EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1001

Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

OJ L 154, 16.6.2017, p. 1–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1001/oj

16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/1


REGOLAMENT (UE) 2017/1001 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ġunju 2017

dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea

(Verżjoni kodifikata)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b'mod sostanzjali, għal iktar ċarezza u razzjonalità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (4), li ġie kkodifikat fl-2009 bħala r-Regolament (KE) Nru 207/2009, ħoloq sistema ta' protezzjoni tat-trademarks li hi speċifika għall-Unjoni Ewropea u li pprevediet il-protezzjoni tat-trademarks fil-livell tal-Unjoni, b'mod parallel mal-protezzjoni tat-trademarks disponibbli fil-livell tal-Istati Membri skont s-sistemi nazzjonali tat-trademarks, armonizzati permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (5), li ġiet ikkodifikata bħala d-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(3)

Ikun tajjeb illi wieħed jippromwovi fl-Unjoni kollha l-iżvilupp armonjuż ta' attivitajiet ekonomiċi kif ukoll espansjoni kontinwa u bilanċata permezz tal-ksib ta' suq intern li jiffunzjona sew u li joffri kundizzjonijiet simili għal dawk ta' suq nazzjonali. Sabiex jinħoloq suq ta' dan it-tip li jkun dejjemaktar suq wieħed, hemm bżonn li mhux biss jitneħħew kull ostakoli għall-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi u li jsiru arranġamenti li jiżguraw li l-kompetizzjoni ma tiġix ostakolata, imma wkoll, li jinħolqu kundizzjonijiet legali li jippermettu li l-impriżi jaddattaw l-attivitajiet tagħhom għall-iskala tal- Unjoni, kemm fil-manufattura u fid-distribuzzjoni ta' beni kif ukoll fil-provvediment ta' servizzi. Għal dawn l-għanijiet, fost l-istrumenti legali għad-dispożizzjoni tal-impriżi jenħtieġ li jkun hemm trademarks li jippermettu li l-prodotti u s-servizzi ta' dawn l-istess impriżi jintgħarfu b'mod identiku fl-Unjoni kollha, irrispettivament mill-fruntieri.

(4)

Sabiex jintlaħqu l-imsemmija għanijiet tal-istess Unjoni, jidher neċessarju li jkun hemm arranġamenti fl-Unjoni għar-rigward ta' trademarks li permezz tagħhom impriża tkun tista' tikseb trademark tal-UE taħt sistema proċedurali waħda, u li din it-trademark tingħata l-istess livell ta' protezzjoni u tkun effettiva bl-istess mod fl-ispazju kollu tal-Unjoni. Jinħtieġ li dejjem japplika l-prinċipju tal-karattru waħdieni tat- trademark tal-UE, espress f'dan is-sens, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

(5)

L-ostakoli tat-territorjalità tad-drittijiet mogħtija lill-proprjetarji ta' trademarks mil-liġijiet tal-Istati Membri ma jistgħux jitneħħew bl-approssimazzjoni tal-liġijiet. Sabiex attività ekonomika libera fis-suq intern kollu tinfetaħ għall-benefiċċju tal-impriżi, jinħtieġ li t-trademarks ikunu regolati b'mod uniformi minn liġi tal-Unjoni li tkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

(6)

L-esperjenza li nkisbet minn meta ġiet stabbilita s-sistema tat-trademark Komunitarju uriet li l-intrapriżi li ġejjin minn ġewwa l-Unjoni u minn pajjiżi terzi aċċettaw is-sistema li saret, b'suċċess u b'mod vijabbli, kemm sistema kumplimentari kif ukoll alternattiva għall-protezzjoni tat-trademarks fil-livell tal-Istati Membri.

(7)

Madanakollu l-liġi tal-Unjoni dwar trademarks ma tissostitwix il-liġi tal-Istati Membri dwar trademarks. Ma jidhirx li huwa ġustifikat li l-impriżi jkunu meħtieġa li japplikaw għar-registrazzjoni tat-trademarks tagħhom bħala trademarks tal-UE.

(8)

It-trademarks nazzjonali jibqgħu meħtieġa għal dawk l-intrapriżi li ma jkunux jixtiequ l-protezzjoni tat-trademarks tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew li ma jkunux jistgħu jiksbu protezzjoni kullimkien fl-Unjoni filwaqt li ma jkun hemm l-ebda ostaklu għall-protezzjoni nazzjonali. Jenħtieġ li tkun il-fakultà ta' kull persuna li tfittex il-protezzjoni ta' trademark li tiddeċiedi jekk tfittix biss il-protezzjoni bħala trademark nazzjonali fi Stat Membru wieħed jew iktar, jew biss bħala trademark tal-UE, jew it-tnejn.

(9)

Jenħtieġ li d-drittijiet minn trademark tal-UE ma jinkisbux ħlief b'reġistrazzjoni, u jenħtieġ li tali reġistrazzjoni tiġi miċħuda b'mod partikolari meta t-trademark ma tkunx distintiva, tkun illegali jew tmur kontra drittijiet preċedenti.

(10)

Jenħtieġ li jkun possibbli li sinjal jiġi rappreżentat fi kwalunkwe forma adatta bl-użu ta' teknoloġija disponibbli b'mod ġenerali, u għaldaqstant mhux bilfors b'mezzi grafiċi, dment li r-rappreżentanza tkun ċara, preċiża, awtonoma, faċilment aċċessibbli, li tista' tinftiehem, dejjiema u oġġettiva.

(11)

Il-protezzjoni mogħtija minn trademark tal-UE, li l-funzjoni tagħha huwa partikolarment li tiggarantixxi t-trademark bħala indikazzjoni ta' oriġini, jenħtieġ li tkun assoluta f'każ ta' identiċità bejn il-marka u s-sinjal u l-prodotti jew is-servizzi. Jenħtieġ li din il-protezzjoni tapplika wkoll f'każijiet ta' xebħ bejn il-marka u s-sinjal u l-prodotti jew is-servizzi. Il-kunċett ta' xebħ jenħtieġ li jingħata interpretazzjoni marbuta mal-possibiltà ta' konfużjoni. Il-possibbiltà ta' konfużjoni, li l-apprezzament tagħha tiddependi fuq ħafna elementi u, b'mod partikolari, fuq l-għarfien tat-trademark fuq is-suq, l-assoċjazzjoni li tista' ssir bejn is-sinjal użat jew dak registrat, il-livell ta' xebħ bejn it-trademark u s-sinjal u bejn il-prodotti jew is-servizzi identifikati, jenħtieġ li tikkostitwixxi l-kundizzjoni speċifika għal tali protezzjoni.

(12)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u konsistenza sħiħa mal-prinċipju ta' prijorità, li taħtu trademark preċedenti rreġistrata tieħu preċedenza fuq trademarks irreġistrati iktar tard, jeħtieġ li jiġi stipulat li l-infurzar tad-drittijiet mogħtija minn trademark tal-UE jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' proprjetarji miksuba qabel id-data tal-applikazzjoni jew tal-prijorità tat-trademark tal-UE. Dan huwa f'konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim dwar aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ tal-15 ta' April 1994.

(13)

Jista' jkun hemm konfużjoni marbuta mas-sors kummerċjali li minnu joħorġu l-oġġetti jew is-servizzi meta kumpannija tuża l-istess sinjal jew wieħed simili bħala trademark b'mod tali li tiġi stabbilita rabta bejn il-kumpannija li jkollha l-isem u l-oġġetti jew is-servizzi li ġejjin minn dik il-kumpannija. L-użu tas-sinjal bħala isem kummerċjali jew denominazzjoni simili jenħtieġ li jiġi inkluż taħt il-ksur ta' trademark tal-UE dment li l-użu huwa intiż għall-iskop ta' distinzjoni ta' oġġetti jew servizzi.

(14)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u konsistenza sħiħa ma' leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni, jixraq li jiġi previst li l-proprjetarju ta' trademark tal-UE jenħtieġ li jkun intitolat li jipprojbixxi li parti terza jużaw sinjal f'reklamar komparattiv fejn dan ir-reklamar komparattiv imur kontra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(15)

Sabiex tiżgura l-protezzjoni tat-trademarks u tiġi kumbattuta l-falsifikazzjoni b'mod iktar effettiv u f'konformità ma' obbligi internazzjonali tal-Unjoni taħt il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b'mod partikolari l-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) dwar il-libertà ta' transitu u, fir-rigward ta' mediċini ġeneriċi, id-“Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-saħħa pubblika”, adottata mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jenħtieġ li jkollu d-dritt li jimpedixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, partijiet terzi jdaħħlu oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn tali oġġetti joriġinaw minn pajjiżi terzi u jkollhom, mingħajr awtorizzazzjoni, trademark li tkun identika jew essenzjalment identika mat-trademark tal-UE rreġistrata fir-rigward ta' tali oġġetti.

(16)

Għal dan il-għan, jenħtieġ li jkun permissibbli għall-proprjetarji tat-trademarks tal-UE li jimpedixxu d-dħul ta' oġġetti li jikkostitwixxu ksur u t-tqegħid tagħhom f'kull sitwazzjoni konnessa mad-dwana, inkluż it-transitu, it-trasbord, il-ħżin, żoni liberi, il-ħżin temporanju, l-ipproċessar attiv jew id-dħul temporanju tagħhom ġewwa t-territorju, inkluż meta ma jkunx maħsub li tali oġġetti jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Fit-twettiq ta' kontrolli doganali, l-awtoritajiet tad-dwana jenħtieġ li jagħmlu użu mis-setgħat u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), anke fuq it-talba tad-detenturi tad-dritt. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tad-dwana jenħtieġ li jwettqu l-kontrolli rilevanti abbażi ta' kriterji għall-analiżi tar-riskju.

(17)

Bil-għan li jittieħed kont simultanjament kemm tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta' drittijiet marbutin mat-trademarks kif ukoll tal-ħtieġa li jiġu evitati l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kummerċ ta' oġġetti leġittimi, id-dritt tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE jenħtieġ li jiskadi meta, matul proċedimenti sussegwenti mibdija f'qorti għat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (“qorti għat-trademarks tal-UE”) li tkun kompetenti biex tieħu deċiżjoni sostantiva rigward jekk ikunx hemm ksur tat-trademark tal-UE, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun jista' jagħti prova li l-proprjetarju tat-trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi t-tqegħid tal-oġġetti fis-suq fil-pajjiż destinatarju finali.

(18)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 jipprevedi li detentur tad-dritt jinżamm responsabbli għad-danni fil-konfront tad-detentur tal-oġġetti meta, fost l-oħrajn, ikun instab sussegwentement li l-oġġetti inkwistjoni ma jkunux jiksru dritt ta' proprjetà intellettwali.

(19)

Jenħtieġ li jittieħdu miżuri adegwati bil-għan li jiżguraw it-tranżitu mingħajr xkiel tal-mediċini ġeneriċi. Fir-rigward ta' denominazzjonijiet internazzjonali komuni (INN) bħala ismijiet ġeneriċi rikonoxxuti globalment għal sustanzi attivi fi preparazzjonijiet farmaċewtiċi, huwa ferm importanti li jitqiesu l-limitazzjonijiet eżistenti fuq l-effett tad-drittijiet tat-trademark tal-UE. Konsegwentement, jenħtieġ li l-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jimpedixxi kwalunkwe parti terza milli ddaħħal oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera hemmhekk, abbażi ta' similaritajiet bejn l-INN għall-ingredjent attiv fil-mediċini u t-trademark.

(20)

Sabiex il-proprjetarji ta' trademarks tal-UE jkunu jistgħu jiġġieldu l-falsifikazzjoni b'mod iktar effettiv, jenħtieġ li dawn ikollhom id-dritt li jipprojbixxu t-twaħħil ta' marka li tikkostitwixxi l-ksur fuq oġġetti u atti preparatorji mwettqa qabel it-twaħħil.

