraw responsabbiltajiet aħjar relatati mas-sikurezza tal-prodotti tal-operaturi ekonomiċi u tas-swieq online, d) is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ standardizzazzjoni u e) l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Prodotti li Jixbhu l-Ikel, hija mistennija li jkollha l-impatti li ġejjin:

Dwar l-impatti ekonomiċi, l-għażla ppreferuta hija mistennija li twassal għal benefiċċji kbar għall-konsumaturi u għas-soċjetà. Id-detriment stmat għall-konsumatur jenħtieġ li jonqos b’madwar EUR 1,0 biljun fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-għażla ppreferuta u b’madwar EUR 5,5 biljun matul id-deċennju li jmiss. Din l-għażla jenħtieġ li tnaqqas ukoll id-detriment għall-konsumatur relatat ma’ sejħiet lura mhux effettivi b’aktar minn EUR 400 miljun fis-sena. Barra minn hekk, billi jitnaqqas l-għadd ta’ prodotti mhux sikuri, il-miżuri proposti jenħtieġ li jnaqqsu wkoll id-detriment attwali mġarrab mill-konsumaturi u mis-soċjetà tal-UE minħabba inċidenti relatati mal-prodotti li jistgħu jiġu evitati (stmat illum għal EUR 11,5 biljun fis-sena) u l-kost kurrenti tal-kura tas-saħħa għal korrimenti relatati mal-prodotti (stima kurrenti ta’ EUR 6,7 biljun fis-sena). L-impatt preċiż ma setax jiġi kkwantifikat minħabba nuqqas ta’ data dwar il-korriment biex jiġu stmati x-xejriet. L-iffrankar stmat tal-kostijiet ikkawżat mit-tnaqqis tad-differenzi fl-implimentazzjoni nazzjonali u l-frammentazzjoni legali huwa stmat għal EUR 59 miljun fis-sena għan-negozji u EUR 0,7 miljun fis-sena għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Il-kostijiet totali għan-negozji fl-UE (attivi fil-manifattura, fil-bejgħ bl-ingrossa u fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mhux armonizzati) huma stmati għal EUR 196,6 miljun, ekwivalenti għal 0,02 % tal-fatturat tagħhom fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni. Fis-snin ta’ wara, il-kostijiet rikorrenti jammontaw għal EUR 177,8 miljun għan-negozji tal-UE. Dawn il-kostijiet huma marbuta maż-żieda fl-obbligi għan-negozji prinċipalment għall-bejgħ online, il-bejgħ ta’ prodotti teknoloġiċi ġodda u s-sejħiet lura ta’ prodotti mhux sikuri, u mal-allinjament tar-regoli tas-sorveljanza tas-suq ma’ dawk għall-prodotti armonizzati. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri jiffaċċjaw kostijiet rikorrenti addizzjonali totali skont din il-proposta ta’ madwar EUR 6,7 miljun fis-sena minħabba s-setgħat akbar tagħhom fis-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti mhux sikuri, u kostijiet ta’ darba għall-adattament u l-implimentazzjoni li huma moderati biss relattivament.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni 

Din il-proposta tipprevedi r-reviżjoni ta’ żewġ strumenti leġiżlattivi eżistenti: id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u d-Direttiva dwar il-Prodotti li Jixbhu l-Ikel. Biex tissimplifika l-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li tħassar id-Direttiva dwar il-Prodotti li Jixbhu l-Ikel u li tivvaluta s-sikurezza tal-prodotti li jixbhu l-ikel skont il-proposta attwali għal regolament ġdid dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti.

Il-Kummissjoni identifikat ukoll diversi oqsma fejn il-piż amministrattiv u l-kostijiet relatati jistgħu jitnaqqsu.

L-ewwel nett, din il-proposta tnaqqas il-kostijiet u l-piżijiet regolatorji għan-negozji, peress li l-kjarifiki legalment vinkolanti u l-għażla ta’ regolament bħala strument se jnaqqsu l-inċertezza regolatorja u jiżguraw implimentazzjoni aktar uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti meta mqabbla mal-lum skont id-DSĠP. Barra minn hekk, l-allinjament tar-rekwiżiti ġenerali tas-sorveljanza tas-suq u tas-sikurezza għal prodotti armonizzati u mhux armonizzati se jnaqqas id-differenzi fl-implimentazzjoni u jtejjeb it-traċċabbiltà tal-katina tal-provvista. It-tnaqqis fil-kostijiet se jseħħ għan-negozji kollha, u b’mod partikolari għat-42 % tan-negozji li rrapportaw kostijiet addizzjonali relatati mal-implimentazzjoni mhux uniformi tad-DSĠP. L-iffrankar tal-kostijiet għan-negozji permezz ta’ implimentazzjoni aktar armonizzata huwa stmat għal madwar EUR 59 miljun fis-sena (EUR 34 miljun iffrankati mill-SMEs tal-UE u EUR 26 miljun iffrankati minn negozji kbar tal-UE rispettivament).

It-tieni, din il-proposta se ġġib titjib fl-effiċjenza fis-sorveljanza tas-suq u fl-infurzar lill-Istati Membri. Dan huwa dovut għall-allinjament tad-dispożizzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq bejn prodotti armonizzati u mhux armonizzati, setgħat ta’ infurzar aktar allinjati, effett ta’ deterrent akbar u mekkaniżmu ta’ arbitraġġ ġdid. Għalhekk, din il-proposta ġġib tnaqqis fil-kostijiet għall-awtoritajiet kollha tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, u b’mod partikolari għas-16 % minnhom li rrapportaw kostijiet addizzjonali relatati minħabba l-oqfsa legali differenti bejn prodotti armonizzati u mhux armonizzati. Dan l-iffrankar tal-kostijiet għall-Istati Membri huwa stmat għal EUR 0,7 miljun fis-sena madwar l-UE.

Fl-aħħar nett, is-simplifikazzjoni proposta tal-proċess ta’ standardizzazzjoni se tnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. Tali simplifikazzjoni tal-proċess tal-istandardizzazzjoni tal-UE se taċċellera l-ħidma ta’ standardizzazzjoni u b’hekk iżżid iċ-ċertezza legali u tgħin lill-kumpaniji jikkonformaw mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti.

Din il-proposta ma teżenta lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs minn ebda wieħed mill-obbligi. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti ma tippermettix reġimi “eħfef” għall-SMEs peress li kwalunkwe prodott għall-konsumatur irid ikun sikur irrispettivament mill-karatteristiċi tal-katina tal-provvista tiegħu sabiex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tas-sikurezza tal-prodotti u tal-protezzjoni tal-konsumatur. Il-Kummissjoni tistma l-kostijiet totali tal-konformità ta’ din il-proposta għall-SMEs tal-UE għal EUR 111,1 miljun (kostijiet ta’ darba u rikorrenti) fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni. Fis-snin sussegwenti, il-kostijiet rikorrenti jammontaw għal madwar EUR 100 miljun għall-SMEs tal-UE. L-iffrankar stmat ikkawżat minn differenzi mnaqqsa fl-implimentazzjoni nazzjonali u l-frammentazzjoni legali jammonta għal EUR 34 miljun għall-SMEs tal-UE.

Din il-proposta se jkollha implikazzjonijiet prattiċi kemm fuq l-operaturi ekonomiċi li jittrattaw prodotti koperti mid-DSĠP kif ukoll fuq l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri.

In-negozji se jkollhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti addizzjonali dwar it-traċċabbiltà u t-trasparenza. Se japplikaw rekwiżiti addizzjonali dwar is-sejħiet lura għan-negozji li fil-fatt ikunu daħħlu prodotti mhux sikuri fis-suq. Is-swieq online se jkollhom jiżguraw ukoll li jistabbilixxu mekkaniżmi interni biex jikkonformaw mal-obbligi l-ġodda tagħhom relatati mas-sikurezza tal-prodotti. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jbigħu fis-suq uniku minn barra l-UE se jkollhom jistabbilixxu arranġamenti biex jiżguraw li l-prodotti mibjugħa fl-UE jkollhom operatur ekonomiku responsabbli.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jistgħu jeħtieġu riżorsi addizzjonali biex ilaħħqu mat-twessigħ tar-responsabbiltajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-kompetenzi l-ġodda li jingħataw. Pereżempju, l-għodod il-ġodda għas-sorveljanza tas-suq online jwessgħu l-possibbiltajiet għall-awtoritajiet nazzjonali u jistgħu jeħtieġu riżorsi u ħiliet addizzjonali. Madankollu, peress li dawn is-setgħat il-ġodda jiġu allinjati fil-biċċa l-kbira mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-sorveljanza tas-suq applikabbli għall-prodotti armonizzati skont ir-Regolament (UE) 2019/1020, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq spiss ikunu familjari magħhom, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri fejn l-istess awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq diġà jittrattaw kemm prodotti armonizzati kif ukoll mhux armonizzati. Għalhekk, l-implikazzjonijiet prattiċi għall-Istati Membri huma pjuttost sinerġiji aħjar u użu aħjar tal-istrutturi u r-riżorsi eżistenti milli ħtiġijiet addizzjonali ġodda. Il-kopertura estiża tar-riskji minn teknoloġiji ġodda (eż. riskji taċ-ċibersigurtà li għandhom impatt fuq is-sikurezza) tkun mistennija li żżid il-ħtieġa għal persunal professjonali u għarfien espert estern fl-Istati Membri biex tiġi vverifikata s-sikurezza ta’ prodotti teknoloġiċi ġodda.

L-aktar setturi tan-negozju affettwati jkunu l-bejgħ u l-produtturi online f’xi setturi teknoloġiċi ġodda. Madankollu, bis-saħħa tar-rekwiżiti armonizzati tal-UE dan jenħtieġ li ma jkollux impatt kbir fuq il-kompetittività tagħhom.

Din il-proposta topera b’mod effettiv kemm fid-dinja diġitali kif ukoll f’dik fiżika u tqis l-iżviluppi diġitali, b’mod partikolari l-iżvilupp tal-bejgħ online u ta’ prodotti teknoloġiċi ġodda. L-indirizzar tal-isfidi diġitali għas-sikurezza tal-prodotti huwa wieħed mill-objettivi ewlenin ta’ din il-proposta. Din ittejjeb ir-regoli tas-sorveljanza tas-suq għall-bejgħ online u tistabbilixxi obbligi tas-sikurezza tal-prodotti għas-swieq online u għall-bejjiegħa online biex ittejjeb is-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online. Din il-proposta tindirizza wkoll riskji ġodda għas-sikurezza li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda u tiċċara l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sikurezza tal-prodotti għas-software. Din il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mal-politiki diġitali tal-UE fis-seħħ u b’mod partikolari mal-proposta għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali u mal-ħidma leġiżlattiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-internet tal-oġġetti. Din l-inizjattiva hija appoġġata minn soluzzjonijiet eżistenti tal-ICT, jiġifieri s-sistema ta’ twissija rapida tal-UE għal prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel (“Safety Gate”) u l-Business Gateway relatat.

Drittijiet fundamentali 

Din il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi Ewropej u tippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni. Bis-saħħa ta’ obbligi aktar ċari u infurzar aħjar tas-sikurezza tal-prodotti, din il-proposta hija mistennija li jkollha impatt pożittiv fuq il-protezzjoni tal-konsumatur u protezzjoni ambjentali u tiżgura livell ogħla tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 37 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Il-proposta timponi rekwiżiti addizzjonali fuq in-negozji li huma meħtieġa biex jiġi segwit l-interess ġenerali tal-UE li tiżdied il-protezzjoni tal-konsumatur. Il-kostijiet tal-konformità li jirriżultaw huma stmati li jkunu komparattivament baxxi meta mqabbla mal-fatturat tan-negozji. Fil-fatt, dawn ir-rekwiżiti ma jaffettwawx il-libertà fundamentali tal-impriża u l-proporzjonalità tagħha skont l-Artikolu 52 tal-Karta.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI 

Ir-regolament propost jirrikjedi li l-Kummissjoni tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar tas-sorveljanza tas-suq, inklużi attivitajiet ikkoordinati ta’ sorveljanza tas-suq, il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ arbitraġġ u r-rieżamijiet bejn il-pari. Barra minn hekk, din il-proposta tippermetti kooperazzjoni msaħħa u skambju ta’ informazzjoni mas-sħab internazzjonali tal-UE fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti. Fl-aħħar nett, din il-proposta tipprevedi l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni u ta’ atti delegati (relatati mat-traċċabbiltà u mas-sejħiet lura) u attività ta’ standardizzazzjoni ogħla possibbli permezz ta’ proċedura ta’ standardizzazzjoni simplifikata. Dan se jwassal għal ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-Kummissjoni, stmat għal erba’ uffiċjali addizzjonali full-time (tliet amministraturi u assistent wieħed). Dawn ir-riżorsi se jinkisbu permezz tar-ridistribuzzjoni u l-iffukar mill-ġdid tal-kompiti tal-persunal attwali.

Il-Kummissjoni se tiffinanzja wkoll interfaċċi elettroniċi, jiġifieri l-paġna web tas-Safety Gate, il-portal tas-Safety Gate (li jipprovdi notifiki ta’ prodotti perikolużi) u s-Safety Business Gateway li tiġbor notifiki mill-operaturi ekonomiċi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Kostijiet addizzjonali għal dawn l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u interfaċċi elettroniċi jistgħu jiġu koperti mill-programm għas-suq uniku skont il-qafas finanzjarju pluriennali attwali 2021-2027. Possibbiltajiet ta’ finanzjament simili jistgħu jiġu inklużi wkoll skont il-programmi suċċessuri taħt oqfsa finanzjarji pluriennali futuri. Id-dettalji huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar 

L-implimentazzjoni tal-proposta se tkun akkumpanjata minn monitoraġġ ibbażat fuq indikaturi ewlenin ta’ infurzar predefiniti. Il-Kummissjoni qed twettaq studju biex tiddefinixxi sett komuni ta’ indikaturi ta’ infurzar fattibbli u rilevanti fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti, li għandu jintlaħaq qbil dwarhom mal-Istati Membri.

Minbarra l-monitoraġġ u r-rapportar regolari, hija proposta evalwazzjoni tal-effettività, tal-effiċjenza, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE ta’ dan l-intervent leġiżlattiv wara ħames snin ta’ implimentazzjoni mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-proposta permezz ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni, kemm fil-kuntest tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur (segwitu tal-implimentazzjoni, skambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, eċċ.) kif ukoll l-attivitajiet koordinati tas-sorveljanza tas-suq (CASPs).

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta 

Ir-regolament propost jikkonsisti minn 11-il kapitolu li jinkludu 47 artikolu.

Kapitolu I – Dispożizzjonijiet ġenerali

Dan il-kapitolu jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u t-termini ewlenin użati fir-regolament propost. Dan jipprovdi “xibka ta’ sikurezza” għall-prodotti kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu billi jistabbilixxi rekwiżiti biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur u għalhekk is-sikurezza tal-konsumaturi. Dan jipprovdi regoli dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal-leġiżlazzjoni mhux armonizzata. Dan jaġġorna d-definizzjonijiet użati fid-Direttiva 2001/95/KE, b’mod partikolari biex jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni differenti tad-definizzjoni ta’ prodott, u jintroduċi definizzjoni speċifika ta’ “suq online”

Kapitolu II – Rekwiżiti tas-sikurezza

Dan jintroduċi r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali, jikkonferma l-importanza tal-istandards ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE bħala li jipprovdu preżunzjoni tas-sikurezza u jaġġorna aspetti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti biex jitqiesu l-prodotti li jixbhu l-ikel fl-evalwazzjoni tar-riskju, wara t-tħassir tad-Direttiva 87/357/KEE. Aspetti ġodda għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti jinkludu wkoll ir-riskji possibbli relatati mal-prodotti bbażati fuq teknoloġiji ġodda.

Kapitolu III – Obbligi tal-operaturi ekonomiċi

Taqsima 1

Din it-Taqsima tistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ħlief dawk l-operaturi ekonomiċi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1020. Dan sabiex jiġi evitat li l-obbligi li jinsabu f’dan il-Kapitolu jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ obbligi simili li jinsabu fil-leġiżlazzjoni armonizzata. Minbarra l-obbligi aktar ġenerali tal-operaturi ekonomiċi biex jiżguraw is-sikurezza tal-prodotti, din tintroduċi l-kunċett ta’ modifika sostanzjali, f’liema każ ir-responsabbiltà għas-sikurezza tal-prodott tgħaddi għand il-persuna li tagħmel il-modifika. Barra minn hekk, din testendi l-kunċett ta’ persuna responsabbli fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għal prodotti mhux armonizzati. Din hija kundizzjoni meħtieġa biex il-prodotti jsiru disponibbli fis-suq u biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi. Dan il-kapitolu fih ukoll id-dispożizzjonijiet bażiċi dwar it-traċċabbiltà, meħuda l-aktar mid-Deċiżjoni 768/2008/KE, u l-possibbiltà, fil-każ ta’ prodotti suxxettibbli li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tan-nies, li tiġi adottata sistema aktar stretta ta’ traċċabbiltà, li għandha tiġi adottata permezz ta’ att delegat.

Taqsima 2

F’din it-Taqsima nsibu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi li huma applikabbli wkoll għall-operaturi ekonomiċi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1020. Dawn huma obbligi li ma għandhomx korrispondenza fis-setturi armonizzati u għalhekk l-applikabbiltà tagħhom ukoll għal dan is-settur ma toħloqx kunflitt. Din tikkonċerna l-obbligu tal-operaturi ekonomiċi f’każ ta’ bejgħ mill-bogħod u f’każ ta’ inċidenti bi prodott.

Kapitolu IV – Swieq online

Dan il-kapitolu jeżamina r-rwol li għandhom is-swieq online u jistabbilixxi obbligi speċifiċi applikabbli għalihom.

Kapitolu V – Sorveljanza tas-suq u implimentazzjoni

Dan il-kapitolu jadotta u jadatta l-Kapitoli IV, V u VI kollha tar-Regolament (UE) 2019/1020 dwar is-sorveljanza tas-suq. L-għan huwa li jinħoloq, kemm jista’ jkun, reġim uniku kemm għall-prodotti armonizzati kif ukoll għal dawk mhux armonizzati.

