EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019XC0913(01)
Communication from the Commission — Updating of data used to calculate lump sum and penalty payments to be proposed by the Commission to the Court of Justice of the European Union in infringement proceedings
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-aġġornament tad-data użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagament ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-aġġornament tad-data użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagament ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur
C/2019/6434
OJ C 309, 13.9.2019, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/1 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-aġġornament tad-data użata biex jiġu kkalkolati s-somma f’daqqa u l-pagament ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċedimenti ta’ ksur
(2019/C 309/01)
I. Introduzzjoni
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE (1) (issa l-Artikolu 260 (1) u (2) tat-TFUE) stabbiliet il-bażi li fuqha l-Kummissjoni tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella l-pagament ta’ penali) li hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika meta tressaq każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru.
F’Komunikazzjoni sussegwenti tal-2010 (2) dwar l-aġġornament tad-data użata għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni stabbiliet li din id-data makroekonomika tkun suġġetta għal reviżjoni kull sena, biex tqis l-iżvilupp tal-inflazzjoni u tal-PDG.
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (3) u tal-2017 bit-titolu “Id-dritt tal-UE: riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar” (4), il-Kummissjoni tenfasizza li l-istess metodoloġija stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-2005 tapplika għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tapplika skont l-Artikolu 260(3) TFUE.
L-aġġornament ta’ kull sena pprovdut f’din il-Komunikazzjoni huwa bbażat fuq l-iżviluppi fl-inflazzjoni u fil-PDG ta’ kull Stat Membru (5), li jirrifletti l-kapaċità tal-Istat Membru kkonċernat li jħallas. Ir-rata rilevanti tal-inflazzjoni u l-istatistiċi tal-PDG li għandhom jintużaw huma dawk stabbiliti sentejn qabel l-aġġornament (“ir-regola t-2”), billi l-perjodu minimu meħtieġ għall-ġbir ta’ data makroekonomika relattivament stabbli huwa ta’ sentejn. Barra minn hekk, wara l-komunikazzjoni ta’ Frar 2019 (6), il-piż istituzzjonali tal-Istati Membri li qabel kienu bbażati fuq l-għadd ta’ voti miżmuma minn kull Stat Membru skont ir-regoli dwar l-ippeżar tal-voti fil-Kunsill issa huwa bbażat fuq in-numru ta’ siġġijiet allokati lil kull Stat Membru għar-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew.
Din il-Komunikazzjoni hija għalhekk ibbażata fuq id-data ekonomika għall-PDG nominali u d-deflatur tal-PDG għall-2017 (7) u fuq l-għadd ta’ siġġijiet allokati lil Stat Membru fil-Parlament Ewropew.
II. L-elementi tal-aġġornament
Il-lista ta’ kriterji ekonomiċi li għandhom jiġu riveduti hija kif ġej:
— |
l-ammont standard b’rata fissa għall-pagament ta’ penali (8), li bħalissa huwa stabbilit għal EUR 3 105 kuljum, li għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni; |
— |
l-ammont standard b’rata fissa għall-kalkolu tal-ammont ta’ kuljum biex tiġi ffissata s-somma f’daqqa (9), li bħalissa huwa ffissat għal EUR 1 035, għandu jiġi aġġustat skont l-inflazzjoni; |
— |
il-fattur speċjali “n” (10), li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-PDG tal-Istat Membru inkwistjoni wara li jitqies l-għadd tad-drittijiet tal-vot li għandu fil-Parlament Ewropew; dan huwa identiku għall-kalkolu tas-somma f’daqqa u ta’ penali għal kull ġurnata; |
— |
il-ħlasijiet minimi ta’ somma f’daqqa (11), li għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-inflazzjoni. |
III. Aġġornamenti
Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati segwenti biex tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew inkella ta’ penali) meta tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) u (3) TFUE:
1. |
l-ammont standard b’rata fissa għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali huwa stabbilit għal EUR 3 116 kuljum; |
2. |
L-ammont fiss standard uniformi għall-kalkolu tal-ammont ta’ kuljum li jistabbilixxi s-somma f’daqqa huwa stabbilit għal EUR 1 039; |
3. |
Il-fattur speċjali “n” u s-somma f’daqqa minima għat-28 Stat Membru tal-UE huma stabbiliti kif ġej:
|
Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati għad-deċiżjonijiet li tieħu biex tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 tat-TFUE sa mill-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Kif diġà ġie ddikjarat fil-punt 3 tal-Komunikazzjoni ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni se taġġusta ċ-ċifri ta’ hawn fuq meta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jkun ipproduċa l-effetti legali tiegħu.