(21)

Jenħtieġ li d-drittijiet esklużivi mogħtija minn trademark tal-UE ma jagħtux id-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu ta' sinjali jew indikazzjonijiet minn partijiet terzi li jintużaw b'mod ġust u għaldaqstant skont prattiki onesti f'materji industrijali u kummerċjali. Sabiex jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-ismijiet kummerċjali u t-trademarks tal-UE fil-każ ta' konflitti, minħabba l-fatt li b'mod regolari l-ismijiet kummerċjali jingħataw protezzjoni mhux ristretta kontra trademarks sussegwenti, jenħtieġ li dan l-użu jitqies biss li jinkludi l-użu tal-isem personali tal-parti terza. Jenħtieġ li dan jippermetti wkoll l-użu ta' sinjali jew indikazzjonijiet deskrittivi jew nonspeċifiċi b'mod ġenerali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proprjetarju ma jkollux id-dritt li jipprevjeni l-użu ġust u onest ta' trademark tal-UE sabiex l-oġġetti jew is-servizzi jiġu identifikati li jappartjenu għall-proprjetarju jew biex issir referenza għalihom b'dan il-mod. L-użu ta' trademark li jsir minn partijiet terzi biex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti ġenwini li oriġinarjament ġew mibjugħa minn jew bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE fl-Unjoni jenħtieġ li jitqies bħala ġust sakemm fl-istess ħin ikun skont prattika onesta f'materji industrijali u kummerċjali. Jenħtieġ li l-użu ta' trademark li jsir minn partijiet terzi għall-fini ta' espressjoni artistika jitqies bħala ġust sakemm fl-istess ħin ikun skont prattika onesta f'materji industrijali u kummerċjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat b'tali mod li jiżgura r-rispett sħiħ għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni.

(22)

Mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija jsegwi li huwa essenzjali li l-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma jitħalliex jipprojbixxi lil terzi persuni milli jużaw tali trademark fir-rigward ta' merkanzija illi tkun tpoġġiet f'ċirkulazzjoni iż-Żona Ekonomika Ewropea, taħt it-trademark, minnu jew bil-kunsens tiegħu, ħlief fejn il-proprjetarju ikollu raġunijiet leġittimi biex jopponi li din il-merkanzija tiġi kkummerċjalizzata aktar.

(23)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet marbutin mat-trademarks miksuba b'mod leġittimu, huwa xieraq u meħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li t-trademark sussegwenti ma tistax tiġi infurzata kontra t-trademark preċedenti, jiġi stabbilit li proprjetarji ta' trademarks tal-UE jenħtieġ li ma jkollhomx id-dritt li jopponu l-użu ta' trademark sussegwenti jekk it-trademark sussegwenti tkun inkisbet fi żmien meta t-trademark preċedenti ma setgħetx tiġi infurzata kontra t-trademark sussegwenti.

(24)

M'hemm ebda ġustifikazzjoni għall-protezzjoni ta' trademarks tal-UE jew, kontrihom, protezzjoni favur trademark li tkun ġiet irreġistrata qabel trademark tal-UE, ħlief fejn it-trademarks ikunu fil-fatt qed jintużaw.

(25)

Għal raġunijiet ta' ekwità u ċertezza legali l-użu ta' trademark tal-UE f'għamla li tvarja f'elementi li ma jibdlux in-natura distintiva ta' dik il-marka, fl-għamla li fiha tkun ġiet irreġistrata jenħtieġ li jkun biżżejjed biex jippreserva d-drittijiet mogħtija irrispettivament minn jekk it-trademark fl-għamla kif tintuża hijiex ukoll irreġistrata.

(26)

It- trademark tal-UE għandha titqies bħala oġġett ta' proprjetà li jeżisti separatament mill-impriża li jidentifikaw il-prodotti jew servizzi tagħhom permezz ta' tali trademark. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li tali trademark tiġi trasferita, tingħata bħala sigurtà a favur ta' terza persuna u li tkun is-soġġett ta' liċenzja.

(27)

Huma meħtieġa fuq livell tal-Unjoni miżuri amminstrattivi sabiex tiġi implimentata l-liġi tat-trademarks stabbiliti minn dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull trademark. Huwa għalhekk essenzjali, li filwaqt li tinżamm l-istruttura istituzzjonali u l-bilanċ ta' poteri Unjoni eżistenti, jiġi previst Uffiċċju tal-Proprjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea (“l-Uffiċċju”) li jkun indipendenti fir-rigward ta' suġġetti tekniċi u li jgawdi awtonomija legali, amministrativa u finanzjarja. Għal dan l-iskop huwa neċessarju u xieraq li l-Uffiċċju tal- Unjoni ikollu personalità ġuridika u li jeżerċita l-poteri ta' mogħtija lilu minn dan ir-Regolament, u li jenħtieġ li jopera fil-qafas tal-liġi tal-Unjoni mingħajr ma jnaqqas mill-kompetenzi eżerċitati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(28)

Il-protezzjoni tat-trademark tal-UE tingħata fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi speċifiċi li n-natura u n-numru tagħhom jistabbilixxu l-livell ta' protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tat-trademark. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli għad-denominazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi f'dan ir-Regolament u li tiġi żgurata ċertezza legali u amministrazzjoni tajba billi jkun meħtieġ li l-oġġetti u s-servizzi li għalihom tkun qed tintalab il-protezzjoni tat-trademarks jiġu identifikati mill-applikant b'ċarezza u preċiżjoni biżżejjed biex tippermetti, abbażi tal-applikazzjoni biss, li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw il-livell ta' protezzjoni li għaliha tkun saret l-applikazzjoni. L-użu ta' termini ġenerali jenħtieġ li jiġi interpretat li jinkludi biss l-oġġetti u s-servizzi kollha koperti bit-tifsira litterali tat-terminu. Proprjetarji ta' trademarks tal-UE, li minħabba l-prattika tal-Uffiċċju qabel it-22 ta' Ġunju 2012 huma rreġistrati fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta' klassi tas-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita mill- Ftehim ta' Nizza li jikkonċerna l-Oġġetti u s-Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-15 ta' Ġunju 1957, jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jadattaw il-listi tagħhom ta' oġġetti u servizzi sabiex jiġi żgurat li l-kontenut tar-Reġistru jissodisfa l-istandard meħtieġ ta' ċarezza u preċiżjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(29)

Sabiex jiġi evitat dewmien mhux meħtieġ fir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE, jixraq li reġim fakultattiv tat-tfittxijiet tat-trademark tal-UE u nazzjonali jiġi stabbilit li jenħtieġ li jkun flessibbli fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utent. It-tfittxijiet fakultattiva tat-trademark tal-UE u nazzjonali jenħtieġ li jiġu kkomplementati mid-disponibbiltà ta' magni tat-tiftix kumplessivi, veloċi u b'saħħithom li jistgħu jintużaw mill-pubbliku mingħajr ħlas fil-kuntest ta' kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali.

(30)

Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati minn deċiżjonijiet tal-Uffiċċju jkunu protetti mil-liġi b'mod li jkun jixraq in-natura speċjali tal-liġi tat-trademarks. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jkun hemm dritt ta' appell mid-deċiżjonijiet tal-eżaminaturi u tad-diversi diviżjonijiet tal-Uffiċċju. Bord tal-Appell tal-Uffiċċju, jenħtieġ li jkollu l-kompetenza li jiddeċiedi l-appell. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom, min-naħa tagħhom, ikunu soġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali, li għandha ġurisdizzjoni sabiex tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni kontestata.

(31)

Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tat- trademarks tal-UE jenħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw, wara li jikkunsidraw is-sistema nazzjonali tagħhom, numru kemm jista' jkun limitat ta' qrati nazzjonali tal-ewwel u tat-tieni istanza li jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tal-ksur u tal-validità tat- trademarks tal-UE.

(32)

Huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-validità u l-ksur ta' trademarks tal-UE jkollhom effett u ikopru t-territorju kollu tal-Unjoni, peress li dan huwa l-uniku mod kif wieħed jista' jipprevjeni deċiżjonijiet inkonsistenti min-naħa tal-qrati u tal-Uffiċċju u kif jista' jiġi żgurat li l-karattru waħdieni tat- trademarks tal-UE ma jiġix imxejjen. Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (9) jenħtieġ li japplikaw fil-każ ta' kull azzjoni skont il-liġi li tirrigwarda trademarks tal-UE, ħlief fejn dan ir-Regolament jidderoga minn dawn ir-regoli.

(33)

Jenħtieġ li deċiżjonijiet kontradittorji jiġu evitati f'azzjonijiet li jinvolvu l-istess għemil u l-istess partijiet u li jirrigwardaw trademarks tal-UE u trademarks nazzjonali paralleli. Għal dan il-għan, meta l-azzjonijiet jinġiebu fl-istess Stat Membru, il-metodu ta' kif jinkiseb dan l-objettiv jinstabu fir-regoli proċedurali nazzjonali, li mhumiex preġudikati minn dan ir-Regolament, waqt li meta l-azzjonijiet jinġiebu fi Stati Membri differenti, ikunu xierqa dispożizzjonijiet msejsa fuq ir-regoli ta' lis pendens u azzjonijiet relatati tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012.

(34)

Bil-għan li tiġi promossa l-konverġenza ta' prattiki u li jiġu żviluppati għodod komuni, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas adatt għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, li jiddefinixxi l-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni u li permezz tiegħu, l-Uffiċċju jkun jista' jikkoordina proġetti rilevanti komuni ta' interess għall-Unjoni u l-Istati Membri u jiffinanzja dawk il-proġetti, sa ammont massimu. Jenħtieġ li dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni jkunu ta' benefiċċju għal intrapriżi li jużaw is-sistemi tat-trademarks fl-Ewropa. Għall-utenti tar-reġim tal-Unjoni stabbilit f'dan ir-Regolament, il-proġetti, partikolarment il-bażijiet ta' data għal skopijiet ta' tiftix u konsultazzjoni, jenħtieġ li jipprovdu għodod addizzjonali, inklużivi, u effiċjenti li huma mingħajr ħlas biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi li joħorġu min-natura unitarja tat-trademark tal-UE.

(35)

Jixraq li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni bonarja, veloċi u effiċjenti tat-tilwim billi l-Uffiċċju jiġi inkarigat bl-istabbiliment ta' ċentru ta' medjazzjoni b'servizzi li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe persuna bil-għan li tinkiseb riżoluzzjoni bonarja tat-tilwim marbut mat-trademarks tal-UE u d-disinji Komunitarji permezz ta' ftehim reċiproku.

(36)

L-istabbiliment tas-sistema tat-trademarks tal-UE rriżulta f'iktar piż finanzjarju għall-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri. L-ispejjeż addizzjonali huma relatati mat-trattament ta' numru ikbar ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni u invalidità li jinvolvu trademarks tal-UE jew li jitressqu minn proprjetarji ta' dawn it-trademarks; ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni marbutin mas-sistema tat-trademarks tal-UE; kif ukoll ma' attivitajiet maħsubin biex jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tat-trademarks tal-UE. Huwa, għalhekk, xieraq li jkun żgurat li l-Uffiċċju jikkumpensa partijiet mill-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għar-rwol tagħhom fl-iżgurar tal-funzjonament mingħajr xkiel tas-sistema tat-trademarks tal-UE. Il-ħlas ta' tali kumpens jenħtieġ li jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' data statistika rilevanti mill-Istati Membri. Jenħtieġ li tali kumpens ma jkunx daqstant li jirriżulta f'defiċit baġitarju għall-Uffiċċju.

(37)

Sabiex tiġi garantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Uffiċċju, huwa meqjus neċessarju li jkollu baġit awtonomu li d-dħul prinċipali tiegħu jkun jiġi mill-tariffi tal-utenti tas-sistema. Madanakollu, il-proċedura tal-baġit tal-Unjoni tibqa' applikabli fir-rigward ta' sussidji li jitħallsu mill-baġit ġenerali tal- Unjoni. Barra minn dan, il-verifika tal-kontijiet jenħtieġ li ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

(38)

Fl-interess ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li tiġi evitata l-akkumulazzjoni mill-Uffiċċju ta' bilanċi baġitarji pożittivi sinifikanti. Jenħtieġ li dan ikun mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta' riżerva finanzjarja mill-Uffiċċju li tkopri n-nefqa operazzjonali tiegħu ta' sena biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u t-twettiq tal-kompiti tiegħu. Jenħtieġ li dik ir-riżerva tintuża biss biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kompiti tal-Uffiċċju kif speċifikat f'dan ir-Regolament.