Kapitolu VI – Sistema ta’ twissija rapida Safety Gate

Dan il-kapitolu jistabbilixxi l-prinċipju għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-każ ta’ prodott perikoluż u jibdel l-isem tas-sistema RAPEX għal Safety Gate, filwaqt li jżomm l-istess karatteristiċi tas-sistema. Il-proposta żżid skadenzi aktar speċifiċi. Ir-relazzjoni bejn Safety Gate u s-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-suq (ICSMS) issir aktar ċara; il-kapitolu jiċċara wkoll li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jafdaw il-kompitu ta’ uffiċjal uniku ta’ kollegament lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tas-Safety Gate.

Kapitolu VII – Rwol tal-Kummissjoni u koordinazzjoni tal-infurzar

Dan il-kapitolu jipprovdi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta miżuri, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, f’każ ta’ riskju serju li ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) jew permezz ta’ kwalunkwe proċedura oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. Din il-possibbiltà diġà teżisti fid-DSĠP: ir-regolament propost jagħmel il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu aktar preċiż. Il-Kapitolu V jintroduċi wkoll mekkaniżmu ta’ arbitraġġ volontarju fejn l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni mistoqsijiet dwar l-identifikazzjoni jew il-livell ta’ riskju marbut ma’ prodott f’każ ta’ valutazzjonijiet tar-riskju diverġenti. Dan se jagħmilha possibbli li tittieħed azzjoni aktar uniformi fil-livell tal-UE kontra prodotti perikolużi.

Kapitolu VIII – Dritt għall-informazzjoni u għal rimedju 

Dan il-kapitolu jipprovdi dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni għall-konsumaturi. Dan jikkonferma l-obbligu għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri li jagħmlu disponibbli għall-konsumaturi informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza kkawżati mill-prodotti. Jistabbilixxi wkoll l-obbligu għall-Istati Membri li jagħtu lill-konsumaturi l-opportunità li jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan jikkonferma u jkompli jsaħħaħ l-ambitu tal-portal web Safety Gate, li diġà jeżisti, filwaqt li jżid taqsima ġdida fejn il-konsumaturi jistgħu jikkonsultaw twissijiet u sejħiet lura maħruġa direttament mill-operaturi ekonomiċi. Fir-rigward tas-sejħiet lura, id-dispożizzjonijiet il-ġodda jippruvaw itejbu l-effettività tagħhom, u b’hekk jiżguraw forniment aktar komplut u mifrux ta’ informazzjoni għall-konsumaturi, kif ukoll sistema mtejba ta’ rimedji disponibbli għall-konsumaturi.

Kapitolu IX – Kooperazzjoni internazzjonali 

Dan il-Kapitolu jipprovdi l-bażi ġuridika għall-Kummissjoni biex tistabbilixxi forom ta’ kooperazzjoni biex titjieb is-sikurezza tal-prodotti. Dawn jinkludu azzjonijiet komuni ta’ infurzar, appoġġ tekniku, skambju ta’ uffiċjali, u skambju ta’ informazzjoni dwar prodotti perikolużi u b’mod partikolari informazzjoni li tinsab fis-Safety Gate. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjoni tippermetti parteċipazzjoni sħiħa fis-Safety Gate jew skambju ta’ informazzjoni magħżula.

Kapitolu X – Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-Regolament propost jipprevedi l-finanzjament mill-Kummissjoni ta’ attivitajiet fil-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

Ir-Regolament propost jinkludi klawżoli ġenerali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Kapitolu XI – Dispożizzjonijiet finali

Dan il-kapitolu jipprevedi b’mod partikolari sistema ta’ penali: filwaqt li jirrikonoxxi li l-istabbiliment ta’ penali huwa kompetenza nazzjonali, huwa jistabbilixxi prinċipju gwida għall-penali, b’mod partikolari kriterji għall-istabbiliment ta’ penali, it-tipi ta’ ksur li għandhom jiġu penalizzati, kriterji dwar il-limiti massimi, kif ukoll il-possibbiltà li jiġu imposti pagamenti perjodiċi ta’ penali.

2021/0170 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 21 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 tistabbilixxi r-rekwiżit li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu sikuri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan permezz tas-“Sistema tal-Unjoni ta’ Skambju Rapidu tal-Informazzjoni”, RAPEX.

(2)Jeħtieġ li d-Direttiva 2001/95/KE tiġi riveduta u aġġornata fid-dawl tal-iżviluppi relatati ma’ teknoloġiji ġodda u mal-bejgħ online, biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u fil-leġiżlazzjoni dwar l-istandardizzazzjoni, biex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-sejħa lura tal-prodotti kif ukoll biex jiġi żgurat qafas aktar ċar għall-prodotti li jixbhu l-ikel li s’issa huma regolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE 23 . Fl-interess taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE, kif ukoll id-Direttiva 87/357/KEE, jenħtieġ li jitħassru u jiġu sostitwiti b’dan ir-Regolament.

(3)Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni diverġenti bejn l-Istati Membri. L-għażla ta’ Regolament minflok Direttiva tippermetti wkoll li jintlaħaq aħjar l-objettiv li tiġi żgurata l-koerenza mal-qafas leġiżlattiv tas-sorveljanza tas-suq għal prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1020, fejn l-istrument legali applikabbli huwa wkoll tal-istess tip, jiġifieri r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 . Fl-aħħar nett, għażla bħal din tkompli tnaqqas il-piż regolatorju permezz ta’ applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar is-sikurezza tal-prodotti madwar l-Unjoni.

(4)L-għan ta’ dan l-istrument huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 169 tat-Trattat. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkollu l-għan li jiżgura s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-prodotti maħsuba għall-konsumaturi.

(5)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu l-għan li jipproteġi lill-konsumaturi u s-sikurezza tagħhom bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-qafas legali tal-UE, stabbilit fil-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE. Prodotti perikolużi jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi ħafna fuq il-konsumaturi u ċ-ċittadini. Il-konsumaturi kollha, inkluż dawk l-aktar vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani jew il-persuni b’diżabilità, għandhom id-dritt għal prodotti sikuri. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mezzi suffiċjenti biex jinfurzaw dawn id-drittijiet, u l-Istati Membri għandu jkollhom strumenti u miżuri adegwati għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurzaw dan ir-Regolament.

(6)Minkejja l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sikurezza ta’ prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, huwa prattikament impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista’ jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn ta’ qafas leġiżlattiv ta’ natura orizzontali li jimla l-lakuni u jiżgura protezzjoni tal-konsumatur li mhux żgurata mod ieħor, b’mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ mill-Artikolu 114 u l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(7)Fl-istess ħin, fir-rigward ta’ prodotti soġġetti għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-partijiet differenti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod ċar biex jiġu evitati dispożizzjonijiet imrikkba u qafas legali mhux ċar.

(8)Filwaqt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet bħal dawk li jikkonċernaw il-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma japplikawx għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni peress li diġà huma koperti f’tali leġiżlazzjoni, jenħtieġ li japplika ċertu għadd ta’ dispożizzjonijiet oħrajn sabiex tiġi kkomplementata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B’mod partikolari, ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott u d-dispożizzjonijiet relatati jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-prodotti għall-konsumatur koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ċerti tipi ta’ riskji ma jkunux koperti minn dik il-leġiżlazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-obbligi tas-swieq online, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi f’każ ta’ inċidenti, id-dritt għall-informazzjoni għall-konsumaturi kif ukoll is-sejħa lura tal-prodotti għall-konsumatur jenħtieġ li japplikaw għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv f’tali leġiżlazzjoni. Bl-istess mod, ir-RAPEX diġà qed tintuża għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , għalhekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-Safety Gate u l-funzjonament tagħha li jinsabu f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu applikabbli għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(9)Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020, li jistabbilixxu r-regoli ta’ kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, diġà huma direttament applikabbli għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mhijiex l-intenzjoni ta’ dan ir-Regolament li jimmodifika tali dispożizzjonijiet. L-istabbiltà tal-ewwel hija partikolarment importanti meta jitqies il-fatt li l-awtoritajiet responsabbli minn dawn il-kontrolli (li fi kważi l-Istati Membri kollha huma l-awtoritajiet doganali) għandhom iwettquhom abbażi tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni u l-gwida korrispondenti. Dan l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju huwa kruċjali għall-kontrolli doganali minħabba l-volumi sostanzjali ta’ merkanzija li tidħol u toħroġ mit-territorju doganali u jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll konkreti skont il-prijoritajiet identifikati. Il-fatt li r-Regolament ma jimmodifika bl-ebda mod il-Kapitolu VII tar-Regolament 2019/1020, b’referenza diretta għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali, ifisser li fil-prattika l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni (inklużi l-awtoritajiet doganali) jenħtieġ li jillimitaw il-kontrolli tagħhom għall-prodotti l-aktar riskjużi, skont il-probabbiltà u l-impatt tar-riskju, u b’hekk jiżguraw l-effettività u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll il-protezzjoni tal-kapaċità tagħhom li jwettqu tali kontrolli.

(10)Il-prinċipju ta’ prekawzjoni huwa prinċipju fundamentali biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-prodotti u tal-konsumaturi u għalhekk jenħtieġ li jitqies kif xieraq mill-atturi rilevanti kollha, meta jiġi applikat dan ir-Regolament.

(11)Meta jitqies ukoll l-ambitu wiesa’ mogħti lill-kunċett tas-saħħa 26 , ir-riskju ambjentali kkawżat minn prodott jenħtieġ li jitqies fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament peress li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jirriżulta wkoll f’riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

(12)Il-prodotti li huma ddisinjati b’mod esklużiv għall-użu professjonali iżda li wara ġew imdawra għas-suq tal-konsumatur jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament għaliex jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi meta użati b’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli.

(13)Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel, l-għalf u oqsma relatati tistabbilixxi sistema speċifika li tiżgura s-sikurezza tal-prodotti koperti minnha. Għalhekk, jenħtieġ li l-ikel u l-għalf jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni ta’ materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel sa fejn ikunu kkonċernati r-riskji li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 jew minn leġiżlazzjoni oħra speċifika għall-ikel li tkopri biss ir-riskji kimiċi u bijoloġiċi relatati mal-ikel.

(14)Il-prodotti mediċinali huma soġġetti għal evalwazzjoni qabel is-suq li tinkludi analiżi speċifika tar-riskji u l-benefiċċji. Għalhekk jenħtieġ li dawn jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(15)L-inġenju tal-ajru msemmija fl-Artikolu 2(3), punt (d) tar-Regolament (UE) 2018/1139 28 huma soġġetti għall-kontroll regolatorju tal-Istati Membri, fid-dawl tar-riskju limitat tagħhom għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. Għalhekk jenħtieġ li dawn jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(16)Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal prodotti użati jew għal prodotti li jiġu msewwija, rinnovati jew riċiklati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista matul attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti li għalihom il-konsumatur ma jistax jistenna b’mod raġonevoli li jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza tal-ogħla livell, bħall-antikitajiet jew il-prodotti li jiġu ppreżentati bħala li għandhom jiġu msewwija jew rinnovati.

(17)Id-Direttiva 87/357/KEE dwar prodotti tal-konsumatur, li għalkemm mhumiex oġġetti tal-ikel, jixbhu oġġetti tal-ikel u x’aktarx jiġu konfużi ma’ oġġetti tal-ikel b’mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jpoġġuhom f’ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom u li jistgħu jikkawżaw, pereżempju, soffokazzjoni, avvelenament, il-perforazzjoni jew l-ostruzzjoni tas-sistema diġestiva, wasslet għal interpretazzjoni kontroversjali. Barra minn hekk, ġiet adottata fi żmien fejn il-qafas legali għas-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur kien limitat ħafna fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Għal dawn ir-raġunijiet, id-Direttiva 87/357/KEE jenħtieġ li titħassar.

(18)Is-servizzi jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament dawk il-prodotti li huma fornuti jew disponibbli għall-konsumaturi fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma esposti direttament għalihom waqt il-provvista ta’ servizz. It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz jenħtieġ li jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sikurezza tas-servizz mogħti.

(19)Oġġetti li jikkonnettjaw ma’ oġġetti oħrajn jew oġġetti mhux inkorporati li jinfluwenzaw il-mod kif jaħdem oġġett ieħor jistgħu joħolqu riskju għas-sikurezza tal-prodott. Dak l-aspett jenħtieġ li jitqies kif xieraq bħala riskju potenzjali. Il-konnessjonijiet u l-interrelazzjoni li oġġett jista’ jkollu ma’ oġġetti esterni jenħtieġ li ma jipperikolawx is-sikurezza tiegħu.

(20)Teknoloġiji ġodda jikkawżaw ukoll riskji ġodda għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew ibiddlu l-mod kif jistgħu jimmaterjalizzaw ir-riskji eżistenti, bħal intervent estern ta’ hacking ta’ prodott jew li jbiddel il-karatteristiċi tiegħu.

(21)L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefinixxi s-“saħħa” bħala stat sħiħ ta’ benesseri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss bħala n-nuqqas ta’ mard jew infermità. Din id-definizzjoni tappoġġa l-fatt li l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda jista’ jġib riskji ġodda għas-saħħa tal-konsumaturi, bħal riskju psikoloġiku, riskji tal-iżvilupp, b’mod partikolari għat-tfal, riskji mentali, dipressjoni, it-telf tal-irqad, jew funzjoni mibdula tal-moħħ.

(22)Ir-riskji speċifiċi taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw is-sikurezza tal-konsumaturi kif ukoll il-protokolli u ċ-ċertifikazzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati mil-leġiżlazzjoni settorjali. Madankollu jenħtieġ li jiġi żgurat, f’każ ta’ lakuni fil-leġiżlazzjoni settorjali, li l-operaturi ekonomiċi rilevanti u l-awtoritajiet nazzjonali jqisu r-riskji marbuta ma’ teknoloġiji ġodda, rispettivament meta jiddisinjaw il-prodotti u meta jevalwawhom sabiex jiżguraw li l-bidliet introdotti fil-prodott ma jipperikolawx is-sikurezza tiegħu.

(23)Is-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tiġi vvalutata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b’mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-ħtiġijiet u r-riskju speċifiċi tal-kategoriji tal-konsumaturi li x’aktarx jużaw il-prodotti, b’mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà. Għalhekk, jekk tkun meħtieġa informazzjoni speċifika biex il-prodotti jsiru sikuri fir-rigward ta’ kategorija partikolari ta’ persuni, il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tqis ukoll il-preżenza ta’ din l-informazzjoni u l-aċċessibbiltà tagħha. Is-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tiġi vvalutata billi titqies il-ħtieġa li l-prodott ikun sikur tul il-ħajja kollha tiegħu.

(24)L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom obbligi li jikkonċernaw is-sikurezza tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli, fis-suq, biss prodotti, li jkunu sikuri u li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta’ kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni.

(25)Il-bejgħ mill-bogħod inkluż il-bejgħ online jenħtieġ li jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-bejgħ online kiber b’mod konsistenti u kostanti, u ħoloq mudelli ta’ negozju ġodda u atturi ġodda fis-suq bħas-swieq online.

(26)Is-swieq online għandhom rwol kruċjali fil-katina tal-provvista - billi jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu għadd indefinit ta’ konsumaturi - u għalhekk ukoll fis-sistema tas-sikurezza tal-prodotti.

(27)Minħabba r-rwol importanti li għandhom is-swieq online meta jintermedjaw il-bejgħ ta’ prodotti bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi, dawn l-atturi jenħtieġ li jkollhom aktar responsabbiltajiet fl-indirizzar tal-bejgħ ta’ prodotti perikolużi online. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29  tipprovdi l-qafas ġenerali għall-kummerċ elettroniku u tistabbilixxi ċerti obbligi għall-pjattaformi online. Ir-Regolament […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE 30 jirregola r-responsabbiltà u l-akkontabilità tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji online fir-rigward ta’ kontenut illegali, inklużi prodotti mhux sikuri. Dak ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti. Għaldaqstant, abbażi tal-qafas legali orizzontali previst minn dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti speċifiċi essenzjali biex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-bejgħ ta’ prodotti perikolużi online, f’konformità mal-Artikolu [1(5), punt (h)] ta’ dak ir-Regolament.

(28)Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott, iffirmata fl-2018 u li magħha ngħaqdu għadd ta’ swieq minn dak iż-żmien, tipprevedi għadd ta’ impenji volontarji dwar is-sikurezza tal-prodotti. Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott uriet ir-raġunament tagħha fit-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi mibjugħa online. Madankollu, in-natura volontarja tagħha u l-parteċipazzjoni volontarja minn għadd limitat ta’ swieq online inaqqsu l-effettività tagħha u ma jistgħux jiżguraw kundizzjonijiet ekwi.

(29)Is-swieq online jenħtieġ li jaġixxu b’attenzjoni xierqa fir-rigward tal-kontenut ospitat fl-interfaċċi online tagħhom li jikkonċerna s-sikurezza tal-prodotti, f’konformità mal-obbligi speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ta’ diliġenza dovuta għas-swieq online kollha fir-rigward tal-kontenut ospitat fl-interfaċċi online tagħhom li jikkonċerna s-sikurezza tal-prodotti.

(30)Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ sorveljanza effettiva tas-suq, is-swieq online jenħtieġ li jirreġistraw fil-portal Safety Gate u jindikaw, fl-istess portal, l-informazzjoni dwar il-punti uniċi ta’ kuntatt tagħhom għall-faċilitazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-prodotti. Il-punt uniku ta’ kuntatt skont dan ir-Regolament jista’ jkun l-istess bħall-punt ta’ kuntatt skont [l-Artikolu 10] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], mingħajr ma jipperikola l-objettiv li jiġu ttrattati kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza tal-prodotti b’mod rapidu u speċifiku.

(31)Sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità f’waqtha u effettiva mal-ordnijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, l-ipproċessar tal-avviżi ta’ partijiet terzi oħra u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta’ miżuri korrettivi fuq talba, is-swieq online jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu intern għall-immaniġġjar ta’ kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-prodotti.