(1) SEC (2005) 1658; (ĠU C 126, 7.6.2007, p. 15).
(2) SEC(2010) 923/3. Din il-Komunikazzjoni ġiet aġġornata fl-2011 [SEC(2011) 1024 final], fl-2012 [C(2012) 6106 final], fl-2013 [C(2013) 8101 final], fl-2014 [C(2014) 6767 final], fl-2015 [C(2015)5511 final], fl-2016, fl-[C(2016) 5091 final] fl-2017 [C(2017) 8720 final] u fl-2018 [C(2018) 5851 final] għall-aġġustament annwali tad-data ekonomika.
(4) ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10.
(5) Skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-2005 u tal-2010.
(6) C(2019)1396 final (ĠU C 70, 25.2.2019, p. 1).
(7) Id-deflatur tal-prezz tal-PDG jintuża bħala kejl tal-inflazzjoni. L-ammonti uniformi tal-pagamenti ta’ somom f’daqqa u ta’ penali huma aġġustati għall-eqreb multiplu ta’ għaxra. Is-somom f’daqqa minimi huma aġġustati għall-eqreb elf. Il-fattur “n” huwa aġġustat sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.
(8) L-ammont standard b’rata fissa jew uniformi għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum huwa definit bħala l-ammont bażiku fiss li għalih jiġu applikati ċerti koeffiċjenti tal-korrezzjoni multiplikaturi. Il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni huma l-koeffiċjenti tal-gravità u d-dewmien tal-ksur, u l-fattur speċjali “n” li jikkorrispondi għall-Istat Membru kkonċernat li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu ta’ pagament ta’ penali ta’ kuljum.
(9) L-ammont b’rata fissa jrid jiġi applikat meta tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa. Fir-rigward tal-Artikolu 260(2) TFUE, is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somom f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ jiem għal kemm il-ksur idum għaddej bejn id-data tal-ewwel sentenza u d-data li fiha jintemm il-ksur jew id-data ta’ meta tingħata s-sentenza skont l-Artikolu 260(2) TFUE. Fir-rigward tal-Artikolu 260(3) TFUE, skont il-punt 28 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l- “Implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-Trattat” (SEC (2010) 1371 final (ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1)), is-somma f’daqqa tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont standard b’rata fissa għal pagamenti ta’ somma f’daqqa bil-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi mmultiplikat bil-fattur speċjali “n”) bl-għadd ta’ jiem mill-jum wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni stipulat fid-Direttiva sad-data li fiha jintemm il-ksur jew id-data tal-għoti tas-sentenza skont l-Artikoli 258 u 260 (3) TFUE. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi hawn fuq jaqbeż is-somma f’daqqa minima, għandha tapplika s-somma f’daqqa kkalkulata abbażi tal-ammont ta’ kuljum.
(10) Il-fattur speċjali “n” iqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jħallsu (il-prodott domestiku gross (PDG)) u n-numru ta’ voti li jkollhom fil-Kunsill.
(11) Il-ħlas tas-somma f’daqqa minima fissa minima huwa ddeterminat għal kull Stat Membru skont il-fattur speċjali “n”. Is-somma f’daqqa fissa minima se tiġi proposta lill-Qorti meta t-total tal-ħlasijiet tas-somma f’daqqa ta’ kuljum ma jaqbiżx is-somma f’daqqa minima fissa.