(39)

Minħabba l-importanza essenzjali tal-ammonti tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju biex titħaddem is-sistema tat-trademarks tal-UE u r-relazzjoni komplementari tagħha fir-rigward tas-sistemi tat-trademarks nazzjonali, jinħtieġ li dawk l-ammonti tat-tariffi jiġu stabbiliti direttament f'dan ir-Regolament fil-forma ta' anness. Jenħtieġ li l-ammonti tat-tariffi jiġu stabbiliti f'livell li jiżgura li: l-ewwel, id-dħul li jipproduċu jkun fil-prinċipju biżżejjed biex il-baġit tal-Uffiċċju jkun ibbilanċjat; it-tieni, ikun hemm koeżistenza u komplementarjetà bejn it-trademark tal-UE u s-sistemi tat-trademarks nazzjonali, b'kont meħud ukoll tad-daqs tas-suq kopert mit-trademark tal-UE u l-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; u t-tielet, id-drittijiet tal-proprjetarji tat-trademark tal-UE jiġu infurzati b'mod effiċjenti fl-Istati Membri.

(40)

Sabiex jiġu żgurati eżaminazzjoni u reġistrazzjoni effettivi, effiċjenti u veloċi tal-applikazzjonijiet għal trademark tal-UE mill-Uffiċċju billi jintużaw proċeduri li huma trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewopea (TFUE) jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar il-proċeduri għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' oppożizzjoni u dwar il-proċeduri li jirregolaw l-emenda tal-applikazzjoni.

(41)

Sabiex jiġi żgurat li trademark tal-UE tkun tista' tiġi revokata jew iddikjarata invalida b'mod effettiv u effiċjenti permezz ta' proċeduri trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri għal revoka u għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

(42)

Sabiex ikun jista' jsir rieżami effettiv, effiċjenti u komplet tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju mill-Bordijiet tal-Appell permezz ta' proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta u ekwa li tqis il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar il-kontenut formali tal-avviż tal-appell, il-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' appell, il-kontenut formali u l-forma tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell u r-rimborż tat-tariffi tal-appell.

(43)

Sabiex tiġi żgurata operazzjoni bla xkiel, effettiva u effiċjenti tas-sistema tat-trademark tal-UE, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti rigward id-dettalji dwar il-proċedimenti orali u l-arranġamenti dettaljati ta' kumpilazzjoni ta' evidenza, l-arranġamenti dettaljati għan-notifika, il-mezzi ta' komunikazzjoni u l-formoli li għandhom jintużaw mill-partijiet fil-proċedimenti, ir-regoli għall-kalkolu u t-tul tal-limiti taż-żmien, il-proċeduri għar-revoka ta' deċiżjoni jew għall-kanċellazzjoni ta' dħul fir-Reġistru, l-arranġamenti dettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti, u d-dettalji dwar ir-rappreżentazzjoni quddiem l-Uffiċċju.

(44)

Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Bordijiet tal-Appell, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bord tal-Appell.

(45)

Sabiex tiġi żgurata reġistrazzjoni effettiva u effiċjenti ta' trademarks internazzjonali b'mod li jkun bis-sħiħ konsistenti mar-regoli tal-Protokoll relatat mal-Ftehim ta' Madrid li jikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki, li ġew adottati f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989 (“il-Protokoll ta' Madrid”) is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar il-proċeduri marbutin mal-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' oppożizzjoni, inklużi l-komunikazzjonijiet neċessarji li għandhom isiru lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), u d-dettalji tal-proċedura li tikkonċerna r-reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika relatata ma' marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija.

(46)

Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistuzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jitrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(47)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji li jikkonċernaw applikazzjonijiet, talbiet, ċertifikati, pretensjonijiet, regolamenti, notifiki u kwalunkwe dokument ieħor skont ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti minn dan ir-Regolament, kif ukoll fir-rigward ta' rati massimi għall-ispejjeż essenzjali għall-proċedimenti u attwalment imġarrba, dettalji dwar pubblikazzjonijiet fil-Bullettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea u l-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju, l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet nazzjonali, arranġamenti dettaljati dwar traduzzjonijiet ta' dokumenti ta' sostenn fi proċedimenti bil-miktub, it-tipi eżatti ta' deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn membru wieħed tad-diviżjonijiet tal-oppożizzjoni jew kanċellazzjoni, dettalji dwar l-obbligu ta' notifika skont il-Protokoll ta' Madrid, u rekwiżiti dettaljati rigward it-talba għal estensjoni territorjali sussegwenti għar-reġistrazzjoni internazzjonali. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(48)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

It- trademark tal-Unjoni Ewropea

1.   It-trademark ta' prodotti jew servizzi li tkun irreġistrata skont il-kundizzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament u bil-mod kif jipprovdi dan l-istess Regolament tissejjaħ minn issa 'l quddiem “trademark tal-Unjoni Ewropea” (“trademark tal-UE”).

2.   It- trademark tal-UE għandha karattru unitarju. Hija għandha jkollha l-istess effett fl-Unjoni kollha: ma għandhiex tiġi reġistrata, trasferita jew ċeduta, jew tkun is-suġġett ta' deċiżjoni li tirrevoka d-drittijiet tal-proprjetarju jew li tiddikjaraha bħala invalida, u lanqas ma għandu jiġi projbijt l-użu tagħha, sakemm mhux fir-rigward tal-Unjoni kollha. Dan il-prinċipju għandu japplika sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.

Artikolu 2

Uffiċċju

1.   Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (“l-Uffiċċju”), huwa stabbilit.

2.   Ir-referenzi kollha fil-liġi tal-Unjoni għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Uffiċċju.

Artikolu 3

Kapaċità ta' aġir

Sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, kumpaniji jew azjendi u entitajiet ġuridiċi oħra għandhom jitqiesu bħala persuni ġuridiċi jekk, skont it-termini tal-liġi li tirregolahom, huma jkollhom il-kapaċità li jassumu drittijiet u obbligazzjonijiet ta' kull xorta f'isimhom stess, li jidħlu f'kuntratti jew jagħmlu atti legali oħra, u li jfittxu jew li jiġu mfittxija bil-qorti.

KAPITOLU II

LIĠI TAT-TRADEMARKS

TAQSIMA 1

Definizzjoni ta' trademark tal-UE u kif tinkiseb trademark tal-UE

Artikolu 4

Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trademark tal-UE

Trademark tal-UE tista' tikkonsisti fi kwalunkwe sinjal, b'mod partikolari kliem, inklużi ismijiet personali, jew disinji, ittri, numri, kuluri, il-forma ta' oġġetti jew tal-imballaġġ ta' oġġetti, jew ħsejjes, dment li dawn is-sinjali jistgħu:

(a)

jagħmlu distinzjoni bejn l-oġġetti jew is-servizzi ta' intrapriża minn dawk ta' intrapriżi oħra; u

(b)

jiġu rrappreżentati fir-Reġistru tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (“ir-Reġistru”), b'mod li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku li jiddeterminaw b'mod ċar u preċiż is-suġġett tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju ta' tali trademark.

Artikolu 5

Persuni li jistgħu jkunu proprjetarji tat-trademarks tal UE

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet stabbiliti permezz tal-liġi pubblika, jistgħu jkunu proprjetarji ta' trademark tal-UE.

Artikolu 6

Kif tinkiseb trademark tal-UE

Trademark tal-UE tinkiseb permezz ta' reġistrazzjoni.

Artikolu 7

Raġunijiet assoluti għal rifjut

1.   Dawn li ġejjin ma għandhomx jiġu rreġistrati:

(a)

sinjali li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4;

(b)

trademarks li mhumiex ta' karattru distintiv;

(c)

trademarks li jikkonsistu esklussivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat, il-valur, l-oriġini ġeografika jew il-ħin ta' produzzjoni tal-prodotti jew ta' meta ingħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew servizzi;

(d)

trademarks li jikkonsistu esklussivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jkunu saru użanza tal-lingwa tal-mument jew tal-prattika bona fide u stabbilita tal-kummerċ;

(e)

sinjali li jikkonsistu esklużivament f'dawn li ġejjin:

(i)

il-forma, jew xi karatteristika oħra, li tirriżulta min-natura tal-oġġetti nnifishom;

(ii)

il-forma, jew xi karatteristika oħra, tal-oġġetti li tkun meħtieġa biex jinkiseb riżultat tekniku;

(iii)

il-forma, jew xi karatteristika oħra, li tagħti valur sostanzjali lill-oġġetti;

(f)

trademarks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità;

(g)

trademarks li huma ta' natura li tista' tqarraq bil-pubbliku, per eżempju fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew is-servizzi;

(h)

trademarks li ma ġewx awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u li għandhom jiġu miċħuda skont l-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (“il-Konvenzjoni ta' Pariġi”);

(i)

trademarks li jinkludu badges, emblemi jew armi ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi u li huma ta' interess pubbliku partikolari, sakemm ma jkunx hemm il-kunsens tal-awtorita kompetenti;

(j)

trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(k)

trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni tkun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' termini tradizzjonali għall-inbid;

(l)

tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni tkun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

(m)

trademarks li huma magħmulin minn, jew li jirriproduċu, fl-elementi essenzjali tagħhom, denominazzjoni ta' varjetà ta' pjanti preċedenti reġistrata skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, jew ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikunu partijiet, li jipprevedu l-protezzjoni ta' drittijiet fuq varjetà ta' pjanti, u li huma fir-rigward ta' varjetajiet ta' pjanti tal-istess speċi jew speċi relatata mill-qrib.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja li r-raġunijiet li jwasslu biex trademark ma tiġix reġistrata japplikaw biss f'parti tal- Unjoni.

3.   Il-paragrafu 1(b), (c) u (d) m'għandhomx japplikaw jekk it-trademark tkun saret distintiva fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi li għalihom tkun qiegħda tintalab ir-reġistrazzjoni minħabba l-użu li jkun sar minn din it-trademark.

Artikolu 8

Raġunijiet relattivi għal rifjut

1.   Jekk issir oppożizzjoni minn proprjetarju ta' trademark preċedenti, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark m'għandhiex tiġi milqugħa:

(a)

jekk tkun identika għal trademark preċedenti u jekk il-prodotti jew servizzi fir-rigward ta' liem qiegħda ssir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huma identiċi mal-prodotti jew servizzi protetti mit-trademark preċedenti;

(b)

jekk, minħabba identiċità jew xebħ bejn iż-żewġ trademarks u l-identiċità jew xebħ tal-prodotti jew servizzi koperti mit-trademarks teżisti probabiltà ta' konfużjoni min-naħa tal-pubbliku fit-territorju fejn it-trademark preċedenti hija protetta; il-probabiltà ta' konfużjoni tinkludi wkoll il-probabiltà li ssir assoċjazzjoni mat-trademark preċedenti.

2.   Għall-iskopijiet tal-Paragrafu 1, “trademark preċedenti” tfisser:

(a)

trademarks tat-tip imsemmija hawn taħt b'data ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tiġi qabel dik tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE, wara li wieħed iqis, fejn dan ikun xieraq, il-prijoritajiet mitluba fir-rigward ta' dawk it-trademarks:

(i)

trademarks tal-UE;

(ii)

trademarks reġistrati fi Stat Membru, jew, fil-każ tal-Belġju, l-Olanda jew il-Lussemburgu, fl-Uffiċċju tal-Benelux Għall-Proprjetà Intellettwali;

(iii)

trademarks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru;

(iv)

trademarks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fl-Unjoni;

(b)

applikazzjonijiet għal trademarks imsemmija fil-punt (a), soġġett għar-reġistrazzjoni tagħhom;

(c)

trademarks li, fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE, jew, fejn xieraq, ta' talba ta' prijorità fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE, huma magħrufa sew f'xi Stat Membru, fis-sens li l-kliem “magħrufa sew” huma użati fl-Artikolu 6bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi.