(32)L-obbligi imposti minn dan ir-Regolament fuq is-swieq online jenħtieġ li la jammontaw għal obbligu ġenerali li tiġi mmonitorjata l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas li jfittxu b’mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, bħall-bejgħ ta’ prodotti perikolużi online. Madankollu, is-swieq online jenħtieġ li jneħħu malajr il-kontenut li jirreferi għal prodotti perikolużi mill-interfaċċi online tagħhom, malli jiksbu għarfien attwali jew, fil-każ ta’ talbiet għad-danni, għarfien tal-kontenut illegali, b’mod partikolari f’każijiet fejn is-suq online ikun sar jaf bil-fatti jew biċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti kellu jidentifika l-illegalità inkwistjoni, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għas-servizzi ta’ hosting skont id-“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku” u l-[Att dwar is-Servizzi Diġitali]. Is-swieq online jenħtieġ li jipproċessaw avviżi li jikkonċernaw kontenut li jirreferi għal prodotti mhux sikuri, riċevuti f’konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], fil-perjodi ta’ żmien addizzjonali stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(33)L-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jipprovdi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bis-setgħa, fejn ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi eliminat riskju serju, li jirrikjedu t-tneħħija tal-kontenut li jirreferi għall-prodotti relatati minn interfaċċa online jew li jirrikjedu l-wiri espliċitu ta’ twissija lill-utenti finali meta dawn jaċċessaw interfaċċa online. Is-setgħat fdati lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dan ir-Regolament. Għas-sorveljanza effettiva tas-suq skont dan ir-Regolament u biex jiġi evitat li prodotti perikolużi jkunu preżenti fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li din is-setgħa tapplika fil-każijiet kollha meħtieġa u proporzjonati u wkoll għal prodotti li joħolqu riskju inqas minn serju. Huwa essenzjali li s-swieq online jikkonformaw ma’ tali ordnijiet b’urġenza. Għalhekk, dan ir-Regolament jintroduċi limiti ta’ żmien vinkolanti f’dan ir-rigward, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu ta’ żmien iqsar fl-ordni nnifisha. Din is-setgħa jenħtieġ li tiġi eżerċitata f’konformità mal-[Artikolu 8] tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

(34)Anke meta l-informazzjoni mis-Safety Gate ma jkunx fiha lokatur uniformi tar-riżorsi (URL) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat, is-swieq online jenħtieġ li madankollu jqisu l-informazzjoni trażmessa, bħall-identifikaturi tal-prodott, meta disponibbli, u informazzjoni oħra dwar it-traċċabbiltà, fil-kuntest ta’ kwalunkwe miżura adottata mis-swieq online fuq l-inizjattiva tagħhom stess bl-għan li jidentifikaw, ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli.

(35)Għall-finijiet tal-[Artikolu 19] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jqis b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-konsumaturi, fuq talba tagħhom, bħala sinjalaturi fdati, sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-artikolu.

(36)It-traċċabbiltà tal-prodotti hija fundamentali għal sorveljanza effettiva tas-suq ta’ prodotti perikolużi u miżuri korrettivi. Il-konsumaturi jenħtieġ ukoll li jiġu protetti kontra prodotti perikolużi bl-istess mod fil-mezzi tal-bejgħ offline u online, inkluż meta jixtru prodotti fi swieq online. Filwaqt li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti, is-swieq online jenħtieġ li ma jippermettux l-elenkar fil-pjattaformi tagħhom sakemm il-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti kif spjegat f’dan ir-Regolament. Tali informazzjoni jenħtieġ li tintwera flimkien mal-elenkar tal-prodott sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess informazzjoni disponibbli online u offline. Madankollu, is-suq online jenħtieġ li ma jkunx responsabbli għall-verifika tal-kompletezza, il-korrettezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni nnifisha, peress li l-obbligu li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti jibqa’ tal-kummerċjant.

(37)Huwa importanti wkoll li s-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti. Obbligu ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huwa impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jiġi estiż għall-prodotti kollha għall-konsumatur. Pereżempju, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed itejbu b’mod kostanti l-għodod teknoloġiċi li jużaw għas-sorveljanza tas-suq online biex jidentifikaw prodotti perikolużi mibjugħa online. Sabiex dawn l-għodod ikunu operazzjonali, is-swieq online jenħtieġ li jagħtu aċċess għall-interfaċċi tagħhom. Barra minn hekk, għall-finijiet tas-sikurezza tal-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jista’ jkollhom bżonn ukoll li jiġbru d-data mis-swieq online.

(38)Il-bejgħ dirett minn operaturi ekonomiċi stabbiliti barra mill-Unjoni permezz ta’ mezzi online jfixkel il-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq meta jindirizzaw prodotti perikolużi fl-Unjoni, peress li f’ħafna każijiet l-operaturi ekonomiċi ma jistgħux jiġu stabbiliti u lanqas ma għandhom rappreżentant legali fl-Unjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom setgħat u mezzi adegwati biex jindirizzaw b’mod effettiv il-bejgħ ta’ prodotti perikolużi online. Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament 2019/1020 jenħtieġ li jiġi estiż ukoll għall-prodotti li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni biex jiġi żgurat li hemm operatur ekonomiku responsabbli fl-Unjoni, inkarigat b’kompiti relatati ma’ tali prodotti u li jipprovdi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’interlokutur u jwettaq il-kompiti speċifiċi fi żmien xieraq.

(39)Jenħtieġ li l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku, stabbilit fl-Unjoni u responsabbli għall-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi indikata mal-prodott sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tul il-katina tal-provvista kollha.

(40)Meta l-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċċjaw għażla ta’ diversi miżuri korrettivi, l-aktar azzjoni sostenibbli li tirriżulta fl-inqas impatt ambjentali, bħat-tiswija tal-prodott, jenħtieġ li tiġi ppreferuta sakemm dan ma jirriżultax f’livell inqas ta’ sikurezza.

(41)Kwalunkwe operatur ekonomiku li jqiegħed prodott fis-suq f’ismu jew bit-trademark tiegħu jew ibiddel prodott b’tali mod li tista’ tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqies li huwa l-manifattur u jenħtieġ li jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(42)Il-proċeduri interni ta’ konformità li permezz tagħhom l-operaturi ekonomiċi jiżguraw, internament, it-twettiq effettiv u rapidu tal-obbligu tagħhom kif ukoll il-kundizzjonijiet biex jirreaġixxu fil-waqt f’każ ta’ prodott perikoluż, jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi nfushom.

(43)Meta jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni minima dwar is-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodott bħala parti mill-offerta rilevanti. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 , bħal dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti, sa fejn ikun xieraq għall-mezz u għall-oġġett.

(44)L-iżgurar tal-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effettivi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħiet lura mmirati. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b’hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti jenħtieġ li jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u, jekk applikabbli, tal-importatur. Tali rekwiżiti ta’ traċċabbiltà jistgħu jsiru aktar stretti għal ċerti tipi ta’ prodotti. Jenħtieġ li l-manifatturi jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi rigward il-prodotti tagħhom, li jenħtieġ li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jagħtu prova li l-prodott tagħhom huwa sikur.

(45)Il-qafas legali għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1020 u l-qafas legali għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu koerenti kemm jista’ jkun. Għalhekk huwa meħtieġ, sa fejn huma kkonċernati l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-obbligi, is-setgħat, il-miżuri, u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li titnaqqas id-diskrepanza bejn iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Artikoli 10 sa 16, l-Artikoli 18 u 19 u l-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020 ikunu applikabbli wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

(46)Biex tiġi ppreżervata l-koerenza tal-qafas legali tas-sorveljanza tas-suq u, fl-istess ħin, tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn in-network Ewropew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għas-sikurezza tal-prodotti (“Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur”) previsti minn dan ir-Regolament u n-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodottimmirati lejn il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri u l-Kummissjoni previsti mir-Regolament (UE) 2019/1020, huwa meħtieġ li n-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur jiġi assoċjat man-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

(47)L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkomplementaw l-attivitajiet tradizzjonali tas-sorveljanza tas-suq iffukati fuq is-sikurezza tal-prodotti b’attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq li jiffukaw fuq il-proċeduri ta’ konformità interna stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi biex jiżguraw is-sikurezza tal-prodotti. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrikjedu lill-manifattur jindika liema prodotti oħra - prodotti bl-istess proċedura, jew li jkun fihom l-istess komponenti meqjusa li joħolqu riskju jew li jkunu parti mill-istess lott ta’ produzzjoni - huma affettwati mill-istess riskju.

(48)Jenħtieġ li jiġi stabbilit skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi ta’ indikaturi tal-output li jippermettu l-kejl u t-tqabbil tal-effettività tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti.

(49)Jenħtieġ li jkun hemm skambju effettiv, rapidu u preċiż ta’ informazzjoni dwar prodotti perikolużi.

(50)Is-Sistema ta’ Informazzjoni Rapida tal-Unjoni (RAPEX) instabet li kienet effettiva u effiċjenti. Ir-RAPEX tippermetti li l-miżuri korrettivi jiġu implimentati mal-Unjoni kollha fir-rigward ta’ prodotti li joħolqu riskju lil hinn mit-territorju ta’ Stat Membru uniku. Madankollu, huwa xieraq li l-isem imqassar użat jinbidel minn RAPEX għal Safety Gate għal aktar ċarezza u sensibilizzazzjoni aħjar għall-konsumaturi. Is-Safety Gate tinkludi sistema ta’ twissija rapida dwar prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel li biha l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar tali prodotti, portal web biex jinforma lill-pubbliku (Safety Gate portal) u interfaċċa li tippermetti lin-negozji jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi (Safety Business Gateway).

(51)L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw fis-Safety Gate kemm miżuri korrettivi obbligatorji kif ukoll volontarji li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jimponu kundizzjonijiet speċifiċi fuq il-kummerċjalizzazzjoni possibbli ta’ prodott minħabba riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew, fil-każ ta’ prodotti koperti mir-Regolament (UE) Nru 2019/1020, ukoll għal interessi pubbliċi rilevanti oħra tal-utenti finali.

(52)Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri adottati kontra prodotti koperti minn dak ir-Regolament, li joħolqu riskju inqas minn serju, permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-istess artikolu, filwaqt li l-miżuri korrettivi adottati kontra l-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li joħolqu riskju inqas minn serju jenħtieġ li jiġu nnotifikati fis-Safety Gate. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi ppreżentati mill-prodotti. Huwa xieraq għall-konsumaturi u għan-negozji li l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri korrettivi adottati kontra prodotti li joħolqu riskju tinsab fis-Safety Gate, li tippermetti li l-informazzjoni rilevanti dwar prodotti perikolużi, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-portal Safety Gate. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jinnotifikaw fis-Safety Gate il-miżuri korrettivi kollha dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

(53)F’każ li l-informazzjoni għandha tiġi nnotifikata fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1020, hemm il-possibbiltà, għal tali notifiki, li jiġu sottomessi direttament fis-Safety Gate jew, li jiġu ġġenerati mis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għas-sorveljanza tas-suq prevista fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm u tkompli tiżviluppa l-interfaċċa li ġiet stabbilita għat-trasferiment tal-informazzjoni bejn is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u s-Safety Gate, sabiex jiġi evitat id-dħul doppju tad-data u jiġi ffaċilitat tali trasferiment.

(54)Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm u tiżviluppa aktar il-portal web Safety Business Gateway, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq. Din l-għodda jenħtieġ wkoll li tippermetti wkoll lill-operaturi ekonomiċi jinfurmaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar inċidenti kkawżati minn prodotti li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq. Dan jenħtieġ li jippermetti skambju ta’ informazzjoni rapidu u effiċjenti bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali, u jiffaċilita l-informazzjoni lill-konsumaturi mill-operaturi ekonomiċi.

(55)Jista’ jkun hemm każijiet fejn ikun meħtieġ li jiġi indirizzat riskju serju fil-livell tal-Unjoni fejn ir-riskju ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat jew permezz ta’ kwalunkwe proċedura oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ ta’ riskji emerġenti ġodda jew dawk li jħallu impatt fuq il-konsumaturi vulnerabbli. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istati Membri. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu adattati għall-gravità u l-urġenza tas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu adegwat li bih il-Kummissjoni tkun tista’ tadotta miżuri interim applikabbli immedjatament.

(56)Id-determinazzjoni tar-riskju li jikkonċerna prodott u l-livell tiegħu hija bbażata fuq valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-atturi rilevanti. L-Istati Membri, fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju, jistgħu jilħqu riżultati differenti f’dak li jikkonċerna l-preżenza ta’ riskju jew il-livell tiegħu. Dan jista’ jipperikola l-funzjonament korrett tas-suq uniku u l-kundizzjonijiet ekwi kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, jenħtieġ li mekkaniżmu ta’ arbitraġġ ikun disponibbli għall-Istati Membri, fuq bażi volontarja, li jippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi opinjoni dwar il-kwistjoni fit-tilwima.

(57)In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur itejjeb il-kooperazzjoni dwar l-infurzar tas-sikurezza tal-prodotti bejn l-Istati Membri. B’mod partikolari, dan jiffaċilita l-attivitajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni, l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet konġunti ta’ sorveljanza tas-suq, l-iskambju ta’ għarfien espert u l-aħjar prattiki. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur jenħtieġ li jkun irrappreżentat u jipparteċipa kif xieraq fl-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti previst fir-Regolament (UE) 2019/1020 kull meta tkun meħtieġa koordinazzjoni tal-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni taż-żewġ Regolamenti sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħhom.

(58)L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jwettqu attivitajiet konġunti ma’ awtoritajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-utenti finali, bil-għan li jippromwovu s-sikurezza tal-prodotti u jidentifikaw prodotti perikolużi, inklużi dawk li jiġu offruti għall-bejgħ online. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, kif xieraq, jenħtieġ li jiżguraw li l-għażla tal-prodotti u tal-produtturi kif ukoll l-attivitajiet imwettqa ma joħolqux sitwazzjoni li tista’ tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.

(59)Azzjonijiet simultanji kkoordinati ta’ kontroll (“sweeps”) huma azzjonijiet speċifiċi ta’ infurzar li jistgħu jkomplu jtejbu s-sikurezza tal-prodotti. B’mod partikolari, jenħtieġ li jitwettqu sweeps fejn ix-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħra jissuġġerixxu li ċerti kategoriji ta’ prodotti ta’ spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

(60)L-interfaċċa pubblika tas-Safety Gate, il-portal Safety Gate, tippermetti lill-pubbliku ġenerali, inklużi l-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online, li jiġi infurmat dwar il-miżuri korrettivi meħuda kontra prodotti perikolużi preżenti fis-suq tal-Unjoni. Taqsima separata tal-portal Safety Gate tippermetti lill-konsumaturi jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur li jinsabu fis-suq. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi segwitu adegwat, b’mod partikolari billi tittrażmetti tali informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

(61)Meta l-informazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodott għall-pubbliku ssir disponibbli, is-segretezza professjonali, kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 339 tat-Trattat, jenħtieġ li tiġi protetta b’mod li jkun kompatibbli mal-ħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-miżuri ta’ protezzjoni.

(62)Meta prodott li jkun diġà nbiegħ lill-konsumaturi jirriżulta li jkun perikoluż, jista’ jkun meħtieġ li jissejjaħ lura biex jiġu protetti l-konsumaturi fl-Unjoni. Il-konsumaturi jistgħu ma jkunux jafu li għandhom prodott imsejjaħ lura. Sabiex tiżdied l-effettività tas-sejħa lura, huwa għalhekk importanti li jintlaħqu aħjar il-konsumaturi kkonċernati. Il-kuntatt dirett huwa l-aktar metodu effettiv biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar is-sejħiet lura u tiġi mħeġġa l-azzjoni. Huwa wkoll il-mezz ta’ komunikazzjoni preferut fost il-gruppi kollha tal-konsumaturi. Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi, huwa importanti li dawn jiġu infurmati b’mod rapidu u affidabbli. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jużaw id-data tal-klijent għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta’ sikurezza marbuta mal-prodotti li jkunu xtraw. Għalhekk, huwa meħtieġ obbligu legali biex l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jużaw kwalunkwe data tal-klijenti li tkun diġà għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta’ sikurezza. F’dan ir-rigward, l-operaturi ekonomiċi se jiżguraw li jinkludu l-possibbiltà li jikkuntattjaw direttament lill-klijenti fil-każ ta’ sejħa lura jew twissija ta’ sikurezza li taffettwahom fi programmi eżistenti ta’ lealtà tal-klijent u f’sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-prodotti, li permezz tagħhom il-klijenti jintalbu, wara li jkunu xtraw prodott, biex jikkomunikaw lill-manifattur fuq bażi volontarja xi informazzjoni bħall-isem, l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom, il-mudell tal-prodott jew in-numru tas-serje.

(63)Terz tal-konsumaturi jkomplu jużaw prodotti perikolużi minkejja li jaraw avviż ta’ sejħa lura, b’mod partikolari minħabba li l-avviżi ta’ sejħa lura jiġu abbozzati b’mod kumpless jew jimminimizzaw ir-riskju involut. Għalhekk, l-avviż ta’ sejħa lura jenħtieġ li jkun ċar, trasparenti u jiddeskrivi b’mod ċar ir-riskju involut, filwaqt li jevita kwalunkwe terminu, espressjoni jew element ieħor li jista’ jnaqqas l-perċezzjoni tar-riskju tal-konsumaturi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu wkoll aktar informazzjoni, jekk meħtieġ, permezz ta’ numru tat-telefon mingħajr ħlas jew strument interattiv ieħor.

(64)Sabiex jiġi mħeġġeġ ir-rispons tal-konsumatur għas-sejħiet lura, huwa importanti wkoll li l-azzjoni meħtieġa mill-konsumaturi tkun sempliċi kemm jista’ jkun u li r-rimedji offruti jkunu effettivi, mingħajr spejjeż u f’waqthom. Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 tipprovdi lill-konsumaturi bir-rimedji kuntrattwali għal nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti li kienu jeżistu fil-mument tal-konsenja u li sar evidenti fil-perjodu ta’ responsabbiltà. L-operatur ekonomiku responsabbli għas-sejħa lura jenħtieġ li jipprovdi rimedji simili għall-konsumatur.

(65)Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit f’dan ir-Regolament, huwa importanti li jintużaw standards Ewropej li jkopru ċerti prodotti u riskji b’tali mod li prodott konformi ma’ standard Ewropew bħal dan, li r-referenza tiegħu tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun preżunt li huwa konformi ma’ dak ir-rekwiżit.

(66)Meta l-Kummissjoni tidentifika ħtieġa li jkun hemm standard Ewropew li jiżgura konformità ta’ ċerti prodotti mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali skont dan ir-Regolament, din jenħtieġ li tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 biex titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard li jkun xieraq biex jiżgura li l-prodotti konformi miegħu huma preżunti bħala sikuri.

(67)Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 1025/2012 jenħtieġ li jiġu emendati biex iqisu l-ispeċifiċitajiet ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu definiti r-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi skont dan ir-Regolament qabel ma titnieda t-talba lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni.