3.   Malli ssir opposizzjoni minn proprjetarju ta' trademark, it-trademark m'għandhiex tiġi reġistrata jekk aġent jew rappreżentant tal-proprjetarju tat-trademark japplika għar-reġistrazzjoni tagħha f'ismu mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, sakemm l-agent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu.

4.   Mal-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trademark mhux reġistrata jew ta' xi sinjal ieħor użat fil-kors tal-kummerċ ta' aktar minn sempliċement sinifikanza lokali, it-trademark li tkun saret applikazzjoni dwarha m'għandiex tkun reġistrata meta u sal-limitu li, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal- Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru li jirregola dak is-sinjal:

(a)

id-drittijiet għal dak is-sinjal kienu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE, jew id-data tal-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE;

(b)

dak is-sinjal jagħti lill-proprjetarju d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta' trademark suċċessiv.

5.   Jekk issir oppożizzjoni minn proprjetarju ta' trademark preċedenti rreġistrata fit-tifsira tal-paragrafu 2, it-trademark li tkun saret applikazzjoni għaliha ma għandhiex tkun irreġistrata meta tkun identika jew simili għal trademark preċedenti, irrispettivament minn jekk l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom issir applikazzjoni humiex identiċi jew simili għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata trademark preċedenti jew jekk ma jkunux simili għalihom, meta, fil-każ ta' trademark preċedenti tal-UE, it-trademark ikollha reputazzjoni fl-Unjoni jew, fil-każ ta' trademark nazzjonali preċedenti, it-trademark ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat, u meta l-użu mingħajr raġuni valida tat-trademark li għaliha tkun saret applikazzjoni jieħu vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trademark preċedenti, jew ikun ta' detriment għaliha.

6.   Jekk issir oppożizzjoni minn kwalunkwe persuna awtorizzata skont il-liġi rilevanti biex teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, it-trademark li ssir applikazzjoni għaliha ma għandhiex tiġi rreġistrata meta u sa fejn, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li jipprevedu l-protezzjoni ta' denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi:

(i)

applikazzjoni għal denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika kienet diġà ġiet ippreżentata f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew liġi nazzjonali, qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni, soġġett għar-reġistrazzjoni sussegwenti tagħha;

(ii)

dik id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tagħti d-dritt li tipprojbixxi l-użu ta' trademark sussegwenti.

IT-TAQSIMA 2

L-effetti ta' trademark tal-UE

Artikolu 9

Drittijiet mogħtija minn trademark tal-UE

1.   Ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE għandha tagħti drittijiet esklużivi lill-proprjetarju.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' dik it-trademark tal-UE għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi kull parti terza, li ma jkollhiex il-kunsens tiegħu, li tuża, fil-proċess normali tan-negozju, marbut mal-oġġetti jew servizzi, kwalunkwe sinjal fejn:

(a)

is-sinjal ikun identiku għat-trademark tal-UE u jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE;

(b)

is-sinjal ikun identiku jew simili għat-trademark tal-UE u jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi, jew simili, għall-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE, jekk ikun hemm il-probabbiltà li ssir konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-probabbiltà ta' konfużjoni tinkludi l-probabbiltà ta' assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trademark;

(c)

is-sinjal ikun identiku jew simili għat-trademark tal-UE, irrispettivament minn jekk tintużax b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi, simili jew mhux simili għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE, meta din tal-aħħar ikollha reputazzjoni fl-Unjoni u meta l-użu ta' dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trademark tal-UE, jew ikun ta' detriment għaliha.

3.   Dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jistgħu jiġu pprojbiti skont il-paragrafu 2:

(a)

it-twaħħil ta' sinjal mal-oġġetti jew mal-imballaġġ ta' dawk l-oġġetti;

(b)

l-offerta ta' oġġetti, it-tqegħid fis-suq, jew il-ħżin tagħhom għal dawk l-għanijiet taħt is-sinjal, jew l-offerta jew il-provvista ta' servizzi b'dak l-istess sinjal;

(c)

l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' oġġetti taħt is-sinjal;

(d)

l-użu tas-sinjal bħala isem kummerċjali jew tal-kumpannija jew parti minn isem kummerċjali jew tal-kumpannija;

(e)

l-użu tas-sinjal f'gazzetti kummerċjali u fir-riklamar;

(f)

l-użu tas-sinjal f'reklamar komparattiv b'mod li jmur kontra d-Direttiva 2006/114/KE.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' dik it-trademark tal-UE għandu jkollu wkoll id-dritt li jimpedixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, kull parti terza ddaħħal oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn dawn l-oġġetti, inkluż l-imballaġġ tagħhom, joriġinaw minn pajjiżi terzi u jkollhom trademark mingħajr awtorizzazzjoni li tkun identika għat-trademark tal-UE rreġistrata fir-rigward ta' dawn l-oġġetti, jew li ma tkunx tista' tingħaraf fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trademark.

Id-dritt tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE skont l-ewwel subparagrafu għandu jiskadi jekk, matul il-proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur tat-trademark tal-UE, mibdija f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tingħata evidenza mid-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti li l-proprjetarju tat-trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti fil-pajjiż destinatarju finali.

Artikolu 10

Dritt ta' projbizzjoni ta' atti preparatorji b'rabta mal-użu tal-imballaġġ jew mezzi oħrajn

Fejn ikun hemm riskju li l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tkun imwaħħla l-marka jista' jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi u tali użu jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE taħt l-Artikolu 9(2) u (3), il-proprjetarju ta' dik it-trademark għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi l-atti li ġejjin jekk jitwettqu fil-proċess normali tan-negozju:

(a)

it-twaħħil ta' sinjal identiku, jew simili, għat-trademark tal-UE fuq l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tista' titwaħħal il-marka;

(b)

l-offerta jew it-tqegħid fis-suq, jew il-ħżin għal dawk il-finijiet, jew l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tista' titwaħħal il-marka.

Artikolu 11

Data li minnha jipprevalixxu drittijiet kontra partijiet terzi

1.   Id-drittijiet li jirriżultaw minn trademark tal-UE għandhom jipprevalu kontra partijiet terzi mid-data ta' pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trademark.

2.   Jista' jintalab kumpens raġonevoli għal atti li jseħħu wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, jekk wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trademark, dawk l-atti jkunu pprojbiti bis-saħħa tal-istess pubblikazzjoni.

3.   Qorti li tisma l-każ ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-merti ta' dak il-każ sakemm tiġi ppubblikata r-reġistrazzjoni.

Artikolu 12

Riproduzzjoni ta' trademark tal-UE f'dizzjunarju

Jekk ir-riproduzzjoni ta' trademark tal-UE f'dizzjunarju, f'enċiklopedija jew f'xogħol ta' referenza simili tagħti l-impressjoni li din tikkostitwixxi l-isem ġeneriku tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trademark hija reġistrata, il-pubblikatur tax-xogħol għandu, fuq talba tal-proprjetarju tat- trademark tal-UE, jagħmel ċert li sa mhux iktar tard mill-edizzjoni li jkun imiss tal-pubblikazzjoni, r-riproduzzjoni tat-trademark tkun tinkludi indikazzjoni li din hija trademark reġistrata.

Artikolu 13

Projbizzjoni tal-użu ta' trademark tal-UE reġistrata f'isem ta' aġent jew rappreżentant

Meta trademark tal-UE tkun reġistrata f'isem aġent jew rappreżentant ta' persuna li tkun il-proprjetarju ta' dik it-trademark, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan tal-aħħar huwa intitolat li jopponi l-użu tal-marka tiegħu mill-aġent jew mir-rappreżentant tiegħu jekk hu ma jkunx awtorizza dan l-użu, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjonijiet tiegħu.

Artikolu 14

Limitazzjoni tal-effetti ta' trademark tal-UE

1.   Trademark tal-UE ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, parti terza tuża:

(a)

l-isem jew l-indirizz tal-parti terza, fejn dik il-parti terza tkun persuna fiżika;

(b)

sinjali jew indikazzjonijiet li mhumiex ta' natura distintiva jew li għandhom x'jaqsmu man-natura, il-kwalità, il-kwantità, l-użu maħsub, il-valur, l-oriġini ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni tal-oġġetti jew tal-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-oġġetti jew is-servizzi;

(c)

it-trademark tal-UE għall-fini tal-identifikazzjoni jew biex issir referenza għal oġġetti jew servizzi bħala dawk tal-proprjetarju ta' dik it-trademark, b'mod partikolari fejn l-użu ta' dik it-trademark ikun neċessarju biex jiġi indikat l-għan maħsub ta' prodott jew servizz, b'mod partikolari bħala aċċessorji jew spare parts.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika biss fejn l-użu li jsir minn parti terza tikkonforma ma' prattiki onesti f'materji industrijali jew kummerċjali.

Artikolu 15

L-eżawriment tad-drittijiet li jirriżultaw minn trademark tal-UE

1.   Trademark tal-UE ma għandhiex tintitola lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta' oġġetti li jkunu tqiegħdu fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea taħt dik it-trademark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika meta l-proprjetarju jkollu raġunijiet leġittimi biex jopponi li l-prodotti jkomplu jiġu kumerċjalizzati, speċjalment meta l-kundizzjoni tal-prodotti tinbidel jew issirilha l-ħsara wara li jitqiegħdu fis-suq.

Artikolu 16

Dritt ta' intervent mill-proprjetarju ta' trademark irreġistrata sussegwentement bħala difiża fi proċedimenti ta' ksur

1.   Fi proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark tal-UE rreġistrata sussegwentement meta dik it-trademark sussegwenti ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikolu 60(1), (3) jew (4), Artikolu 61(1) jew (2), jew Artikolu 64(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Fi proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark nazzjonali rreġistrata sussegwentement fejn dik it-trademark nazzjonali rreġistrata sussegwentement ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 9(1) jew (2), jew l-Artikolu 46(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

3.   Fejn il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark irreġistrata sussegwentement skont il-paragrafi 1 jew 2, il-proprjetarju ta' dik it-trademark irreġistrata sussegwentement ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' dik it-trademark preċedenti tal-UE fi proċedimenti ta' ksur.

Artikolu 17

L-applikazzjoni kumplimentari tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta' ksur

1.   L-effetti ta' trademarks tal-UE għandhom jiġu regolati biss mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. F'aspetti oħrajn, il-ksur ta' trademark tal-UE għandha tiġi regolata mil-liġi nazzjonali li tirrigwarda l-ksur ta' trademarks nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux jipprevjeni li jinfetħu kawżi dwar trademark tal-UE taħt il-liġi tal-Istati Membri, partikolarment fir-rigward tal-obbligazzjonijiet ċivili u l-kompetizzjoni inġusta.

3.   Ir-regoli ta' proċedura applikabbli għandhom jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tal-Titolu X.

TAQSIMA 3

Użu ta' trademark tal-UE

Artikolu 18

L-użu ta' trademark tal-UE

1.   Jekk, fi żmien ħames snin wara r-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit- trademark tal-UE fl-Unjoni f'konnessjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom tkun reġistrata, jew jekk dan l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu kontinwu ta' ħames snin, it- trademark tal-UE għandha tkun soġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta' użu.

Dan li ġej għandu wkoll jikkostitwixxi użu fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu:

(a)

l-użu ta' trademark tal-UE f'għamla li tvarja f'elementi li ma jibdlux in-natura distintiva tal-marka fl-għamla li fiha tkun ġiet irreġistrata, irrispettivament minn jekk it-trademark fl-għamla kif tintuża hijiex ukoll irreġistrata jew le fl-isem tal-proprjetarju;

(b)

it-twaħħil tat-trademark tal-UE ma' oġġetti jew mal-imballaġġ tagħhom fl-Unjoni għal skopijiet ta' esportazzjoni biss.

2.   L-użu ta' trademark tal-UE bil-kunsens tal-proprjetarju għandu jitqies li jikkostitwixxi użu mill-proprjetarju.

TAQSIMA 4

It- trademarks tal-UE bħala prodotti ta' proprjetà

Artikolu 19

Meta trademarks tal-UE għandhom jitqiesu bħala trademarks nazzjonali

1.   Sakemm l-Artikoli 20 sa 28 ma jipprovdux mod ieħor, trademark tal-UE bħala oġġett ta' proprjetà għandha tiġi trattata fit-totalità tagħha, u għaż-żona kollha tal-Unjoni, bħala trademark nazzjonali rreġistrata fl-Istat Membru fejn, skont ir-Reġistru:

(a)

il-proprjetarju għandu s-sede jew id-domiċilju tiegħu fid-data relevanti;

(b)

fejn il-punt (a) ma japplikax, il-proprjetarju għandu stabbiliment fid-data relevanti.

2.   F'każijiet mhux kontemplati mill-paragrafu 1, l-Istat Membru msemmi f'dak il-paragrafu huwa l-Istat Membru fejn jinsab is-sede tal-Uffiċċju.

3.   Jekk żewġ persuni jew iktar huma msemmijin fir-Reġistru bħala koproprjetarji, il-paragrafu 1 għandu japplika għall-koproprjetarju li jkun imsemmi l-ewwel; jekk dana ma jkunx possibli, għandu japplika għall-koproprjetarji sussegwenti fl-ordni kif inhuma mniżżlin. Meta l-paragrafu 1 ma japplika għal ebda koproprjetarju, għandu japplika l-paragrafu 2.

Artikolu 20

Trasferiment

1.   It- trademark tal-UE tista' tiġi trasferita, separatament minn kull trasferiment tal-impriża, fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta' kollha.

2.   It-trasferiment tal-impriża kollha jinkludi t-trasferiment tat- trademark tal-UE ħlief meta, skont il-liġi li tirregola it-trasferiment, ikun hemm ftehim kuntrarju jew meta ċ-ċikostanzi jiddettaw biċ-ċar mod ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni kuntrattwali biex isir trasferiment tal-impriża.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, iċ-ċessjoni tat- trademark tal-UE għandha ssir bil-miktub u teħtieġ il-firma tal-partijiet kontraenti, ħlief meta tkun konsegwenza ta' deċiżjoni; jekk ma ssirx b'dan il-mod hija nulla.

4.   Fuq talba ta' waħda mill-partijiet it-trasferiment għandu jitniżżel fir-Reġistru u għandu jiġi ppubblikat.

5.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment għandu jkun fiha informazzjoni li tidentifika t-trademark tal-UE, il-proprjetarju l-ġdid, l-oġġetti u s-servizzi li huma s-suġġett tat-trasferiment, kif ukoll dokumenti li jistabbilixxu t-trasferiment, kif dovut f'konformità mal-paragrafi 2 u 3. L-applikazzjoni jista' jkun fiha wkoll, fejn ikun applikabbli, informazzjoni biex tidentifika r-rappreżentant tal-proprjetarju l-ġdid.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment;

(b)

it-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit trasferiment, b'kont meħud tal-ftehimiet mogħtija mill-proprjetarju rreġistrat u s-suċċessur fit-titolu;

(c)

id-dettalji dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal trasferimenti parzjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-oġġetti u s-servizzi fir-reġistrazzjoni li tibqa' u r-reġistrazzjoni l-ġdida ma jkunx hemm duplikazzjoni tagħhom u li fajl separat, inkluż numru ġdid ta' reġistrazzjoni, jiġi stabbilit għar-reġistrazzjoni l-ġdida.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

7   Fejn il-kondizzjonijiet applikabbli għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment, kif stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3, jew fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 6, ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, dan għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment.

8.   Tista' ssir applikazzjoni waħda għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment għal żewġ trademarks jew iżjed, dment li l-proprjetarju rreġistrat u s-suċċessur fit-titolu huma l-istess f'kull każ.

9.   Il-paragrafi 5 sa 8 għandhom ukoll japplikaw għal applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE.

10.   F'każ ta' trasferiment parzjali, kwalunkwe applikazzjoni magħmula mill-proprjetarju oriġinali li tkun għadha pendenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni oriġinali għandha titqies li hija pendenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni li tibqa' u r-reġistrazzjoni l-ġdida. Meta din l-applikazzjoni tkun soġġetta għall-ħlas ta' tariffi u dawk it-tariffi jkunu tħallsu mill-proprjetarju oriġinali, il-proprjetarju l-ġdid ma għandux ikollu r-responsabbiltà li jħallas l-ebda tariffa addizzjonali fir-rigward ta' din l-applikazzjoni.

11.   Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-Reġistru, is-suċċessur tat-titolu ma jistax jinqeda bid-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE.

12.   Meta jkun hemm termini ta' żmien li għandhom jiġu osservati fil-konfront tal-Uffiċċju, is-suċċessur tat-titolu jista' jagħmel l-istqarrijiet relattivi lill-Uffiċċju la darba t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun waslet l-Uffiċċju.

13.   Id-dokumenti kollha li jeħtieġu li jiġu notifikii lill-proprjetarju tat- trademark tal-UE skont l-Artikolu 98 għandhom jiġu indirizzati lill-persuna reġistrata bħala proprjetarju.

Artikolu 21

Trasferiment ta' trademark irreġistrata f'isem aġent

1.   Fejn trademark tal-UE tkun irreġistrata f'isem aġent jew rappreżentant ta' persuna li tkun il-proprjetarju ta' dik it-trademark, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan tal-aħħar għandu d-dritt li jitlob iċ-ċessjoni tat-trademark tal-UE favurih, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu.

2.   Il-proprjetarju jista' jippreżenta talba għaċ-ċessjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil dawn li ġejjin:

(a)

l-Uffiċċju, skont l-Artikolu 60(1)(b), minflok applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità;

(b)

qorti għat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (“qorti għat-trademarks tal-UE”) kif imsemmi fl-Artikolu 123, minflok kontrotalba għal dikjarazzjoni tal-invalidità bbażata fuq l-Artikolu 128(1).

Artikolu 22

Drittijiet in rem

1.   Trademark tal-UE tista', b'mod indipendenti mill-impriża, tingħata bħala garanzija jew tkun is-soġġett ta' drittijiet in rem.

2.   Fuq talba ta' waħda mill-partijiet, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew it-trasferiment ta' dawk id-drittijiet għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u jiġi ppubblikati.

3.   Entrata fir-Reġistru li ssir skont il-paragrafu 2 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta' waħda mill-partijiet.

Artikolu 23

Imposta fuq l-eżekuzzjoni

1.   Jista' jkun hemm imposta fuq l-eżekuzzjoni ta' trademark tal-UE.

2.   Fir-rigward tal-proċedura ta' imposta fuq l-eżekuzzjoni ta' trademark tal-UE, il-qrati u l-awtoritajiet tal-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 19 għandhom ġurisdizzjoni esklussiva.

3.   Fuq talba ta' waħda mill-partijiet, l-imposta fuq l-eżekuzzjoni għandha titniżżel fir-Reġistru u għandha tiġi ppubblikata.

4.   Entrata fir-Reġistru li ssir skont il-paragrafu 3 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta' waħda mill-partijiet.

Artikolu 24

Proċedimenti ta' insolvenza

1.   L-uniċi proċedimenti ta' insolvenza li fihom trademark tal-UE tista' tkun involuta huma dawk miftuħa fl-Istat Membru tat-territorju li fih id-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi ewlenija tiegħu.

B'dana kollu, meta d-debitur huwa impriża tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu kif definit fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u d-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), rispettivament, l-uniċi proċediment ta' insolvenza li fihom trademark tal-UE tista' tkun involuta huma dawk mibdijin fl-Istat Membru ta' fejn dik l-impriża jew l-istituzzjoni tkun ġiet awtorizzata.

2.   Fil-każ ta' proprjetà konġunta ta' trademark tal-UE, il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli għas-sehem tal-proprjetarju konġunt.

3.   Meta trademark tal-UE hija involuta fi proċedimenti ta' insolvenza, fuq it-talba tal-awtorità nazzjonali kompetenti, id-dħul għal dan il-għan għandu jseħħ fir-Reġistru u jkun ippublikati fil-Bulletin tat-Trade Marks tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 116.

Artikolu 25

Liċenzjar

1.   Trademark tal-UE tista' tiġi liċenzjata fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, jew fir-rigward ta' kollha, għall- Unjoni kollha jew għal parti minnha. Il-liċenzja tista' tkun esklussiva jew mhux esklussiva.

2.   Il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jista' jinqeda bid-drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark kontra detentur ta' liċenzja li jikser xi dispożizzjoni tal-kuntratt tal-liċenzja fir-rigward ta':

(a)

it-tul taż-żmien;

(b)

il-forma koperta mir-reġistrazzjoni taħt liema it-trademark tista' tiġi utilizzata;

(c)

in-natura tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun ingħatat il-liċenzja;

(d)

it-territorju fejn it-trade mark tista' titwaħħal; u

(e)

il-kwalità tal-prodotti fabbrikati jew tas-servizzi provduti mid-detentur tal-liċenzja;

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-liċenzja, id-detentur tal-liċenzja jista' jġib proċedimenti ta' ksur ta' trademark tal-UE biss bil-kunsens tal-proprjetarju. Madanakollu, id-detentur ta' liċenzja esklussiva jista jġib dawn il-proċedimenti jekk il-proprjetarju tat-trade mark, wara notifika formali, ma jiftaħx huwa stess proċedimenti ta' ksur fi żmien xieraq.

4.   Id-detentur ta' liċenzjal huwa intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta' ksur miġjuba min-naħa tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra.

5.   Fuq talba ta' waħda mill-partijiet, il-ħruġ jew it-trasferiment ta' liċenzja li tirrigwarda trademark tal-UE għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati.

6.   Entrata fir-Reġistru li ssir skont il-paragrafu 5 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta' waħda mill-partijiet.

Artikolu 26

Proċedura biex isiru l-entrati ta' liċenzji u drittijiet oħrajn fir-Reġistru

1.   L-Artikolu 20(5) u (6) u r-regoli adottati skont dan l-Artikolu, u l-Artikolu 20(8) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-reġistrazzjoni ta' dritt in rem jew it-trasferiment ta' dritt in rem kif imsemmi fl-Artikolu 22(2), l-imposta marbuta mal-eżekuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 23(3), l-involviment fi proċedimenti ta' insolvenza kif imsemmi fl-Artikolu 24(3) kif ukoll ir-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew it-trasferiment ta' liċenzja kif imsemmi fl-Artikolu 25(5), soġġett għal dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżit relatat mal-identifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi li huma s-suġġett tat-trasferiment ma għandux japplika fir-rigward ta' talba għar-reġistrazzjoni ta' dritt in rem, ta' imposta marbuta mal-eżekuzzjoni jew ta' proċedimenti ta' insolvenza;

(b)

ir-rekwiżit relatat mad-dokumenti li jagħtu prova tat-trasferiment ma għandux japplika meta t-talba ssir mill-proprjetarju tat-trademark tal-UE.

2.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm titħallas it-tariffa meħtieġa.

3.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja tista' tinkludi talba biex tiġi rreġistrata liċenzja fir-Reġistru bħala waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)

liċenzja esklużiva;

(b)

sottoliċenzja fil-każ li l-liċenzja tingħata mid-detentur tal-liċenzja li l-liċenzja tiegħu tkun irreġistrata fir-Reġistru;

(c)

liċenzja limitata għal parti biss mill-oġġetti jew is-servizzi li għalihom il-marka hija rreġistrata;

(d)

liċenzja limitata għal parti mill-Unjoni;

(e)

liċenzja temporanja.

Fejn issir talba biex tiġi rreġistrata l-liċenzja bħala liċenzja elenkati fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja għandha tindika l-oġġetti u s-servizzi, il-parti tal-Unjoni u l-perijodu ta' żmien li għalihom qed tingħata l-liċenzja.

4.   Fejn il-kondizzjonijiet applikabbli għal reġistrazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 22 sa 25, fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, u fir-regoli l-oħra applikabbli adottati skont dan ir-Regolament, ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant dwar id-defiċjenza. Jekk ma ssirx korrezzjoni tad-defiċjenza fi żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

5.   Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE.