(68)Flimkien mal-adattament tar-Regolament (UE) 1025/2012, jenħtieġ li tiġi introdotta proċedura speċifika għall-adozzjoni tar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi bl-assistenza tal-Kumitat speċjalizzat previst minn dan ir-Regolament.

(69)L-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’konformità mad-Direttiva 2001/95/KE, jenħtieġ li jibqgħu jagħtu l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit f’dan ir-Regolament. It-talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni f’konformità mad-Direttiva 2001/95/KE jenħtieġ li jitqiesu bħala talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(70)Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista’ tikkoopera u tiskambja informazzjoni relatata mas-sikurezza tal-prodotti mal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas ta’ ftehimiet konklużi bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Tali kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-kunfidenzjalità u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali tal-Unjoni.

(71)Sabiex ikollhom effett ta’ deterrent sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi u għas-swieq online biex jipprevjenu t-tqegħid ta’ prodotti perikolużi fis-suq, jenħtieġ li l-penali jkunu adegwati għat-tip ta’ ksur, għall-vantaġġ possibbli għall-operatur ekonomiku jew għas-suq online u għat-tip u għall-gravità tad-dannu mġarrab mill-konsumatur. Barra minn hekk, livell omoġenju ta’ penali huwa importanti biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li jiġi evitat li l-operaturi ekonomiċi jew is-swieq online jikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom f’territorji fejn il-livell ta’ penali jkun aktar baxx.

(72)Meta jiġu imposti penali, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lin-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur inkwistjoni. L-impożizzjoni ta’ penali jenħtieġ li tkun proporzjonata u jenħtieġ li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż ma’ salvagwardji proċedurali applikabbli u mal-prinċipji tal-Karta tad-drittijiet fundamentali.

(73)Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar konsistenti tal-penali, jenħtieġ li jiġu inklużi kriterji komuni mhux eżawrjenti u indikattivi għall-applikazzjoni tal-penali. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jinkludu d-durata jew l-effetti temporali tal-ksur, kif ukoll in-natura u l-gravità tiegħu, b’mod partikolari l-livell ta’ riskju mġarrab mill-konsumatur. Ksur ripetut min-naħa tal-istess awtur juri propensità għat-twettiq ta’ tali ksur u għalhekk ikun indikazzjoni sinifikanti tal-gravità tal-aġir u, għaldaqstant, tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali biex tinkiseb deterrenza effettiva. Il-benefiċċji finanzjarji miksuba, jew it-telf evitat, minħabba l-ksur jenħtieġ li jitqiesu jekk tkun disponibbli d-data rilevanti. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll fatturi aggravanti jew mitiganti oħrajn applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

(74)Sabiex tiġi żgurata aktar konsistenza, jenħtieġ li tiġi inkluża lista ta’ dawk it-tipi ta’ ksur li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal penali.

(75)L-effett ta’ deterrent tal-penali jenħtieġ li jissaħħaħ bil-possibbiltà li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata mal-penali imposti mill-Istati Membri. Meta dawn il-penali jinħarġu kontra persuni fiżiċi jew jinkludu data personali, dawn jistgħu jiġu ppubblikati b’mod li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 u fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 . Ir-rapport annwali dwar il-penali imposti mill-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ekwi u għall-prevenzjoni ta’ ksur ripetut. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġi speċifikat f’liema sitwazzjonijiet ma għandhiex issir pubblikazzjoni. F’dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-data personali jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati mis-serjetà tal-ksur, pereżempju, meta tkun ġiet imposta penali lil operatur ekonomiku li ismu jidentifika persuna fiżika u tali operatur ekonomiku jkun naqas ripetutament milli jikkonforma mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott.

(76)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta r-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi, biex tiddetermina l-indikaturi tal-output li abbażi tagħhom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw data dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, biex tadotta l-modalitajiet u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-miżuri kkomunikati permezz tas-Safety Gate u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-livell ta’ riskju, biex tieħu miżuri fir-rigward tal-prodotti li joħolqu riskju serju, biex tadotta l-modalitajiet biex tintbagħat informazzjoni mill-konsumaturi fil-portal Safety Gate, biex tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-prodotti għall-finijiet ta’ sejħa lura u biex tadotta l-mudell għal avviż ta’ sejħa lura. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 .

(77)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati mas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu dan.

(78)Sabiex jinżamm livell għoli ta’ saħħa u sikurezza tal-konsumaturi, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti li għandhom riskju serju potenzjali għas-saħħa u s-sikurezza. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 37 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(79)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli konsistenti ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur filwaqt li tiġi ppreservata l-unità tas-Suq Uniku, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa għal livell għoli ta’ kollaborazzjoni u azzjoni koerenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għal mekkaniżmu għall-iskambju rapidu u effiċjenti ta’ informazzjoni dwar prodotti perikolużi fl-Unjoni iżda pjuttost, minħabba l-karattru tal-problema madwar l-Unjoni kollha, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(80)Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. Meta l-konsumaturi jirrapportaw prodott fis-Safety Gate, tinħażen biss dik id-data personali li tkun meħtieġa biex jiġi rrapportat il-prodott perikoluż u għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin wara li tali data tkun ġiet ikkodifikata. Il-manifatturi u l-importaturi jenħtieġ li jkollhom ir-reġistru tal-ilmenti tal-konsumaturi biss sakemm dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-manifatturi u l-importaturi, meta jkunu persuni fiżiċi, jenħtieġ li jiżvelaw isimhom biex jiżguraw li l-konsumatur ikun jista’ jidentifika l-prodott għall-finijiet tat-traċċabbiltà.

(81)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 u ħareġ opinjoni fil-XX XXXX. 38

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli essenzjali dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti definiti fl-Artikolu 3(1), li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq sa fejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv fir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li tirregola s-sikurezza tal-prodotti kkonċernati.

Meta l-prodotti jkunu soġġetti għal rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi imposti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-aspetti u r-riskji jew il-kategoriji tar-riskji mhux koperti b’dawn ir-rekwiżiti.

B’mod partikolari, fir-rigward ta’ prodotti soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 3(25),

(a)il-Kapitolu II ma għandux japplika sa fejn ikunu kkonċernati r-riskji jew il-kategoriji ta’ riskji koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(b)Il-Kapitolu III, it-Taqsima 1, il-Kapitoli V u VII, il-Kapitoli IX sa XI ma għandhomx japplikaw.

2.Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju;

(b)ikel;

(c)għalf;

(d)pjanti u annimali ħajjin, organiżmi ġenetikament modifikati u mikroorganiżmi ġenetikament modifikati f’użu kontenut, kif ukoll prodotti ta’ pjanti jew annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;

(e)prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati;

(f)prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(g)tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta’ servizz mogħti lill-konsumaturi;

(h)inġenju tal-ajru msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(i)antikitajiet.

3.Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti mqiegħda jew disponibbli fis-suq kemm jekk ġodda, użati, imsewwija jew ikkundizzjonati mill-ġdid. Ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawk il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali.

4.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

5.Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ prekawzjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett, interkonness jew le ma’ oġġetti oħra, fornut jew disponibbli, kemm jekk għal korrispettiv kif ukoll jekk le, matul attività kummerċjali inkluż fil-kuntest tal-forniment ta’ servizz – li huwa maħsub għall-konsumaturi jew li jista’, f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, jintuża mill-konsumaturi anke jekk ma jkunx maħsub għalihom;

2. “prodott sikur” tfisser kwalunkwe prodott li, f’kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta’ użu jew użu ħażin, inkluż id-durata attwali tal-użu, ma jippreżenta l-ebda riskju jew jippreżenta riskji minimi biss kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi;

3.“prodott perikoluż” tfisser kwalunkwe prodott li mhux konformi mad-definizzjoni ta’ “prodott sikur”;

4.“riskju” tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ periklu li jikkawża ħsara u l-grad ta’ severità ta’ dik il-ħsara;

5.“riskju serju” tfisser riskju li għalih, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u filwaqt li jitqies l-użu normali u prevedibbli tal-prodott, il-kombinazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ periklu li jikkawża ħsara u l-grad ta’ severità ta’ dik il-ħsara titqies li tirrikjedi intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inklużi każijiet fejn l-effetti tar-riskju ma jkunux immedjati;

6.“disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk bla ħlas;

7.“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

8. “manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddiżinjat jew immanifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott f’isimha jew bit-trademark tagħha;

9.“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti speċifikati;

10.“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

11.“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq;

12.“fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri, matul attività kummerċjali, mill-inqas tnejn mis-servizzi li ġejjin: ħżin, imballaġġ, indirizzar u dispaċċ, mingħajr ma jkollha s-sjieda tal-prodotti involuti, esklużi s-servizzi postali kif definiti fil-Artikolu 2, punt 1 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 , servizzi tal-konsenja tal-pakketti kif definiti fil-Artikolu 2, punt 2 tar-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 , u kwalunkwe servizz postali jew servizz ta’ trasport tal-merkanzija ieħor;

13.“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, il-fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li hija soġġetta għal obbligi fir-rigward tal-manifattura ta’ prodotti, li tagħmilhom disponibbli fis-suq f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

14.“suq online” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju bl-użu ta’ software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu, li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti oħra jew konsumaturi għall-bejgħ ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament;

15.“interfaċċa online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn operatur ekonomiku jew f’ismu, u li jservi biex jagħti aċċess lill-utenti finali għall-prodotti tal-operatur ekonomiku;

16.“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li hija stabbilita fl-Unjoni, li għaliha jkun sar disponibbli prodott bħala konsumatur barra minn kwalunkwe kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni jew bħala utent finali professjonali matul l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha;

17.“Standard Ewropew” tfisser standard Ewropew kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

18.“Standard internazzjonali” tfisser standard internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

19.“Standard nazzjonali” tfisser standard nazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (d) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

20.“Organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni” tfisser organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kif elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

21.“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;

22.“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1020 bħala responsabbli mill-organizzazzjoni u t-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

23.“sejħa lura” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-konsumatur;

24.“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

25.“Leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1020 u kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li għalihom japplika dak ir-Regolament.

Artikolu 4

Bejgħ mill-bogħod

1.Il-prodotti offruti għall-bejgħ online jew b’mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod, għandhom jitqiesu li saru disponibbli fis-suq jekk l-offerta tkun immirata għal konsumaturi fl-Unjoni. Offerta għall-bejgħ għandha titqies li tkun mmirata għal konsumaturi fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jidderieġi, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar.

2.Għall-fini li jiġi ddeterminat jekk offerta hijiex immirata lejn il-konsumaturi fl-Unjoni, għandhom jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti li ġejjin:

(a)l-użu ta’ lingwa jew munita uffiċjali tal-Istati Membri,

(b)l-isem tad-dominju rreġistrat f’wieħed mill-Istati Membri,

(c)iż-żoni ġeografiċi li fihom jistgħu jintbagħtu l-prodotti.

KAPITOLU II

Rekwiżiti tas-sikurezza

Artikolu 5

Rekwiżit tas-sikurezza ġenerali

L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma sikuri.

Artikolu 6

Preżunzjoni tas-sikurezza

1.Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, prodott għandu jiġi preżunt li huwa konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 f’dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)jekk jikkonforma mal-istandards Ewropej rilevanti jew ma’ partijiet minnhom sa fejn huma kkonċernati r-riskji u l-kategoriji ta’ riskju koperti, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 1025/2012;

(b)fin-nuqqas ta’ standards Ewropej imsemmija fil-punt (a), fir-rigward tar-riskji koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fid-dritt tal-Istat Membru fejn il-prodott isir disponibbli fis-suq, jekk ikun konformi ma’ tali rekwiżiti nazzjonali.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi meħtieġa biex tiżgura li l-prodotti li jikkonformaw mal-istandards Ewropej jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

3.Madankollu, il-preżunzjoni tas-sikurezza skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament meta jkun hemm evidenza li, minkejja tali konformità, il-prodott ikun perikoluż.

Artikolu 7

Aspetti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti

1.Meta l-preżunzjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Artikolu 5 ma tkunx tapplika, għandhom jitqiesu l-aspetti li ġejjin b’mod partikolari meta jiġi vvalutat jekk prodott huwiex sikur:

(a)il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi d-disinn tiegħu, il-karatteristiċi tekniċi, il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-assemblaġġ u fejn applikabbli, għall-istallazzjoni u l-manutenzjoni;

(b)l-effett fuq prodotti oħra, meta jkun raġonevolment prevedibbli illi jrid jintuża ma’ prodotti oħra, inkluża l-interkonnessjoni tal-prodotti bejniethom;

(c)l-effett li prodotti oħra jista’ jkollhom fuq il-prodott li għandu jiġi vvalutat, inkluż l-effett ta’ oġġetti mhux inkorporati li huma maħsuba biex jiddeterminaw, ibiddlu jew ilestu l-mod kif jaħdem prodott ieħor li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ dak il-prodott l-ieħor;

(d)il-preżentazzjoni tal-prodott, it-tikkettar, kwalunkwe twissija u istruzzjoni għall-użu sikur tiegħu u r-rimi tiegħu u kwalunkwe indikazzjoni oħra jew informazzjoni oħra li tirrigwarda l-prodott;

(e)il-kategoriji ta’ konsumaturi f’riskju meta jużaw il-prodott, b’mod partikolari konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità;

(f)id-dehra tal-prodott u b’mod partikolari meta prodott, għalkemm mhuwiex oġġett tal-ikel, jixbah oġġett tal-ikel u x’aktarx jiġi konfuż ma’ oġġett tal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra;

(g)il-fatt li għalkemm mhux iddisinjat jew mhux maħsub għall-użu mit-tfal, il-prodott jixbah oġġett rikonoxxut b’mod komuni bħala attraenti jew maħsub għall-użu mit-tfal, minħabba d-disinn, l-imballaġġ u l-karatteristiċi tiegħu;

(h)il-karatteristiċi xierqa taċ-ċibersigurtà meħtieġa biex jipproteġu l-prodott minn influwenzi esterni, inklużi partijiet terzi malizzjużi, meta tali influwenza jista’ jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott;

(i)il-funzjonalitajiet li jevolvu, ta’ tagħlim u ta’ tbassir ta’ prodott.

2.Il-fattibbiltà li jistgħu jintlaħqu livelli ogħla ta’ sikurezza jew id-disponibbiltà ta’ prodotti oħra li joħolqu grad inqas ta’ riskju, ma għandhomx joħolqu raġunijiet biex prodott jitqies perikoluż.

3.Għall-fini tal-paragrafu 1, waqt il-valutazzjoni jekk prodott huwiex sikur, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin, meta disponibbli, b’mod partikolari:

(a)l-istandards Ewropej ħlief dawk li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 1025/2012;

(b)standards internazzjonali;

(c)ftehimiet internazzjonali;

(d)skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarja jew oqfsa simili ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari dawk maħsuba biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(e)rakkomandazzjonijiet u linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti;

(f)standards nazzjonali mfassla fl-Istat Membru li fih il-prodott isir disponibbli;

(g)l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u teknoloġija, inkluża l-opinjoni ta’ korpi xjentifiċi rikonoxxuti u kumitati ta’ esperti;

(h)il-kodiċijiet tas-sikurezza tal-prodott tal-prattiki t-tajba fis-seħħ fis-settur ikkonċernat;

(i)aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur li jirrigwardaw is-sikurezza;

(j)rekwiżiti tas-sikurezza adottati f’konformità mal-Artikolu 6(2).

KAPITOLU III

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi

Taqsima 1

Artikolu 8

Obbligi tal-manifatturi

1.Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati f’konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

2.Il-manifatturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti li jaslu li jikkonċernaw prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq, u li jkunu ġew identifikati bħala perikolużi mill-ilmentatur, u għandhom iżommu reġistru ta’ dawn l-ilmenti kif ukoll ta’ sejħiet lura tal-prodotti.

Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament għall-konsumaturi, mezzi ta’ komunikazzjoni bħan-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku jew it-taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, li jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti u jinfurmawhom dwar kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta’ sikurezza li jkunu esperjenzaw bil-prodott.

Id-data personali maħżuna fir-reġistru tal-ilmenti għandha tkun biss dik id-data personali li hija meħtieġa għall-manifattur biex jinvestiga l-ilment dwar prodott perikoluż allegat. Tali data għandha tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa għall-finijiet ta’ investigazzjoni u mhux aktar minn ħames snin wara li tkun ġiet ikkodifikata.

3.Il-manifatturi għandhom iżommu lid-distributuri, lill-importaturi u lis-swieq online fil-katina tal-provvista kkonċernata infurmati bi kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza li jkunu identifikaw.

4.Il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq:

(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu li huma rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott;

(b)analiżi tar-riskji possibbli relatati mal-prodott u s-soluzzjonijiet adottati biex jitneħħew jew jitnaqqsu dawn ir-riskji, inkluż ir-riżultat ta’ kwalunkwe test li jkun għamel il-manifattur jew xi ħadd ieħor f’ismu;

(c)il-lista tal-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 6(1), punt a, jew l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 7(3), applikati biex jissodisfaw r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti jew elementi tas-saħħa u s-sikurezza msemmija fl-Artikolu 7(3) ikunu ġew applikati biss parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati.

5.Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

6.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott.

7.Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku ta’ kuntatt fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur.

8.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-prodott isir disponibbli. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fejn il-prodott jista’ jintuża b’mod sikur u kif maħsub mill-manifattur mingħajr tali struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza.

9.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

10.Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, inkluż irtirar jew sejħa lura, kif xieraq.

11.Il-manifatturi għandhom, permezz tas-Safety Business Gateway msemmi fl-Artikolu 25, javżaw minnufih lill-konsumaturi dwar ir-riskju li prodott li huma mmanifatturaw jippreżenta għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom u jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom il-prodott ikun sar disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta’ kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet.

Artikolu 9

Obbligi tar-rappreżentanti awtorizzati

1.Il-manifattur jista’, b’mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

2.Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti li r-rappreżentant awtorizzat iwettaq tal-inqas il-kompiti li ġejjin:

(a)jipprovdi lil awtorità tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba motivata tagħha, bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera s-sikurezza tal-prodott b’lingwa uffiċjali li tista’ tinftiehem minn dik l-awtorità;

(b)meta jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott inkwistjoni jippreżenta riskju, jinformaw lill-manifattur;

(c)jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 10

Obbligi tal-importaturi

1.Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(4), (6) u (7).

2.Meta importatur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(4), (6) u (7), dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ikun inġieb f’konformità. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sikur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u jiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

3.L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. Huma għandhom jiżguraw li kwalunkwe tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni fuq it-tikketta pprovduta mill-manifattur.