Artikolu 27

Effetti fil-konfront ta' terzi persuni

1.   L-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 20, 22 u 25 li jirrigwardaw trademark tal-UE għandhom ikollhom effett fil-konfront ta' terzi persuni fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jitniżżlu fir-Reġistru. Madanakollu, att ta' dan it-tip għandu jkollu effett qabel ma jitniżżel, fil-konfront ta' terzi persuni li jkunu akkwistaw drittijiet fit-trade mark wara d-data ta' dak l-att u li jkunu jafu bl-att fid-data meta jakkwistaw id-drittijiet.

2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax f'każ ta' persuna li takkwista trademark tal-UE jew dritt li jikkonċerna trademark tal-UE permezz ta' trasferiment tal-impriża kollha jew permezz ta' kull xorta oħra ta' suċċessjoni universali.

3.   L-effetti fil-konfront ta' terzi persuni tal-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 23 huma regolati mil-liġi tal-Istat Membru stabbilita skont l-Artikolu 19.

4.   Sakemm jidħlu fis-seħħ regoli komuni fl-Istati Membri dwar l-insolvenza, l-effetti tal-insolvenza jew ta' proċedimenti simili fil-konfront ta' terzi persuni għandhom ikunu regolati skont il-liġi tal-Istat Membru fejn dawn il-proċedimenti jinġiebu l-ewwel skont il-liġi nazzjonali jew il-konvenzjonijiet applikabli f'dan il-qasam.

Artikolu 28

L-applikazzjoni għal trademark tal-UE bħala oġġett ta' proprjetà

L-Artikoli 19 sa 27 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE.

Artikolu 29

Proċedura biex tiġi kkanċellata jew immodifikata entrata fir-Reġistru ta' liċenzji u drittijiet oħra

1.   Reġistrazzjoni effettwata taħt l-Artikolu 26(1) għandha tiġi kkanċellata jew immodifikata fuq talba ta' waħda mill-persuni kkonċernati.

2.   L-applikazzjoni għandu jkun fiha n-numru ta' reġistrazzjoni tat-trademark ikkonċernata tal-UE u d-dettalji tad-dritt li għalih ikun qiegħed jintalab li r-reġistrazzjoni tiġi kkanċellata jew immodifikata.

3.   L-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni ta' liċenzja, dritt in rem jew miżura ta' infurzar ma għandhomx jitqiesu li ġew ippreżentati sakemm tkun tħallset it-tariffa meħtieġa.

4.   L-applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn dokumenti li juru li d-dritt irreġistrat ma għadux jeżisti jew li d-detentur tal-liċenzja jew id-detentur ta' dritt ieħor jagħti l-kunsens biex ir-reġistrazzjoni tiġi kkanċellata jew immodifikata.

5.   Fejn il-ħtiġijiet għall-kanċellazzjoni jew modifikazzjoni tar-reġistrazzjoni ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu javża lill-applikant dwar id-defiċjenza. Jekk ma ssirx korrezzjoni tad-defiċjenza fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew modifika tar-reġistrazzjoni.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal entrati magħmula fil-fajls skont l-Artikolu 26(5).

KAPITOLU III

L-APPLIKAZZJONIET GĦAL TRADEMARKS TAL-UE

TAQSIMA 1

Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jirregolawhom

Artikolu 30

Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

1.   L-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tiġi ppreżentata fl-Uffiċċju.

2.   L-Uffiċċju għandu joħroġ, mingħajr dewmien, lill-applikant, irċevuta li għandha tinkludi tal-anqas in-numru tal-fajl, rappreżentazzjoni, deskrizzjoni jew identifikazzjoni oħra tal-marka, in-natura u l-għadd tad-dokumenti u d-data ta' meta waslu. Dik l-irċevuta tista' tinħareġ b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 31

Kundizzjonijiet li l-applikazzjonijiet għandhom iħarsu

1.   Applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(a)

talba għar-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE;

(b)

informazzjoni li tidentifika lill-applikant;

(c)

lista ta' prodotti jew servizzi fir-rigward ta' liema r-reġistrazzjoni hija mitluba;

(d)

rappreżentazzjoni tal-marka li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(b).

2.   L-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tkun soġġetta għall-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni li tkopri klassi waħda ta' oġġetti jew servizzi u, fejn ikun il-każ, ta' tariffa waħda jew iktar għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li jaqbżu l-ewwel klassi u, fejn applikabbli, it-tariffa marbuta mar-riċerka.

3.   Minbarra l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet formali stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan. Jekk dawk il-kondizzjonijiet jipprevedu li t-trademark tkun rappreżentata b'mod elettroniku, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina l-formati u d-daqs massimu ta' dan il-fajl elettroniku.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġui adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 32

Data tal-preżentazzjoni

Id-data meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 31(1) jiġu ppreżentati fl-Uffiċċju mill-applikant, soġġetti għall-ħlas ta' tariffa għall-applikazzjoni fi żmien perijodu ta' xahar minn meta jiġu ppreżentati d-dokumenti msemmija hawn fuq.

Artikolu 33

Denominazzjoni u klassifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi

1.   L-oġġetti u s-servizzi li fir-rigward tagħhom tkun qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark għandhom ikunu klassifikati f'konformità mas-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Oġġetti u Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-15 ta' Ġunju 1957 (“Klassifikazzjoni ta' Nizza”).

2.   L-oġġetti u s-servizzi li għalihom tkun qed tintalab il-protezzjoni tat-trademark għandhom jiġu identifikati mill-applikant b'ċarezza u preċiżjoni biżżejjed li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw il-firxa ta' protezzjoni mixtieqa, fuq dik il-bażi biss.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jintużaw l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fl-intestaturi tal-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza jew termini ġenerali oħrajn, dment li jkunu konformi mal-istandards meħtieġa ta' ċarezza u preċiżjoni stabbiliti f'dan l-Artikolu.

4.   L-Uffiċċju għandu jiċħad applikazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet jew termini li mhumiex ċari jew mhumiex preċiżi, fejn l-applikant ma jissuġġerixxix kliem aċċettabbli fi żmien perijodu stabbilit mill-Uffiċċju għal dak il-għan.

5.   L-użu ta' termini ġenerali, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta' klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, għandu jiġi interpretat li jinkludi l-oġġetti jew is-servizzi kollha koperti mit-tifsira litterali tal-indikazzjoni jew it-terminu. L-użu ta' dawn it-termini jew indikazzjonijiet ma għandux jiġi interpretat li jinkludi pretensjoni ta' oġġetti jew servizzi li ma jistgħux ikunu mifhuma b'dan il-mod.

6.   Fejn l-applikant jitlob reġistrazzjoni għal iktar minn klassi waħda, l-applikant għandu jiġbor l-oġġetti u s-servizzi skont il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, fejn kull grupp ikun preċedut bin-numru tal-klassi li fih jaqa' dak il-grupp ta' oġġetti jew servizzi, u għandu jippreżentahom fl-ordni tal-klassijiet.

7.   L-oġġetti u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fl-istess klassi skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza. L-oġġetti u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala differenti minn xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fi klassijiet differenti skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza.

8.   Il-proprjetarji ta' trademarks tal-UE li għalihom tkun saret applikazzjoni qabel it-22 ta' Ġunju 2012 li huma rreġistrati fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta' klassi ta' Nizza, jistgħu jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom fid-data tal-preżentazzjoni kienet li jfittxu protezzjoni fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi lil hinn minn dawk li huma koperti mit-tifsira litterali tal-intestatura ta' dik il-klassi, sakemm l-oġġetti jew is-servizzi hekk denominati jkunu inklużi fil-lista alfabetika għal dik il-klassi fl-edizzjoni tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni.

Id-dikjarazzjoni għandha ssir fl-Uffiċċju sal-24 ta' Settembru 2016, u għandha tindika, b'mod ċar, preċiż u speċifiku, l-oġġetti u s-servizzi, għajr dawk koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet tal-intestatura tal-klassi, oriġinarjament koperti mill-intenzjoni tal-proprjetarju. L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jemenda r-Reġistru skont dan. Il-possibbiltà li ssir dikjarazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18, l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 64(2).

It-trademarks tal-UE li għalihom ma ssir l-ebda dikjarazzjoni fi żmien il-perijodu msemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jitqiesu li jestendu, minn meta jiskadi dak il-perijodu, biss għal oġġetti jew servizzi koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet inklużi fl-intestatura tal-klassi rilevanti.

9.   Fejn ir-reġistru jkun emendat, id-drittijiet esklużivi mogħtija mit-trademark tal-UE skont l-Artikolu 9 ma għandhomx jipprevjenu lil parti terza milli tkompli tuża trademark fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi meta u sa fejn l-użu tat-trademark għal dawk l-oġġetti jew servizzi:

(a)

jkun beda qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u

(b)

ma kisirx id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f'dak il-mument.

Barra minn hekk, l-emenda tal-lista ta' oġġetti jew servizzi rreġistrati fir-reġistru m'għandhiex tagħti lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE d-dritt li jopponi jew li japplika għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark sussegwenti meta u sa fejn:

(a)

it-trademark sussegwenti kienet jew qed tintuża, jew kienet saret applikazzjoni biex tiġi rreġistrata t-trademark, għal oġġetti jew servizzi qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u

(b)

l-użu tat-trademark fir-rigward ta' dawk l-oġġetti jew servizzi ma kisirx, jew ma kienx ser jikser, id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f'dak il-mument.

TAQSIMA 2

Prijorità

Artikolu 34

Id-dritt ta' prijorità

1.   Persuna li tkun imliet kif dovut applikazzjoni għal trade mark fi jew fir-rigward ta' kwalunkwe Stat parti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew is-suċċessuri tagħha fit-titlu, għandha tgawdi, għall-għanijiet tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE fir-rigward ta' prodotti jew servizzi li jkunu identiċi għal jew li jkunu jinsabu ġewwa dawk li għalihom tkun saret l-applikazzjoni, dritt jew prijorità matul perjodu ta' sitt xhur mid-data li tiġi ppreżentata l-ewwel applikazzjoni.

2.   Kull preżentata li hija ekwivalenti għal preżentata regolari taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat fejn tkun saret jew taħt xi ftehim bilaterali jew multilaterali għandha tiġi rikonoxxuta bħala li tagħti lok għal dritt ta' prijorità.

3.   Preżentata nazzjonali regolari tfisser kull preżentata li hija biżżejjed sabiex tiġi stabbilita d-data ta' meta ġiet preżentata l-applikazzjoni, irrispettivament mill-eżitu tal-applikazzjoni.

4.   L-applikazzjoni sussegwenti għal trade mark li kienet is-suġġett ta' applikazzjoni preċedenti fir-rigward tal-istess prodotti jew servizzi, u li tkun ġiet ippreżentata fir-rigward tal-istess Stat għandha titqies bħala l-ewwel applikazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-prijorità, sakemm, fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni sussegwenti, l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata, abbandunata jew miċħuda, mingħajr ma tkun ġiet esposta għal spezzjoni pubblika u mingħajr ma tkun ħalliet drittijiet mhux sodisfatti, u sakemm ma tkunx intużat bħala bażi għal talba għad-dritt ta' prijorità. L-applikazzjoni preċedenti ma tistax tintuża wara bħala bażi għal talba ta' dritt ta' prijorità.

5.   Jekk l-ewwel preżentazzjoni tkun saret fi Stat li mhuwiex parti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw biss sakemm dak l-Istat, skont sejbiet ippubblikati, jagħti, skont il-bażi tal-ewwel preżentazzjoni li tkun saret fl-Uffiċċju u bla ħsara għal kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, dritt ta' prijorità li jkollu effett ekwivalenti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fejn ikun meħtieġ, jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra tinvestiga jekk Stat, fit-tifsira tal-ewwel sentenza, jagħtix dak it-trattament reċiproku. Jekk il-Kummissjoni tistabbilixxi li jingħata trattament reċiproku f'konformità mal-ewwel sentenza, hija għandha għaldaqstant tippubblika komunikazzjoni f'dak is-sens f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.   Il-paragrafu 5 għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-komunikazzjoni li tistabbilixxi li jingħata trattament reċiproku, sakemm f'din il-komunikazzjoni ma tiġix indikata data preċedenti li minnha għandha tapplika. Dan ma għandux jibqa' japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li trattament reċiproku ma għadux jingħata aktar, sakemm f'din il-komunikazzjoni ma tiġix indikata data preċedenti li minnha għandha tapplika.