4.L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott li jkunu importaw ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-prodott isir disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista’ jintuża b’mod sikur u kif maħsub mill-manifattur mingħajr tali struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza.

5.L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux qed ipoġġu f’periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 8(6) u (7).

6.L-importaturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti, relatati mal-prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq u jirreġistraw dawn l-ilmenti, kif ukoll is-sejħiet lura tal-prodotti, fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu jew fir-reġistru tagħhom stess. L-importaturi għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri infurmati dwar l-investigazzjoni mwettqa u dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni.

L-importaturi għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu jkunu disponibbli għall-konsumaturi biex jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti u jikkomunikaw kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta’ sikurezza li jkunu esperjenzaw bil-prodott. Jekk dawn il-mezzi ma jkunux disponibbli, l-importatur għandu jipprovdihom.

Id-data personali maħżuna fir-reġistru tal-ilmenti għandha tkun biss dik id-data personali li hija meħtieġa għall-importatur biex jinvestiga l-ilment dwar prodott perikoluż allegat. Tali data għandha tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa għall-finijiet ta’ investigazzjoni u mhux aktar minn ħames snin wara li tkun ġiet ikkodifikata.

7.L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-manifattur biex jiżguraw li prodott ikun sikur.

8.L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u jiżguraw li jiġu adottati l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. F’każ li dawn il-miżuri ma jkunux ġew adottati, l-importatur għandu jadottahom. L-importaturi għandhom jiżguraw li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, il-konsumaturi jiġu mgħarrfa minnufih u b’mod effettiv bir-riskju fejn applikabbli u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati minnufih, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta’ kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet.

9.L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(4) għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 11

Obbligi tad-distributuri

1.Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.

2.Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux qed ipoġġu f’periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u l-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.

3.Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, ma għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm ikun inġieb f’konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributur għandu jinforma minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway msemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

4.Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sikur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandhom jiżguraw li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta’ kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

Artikolu 12

Każijiet li fihom l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għal operaturi ekonomiċi oħra

1.Persuna fiżika jew ġuridika, minbarra l-manifattur, li timmodifika l-prodott sostanzjalment, għandha titqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandha tkun soġġetta għall-obbligi tal-manifattur stabbiliti fl-Artikolu 8 għall-parti tal-prodott affettwata mill-modifika jew, għall-prodott kollu jekk il-modifika sostanzjali jkollha impatt fuq is-sikurezza tiegħu.

2.Modifika għandha titqies bħala sostanzjali meta jiġu sodisfatti t-tliet kriterji li ġejjin:

(a)il-modifika tbiddel il-funzjonijiet, it-tip jew il-prestazzjoni maħsuba tal-prodott b’mod li ma kienx previst fil-valutazzjoni inizjali tar-riskju tal-prodott;

(b)in-natura tal-periklu tkun inbidlet jew il-livell ta’ riskju jkun żdied minħabba l-modifika;

(c)    il-bidliet ma sarux mill-konsumatur għall-użu tiegħu stess.

Artikolu 13

Proċessi interni għas-sikurezza tal-prodotti

L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċessi interni għas-sikurezza tal-prodotti, li jippermettulhom jirrispettaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

Artikolu 14

Kooperazzjoni tal-operaturi ekonomiċi mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward ta’ azzjonijiet li jistgħu jeliminaw jew inaqqsu r-riskji ppreżentati minn prodotti disponibbli fis-suq minn dawk l-operaturi.

2.Fuq talba ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, u b’mod partikolari:

(a)deskrizzjoni sħiħa tar-riskju ppreżentat mill-prodott;

(b) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura korrettiva meħuda biex tindirizza r-riskju.

3.Fuq talba, l-operaturi ekonomiċi għandhom jidentifikaw u jikkomunikaw ukoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bil-prodott;

(b)kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bil-prodott.

4.L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott, fejn rilevanti.

5.L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-miżura korrettiva meħuda tkun effettiva fl-eliminazzjoni jew fil-mitigazzjoni tar-riskji. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jissottomettu rapporti ta’ progress regolari u jiddeċiedu jekk il-miżura korrettiva tistax titqies bħala kompluta jew meta tista’ titqies bħala kompluta.

Artikolu 15

Persuna responsabbli għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni

1.L-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għal “leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinqraw bħala “Regolament […]”.

2.Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu perjodikament iwettaq ittestjar ta’ kampjuni ta’ prodotti magħżula b’mod aleatorju disponibbli fis-suq. Meta l-prodotti disponibbli fis-suq ikunu ġew soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu jwettaq, mill-inqas darba fis-sena, għad-durata kollha tad-deċiżjoni, ittestjar ta’ kampjuni rappreżentattivi ta’ prodotti disponibbli fis-suq magħżula taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew ta’ kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura mill-Istat Membru fejn jinsab l-operatur ekonomiku.

3.L-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz postali u elettroniku, tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jiġu indikati fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu, il-pakkett jew dokument ta’ akkumpanjament.

Artikolu 16

Informazzjoni għall-operaturi ekonomiċi

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-għoti ta’ informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi, fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Traċċabbiltà tal-prodotti

1.Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi ta’ prodotti, li huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, abbażi tal-inċidenti reġistrati fis-Safety Business Gateway, l-istatistika tas-Safety Gate, ir-riżultati tal-attivitajiet konġunti dwar is-sikurezza tal-prodotti u indikaturi jew evidenza rilevanti oħra, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema ta’ traċċabbiltà.

2.Is-sistema ta’ traċċabbiltà għandha tikkonsisti fil-ġbir u l-ħżin ta’ data b’mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott, il-komponenti tiegħu jew tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll fil-modalitajiet biex tintwera u tiġi aċċessata dik id-data, inkluż it-tqegħid ta’ trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokumenti ta’ akkumpanjament.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 41 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:

(a)tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni kif imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara fl-atti delegati kkonċernati jekk tkunx użat il-metodoloġija tal-analiżi tar-riskju prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/417 41  jew, jekk dik il-metodoloġija ma tkunx xierqa għall-prodott ikkonċernat, hija għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija użata;

(b)tispeċifika t-tip tad-data li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema ta’ traċċabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c)il-modalitajiet biex tintwera u tiġi aċċessata d-data, inkluż it-tqegħid ta’ trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew id-dokumenti ta’ akkumpanjament kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.Fl-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)il-kosteffettività tal-miżuri, inkluż l-impatt tagħhom fuq in-negozji b’mod partikolari intrapriżi żgħar u medji;

(b)il-kompatibbiltà mas-sistemi ta’ traċċabbiltà disponibbli fil-livell tal-Unjoni jew f’livell internazzjonali.

Taqsima 2

Artikolu 18

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod

Meta l-prodotti jsiru disponibbli fis-suq online jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod mill-operaturi ekonomiċi rilevanti, l-offerta rilevanti tal-prodott għandha tindika b’mod ċar u viżibbli mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(b)f’każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1);

(c)informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip u, fejn disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

(d)kwalunkwe twissija jew informazzjoni dwar is-sikurezza li għandha titwaħħal fuq il-prodott jew li takkumpanjah f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi.

Artikolu 19

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi f’każ ta’ inċidenti jew kwistjonijiet ta’ sikurezza relatati mal-prodotti

1.Il-manifattur għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, inċident ikkawżat minn prodott imqiegħed jew disponibbli fis-suq jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fi żmien jumejn tax-xogħol mill-mument li jkun sar jaf dwar l-inċident. In-notifika għandha tinkludi t-tip u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-prodott kif ukoll iċ-ċirkostanzi tal-inċident jekk ikunu magħrufa. Il-manifattur għandu jinnotifika, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.L-importaturi u d-distributuri li jkunu jafu b’inċident ikkawżat minn prodott li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq għandhom jinfurmaw lill-manifattur, li jista’ jagħti struzzjonijiet lill-importatur jew lil wieħed mid-distributuri biex jipproċedu bin-notifika.

KAPITOLU IV

Swieq online

Artikolu 20

Obbligi speċifiċi tas-swieq online relatati mas-sikurezza tal-prodotti

1.Is-swieq online għandhom jistabbilixxu punt uniku ta’ kuntatt li jippermetti komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-prodotti, b’mod partikolari għal ordnijiet li jikkonċernaw offerti ta’ prodotti perikolużi.

Is-swieq online għandhom jirreġistraw mal-portal Safety Gate u jindikaw fuq il-portal l-informazzjoni dwar il-punt uniku ta’ kuntatt tagħhom.

2.F’dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jordnaw lil suq online biex ineħħi kontenut illegali speċifiku li jirreferi għal prodott perikoluż mill-interfaċċa online tiegħu, jiddiżattiva l-aċċess għalih jew juri twissija espliċita lill-utenti finali meta jaċċessawh. Dawn l-ordnijiet għandu jkun fihom dikjarazzjoni tar-raġunijiet u għandhom jispeċifikaw lokatur jew lokaturi uniformi tar-riżorsi preċiżi u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat. Dawn jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-portal Safety Gate.

Is-swieq online għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirċievu u jipproċessaw l-ordnijiet maħruġa f’konformità ma’ dan il-paragrafu. Huma għandhom jaġixxu mal-wasla tal-ordni maħruġa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, mill-wasla tal-ordni. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq emittenti dwar l-effett mogħti lill-ordni billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

3.Is-swieq online għandhom iqisu l-informazzjoni regolari dwar prodotti perikolużi nnotifikata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’konformità mal-Artikolu 24, riċevuta permezz tal-portal Safety Gate, għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri volontarji tagħhom immirati lejn l-identifikazzjoni, it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut illegali li jirreferi għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità li tkun għamlet in-notifika fis-Safety Gate dwar kwalunkwe azzjoni meħuda billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

4.Is-swieq online għandhom jagħtu tweġiba xierqa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, għal avviżi relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-prodotti u prodotti perikolużi riċevuti f’konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.

5.Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, is-swieq online għandhom ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b’mod li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott offrut u jiżguraw li din tintwera jew li b’xi mod ieħor tkun faċilment aċċessibbli mill-konsumaturi fuq l-elenkar tal-prodott:

(a)l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(b)meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1);

(c)informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip u, fejn disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

(d)kwalunkwe twissija jew informazzjoni dwar is-sikurezza li għandha titwaħħal fuq il-prodott jew li takkumpanjah f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi.

6.Is-swieq online għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma’ operaturi ekonomiċi rilevanti biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jittaffew ir-riskji ppreżentati minn prodott li huwa jew kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari:

(a)kooperazzjoni biex jiġu żgurati sejħiet lura effettivi tal-prodotti, inkluż billi jiġi evitat li jitqiegħdu ostakli għas-sejħiet lura tal-prodotti;

(b)li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu infurmati bi kwalunkwe azzjoni meħuda;

(c)kooperazzjoni mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, permezz ta’ skambju regolari u strutturat ta’ informazzjoni dwar offerti li tneħħew abbażi ta’ dan l-Artikolu minn swieq online;

(d)li jiġi permess l-aċċess għall-interfaċċi tagħhom għall-għodod online mħaddma mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jidentifikaw prodotti perikolużi;

(e)fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, meta s-swieq online jew il-bejjiegħa online ikunu daħħlu fis-seħħ ostakli tekniċi għall-estrazzjoni tad-data mill-interfaċċi online tagħhom (scraping tad-data), jiġi permess li tali data tiġi estratta għall-finijiet ta’ sikurezza tal-prodotti abbażi tal-parametri ta’ identifikazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq li jagħmlu t-talba.

KAPITOLU V

Sorveljanza u implimentazzjoni tas-suq

Artikolu 21

Sorveljanza tas-Suq

1.L-Artikoli 10 sa 16, l-Artikoli 18 u 19 u l-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu jiġi applikat kif ġej:

(a)ir-referenzi għal-“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” fl-Artikoli 10 sa 16, l-Artikoli 18 u 19 u l-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinqraw bħala referenzi għal “dan ir-Regolament”;

(b)ir-referenza għal “dik il-leġiżlazzjoni u ma’ dan ir-Regolament” fl-Artikolu 11(1), punt b tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandha tinqara bħala “ir-Regolament […]”;

(c)ir-referenzi għan-“Network” fl-Artikoli 10 sa 16, l-Artikoli 18 u 19 u l-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinqraw bħala referenzi għan-“Network u n-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur imsemmi fl-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament”;

(d)ir-referenzi għal “nuqqas ta’ konformità” fl-Artikoli 10 sa 16, l-Artikoli 18 u 19 u l-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinqraw bħala referenza għal “nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament”;

(e)ir-referenza għall-“Artikolu 41” fl-Artikolu 14(4), punt (i) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandha tinqara bħala referenza għall-“Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament”;

(f)ir-referenza għall-“Artikolu 20” fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandha tinqara bħala referenza għall-“Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament”.

3.Meta prodott perikoluż ikun ġie identifikat, il-manifattur għandu jindika, fuq talba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, liema prodotti oħra, manifatturati bl-istess proċedura, li jkun fihom l-istess komponenti jew li jkunu parti mill-istess lott ta’ produzzjoni, ikunu affettwati mill-istess riskju.

4.L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jistabbilixxu skemi li jiffukaw fuq il-kontroll tal-proċessi interni għas-sikurezza tal-prodotti stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 13.

Artikolu 22

Implimentazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, darba fis-sena, data li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tiddetermina l-indikaturi tal-output li abbażi tagħhom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din id-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(3).

KAPITOLU VI

Sistema ta’ twissija rapida Safety Gate

Artikolu 23

Safety Gate

1.Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa u żżomm sistema ta’ twissija rapida għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar miżuri korrettivi li jikkonċernaw prodotti perikolużi (“is-Safety Gate”).

2.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għas-Safety Gate. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar punt uniku ta’ kuntatt nazzjonali li għandu jwettaq il-kompiti previsti fl-Artikolu 24(1) sa (6).

Artikolu 24

Notifika permezz tas-Safety Gate dwar prodotti li joħolqu riskju

1.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fis-Safety Gate, il-miżuri korrettivi meħuda mill-awtoritajiet tagħhom jew mill-operaturi ekonomiċi:

(a)abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi;

(b)abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward ta’ prodotti li joħolqu riskju serju, f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw, fis-Safety Gate, miżuri korrettivi meħuda mill-awtoritajiet tagħhom jew mill-operaturi ekonomiċi abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u r-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward ta’ prodotti li joħolqu riskju inqas minn serju.

In-notifika għandha tiġi ppreżentata fis-Safety Gate fi żmien jumejn tax-xogħol mill-adozzjoni tal-miżura korrettiva.

3.Malli tirċievi notifika, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk tikkonformax ma’ dan l-Artikolu u mar-rekwiżiti relatati mat-tħaddim tas-Safety Gate ddefiniti mill-Kummissjoni abbażi tal-paragrafu 7 u għandha tittrażmettiha lill-Istati Membri l-oħra jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti.

4.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien, fis-Safety Gate, kwalunkwe aġġornament, modifika jew irtirar tal-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 1.

5.Meta Stat Membru jinnotifika miżuri korrettivi meħuda fir-rigward ta’ prodotti li joħolqu riskju serju, l-Istati Membri l-oħra għandhom jinnotifikaw, fis-Safety Gate, il-miżuri u l-azzjonijiet meħuda sussegwentement fir-rigward tal-istess prodotti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-riżultati ta’ kwalunkwe test jew analiżi mwettqa fi żmien jumejn tax-xogħol mill-adozzjoni tal-azzjonijiet jew tal-miżuri.

6.Jekk il-Kummissjoni tidentifika prodotti li x’aktarx joħolqu riskju serju u li għalihom l-Istati Membri ma jkunux ippreżentaw notifika fis-Safety Gate, hija għandha tinforma lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki xierqa u, jekk jadottaw miżuri, jinnotifikawhom fis-Safety Gate f’konformità mal-paragrafu 1.

7.Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa bejn is-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni imsemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u s-Safety Gate, sakemm tevita d-dħul ta’ data doppja u tippermetti li jiġi attivat abbozz ta’ notifika tas-Safety Gate mis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

8.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-aċċess għas-sistema, it-tħaddim tas-sistema u l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fis-sistema, ir-rekwiżiti li n-notifiki jridu jissodisfaw u l-kriterji biex jiġi vvalutat il-livell ta’ riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 25

Safety Business Gateway

1.Il-Kummissjoni għandha żżomm web portal li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi bl-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(11), 9(2) punt c), 10(8), 11(3), 11(4) u l-Artikolu 19.

2.Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida għall-implimentazzjoni prattika tas-Safety Business Gateway.

KAPITOLU VII

Rwol tal-Kummissjoni u koordinazzjoni tal-infurzar

Artikolu 26

Azzjoni tal-Unjoni kontra prodotti li joħolqu riskju serju

1.Jekk il-Kummissjoni ssir taf bi prodott, jew kategorija jew grupp speċifiku ta’ prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, hija tista’ tieħu kwalunkwe miżura xierqa, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istati Membri, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, adattati għall-gravità u l-urġenza tas-sitwazzjoni jekk, fl-istess ħin:

(a)jirriżulta mill-konsultazzjonijiet minn qabel mal-Istati Membri illi huma jiddifferixxu b’mod sinifikanti dwar l-approċċ adottat jew li għandu jiġi adottat sabiex jiġi ttrattat ir-riskju; u;

(b)ir-riskju ma jistax jiġi ttrattat, minħabba n-natura tal-kwistjoni tas-sikurezza kkawżata mill-prodott, jew mill-kategorija jew il-grupp speċifiku ta’ prodotti, b’mod kompatibbli mal-grad tal-gravità jew l-urġenza tal-każ, skont il-proċeduri l-oħra stabbiliti bil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għall-prodotti kkonċernati; u

(c)ir-riskju jista’ jiġi eliminat biss b’mod effettiv billi jiġu adottati l-miżuri xierqa applikabbli fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miżuri li jipprojbixxu, jissospendu jew jirrestrinġu t-tqegħid jew id-disponibbiltà fis-suq ta’ tali prodotti jew li jistabbilixxu kundizzjonijiet speċjali għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-sikurezza tal-konsumatur.

F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll xierqa li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

2.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3). L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiddetermina d-data, minn meta ma jibqax japplika.

3.Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(4).

4.L-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ prodott li ġie pprojbit milli jitqiegħed jew ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni skont miżura adottata f’konformità mal-paragrafu 1 jew 3 għandha tiġi pprojbita, sakemm il-miżura ma tippermettix dan espressament.