7.   Il-komunikazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom ukoll jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Pretensjonijiet ta' prijorità

1.   Il-pretensjonijiet ta' prijorità għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma' applikazzjoni għal trademark tal-UE, u għandhom jinkludu d-data, in-numru u l-pajjiż tal-applikazzjoni preċedenti. Id-dokumentazzjoni ta' sostenn tal-pretensjonijiet ta' prijorità għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta' dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għall-pretensjoni ta' prijorità ta' applikazzjoni preċedenti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

3.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi li d-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-applikant b'appoġġ għall-pretensjoni ta' prijorità tista' tikkonsisti f'inqas minn dak li huwa meħtieġ skont l-ispeċifikazzjonijiet adottati f'konformità mal-paragrafu 2, sakemm l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-Uffiċċju minn sorsi oħrajn.

Artikolu 36

Effett ta' dritt ta' prijorità

L-effett tad-dritt ta' prijorità hu li d-data ta' prijorità tgħodd bħala d-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE għall-iskop li jiġi stabbilit liema drittijiet għandhom jingħataw preċedenza.

Artikolu 37

Ekwivalenza bejn preżentata fl-Unjoni u preżentata nazzjonali

Applikazzjoni għal trademark tal-UE li tkun ġiet akkordata data ta' preżentata għandha, fl-Istati Membri, titqies bħala ekwivalenti għal preżentata nazzjonali regolari, u fejn xieraq bil-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għal trademark tal-UE.

TAQSIMA 3

Prijorità ta' wirja

Artikolu 38

Prijorità ta' wirja

1.   Jekk applikant għal trademark tal-UE ikun wera prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha qiegħed japplika, f'wirja internazzjonali li tkun waħda uffiċjali jew waħda li tkun rikonoxxuta internazzjonalment u li taqa' taħt it-termini tal-Konvenzjoni dwar wirjiet internazzjonali iffirmata f'Pariġi fit-22 ta' Novembru 1928 u riveduta l-aħħar fit-30 ta' Novembru 1972, huwa jista', jekk jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel wirja tal-prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha huwa qiegħed japplika, jitlob dritt ta' prijorità minn dik id-data skont it-tifsira tal-Artikolu 36. Il-pretensjoni ta' prijorità għandha tiġi ppreżentata flimkien mal-applikazzjoni għal trademark tal-UE.

2.   Applikant li jixtieq iressaq pretensjoni ta' prijorità skont il-paragrafu 1 għandu jippreżenta prova tal-wirja ta' oġġetti jew servizzi taħt il-marka li għaliha jkun qiegħed japplika, fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentata.

3.   Il-prijorità ta' wirja mogħtija fi Stat Membru jew f'pajjiż terz m'għandhiex testendi l-perjodu ta' prijorità li jinsab fl-Artikolu 34.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip u d-dettalji tal-evidenza li għandha tiġi ppreżentata għal pretensjoni ta' prijorità ta' esibizzjoni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

TAQSIMA 4

Tal-anzjanità ta' trade mark nazzjonali

Artikolu 39

Pretensjoni għall-Anzjanità ta' trade mark nazzjonali f'applikazzjoni għal trademark tal-UE jew wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni

1.   Il-proprjetarju ta' trade mark preċedenti reġistrata fi Stat Membru, li tinkludi trade mark reġistrata fil-pajjiżi Benelux, jew reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, li japplika għar-reġistrazzjoni ta' trade mark identika bħala trademark tal-UE għal prodotti jew servizzi li huma identiċi għal jew huma inklużi ma' dawk li għalihom it-trade mark preċedenti tkun ġiet irreġistrata, jista jitlob fir-rigward tat- trademark tal-UE l-anzjanità tat-trade mark preċedenti għall-Istat Membru fejn jew għal-liem tkun reġistrata.

2.   Il-pretensjonijiet għall-anzjanità għandhom jew jiġu ppreżentati flimkien mal-applikazzjoni għal trademark tal-UE jew fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, u għandhom jinkludu l-Istat Membru jew Stati Membri li fihom jew li għalihom il-marka hi rreġistrata, in-numru u d-data tal-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni rilevanti, u l-oġġetti u s-servizzi li għalihom il-marka hi rreġistrata. Fejn l-anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata waħda jew aktar tkun mitluba fl-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni ta' sostenn għall-pretensjoni ta' anzjanità għandha tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni. Fejn l-applikant jixtieq li jagħmel pretensjoni ta' anzjanità wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni b'appoġġ għall-pretensjoni ta' anzjanità għandha tintbagħat lill-Uffiċċju fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-pretensjoni ta' anzjanità.

3.   L-anzjanità mitluba għandha l-effett uniku taħt dan ir-Regolament li, jekk il-proprjetarju tat- trademark tal-UE jċedi t-trade mark preċedenti jew iħalliha tiskadi, huwa jitqies li jkompli jgawdi l-istess drittijiet daqs li kieku t-trade mark preċedenti baqgħet reġistrata.

4.   L-anzjanità pretiża għat-trademark tal-UE għandha tiskadi meta t-trademark preċedenti li fir-rigward tagħha tkun saret il-pretensjoni ta' anzjanità, tiġi ddikjarata li hi invalida jew revokata. Meta t-trademark preċedenti tiġi revokata, l-anzjanità għandha tiskadi dment li r-revoka ssir effettiva qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE.

5.   L-Uffiċċju għandu jinforma lill-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew lill-uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali tal-Istat Membru kkonċernat, bil-pretensjoni effettiva tal-anzjanità.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta' dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għall-pretensjoni ta' anzjanità ta' trademark nazzjonali jew trademark irreġistrata skont ftehimiet internazzjonali li jkunu effettivi fi Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

7.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi li d-dokumentazzjoni ta' sostenn li għandha tiġi pprovduta mill-applikant għall-pretensjoni ta' anzjanità tista' tikkonsisti f'inqas minn dak li huwa meħtieġ skont l-ispeċifikazzjonijiet adottati f'konformità mal-paragrafu 6, dment li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-Uffiċċju minn sorsi oħrajn.

Artikolu 40

Talba ta' anzjanità ta' trademark nazzjonali wara r-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE

1.   Il-proprjetarju ta' trademark tal-UE li huwa l-proprjetarju ta' trade mark identika aktar kmieni rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trade mark irreġistrata fil-pajjiżi Benelux jew ta' trade mark identika aktar kmieni, b'reġistrazzjoni internazzjonali effettiva fi Stat Membru, għall-oġġetti jew is-servizzi li huma identiċi għal dawk li t-trade mark aktar kmieni kienet ġiet irreġistrata, li tkun inkluża fihom, jista' jitlob senjorità tat-trade mark aktar kmieni fir-rigward tal-Istat Membru li fih jew li għalih tkun ġiet irreġistrata.

2.   Il-pretensjonijiet ta' anzjanità ppreżentati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu n-numru ta' reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE, l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju tagħha, l-Istat Membru jew Stati Membri fejn jew li għalihom il-marka preċedenti hija rreġistrata, in-numru u d-data tal-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni rilevanti, l-oġġetti u s-servizzi li għalihom il-marka hija rreġistrata u dawk li fir-rigward tagħhom hija mitluba l-anzjanità, u d-dokumentazzjoni ta' sostenn kif prevista fir-regoli adottati skont l-Artikolu 39(6).

3.   Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw il-pretensjonijiet ta' anzjanità ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE bin-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix rimedjat fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-pretensjoni.

4.   Għandu japplika l-Artikolu 39(3), (4), (5) u (7).

KAPITOLU IV

PROĊEDURA TA' REĠISTRAZZJONI

TAQSIMA 1

Eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet

Artikolu 41

L-eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-preżentata

1.   L-Uffiċċju għandu jeżamina jekk:

(a)

l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tissodisfax r-rekwiżiti għall-iffissar ta' data tal-preżentata skont l-Artikolu 32;

(b)

l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tikkonforma mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 31(3);

(c)

fejn xieraq, it-tariffi tal-klassi tal-prodott jkunux tħallsu fil-perjodu preskritt.

2.   Meta l-applikazzjoni għal trademark tal-UE ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-applikant sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet jew sabiex jagħmel il-ħlas li kellu jagħmel fi żmien xahrejn minn meta tasal in-notifika.

3.   Jekk n-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati jew il-ħlas ma jsirx skont il-paragrafu 1(a) fil-perjodu msemmi, l-applikazzjoni m'għandhiex titqies bħala applikazzjoni għal trademark tal-UE. Jekk l-applikant jikkonforma mat-talba tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jakkorda bħala d-data tal-preżentata tal-applikazzjoni d-data meta n-nuqqasijiet jiġu rimedjati jew meta jsir il-ħlas.

4.   Jekk in-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ma jiġux irrimedjati fil-perjodu preskritt, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.

5.   Jekk in-nuqqas ta' ħlas stabbilit taħt il-paragrafu 1(c) ma jiġix irrimedjat fil-perjodu preskritt, l-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata sakemm ma jkunx ċar liema kategoriji ta' prodotti jew servizzi huma koperti mill-ammont imħallas. Fin-nuqqas ta' kriterji oħra li jiddeterminaw liema klassijiet huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jieħu l-klassijiet fl-ordni tal-klassifikazzjoni. L-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata fir-rigward ta' dawk il-klassijiet li għalihom it-tariffi tal-klassi ma tħallsux jew li ma kinux tħallsu kollha.

6.   F'każ li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw t-talba ta' prijorità ma jiġux sodisfatti, id-dritt ta' prijorità tal-applikazzjoni jintilef.

7.   F'każ li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw t-talba ta' anzjanità ta' trade mark nazzjonali ma jiġux sodisfatti, id-dritt għall-applikazzjoni jintilef.

8.   Fejn ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), ma jkunux ġew sodisfatti esklużivament fir-rigward ta' uħud mill-oġġetti u s-servizzi, l-Uffiċċju għandu jiċħad l-applikazzjoni, jew id-dritt ta' prijorità jew id-dritt ta' anzjanità għandu jintilef, biss fir-rigward ta' dawk l-oġġetti u s-servizzi kkonċernati.

Artikolu 42

Eżaminazzjoni ta' raġunijiet ta' rifjut assolut

1.   Meta, taħt l-Artikolu 7, trade mark tkun ineliġibbli għal reġistrazzjoni fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni għal trademark tal-UE, jew fir-rigward ta' kollha, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda fir-rigward ta' dawk il-prodotti jew servizzi.

2.   L-applikazzjoni m'għandhiex tiġi rrifjutata qabel ma l-applikant ikun ingħata l-opportunità li jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bir-raġunijiet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni u għandu jispeċifika perijodu li fih jista' jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Fejn l-applikant ma jirnexxielux jirrimedja għar-raġunijiet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jiċħad ir-reġistrazzjoni kompletament jew parzjalment.

TAQSIMA 2

Riċerka

Artikolu 43

Rapport ta' riċerka

1.   L-Uffiċċju għandu, fuq talba tal-applikant għat-trademark tal-UE meta jippreżenta l-applikazzjoni, ifassal rapport ta' riċerka tal-Unjoni Ewropea (“rapport ta' riċerka tal-UE”) li jsemmi dawk it-trademarks preċedenti tal-UE jew l-applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE li jkunu skoperti u li jistgħu jiġu invokati taħt l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li tkun saret applikazzjoni għaliha.