5.Kwalunkwe Stat Membru jista’ jissottometti talba motivata lill-Kummissjoni biex teżamina l-ħtieġa għall-adozzjoni ta’ miżura msemmija fil-paragrafu 1 jew 3.

Artikolu 27

Mekkaniżmu ta’ arbitraġġ

1.Prodotti li tqiesu perikolużi abbażi ta’ deċiżjoni ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru wieħed għandhom ikunu preżunti perikolużi mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri oħra.

2.Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri oħra jilħqu konklużjoni differenti f’termini ta’ identifikazzjoni jew livell tar-riskju abbażi tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tarbitra. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri kollha biex jesprimu rakkomandazzjoni.

3.Filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadotta opinjoni dwar l-identifikazzjoni jew il-livell tar-riskju tal-prodott rilevanti kif xieraq.

4.L-opinjoni għandha titqies kif xieraq mill-Istati Membri.

5.Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida għall-implimentazzjoni prattika ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 28

Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur

1.Għandu jiġi stabbilit network Ewropew tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti għas-sikurezza tal-prodotti (“Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur”).

2.Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tieħu sehem fit-tħaddim tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur, b’mod partikolari fil-forma ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

3.L-objettiv ta’ dak in-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jkun, b’mod partikolari, li jiffaċilita:

(a)l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji, il-prodotti perikolużi, il-metodi u r-riżultati tat-testijiet, l-iżviluppi xjentifiċi reċenti kif ukoll aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet tal-kontroll;

(b)l-istabbiliment u l-eżekuzzjoni ta’ proġetti konġunti ta’ sorveljanza u testijiet;

(c)l-iskambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni f’attivitajiet ta’ taħriġ;

(d)il-kooperazzjoni mtejba fil-livell tal-UE rigward l-intraċċar, l-irtirar u s-sejħa lura tal-prodotti perikolużi;

(e)il-kooperazzjoni msaħħa dwar l-infurzar tas-sikurezza tal-prodotti bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari, biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 30.

4.In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jikkoordina l-azzjoni tiegħu mal-attivitajiet l-oħra eżistenti tal-Unjoni.

5.In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jkun irrappreżentat kif xieraq u jipparteċipa fl-attivitajiet tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandu jikkontribwixxi għall-attivitajiet tiegħu fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti biex tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq kemm f’oqsma armonizzati kif ukoll f’oqsma mhux armonizzati.

Artikolu 29

Attivitajiet konġunti dwar is-sikurezza tal-prodotti

1.Fil-qafas tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 28(3), punt (b), l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jaqblu ma’ awtoritajiet rilevanti oħra jew ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-konsumaturi biex iwettqu attivitajiet immirati biex jiżguraw is-sikurezza u l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti mqiegħda jew disponibbli fis-suq, b’mod partikolari kategoriji ta’ prodotti li spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

2.L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, fejn applikabbli, għandhom jiżguraw li l-ftehim li jitwettqu attivitajiet ma jwassalx għal kompetizzjoni inġusta bejn l-operaturi ekonomiċi u ma jaffettwax l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet fil-ftehim.

3.Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ tuża kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta minn attivitajiet imwettqa bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni li twettaq rigward is-sikurezza tal-prodotti.

4.L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernata u l-Kummissjoni, fejn applikabbli, għandhom jagħmlu l-ftehim dwar attivitajiet konġunti, inklużi l-ismijiet tal-partijiet involuti, disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 30

Sweeps

1.L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet simultanji kkoordinati ta’ kontroll (“sweeps”) ta’ kategoriji ta’ prodotti partikolari biex jivverifikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament jew biex jidentifikaw ksur ta’ dan ir-Regolament.

2.Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati, is-sweeps għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-koordinatur tas-sweep jista’, fejn xieraq, jagħmel ir-riżultati aggregati disponibbli għall-pubbliku.

3.Meta jwettqu sweeps, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq involuti jistgħu jużaw is-setgħat ta’ investigazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu V u kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali.

4.L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jistiednu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni, u lil persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni, biex jipparteċipaw fis-sweeps.

KAPITOLU VIII

Dritt għall-informazzjoni u għal rimedju

Artikolu 31

Informazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi

1.L-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri dwar prodotti li joħolqu riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi għandha tkun disponibbli b’mod ġenerali lill-pubbliku, f’konformità mar-rekwiżiti tat-trasparenza u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u investigazzjoni. B’mod partikolari, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-prodotti, in-natura tar-riskju u l-miżuri meħuda. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

2.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-uffiċjali u l-aġenti tagħhom ikunu meħtieġa li ma jiżvelawx informazzjoni miksuba għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li, min-natura tiegħu, huwa kopert bis-segretezza professjonali f’każijiet debitament ġustifikati, ħlief għal informazzjoni relatata mal-proprjetajiet tas-sikurezza ta’ prodotti li għandhom isiru pubbliċi sabiex jipproteġu l-konsumaturi.

3.Il-protezzjoni tas-segretezza professjonali ma għandhiex tipprevjeni d-disseminazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti sabiex jiżguraw l-effikaċja tal-monitoraġġ tas-suq u l-attivitajiet tas-sorveljanza. L-awtoritajiet li jirċievu l-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali għandhom jiżguraw il-protezzjoni tagħha.

4.L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-konsumaturi u lill-partijiet interessati l-oħra l-opportunità li jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti rigward is-sikurezza tal-prodotti u dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza u kontroll u dawn l-ilmenti għandhom jiġu segwiti kif xieraq.

Artikolu 32

Portal Safety Gate

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha żżomm portal Safety Gate, li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali b’aċċess liberu għal informazzjoni magħżula nnotifikata f’konformità mal-Artikolu 24.

2.Il-konsumaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur permezz ta’ taqsima separata tal-portal Safety Gate. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq l-informazzjoni li tirċievi u tiżgura s-segwitu, fejn xieraq.

3.Il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-modalitajiet biex tintbagħat informazzjoni mill-konsumaturi f’konformità mal-paragrafu 2, kif ukoll għat-trażmissjoni ta’ tali informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati għal segwitu possibbli. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 33

Informazzjoni mill-operaturi ekonomiċi lill-konsumaturi

1.F’każ ta’ sejħa lura jew fejn ċerta informazzjoni trid tinġieb għall-attenzjoni tal-konsumaturi biex jiġi żgurat l-użu sikur ta’ prodott (“twissija ta’ sikurezza”), l-operaturi ekonomiċi, f’konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom kif previst fl-Artikoli 8, 9, 10 u 11, għandhom jinnotifikaw direttament lill-konsumaturi affettwati kollha li jistgħu jidentifikaw. L-operaturi ekonomiċi li jiġbru d-data personali tal-klijenti tagħhom għandhom jagħmlu użu minn din l-informazzjoni għal sejħiet lura u twissijiet ta’ sikurezza.

2.Meta l-operaturi ekonomiċi jkollhom sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-prodotti jew programmi ta’ lealtà tal-klijenti fis-seħħ għal finijiet oħra minbarra li jikkuntattjaw lill-klijenti tagħhom b’informazzjoni dwar is-sikurezza, huma għandhom joffru l-possibbiltà lill-klijenti tagħhom li jipprovdu dettalji ta’ kuntatt separati biss għall-finijiet ta’ sikurezza. Id-data personali miġbura għal dak il-għan għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ u tista’ tintuża biss biex jiġu kkuntattjati l-konsumaturi f’każ ta’ sejħa lura jew twissija ta’ sikurezza.

3.Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta’ prodotti jew kategoriji speċifiċi ta’ prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

4.Jekk mhux il-konsumaturi affettwati kollha jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, l-operaturi ekonomiċi, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom ixerrdu avviż ta’ sejħa lura jew twissija ta’ sikurezza permezz ta’ mezzi xierqa oħra, filwaqt li jiżguraw l-usa’ firxa possibbli inkluż, fejn disponibbli: is-sit web tal-kumpanija, il-mezzi tal-midja soċjali, bullettini u l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u, kif xieraq, avviżi fil-midja tal-massa u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi b’diżabilità.

Artikolu 34

Avviż ta’ sejħa lura

1.Meta l-informazzjoni dwar sejħa lura tingħata lill-konsumaturi f’forma miktuba, f’konformità mal-Artikoli 33(1) u (4), din għandha tieħu l-forma ta’ avviż ta’ sejħa lura.

2.Avviż ta’ sejħa lura għandu jkun disponibbli bil-lingwa/i tal-Istat(i) Membru/i fejn il-prodott ikun tqiegħed fis-suq u għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)intestatura “Sejħa lura ta’ prodott għal raġunijiet ta’ sikurezza”;

(b)deskrizzjoni ċara tal-prodott imsejjaħ lura, inklużi:

(i)ritratt, l-isem u l-marka kummerċjali tal-prodott;

(ii)in-numri ta’ identifikazzjoni tal-prodott, bħan-numru tal-lott jew tas-serje, u, jekk applikabbli, indikazzjoni grafika fuq il-prodott ta’ fejn għandhom jinstabu;

(iii)informazzjoni dwar meta u fejn ikun inbiegħ il-prodott, jekk disponibbli.

(c)deskrizzjoni ċara tal-periklu assoċjat mal-prodott imsejjaħ lura, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe element li jista’ jnaqqas il-perċezzjoni tar-riskju tal-konsumaturi, inklużi termini u espressjonijiet bħal “volontarji”, “prekawzjoni”, “diskrezzjonali”, “f’sitwazzjonijiet rari/speċifiċi” kif ukoll billi jiġi indikat li ma kien hemm l-ebda inċident irrapportat;

(d)deskrizzjoni ċara tal-azzjoni li l-konsumaturi jenħtieġ li jieħdu, inkluża struzzjoni biex jieqfu minnufih jużaw il-prodott imsejjaħ lura;

(e)deskrizzjoni ċara tar-rimedju disponibbli għall-konsumaturi jekk xieraq;

(f)numru tat-telefon bla ħlas jew servizz interattiv online, fejn il-konsumaturi jistgħu jiksbu aktar informazzjoni bil-lingwa/i uffiċjali rilevanti tal-Unjoni;

(g)inkoraġġiment biex tiġi kondiviża aktar l-informazzjoni dwar is-sejħa lura, jekk xieraq.

3.Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi l-mudell għal avviż ta’ sejħa lura, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 35

Dritt għal rimedju

1.Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/771, fil-każ ta’ sejħa lura, l-operatur ekonomiku responsabbli għas-sejħa lura għandu joffri lill-konsumatur rimedju effettiv, mingħajr ħlas u f’waqtu. Dak ir-rimedju għandu jikkonsisti f’mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)tiswija tal-prodott imsejjaħ lura;

(b)sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b’wieħed sikur tal-istess tip u, tal-inqas, tal-istess valur u kwalità;

(c)rifużjoni tal-valur tal-prodott imsejjaħ lura.

2.It-tiswija, ir-rimi jew il-qerda tal-prodott mill-konsumaturi għandha titqies biss bħala rimedju effettiv fejn tkun tista’ titwettaq faċilment u b’mod sikur mill-konsumatur. F’każijiet bħal dawn, l-operatur ekonomiku responsabbli għas-sejħa lura għandu jipprovdi lill-konsumaturi bl-istruzzjonijiet meħtieġa u/jew, fil-każ ta’ awtotiswija, b’parts tal-bdil bla ħlas jew b’aġġornamenti tas-software.

3.Ir-rimedju ma għandux jinvolvi inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur. Il-konsumatur ma għandux iġarrab l-ispejjeż tat-trasport jew tar-ritorn tal-prodott b’mod ieħor. Għall-prodotti li min-natura tagħhom ma jkunux portabbli, l-operatur ekonomiku għandu jagħmel arranġamenti għall-ġbir tal-prodott.

KAPITOLU IX

Kooperazzjoni internazzjonali

Artikolu 36

Kooperazzjoni internazzjonali

1.Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera, inkluż permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bħal:

(a)attivitajiet u miżuri ta’ infurzar relatati mas-sikurezza, inkluża s-sorveljanza tas-suq;

(b)metodi tal-valutazzjoni tar-riskju u l-ittestjar tal-prodotti;

(c)sejħiet lura kkoordinati tal-prodotti u azzjonijiet simili oħra;

(d)kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi, u regolatorji, biex jgħinu fit-titjib tas-sikurezza tal-prodotti;

(e)kwistjonijiet emerġenti ta’ rilevanza sinifikanti għas-saħħa u s-sikurezza;

(f)attivitajiet li jirrigwardaw l-istandardizzazzjoni;

(g)skambju ta’ uffiċjali.

2.Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali b’informazzjoni magħżula mis-sistema tagħha tas-Safety Gate u tirċievi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur u dwar miżuri preventivi, restrittivi u korrettivi meħuda minn dawk il-pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi tali informazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, fejn rilevanti.

3.L-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jieħu l-forma ta’:

(a)skambju mhux sistematiku, f’każijiet debitament ġustifikati u speċifiċi;

(b)skambju sistematiku, abbazi ta’ arranġament amministrattiv li jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-modalitajiet għall-iskambju.

4.Il-parteċipazzjoni sħiħa fis-sistema tas-Safety Gate tista’ tkun miftuħa għall-pajjiżi applikanti u għal pajjiżi terzi, sakemm il-leġiżlazzjoni tagħhom tkun allinjata mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u li jipparteċipaw fis-Sistema Ewropea ta’ Standardizzazzjoni. Tali parteċipazzjoni għandha tinvolvi l-istess obbligi bħal dawk għall-Istati Membri skont dan ir-Regolament, inklużi obbligi ta’ notifika u ta’ segwitu. Il-parteċipazzjoni sħiħa fis-Safety Gate għandha tkun ibbażata fuq ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi, skont l-arranġamenti definiti f’dawn il-ftehimiet.

5.Kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni skont dan l-Artikolu, sa fejn ikun jinvolvi data personali, għandu jitwettaq f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Id-data personali għandha tiġi ttrasferita biss sal-punt li tali skambju jkun meħtieġ għall-iskop uniku tal-protezzjoni tas-saħħa jew tas-sikurezza tal-konsumaturi.

6.L-informazzjoni skambjata skont dan l-Artikolu għandha tintuża għall-iskop uniku tal-protezzjoni tas-saħħa jew tas-sikurezza tal-konsumaturi u tirrispetta r-regoli tal-kunfidenzjalità.

KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 37

Attivitajiet ta’ finanzjament

1.L-Unjoni għandha tiffinanzja l-attivitajiet li ġejjin fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)it-twettiq tal-kompiti tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur imsemmi fl-Artikolu 28;

(b)l-iżvilupp u t-tħaddim tas-Safety Gate imsemmi fl-Artikolu 23, inkluż l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet elettroniċi ta’ interoperabbiltà għal:

l-iskambju ta’ data bejn is-Safety Gate u s-sistemi nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq;

l-iskambju ta’ data bejn is-Safety Gate u s-sistemi doganali nazzjonali;

l-iskambju ta’ data ma’ sistemi ristretti rilevanti oħra użati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-finijiet ta’ infurzar tagħhom.

(c)l-iżvilupp u ż-żamma tal-portal Safety Gate imsemmi fl-Artikolu 32 u s-Safety Business Gateway, imsemmi fl-Artikolu 25, inkluża interfaċċa tas-software pubblika mhux ristretta għall-iskambju tad-data mal-pjattaformi u ma’ partijiet terzi.

2.L-Unjoni tista’ tiffinanzja l-attivitajiet li ġejjin b’rabta mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 36;

(b)it-tfassil u l-aġġornar tal-kontribuzzjonijiet għal-linji gwida dwar is-sorveljanza tas-suq u s-sikurezza tal-prodotti;

(c)it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-għarfien espert tekniku jew xjentifiku għall-fini ta’ assistenza lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tagħha tal-kooperazzjoni amministrattiva tas-sorveljanza tas-suq;

(d)it-twettiq ta’ xogħol preliminari jew anċillari b’rabta mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bħal studji, programmi, evalwazzjonijiet, linji gwida, analiżijiet komparattivi, programmi ta’ żjarat u ta’ żjarat konġunti reċiproċi, skambju ta’ persunal, xogħol ta’ riċerka, l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ bażijiet tad-data, attivitajiet ta’ taħriġ, xogħol fil-laboratorju, ittestjar tal-profiċjenza, testijiet bejn laboratorji u xogħol ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(e)kampanji ta’ sorveljanza tas-suq u attivitajiet assoċjati tal-Unjoni, inklużi riżorsi u tagħmir, taħriġ u għodod tal-IT;

(f)l-attivitajiet imwettqa skont programmi ta’ assistenza teknika, kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politika u tas-sistemi tal-Unjoni ta’ sorveljanza tas-suq fost il-partijiet interessati fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali.

3.L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-attivitajiet skont dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 , b’mod dirett, jew inkella b’mod indirett billi jiddelegaw kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1), punt (c) ta’ dak ir-Regolament.

4.L-approprjazzjonijiet allokati għall-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti kull sena mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju fis-seħħ.

5.L-approprjazzjonijiet iddeterminati mill-awtorità baġitarja għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-attivitajiet skont dan ir-Regolament u l-kisba tal-objettivi tagħhom; b’mod partikolari, l-istudji, il-laqgħat tal-esperti, l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sa fejn dawn huma marbuta mal-objettivi ġenerali tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-immaniġġjar tal-attivitajiet skont dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu awditjar, abbażi ta’ dokumenti u spezzjonijiet fuq il-post, tal-benefiċjarji ta’ għotjiet, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont il-Programm għas-Suq Uniku u s-suċċessur tiegħu 43 .

3.L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 45 , bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont il-programm.

4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU XI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 39

Responsabbiltà

1.Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan ir-Regolament u li tinvolvi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ prodott fis-suq jew li teħtieġ l-irtirar jew is-sejħa lura tiegħu ma għandhiex taffettwa l-valutazzjoni tar-responsabbiltà tal-parti kkonċernata, fid-dawl tad-dritt nazzjonali li japplika għall-każ inkwistjoni.

2.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE 46 .

Artikolu 40

Penali

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom, sa [daħħal id-data - 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2.L-Istati Membri għandhom iqisu tal-inqas il-kriterji indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)id-durata jew l-effetti temporali tal-ksur, in-natura u l-gravità, b’mod partikolari l-livell ta’ riskju mġarrab mill-konsumatur;

(b)l-għadd ta’ prodotti perikolużi disponibbli fis-suq jew l-għadd ta’ konsumaturi affettwati jew it-tnejn;

(c)ir-rwol u r-responsabbiltà tal-operatur ekonomiku jew tas-swieq online;

(d)kwalunkwe azzjoni meħuda mill-operatur ekonomiku jew mis-swieq online biex itaffu jew jirrimedjaw d-dannu mġarrab mill-konsumaturi fil-ħin;

(e)fejn xieraq, il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(f)kwalunkwe ksur preċedenti mill-operatur ekonomiku jew mis-swieq online;

(g)il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat direttament jew indirettament mill-operatur ekonomiku jew mis-swieq online minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(h)id-daqs tal-impriża;

(i)il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtorità;

(j)il-mod li bih il-ksur sar magħruf lill-awtorità, b’mod partikolari jekk, u jekk ikun il-każ, sa liema grad, l-operatur ekonomiku jew is-swieq online nnotifikaw il-ksur fil-ħin;

(k)kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.It-tipi ta’ ksur mill-operaturi ekonomiċi jew mis-swieq online, fejn applikabbli, soġġetti għal penali għandhom ikunu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)ksur tar-rekwiżit dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodott;

(b)nuqqas li jinfurmaw l-awtorità fil-ħin dwar prodott perikoluż li jkunu qiegħdu fis-suq;

(c)nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn tal-operatur ekonomiku jew miżura oħra adottata skont dan ir-Regolament;

(d)nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tat-traċċabbiltà u ta’ informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikoli 8, 9, 10, 11 u 18 u 19;

(e)għoti ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(f)nuqqas li tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba fil-limitu ta’ żmien meħtieġ;

(g)rifjut li jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet;

(h)nuqqas li jiġu pprovduti d-dokumenti jew il-prodotti meħtieġa matul l-ispezzjonijiet;

(i)falsifikazzjoni tar-riżultati ta’ testijiet.

4.Fil-każ ta’ multi, l-ammont massimu ta’ penali għandu jkun mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-operatur ekonomiku jew, fejn applikabbli, tas-suq online fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri kkonċernati.

5.L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll pagamenti perjodiċi ta’ penali biex iħeġġu lill-operaturi ekonomiċi jew lis-swieq online, fejn applikabbli:

(a)itemmu l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b)jikkonformaw ma’ deċiżjoni li tordna miżura korrettiva;

(c)jipprovdu informazzjoni kompluta u korretta;

(d)jissottomettu ruħhom għal spezzjoni;

(e)jippermettu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu scraping tad-data tal-interfaċċi online.

6.Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tip u d-daqs tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, jidentifikaw il-ksur attwali ta’ dan ir-Regolament, u jindikaw l-identità tal-operaturi ekonomiċi jew tas-swieq online li fuqhom ġew imposti l-penali.

7.Kull sena, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika rapport dwar il-penali imposti mill-Istati Membri.

8.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ma għandhiex tiġi ppubblikata fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 7 fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)fejn ikun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali;

(b)fejn il-pubblikazzjoni tikkawża ħsara sproporzjonata lill-operatur ekonomiku jew lis-suq online;

(c)fejn tkun ikkonċernata persuna fiżika, sakemm il-pubblikazzjoni tad-data personali ma tkunx iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali, fost l-oħrajn, mis-serjetà tal-ksur.

Artikolu 41

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(3) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [daħħal id-data - id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 47 .

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 42

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 43

Evalwazzjoni

1.Sa [daħħal id-data ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk dan ir-Regolament laħaqx l-objettiv li titjieb il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi filwaqt li jqis l-impatt tiegħu fuq in-negozji u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji.

2.Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 44

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012

1.Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu 7 kif ġej:

“7. Fejn standard Ewropew abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 [dan ir-Regolament (GPSR)] jissodisfa r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament u r-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi msemmija fl-[Artikolu [6] ta’ dak ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippubblika referenza ta’ tali standard Ewropew mingħajr dewmien f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“1. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard armonizzat jew standard Ewropew abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) …/…[dan ir-Regolament (GPSR)] ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew f’dak ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan bi spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-kumitat stabbilit mil-leġiżlazzjoni korrispondenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jekk jeżisti, jew il-kumitat stabbilit mir-Regolament (UE) …/… [dan ir-Regolament (GPSR)], jew wara forom oħra ta’ konsultazzjoni ta’ esperti settorjali, tiddeċiedi:

(a)li tippubblika, li ma tippubblikax jew li tippubblika b’restrizzjoni r-referenzi għall-istandard armonizzat jew l-istandard Ewropew abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] ikkonċernat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(b)li żżomm, li żżomm b’restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat jew l-istandard Ewropew abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] ikkonċernat fi jew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

2.Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni fis-sit web tagħha dwar l-istandards armonizzati u l-istandards Ewropej abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] li kienu soġġetti għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kkonċernata dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jiġu riveduti l-istandards armonizzati jew l-istandards Ewropej abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] ikkonċernat.”

Artikolu 45

Tħassir

1.Id-Direttiva 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE jitħassru b’effett minn [data ta’ applikazzjoni].

2.Ir-referenzi għad-Direttivi 87/357/KEE u 2001/95/KE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 46

Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-Istati Membri ma għandhomx ixekklu d-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti koperti mid-Direttiva 2001/95/KE li jkunu konformi ma’ dik id-Direttiva u li jitqiegħdu fis-suq qabel [daħħal id-data - data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li hu addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti għall-konsumatur u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Titolu: 03 – Suq Uniku –

Kapitolu: 03 02 Programm għas-Suq Uniku

Partita: 03 02 04 L-abilitazzjoni tas-soċjetà tal-konsumaturi u s-soċjetà ċivili u l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u ta’ sikurezza tal-prodotti inkluż il-parteċipazzjoni tal-utenti finali fit-tfassil tal-politika tas-servizzi finanzjarji

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 49  

l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Protezzjoni tal-konsumatur, suq intern aktar ġust u aktar profond; suq uniku diġitali.

Biex jiġi żgurat li jitqiegħdu biss prodotti sikuri fis-suq intern u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza u protezzjoni tal-konsumatur u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji fis-Suq Uniku.

L-għan tal-proposta huwa li tirrevedi d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti biex tiżgura li l-konsumaturi tal-UE jkunu protetti minn prodotti perikolużi, filwaqt li tiżgura l-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku, b’mod partikolari kundizzjonijiet ekwi għan-negozji.

L-għan tal-azzjoni proposta bbaġitjata huwa li jkomplu jiġu żviluppati aktar il-miżuri ta’ kooperazzjoni relatati mas-sorveljanza tas-suq (inkluż fil-livell internazzjonali), il-finanzjament tal-interfaċċi elettroniċi li jippermettu l-iskambju tad-data u li jinfurmaw lill-konsumaturi u lill-operaturi ekonomiċi dwar prodotti perikolużi u li jimplimentaw il-proposta l-ġdida (permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u delegati u aktar attivitajiet ta’ standardizzazzjoni).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

1.    Tisħiħ tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni fis-sorveljanza tas-suq fost l-awtoritajiet tal-infurzar, biex b’hekk jitnaqqsu l-frammentazzjoni u l-ineffiċjenzi;

2.    Żieda fil-kapaċità operazzjonali, titjib tal-effiċjenza u d-disponibbiltà tar-riżorsi għall-koordinazzjoni tal-infurzar u l-implimentazzjoni tal-proposta (monitoraġġ, atti delegati), żieda fl-użu tal-proċedura ta’ standardizzazzjoni;

3.    Tisħiħ tas-sett ta’ għodod ta’ infurzar, li jippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jużaw għodod aktar deterrenti, effettivi u li jibqgħu validi għall-futur;

4.    Titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar prodotti perikolużi kemm fl-UE kif ukoll ma’ sħab esterni (inkluż permezz ta’ għodod tal-IT). Titjib tal-informazzjoni lin-negozji u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi permezz ta’ għodod tal-IT;

5.    Promozzjoni tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti dwar prodotti għall-konsumatur mhux armonizzati.

L-objettivi jkopru s-sorveljanza tas-suq fl-UE u fil-fruntieri esterni u jkopru l-ktajjen ta’ provvista diġitali kif ukoll tradizzjonali.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-popolazzjoni fil-mira se tkun il-konsumaturi kollha tal-Unjoni Ewropea li se jibbenefikaw minn prodotti sikuri mqiegħda fis-suq intern. Sorveljanza akbar tas-suq se tkun ta’ benefiċċju għall-produtturi Ewropej billi tipprevjeni kundizzjonijiet ekwi inġusti għan-negozji li ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom li jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta se jkun ibbażat fuq indikaturi ewlenin predefiniti tal-monitoraġġ u tal-infurzar. Il-Kummissjoni se tibda timmonitorja l-implimentazzjoni tad-DSĠP riveduta wara d-dħul fis-seħħ tal-inizjattiva.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt identifikat sett ta’ indikaturi tal-monitoraġġ proposti biex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-objettivi ta’ politika identifikati (ara t-taqsima 9 tal-Valutazzjoni tal-Impatt).

Il-monitoraġġ se jsir prinċipalment mill-Kummissjoni, abbażi ta’ stħarriġ regolari tal-konsumaturi madwar l-UE kollha, data pprovduta min-negozji u mill-MSAs u data mis-Safety Gate. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se jsiru abbażi ta’ sorsi ta’ data eżistenti fejn possibbli.

Il-proposta tistabbilixxi obbligi ta’ rapportar għall-Istati Membri. Dan ir-rapportar se jsir abbażi ta’ indikaturi tal-infurzar li se jiġu ddefiniti aktar minn studju. Il-Kummissjoni qed twettaq studju li għandu l-għan li jiddefinixxi sett komuni ta’ indikaturi tal-infurzar fattibbli u rilevanti fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti, li għandu jintlaħaq bi qbil mal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni mmappjat ukoll is-sorsi eżistenti ta’ informazzjoni dwar il-korriment u eżaminat il-possibbiltà li tiġi stabbilita bażi tad-data dwar il-korriment fil-livell tal-UE biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti. Bħalissa qed tivvaluta l-kostijiet u l-benefiċċji tal-istabbiliment ta’ tali bażi tad-data dwar il-korriment madwar l-UE kollha (permezz ta’ azzjonijiet koordinati mal-Istati Membri).

Minbarra l-monitoraġġ u r-rapportar regolari, qed tiġi proposta evalwazzjoni tal-effettività, tal-effiċjenza, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE ta’ dan l-intervent leġiżlattiv ħames snin wara l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ din il-proposta.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Din il-proposta għandha l-għan li tissodisfa l-kisbiet li ġejjin:

Il-valutazzjoni tar-riskju li joħolqu prodotti tat-teknoloġija ġodda se titjieb mill-adozzjoni tal-proposta u b’hekk tippermetti li l-att leġiżlattiv jiffunzjona aħjar bħala xibka ta’ sikurezza.

Fuq terminu qasir, nistennew titjib fis-sikurezza tal-prodotti tal-konsumatur mixtrija online bis-saħħa ta’ regoli aħjar tas-sorveljanza tas-suq għall-bejgħ online u aktar obbligi dwar is-sikurezza tal-prodotti għas-swieq online.

Ir-regoli tas-sorveljanza tas-suq għall-prodotti mhux armonizzati se jiġu allinjati ma’ dawk tal-prodotti armonizzati. Barra minn hekk, xi titjib fir-regoli tas-sorveljanza tas-suq skont din l-inizjattiva għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti kollha se jtejjeb is-sorveljanza tas-suq u jiżgura sikurezza ogħla tal-prodotti fuq terminu medju.

It-titjib propost tas-sistema attwali Safety Gate/RAPEX se jagħmel l-iskambju ta’ informazzjoni aktar rapidu, u jippermetti li l-azzjonijiet korrettivi jittieħdu aktar malajr.

L-effettività tas-sejħa lura tal-prodotti hija mistennija li tiżdied fuq terminu qasir bis-saħħa tal-proċedura msaħħa ta’ sejħa lura u informazzjoni aħjar lill-konsumaturi.

Aktar effiċjenza fil-livell tal-Kummissjoni fil-proċess ta’ standardizzazzjoni għal prodotti mhux armonizzati se tiffaċilita l-istabbiliment ta’ standards għal dawn il-prodotti: nistgħu nistennew li jkun hemm għadd akbar ta’ standards fit-terminu medju. Iż-żieda fl-użu tal-istandards Ewropej se tagħti lill-produtturi ċertezza akbar li l-prodotti tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza u se tippermetti lin-negozji jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi billi tiżgura li jkollhom opportunitajiet indaqs.

Il-proposta se tarmonizza l-valutazzjoni tar-riskju ta’ prodotti li jixbhu l-ikel u b’hekk tiżgura t-trattament ugwali tagħhom madwar l-Istati Membri.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li hu addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-involviment tal-UE fis-sikurezza tal-prodotti għal prodotti mhux armonizzati għandu benefiċċji ċari murija mill-evalwazzjoni tad-DSĠP u l-valutazzjoni tal-impatt ta’ din il-proposta:

-    Ir-regoli komuni tal-Unjoni jippermettu ekonomija ta’ skala fis-sorveljanza tas-suq, b’mod partikolari minħabba l-iżvilupp esponenzjali tal-bejgħ online li jintensifika l-bejgħ transfruntier u l-importazzjonijiet diretti minn barra l-UE. Il-kondiviżjoni tal-kostijiet tas-sorveljanza tas-suq isseħħ ukoll billi jitwettqu azzjonijiet konġunti ta’ sorveljanza tas-suq fost il-pajjiżi tal-UE u tiġi skambjata l-informazzjoni.

-    L-azzjoni tal-UE tippermetti ċirkolazzjoni aktar rapida u aktar effiċjenti tal-informazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ Safety Gate/RAPEX, u b’hekk tiżgura azzjonijiet rapidi kontra prodotti perikolużi madwar l-UE u kundizzjonijiet ekwi.

-    Ir-regoli komuni għas-sikurezza tal-prodotti fil-livell tal-UE għandhom benefiċċji f’termini ta’ ffrankar tal-kostijiet u tnaqqis tal-piż amministrattiv u tal-kumplessitajiet għan-negozji billi jevitaw li jkollhom jikkonformaw ma’ settijiet eteroġeni ta’ regoli nazzjonali. Dan jippermetti wkoll iċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija fl-UE u jippermetti kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri.

-    Ir-regoli komuni tal-Unjoni jippermettu l-iżvilupp ta’ standards tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti, li billi jagħtu preżunzjoni madwar l-UE tas-sikurezza jiffaċilitaw il-konformità mas-sikurezza tal-prodotti għan-negozji (u potenzjalment inaqqsu l-kostijiet relatati).

-    Fil-livell internazzjonali, is-sett komuni ta’ dispożizzjonijiet stabbilit mid-DSĠP ppermetta wkoll li l-UE tkun aktar b’saħħitha fil-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza ma’ atturi internazzjonali, u b’hekk tiġi indirizzata ċ-ċirkolazzjoni dejjem aktar għolja ta’ oġġetti minn pajjiżi terzi permezz tal-bejgħ online.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

Il-funzjonament tas-suq intern se jittejjeb permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE peress li regoli koerenti dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq madwar l-UE se jiżguraw trattament aktar uniformi tan-negozji u għalhekk jkun hemm probabbiltà inqas ta’ tfixkil fil-kompetizzjoni fis-Suq Uniku tal-UE. Sorveljanza aħjar tas-suq u koordinazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri se jwasslu għal detezzjoni ogħla ta’ prodotti mhux sikuri, u b’hekk għal protezzjoni u fiduċja akbar tal-konsumatur.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-Unjoni adottat l-ewwel regolament tagħha dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti fl-1992. Id-DSĠP attwali ġiet adottata fl-2001. L-evalwazzjoni tad-DSĠP attwali u l-ftehimiet tal-partijiet ikkonċernati wrew li d-DSĠP għadha strument validu ħafna b’mod partikolari bis-saħħa tal-funzjoni tagħha ta’ “xibka ta’ sikurezza”. B’mod ġenerali jidher li kisbet l-objettivi tagħha li tiżgura livell għoli ta’ sikurezza tal-konsumaturi, filwaqt li tiżgura suq intern tal-merkanzija li jopera b’mod effettiv; madankollu, nosservaw li għad hemm wisq prodotti mhux sikuri li jilħqu idejn il-konsumaturi jew jibqgħu f’idejhom, u dan jipprovdi r-raġunijiet għall-proposta attwali.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-għan tal-proposta huwa li tirrevedi d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti biex tiżgura li l-konsumaturi tal-UE jkunu protetti minn prodotti perikolużi, filwaqt li tiżgura l-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku, b’mod partikolari kundizzjonijiet ekwi għan-negozji. Għalhekk, dan jidħol perfettament fl-Artikolu 3(2)(d) tar-Regolament dwar il-Programm tas-Suq Uniku li għandu jagħti s-setgħa lis-soċjetà tal-konsumaturi u s-soċjetà ċivili u jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u ta’ sikurezza tal-prodotti.

L-impatt finanzjarju tal-approprjazzjonijiet operazzjonali se jkun kopert kollu mill-allokazzjonijiet previsti fil-QFP 2021-27 permezz tal-pakketti finanzjarji tal-Programm għas-Suq Uniku.

Il-proposta hija waħda mill-inizjattivi legali skont l-Aġenda tal-Konsumatur il-Ġdida.

Il-proposta tiżgura allinjament aħjar mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/1020 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti. Il-proposta, bħala xibka ta’ sikurezza, hija kompatibbli u komplementari għal-leġiżlazzjoni armonizzata b’żewġ modi. L-ewwel nett, tapplika fl-intier tagħha għall-prodotti għall-konsumatur li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni armonizzata (eż. għamara, oġġetti għall-indukrar tat-tfal, ħwejjeġ). It-tieni, tapplika parzjalment għall-prodotti tal-konsumatur koperti minn leġiżlazzjoni armonizzata (eż. ġugarelli jew karozzi) sakemm l-aspetti tas-sikurezza tal-prodotti koperti mid-DSĠP ma jkunux koperti fil-leġiżlazzjoni armonizzata.

Is-sikurezza tal-prodotti tal-ikel hija regolata separatament skont ir-Regolament dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (KE) Nru 178/2002. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel jista’ jinteraġixxi mal-proposta fir-rigward ta’ prodotti li jkun fihom tali materjali (eż. lunch boxes li jistgħu jerġgħu jintużaw) u jibqa’ kompatibbli. Prodotti mhux sikuri li fihom prodotti ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel jistgħu jkunu soġġetti għal twissijiet ta’ sikurezza fiż-żewġ sistemi ta’ twissija, RASFF għall-ikel u Safety Gate/RAPEX għal prodotti li mhumiex tal-ikel.

Il-proposta hija konsistenti u kompatibbli bis-sħiħ mal-politiki l-oħra tal-UE u mal-proposti riċenti biex jissaħħaħ l-infurzar f’oqsma ta’ politika oħrajn, bħal:

-    L-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA): Il-proposta tad-DSA għandha l-għan li tistabbilixxi obbligi ġodda għall-intermedjarji online, fost l-oħrajn fir-rigward ta’ kif jittrattaw it-tipi kollha ta’ kontenut illegali fis-siti web tagħhom inklużi prodotti mhux sikuri. Id-DSA jistabbilixxi l-obbligi orizzontali ġenerali għall-intermedjarji online u jħalli lok għal leġiżlazzjoni fir-rigward ta’ tipi speċifiċi ta’ kontenut illegali (bħas-sikurezza tal-prodotti) biex tkun aktar speċifika. Din il-proposta se tirregola wkoll aspetti oħra tas-sikurezza tal-prodotti tal-bejgħ online lil hinn mir-rwol tal-intermedjarji online, bħar-rwol tal-bejjiegħa u s-setgħat tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

-    Il-Qafas orizzontali dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IA): dan għandu l-għan li jiffoka fuq applikazzjonijiet b’riskju għoli. Konsegwentement, u fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti, dan se jiffunzjona bħal leġiżlazzjoni settorjali, li tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-applikazzjonijiet tal-IA, u din il-proposta se tapplika bħala xibka ta’ sikurezza għall-prodotti u l-aspetti mhux koperti minn leġiżlazzjoni settorjali oħra biex tipprovdi bażi legali għall-irtirar ta’ tali prodotti biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-konsumaturi.

-    Id-Direttiva NIS: Il-proposta reċenti tistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri kollha biex jadottaw strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni biex itejbu ċ-ċibersigurtà madwar l-UE. Madankollu, din ma tinkludix rekwiżiti minimi taċ-ċibersigurtà għall-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ma tipprovdi l-ebda bażi ġuridika biex l-awtoritajiet jieħdu azzjoni kontra prodotti li joħolqu tali riskji.

-    Ekonomija Ċirkolari: Skont il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għal Ekonomija Ċirkolari, il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE jenħtieġ li jkunu aktar sostenibbli u għalhekk imfassla biex iservu aktar fit-tul, biex ikunu aktar faċli għat-tiswija u l-aġġornament, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid. Huwa essenzjali li l-prodotti li jissewwew, jiġu aġġornati, riċiklati jew użati mill-ġdid ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-prodott. Skont id-Direttiva dwar l-ekodisinn, is-sikurezza u s-saħħa għandhom jitqiesu fl-għażla ta’ soluzzjoni speċifika tad-disinn; madankollu, il-kwistjonijiet ta’ sikurezza relatati mal-prodotti finali mhumiex indirizzati speċifikament. L-Inizjattiva ta’ Politika dwar il-Prodotti Sostenibbli (li se tissostitwixxi d-direttiva dwar l-ekodisinn u testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha) se jkollha, b’mod partikolari, l-għan li tikkoreġi l-fatt li ħafna prodotti ma jistgħux jintużaw mill-ġdid, jissewwew jew jiġu riċiklati faċilment u b’mod sikur. F’każ li xi aspetti tas-sikurezza relatati mal-prodotti fl-ekonomija ċirkolari ma jiġux indirizzati speċifikament minn inizjattivi mill-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, tidħol fis-seħħ il-funzjoni ta’ xibka ta’ sikurezza ta’ din il-proposta.

Għalhekk, ma hemm l-ebda trikkib, iżda komplementarjetà bejn dawn l-inizjattivi. Il-vantaġġ tal-integrazzjoni ta’ aspetti ta’ oqsma ta’ politika alternattivi sostantivi fil-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti huwa għalhekk li tiġi żgurata xibka ta’ sikurezza reali għall-konsumaturi, li tagħmilha possibbli li l-prodotti kollha għall-konsumatur li mhumiex tal-ikel fis-suq tal-UE jkunu sikuri.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

/

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 50   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-aġenzija eżekuttiva tista’ timmaniġġja l-aspetti kuntrattwali ta’ proġetti speċifiċi taħt is-superviżjoni tad-DĠ ta’ referenza.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tinkludi obbligu ta’ evalwazzjoni.

Is-sistema tal-IT imsejħa “Safety Gate” li tgħaqqad l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni se tissaħħaħ b’din il-proposta. Bl-użu tas-sistema tal-IT, il-monitoraġġ tal-attività operattiva jista’ jsir fuq bażi kontinwa b’mod effiċjenti.

Il-monitoraġġ permezz tas-sistema tal-IT se jitlesta mix-xogħol tan-network eżistenti tas-Sikurezza tal-Konsumatur u l-għoti mill-Istati Membri ta’ informazzjoni aktar affidabbli u aktar komprensiva dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-attività ta’ infurzar ta’ prodotti mhux armonizzati bħala parti mill-istrateġiji nazzjonali ta’ infurzar tagħhom.

Il-kisba tal-objettivi speċifiċi se tiġi mmonitorjata abbażi tal-indikaturi predefiniti.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni se tippermetti li jinżammu kuntatti diretti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati involuti fl-attivitajiet. Permezz ta’ ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tista’ tadatta aħjar l-azzjonijiet għall-ħtiġijiet tal-politika biex ikollha aktar flessibbiltà biex taġġusta mill-ġdid il-prijoritajiet f’każ ta’ ħtiġijiet emerġenti u tikkontribwixxi għall-objettivi komuni tal-Unjoni.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji operazzjonali jikkonċernaw is-sistema tal-IT Safety Gate: riskju li s-sistema tal-IT tonqos milli tappoġġa b’mod effettiv il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u n-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur.

Ir-riskji operazzjonali jikkonċernaw ukoll il-livell ta’ riżorsi ddedikati lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fil-livell tal-Istati Membri.

Sabiex jittaffew, jiġu implimentati proċessi effettivi ta’ governanza tal-IT, li jinvolvu b’mod attiv lill-utenti tas-sistemi.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-kostijiet tal-kontrolli huma negliġibbli meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet għall-iżvilupp tal-għodda tal-IT innifisha.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri implimentati mill-Kummissjoni se jkunu soġġetti għall-kontrolli ex ante u ex post f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Kuntratti u ftehimiet li jiffinanzjaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jintitolaw b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u lill-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 51

mill-pajjiżi tal-EFTA 52

mill-pajjiżi kandidati 53

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1

03.020401

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru 1

DĠ: JUST

Sena
2024 54

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali 

Wara l-2027

Linja baġitarja 55  03.020401

Impenji

(1a)

7,000

7,000

7,000

7,000

28,000

Pagamenti

(2a)

2,100

7,000

7,000

7,000

4,900

28,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 56  

Linja baġitarja 03010101

(3)

0,200

0,200

0,200

0,200

0,800

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ JUST 

Impenji

=1a+1b +3

7,200

7,200

7,200

7,200

28,800

Pagamenti

=2a+2b

+3

2,300

7,200

7,200

7,200

4,900

28,800





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: JUST

Riżorsi umani 

3,054

3,054

3,054

3,054

12,216 

Nefqa amministrattiva oħra 

0,095

0,095

0,095

0,095

0,380 

TOTAL DĠ JUST

Approprjazzjonijiet

3,149

3,149

3,149

3,149

12,596

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

3,149

3,149

3,149

3,149

12,596

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2024 57

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

10,349

10,349

10,349

10,349

41,396

Pagamenti

5,449

10,349

10,349

10,349

4,900

41,396

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 58

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 59

Tisħiħ tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni fis-sorveljanza tas-suq fost l-awtoritajiet tal-infurzar, biex b’hekk jitnaqqsu l-frammentazzjoni u l-ineffiċjenzi

Attivitajiet koordinati għas-sikurezza tal-prodott

attivitajiet

0,300

10

3,000

10

3,000

10

3,000

10

3,000

40

12,000

Studji, evalwazzjonijiet bejn il-pari, il-pilotaġġ ta’ strateġiji nazzjonali għas-sikurezza tal-prodotti

rapporti

0,200

2

0,400

2

0,400

2

0,400

2

0,400

8

1,600

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

12

3,400

12

3,400

12

3,400

12

3,400

48

13,600

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

Żieda fil-kapaċità operazzjonali, titjib tal-effiċjenza u disponibbiltà tar-riżorsi għall-koordinazzjoni tal-infurzar u l-implimentazzjoni tal-proposta (monitoraġġ, atti delegati), żieda fl-użu tal-proċedura ta’ standardizzazzjoni

Implimentazzjoni tal-proposta (atti delegati, monitoraġġ, standardizzazzjoni)

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3

Tisħiħ tas-sett ta’ għodod għall-infurzar, li jippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jużaw għodod aktar deterrenti, effettivi u li jibqgħu validi għall-futur

Big data u għodod innovattivi oħrajn fis-sorveljanza tas-suq online u s-sikurezza tal-prodotti -

ġbir tad-data Għodod tal-IT

0,125

2

0,250

2

0,250

2

0,250

2

0,250

1,000

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 3

2

0,250

2

0,250

2

0,250

2

0,250

1,000

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4

Titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar prodotti perikolużi kemm fl-UE kif ukoll ma’ sħab esterni (inkluż permezz ta’ għodod tal-IT). Titjib tal-informazzjoni lin-negozji u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi permezz ta’ għodod tal-IT

Safety Gate galaxy

Sistemi tal-IT

0,166

9

1,500

9

1,500

9

1,500

9

1,500

6,000

Skambju ta’ data ma’ sħab internazzjonali u kooperazzjoni internazzjonali oħra

Konnessjoni ma’ sistemi oħra

0,35

3

1,050

3

1,050

3

1,050

3

1,050

4,200

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 4

12

2,550

12

2,550

12

2,550

12

2,550

10,200

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 5

Promozzjoni tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti dwar prodotti għall-konsumatur mhux armonizzati.

Attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni

Konferenzi, stampa, kampanja

0,2

4

0,800

4

0,800

4

0,800

4

0,800

3,200

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 5

4

0,800

4

0,800

4

0,800

4

0,800

3,200

TOTALI

7,000

7,000

7,000

7,000

28,000

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2024 60

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

3,054

3,054

3,054

3,054

12,216

Nefqa amministrattiva oħra

0,095

0,095

0,095

0,095

0,380 

Subtotal INTESTATURA 7tal-qafas finanzjarju pluriennali

3,149

3,149

3,149

3,149

12,596

TOTAL

3,149

3,149

3,149

3,149

12,596

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2024

Sena
2025

Sena 2026

Sena 2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

18

18

18

18

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 61

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

5

5

5

5

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz 62

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

23

23

23

23

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

It-tħejjija ta’ atti delegati (relatati mat-traċċabbiltà u mas-sejħiet lura), l-istabbiliment ta’ attivitajiet ġodda ta’ kooperazzjoni (mekkaniżmu ta’ arbitraġġ ġdid, reviżjonijiet bejn il-pari, kooperazzjoni man-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti), strateġiji nazzjonali pilota għall-infurzar tas-sikurezza tal-prodotti, it-titjib tal-interkonnessjonijiet ma’ bażijiet tad-data oħrajn (ICSMS, dwana), il-kooperazzjoni internazzjonali u l-monitoraġġ tar-Regolament. It-tħejjija ta’ atti ta’ implimentazzjoni għall-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni.

Persunal tal-AD għas-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq, analiżi teknika u legali, ġestjoni ta’ azzjonijiet konġunti, għarfien espert speċifiku tas-sorveljanza tas-suq, ġestjoni tal-proġetti, koordinazzjoni u implimentazzjoni tas-Safety Gate, kooperazzjoni internazzjonali, is-Segretarjat tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur, attivitajiet ta’ komunikazzjoni u promozzjoni, superviżjoni tal-IT u tas-sistemi tad-data u kompiti ta’ ġestjoni finanzjarja.

Persunal tal-AST għall-appoġġ għall-organizzazzjoni tal-laqgħat u għall-kompiti amministrattivi kollha.

Persunal estern

Manutenzjoni tal-IT ta’ rutina u proġetti speċifiċi ta’ żvilupp –.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

Ma huwa meħtieġ l-ebda programmar mill-ġdid.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 63

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 64

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

/

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

/

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Aġenda tal-Konsumatur ġdida li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli, COM(2020) 696 final.
(2)    Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.
(3)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja Flimkien għal tkabbir ġdid/* COM/2011/0206 final.
(4)    Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(5)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji, COM/2015/0550 final.
(6)    Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(7)    Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(8)    Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.
(9)    Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, L 316, 14.11.2012, p. 12.
(10)    Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28.
(11)    Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà), ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15. 
(12)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, COM/2020/825 final.
(13)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità, COM/2020/667 final.
(14)    Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE, ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(15)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva, COM/2020/98 final.
(16)    L-Artikolu 169 jagħmel referenza għall-Artikolu 114 biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu.
(17)    Barra minn hekk, is-sikurezza tal-prodotti hija parti mil-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur żgurat mill-politiki tal-UE (ara l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) u għalhekk hija wieħed mill-pilastri tal-politika tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.
(18)    Kummerċjanti li jippruvaw punti ta’ dħul differenti lejn l-UE.
(19)    Ara l-opinjoni tas-sottogrupp dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IA), il-prodotti konnessi u sfidi ġodda oħra fis-sikurezza tal-prodotti għan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur ta’ Diċembru 2020.
(20)    Il-feedback riċevut dwar il-pjan direzzjonali: Id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-prodotti – rieżami (europa.eu)
(21)    .ĠU C , , p. .
(22)    Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
(23)    Id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (ĠU L 192, 11.7. 1987, p. 49).
(24)    Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1). 
(25)    Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1). 
(26)    Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Healthy environment, healthy lives: how the environment influences health and well-being in Europe”, ir-rapport tal-EEA Nru 21/2019, it-8 ta’ Settembru 2020.
(27)    Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
(28)    Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1–122).
(29)    Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) - ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16.
(30)    Ir-Regolament […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.
(31)    Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(32)    Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22. 5. 2019, p. 28).
(33)    Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14. 11. 2012, p. 12).
(34)    Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(35)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(36)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(37)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(38)    
(39)    Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21. 1. 1998, p. 14).
(40)    Ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (ĠU L 112, 2. 5. 2018, p. 19).
(41)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/417 tat-8 ta’ Novembru 2018 li tiffissa linji gwida għall-ġestjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u s-sistema ta’ notifika tagħha (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 121).
(42)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(43)    ĠU L292, 14.11.1996, p.2.
(44)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(45)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(46)    Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà għal prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).
(47)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1
(48)    Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU …)”
(49)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(50)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(51)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(52)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(53)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(54)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(55)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(56)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(57)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(58)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(59)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(60)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(61)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD= Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(62)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(63)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(64)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 30.6.2021

COM(2021) 346 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament

dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill




{SEC(2021) 280 final} - {SWD(2021) 168 final} - {SWD(2021) 169 final}


ANNESS

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Id-Direttiva 87/357/KEE

Id-Direttiva 2001/95/KE

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1(2)

l-Artikolu 2(1), (2)

l-Artikolu 2 ħlief punt (a), it-tieni subparagrafu u punt (b), it-tieni subparagrafu

l-Artikolu 3

l-Artikolu 2, punt (a), it-tieni subparagrafu

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 2, punt (b), it-tieni subparagrafu

l-Artikolu 7(2)

l-Artikolu 3(1)

l-Artikolu 5

l-Artikolu 3(2)

l-Artikolu 6(1)

l-Artikolu 3(3)

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 3(4)

l-Artikolu 6(3)

l-Artikolu 4(1), punt (a)

l-Artikolu 6(2)

4(1), punt (b)

l-Artikolu 10(1)

4(1), punt (c)

-

-

4(1), punt (d)

-

-

l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

l-Artikolu 10(7)

l-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

-

-

l-Artikolu 4(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi

l-Artikolu 11(1)(b)

-

l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

l-Artikolu 8(8)

l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

-

l-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu, punt (a)

l-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 10(6), it-tielet sentenza

l-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu, punt (b)

l-Artikolu 8(11) u l-Artikolu 10(8)

l-Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu, punt (a)

l-Artikolu 8(6) u (7), l-Artikolu 10(3)

l-Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu, punt (b), l-ewwel sentenza

l-Artiklu 15(2) l-ewwel sentenza

l-Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu, punt (b), it-tieni sentenza

l-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 10(6)

l-Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu

-

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 11(1) u (2)

l-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu

l-Artikolu 8(11), l-Artikolu 10(8) u l-Artikolu 11(4)

l-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu

-

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 14

l-Artikoli 6 sa 9

l-Artikolu 21

l-Artikolu 10(1)

l-Artikolu 28

l-Artikolu 10(2)

l-Artikolu 29

l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu

l-Artikolu 24(1)

l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu

-

l-Artikolu 11(1) it-tielet subparagrafu

l-Artikolu 24(8)

l-Artikolu 11(2)

l-Artikolu 24(3)

l-Artikolu 12 (1), l-ewwel u r-raba’ subparagrafi

l-Artikolu 24(1)

l-Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

-

l-Artikolu 12(1) it-tielet subparagrafu

-

l-Artikolu 12(2)

l-Artikolu 24(3)

l-Artikolu 12(3)

l-Artikolu 24(8)

l-Artikolu 12(4)

l-Artikolu 36(2), (3), (4), (5), (6)

l-Artikolu 13

l-Artikolu 26

l-Artikolu 14

-

l-Artikolu 15

l-Artikolu 42

l-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu

l-Artikolu 31(1)

l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu

l-Artikolu 31(2)

l-Artikolu 16(2)

l-Artikolu 31(3)

l-Artikolu 17

l-Artikolu 39(2)

l-Artikolu 18(1) u (2)

l-Artikolu 21

l-Artikolu 18(3)

l-Artikolu 39(1)

l-Artikolu 19(1)

-

l-Artikolu 19(2)

l-Artikolu 43

l-Artikolu 20

-

l-Anness I (1)

l-Artikoli 8(11) u 10(8), 11(4) u (5)

l-Anness I (2) u (3)

l-Artikolu 26

l-Anness III

-

l-Anness IV

l-Anness

l-Artikolu 1

-

l-Artikolu 2

l-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu u 6(1)f

l-Artikoli 3 sa 7

-

Top