2.   Fejn, fil-mument li jippreżenta applikazzjoni għal trademark tal-UE, l-applikant jitlob li jitħejja rapport ta' riċerka mill-uffiċċji ċentrali tal-Istati Membri li jittrattaw il-proprjetà industrijali u meta tkun tħallset it-tariffa adatta marbuta mar-riċerka qabel l-iskadenza għall-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti, mingħajr dewmien, kopja tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE lill-uffiċċju ċentrali ta' kull Stat Membru li jittratta l-proprjetà industrijali li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jwettaq riċerka fir-reġistru tat-trademarks tiegħu stess fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal trademark tal-UE.

3.   Kull wieħed mill-uffiċċji ċentrali tal-Istati Membri li jittrattaw il-proprjetà industrijali msemmija fil-paragrafu 2 għandu jikkomunika rapport ta' riċerka li għandu jew isemmi kwalunkwe trademarks nazzjonali preċedenti, l-applikazzjonijiet għal trademarks nazzjonali jew trademarks irreġistrati skont ftehimiet internazzjonali, li jkollhom effett fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, li jkunu ġew skoperti u li jistgħu jiġu invokati taħt l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li ssir applikazzjoni għaliha, jew jiddikjara li din ir-riċerka ma żvelat l-ebda dritt ta' dan it-tip.

4.   L-Uffiċċju, wara li jikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija previst fl-Artikolu 153 (“il-Bord tat-Tmexxija”), għandu jistabbilixxi l-kontenut u l-modalitajiet għar-rapporti.

5.   L-Uffiċċju għandu jħallas ammont lil kull uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali għal kull rapport ta' riċerka ipprovdut f'konformità mal-paragrafu 3. L-ammont, li għandu jkun l-istess għal kull uffiċċju, għandu jkun stabbilit mill-Kumitat tal-Baġit permezz ta' deċiżjoni addottata b'maġġoranza ta' tliet kwarti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.

6.   L-Uffiċċju għandu jittrasmetti lill-applikant għal trademark tal-UE r-rapport ta' riċerka tal-UE mitlub u kwalunkwe rapport ta' riċerka nazzjonali mitlub u li jkun ġie riċevut.

7.   Ladarba l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tiġi ppubblikata, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' trademarks preċedenti tal-UE jew ta' applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE msemmija fir-rapport ta' riċerka tal-UE bil-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE. Dan tal-aħħar għandu japplika irrispettivament jekk l-applikant ikunx talab li jirċievi r-rapport ta' riċerka tal-UE, sakemm il-proprjetarju ta' reġistrazzjoni jew applikazzjoni preċedenti jitlob li ma jirċevix in-notifika.

TAQSIMA 3

Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni

Artikolu 44

Pubblikazzjoni tal-applikazzjoni

1.   Jekk il-kondizzjonijiet li jeħtieġu jiġu sodisfatti mill-applikazzjoni għal trademark tal-UE jiġu rrispettati, l-applikazzjoni għandha tkun ippubblikata għall-finijiet tal-Artikolu 46 sakemm din ma tkunx ġiet miċħuda skont l-Artikolu 42. Il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal informazzjoni diġà disponibbli għall-pubbliku mod ieħor f'konformità ma' dan ir-Regolament jew ma' atti adottati skont dan ir-Regolament.

2.   Meta, wara l-pubblikazzjoni, applikazzjoni tkun miċħuda skont l-Artikolu 42, id-deċiżjoni li din kellha tkun miċħuda għandha tkun ippublikata malli din issir finali.

3.   Fejn il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni jkun fiha żball li jkun sar mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-applikant jikkoreġi l-iżball u jippubblika l-korrezzjoni.

Ir-regoli adottati skont l-Artikolu 49(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis meta tintalab korrezzjoni mill-applikant.

4.   L-Artikolu 46(2) għandu japplika wkoll meta l-korrezzjoni tikkonċerna l-lista ta' oġġetti jew servizzi jew ir-rappreżentazzjoni tal-marka.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

TAQSIMA 4

Osservazzjonijiet minn terzi persuni u oppożizzjoni

Artikolu 45

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe grupp jew korp li jirrappreżenta lil manifatturi, produtturi, fornituri ta' servizzi, negozjanti jew konsumaturi jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Uffiċċju, li jispjegaw fuq liema raġunijiet it-trademark ma għandux jiġi rreġistrat ex officio skont l-Artikoli 5 u 7.

Il-persuni u l-gruppi jew korpi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

2.   L-osservazzjonijiet ta' partijiet terzi għandhom jiġu ppreżentati qabel it-tmiem tal-perijodu ta' oppożizzjoni jew, meta tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni kontra t-trademark, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-oppożizzjoni.

3.   Il-preżentazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Uffiċċju li jiftaħ mill-ġdid l-analiżi tar-raġunijiet assoluti fuq inizjattiva tiegħu stess fi kwalunkwe mument qabel ir-reġistrazzjoni, fejn ikun il-każ.

4.   L-osservazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant li jista' jikkummenta fuqhom.

Artikolu 46

Oppożizzjoni

1.   Fi żmien perjodu ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE, notifika ta' oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tista' tingħata fuq il-bażi li ma tistax tiġi reġistrata taħt l-Artikolu 8:

(a)

mill-proprjetarji ta' trade marks preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) kif ukoll minn liċenzjati li jkunu awtorizzati mill-proprjetarji ta' dawk it-trade marks, fir-rigward tal-Artikoli 8(1) u (5);

(b)

mill-proprjetarji ta' trade marks imsemmija fl-Artikolu 8(3);

(c)

mill-proprjetarji ta' marki jew sinjali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(4) u minn persuni awtorizzati biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet taħt il-liġi nazzjonali relevanti;

(d)

mill-persuni awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali rilevanti biex jeżerċitaw id-drittijiet imsemmijin fl-Artikolu 8(6).

2.   Notifika ta' oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark tista' tingħata wkoll, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, fl-eventwalità li tiġi ppubblikata applikazzjoni emendata skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 49(2).

3.   L-oppożizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. L-oppożizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma jsir il-ħlas tat-tariffa tal-oppożizzjoni.

4.   Fi żmien perijodu li għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, l-avversarju jista' jippreżenta fatti, evidenza u argumenti b'appoġġ għall-każ tiegħu.

Artikolu 47

Eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni

1.   Waqt l-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista' jkun spiss, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien iffisat mill-Uffiċċju, dwar il-komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġin minnu stess.

2.   Fuq talba tal-applikant, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE preċedenti li jkun għamel notifika ta' oppożizzjoni għandu jġib provi li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data ta' preżentazzjoni jew id-data tal-prijorità tal-applikazzjoni tat-trademark tal-UE, ikun sar użu ġenwin mit-trademark tal-UE preċedenti fl-Unjoni f'konnessjoni mal-oġġetti jew servizzi li għalihom hija tkun irreġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m'għandhiex tintuża, sakemm it-trademark tal-UE preċedenti tkun, sa dik id-data, ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. F'nuqqas ta' provi ta' din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi rrifjutata. Jekk it-trademark tal-UE preċedenti tkun intużat f'konnessjoni ma' parti biss mill-oġġetti jew servizzi li għalihom tkun irreġistrata, hija għandha, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni, titqies li hija rreġistrata biss f'konnessjoni ma' dik il-parti tal-oġġetti jew servizzi.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), u dana billi l-użu f' l-Istat Membru fejn it-trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta jiġi sostitwit b'użu fl-Unjoni.

4.   L-Uffiċċju jista', jekk jidhirlu li huwa xieraq, jistieden lill-partijiet biex jaslu għal ftehim bonarju.

5.   Jekk l-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni tikxef li t-trade mark ma tistax tiġi reġistrata fir-rigward ta' xi ftit mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun saret applikazzjoni għal trademark tal-UE, jew fir-rigward ta' kollha, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda fir-rigward ta' dawk l-prodotti jew servizzi. F'każ kuntrarju l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda.

6.   Id-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni għandha tiġi ppubblikata malli ssir finali.

Artikolu 48

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' oppożizzjoni stipulati fl-Artikoli 46 u 47.

TAQSIMA 5

L-irtirar, ir-restrizzjoni u l-emenda u d-diviżjoni tal-applikazzjoni

Artikolu 49

L-irtirar, ir-restrizzjoni u l-emenda tal-applikazzjoni.

1.   L-applikant jista' f'kull ħin jirtira l-applikazzjoni tiegħu għal trademark tal-UE jew jirrestrinġi l-lista ta' prodotti jew servizzi li jkunu jinsabu fiha. Meta l-applikazzjoni tkun diġà ġiet ippubblikata, l-irtirar jew ir-restrizzjoni għandhom jiġu ppubblikati wkoll.

2.   F'aspetti oħrajn, l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tista' biss tiġi emendata, fuq talba tal-applikant, billi ssir korrezzjoni tal-isem jew l-indirizz tal-applikant, żbalji ta' kitba jew ta' ikkupjar, jew żbalji ovvji, sakemm il-korrezzjoni ma tbiddilx b'mod sostanzjali t-trade mark u ma testendix il-lista ta' prodotti jew servizzi. Meta l-emendi jaffetwaw ir-rappreżentazzjoni tat-trade mark jew il-lista ta' prodotti jew servizzi u jsiru wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni, l-applikazzjoni għat-trade mark għandha tiġi ppubblikata kif emendata.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura li tirregola l-emenda tal-applikazzjoni.

Artikolu 50

Diviżjoni tal-applikazzjoni

1.   L-applikant jista' jaqsam l-applikazzjoni billi jiddikjara li wħud mill-oġġetti jew servizzi inklużi fl-applikazzjoni oriġinali għandhom ikunu suġġetti għal wieħed jew aktar applikazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fl-applikazzjoni diviżjonali m'għandhomx ixaqilbu fuq xulxin mal-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fl-applikazzjoni oriġinali jew ma' dawk li huma inklużi fl-applikazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

2.   Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

(a)

jekk, meta oppożizzjoni tkun ġiet ippreżentata kontra l-applikazzjoni oriġinali, tali applikazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-oppożizzjoni tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni tal-oppożizzjoni tad-Diviżjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti tal-oppożizzjoni jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

(b)

qabel ma l-Uffiċċju jagħti d-data tal-preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 u matul il-perijodu ta' oppożizzjoni previst fl-Artikolu 46(1).

3.   Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta' tariffa. Id-dikjarazzjoni m'għandhiex tkun meqjusa li saret sakemm it-tariffa tkun tħallset.

4.   Fejn il-Uffiċċju jsib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u fir-regoli adottati skont il-paragrafu 9(a) ma jkunux sodisfatti, dan għandu jistieden lill-applikant sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet f'perijodu ta' żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel jiskadi l-limitu ta' żmien, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni.

5.   Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha din tkun reġistrata fil-files miżmuma mill-Uffiċċju ikkonċernat bl-applikazzjoni oriġinali.

6.   It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward tal-applikazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jirċievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward tal-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet diviżjonali. Il-miżati għall-applikazzjoni oriġinali li ma jkunux ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet, m'għandhomx dritt għal rifużjoni.

7.   L-applikazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità tal-applikazzjoni oriġinali.

8.   Fejn id-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun marbuta ma' applikazzjoni li tkun diġà ġiet ippubblikata skont l-Artikolu 44, id-diviżjoni għandha tiġi ppubblikata. L-applikazzjoni diviżjonali għandha tiġi ppubblikata. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tiftaħ perijodu ġdid biex jiġu ppreżentati l-oppożizzjonijiet.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' applikazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji dwar kif għandha tiġi pproċessata dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' applikazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li fajl separat, inkluż numru ġdid tal-applikazzjoni, jiġi stabbilit għall-applikazzjoni diviżjonali;

(c)

id-dettalji li għandhom ikunu fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni diviżjonali skont il-paragrafu 8.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

TAQSIMA 6

Reġistrazzjoni

Artikolu 51

Reġistrazzjoni

1.   Fejn applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fejn ma tkun ingħatat l-ebda notifika ta' oppożizzjoni fi ħdan il-perijodu msemmi fl-Artikolu 46(1) jew meta kull oppożizzjoni notifikata tkun waqgħet b'mod finali permezz ta' rtirar, rifjut jew dispożizzjoni oħra, it-trademark u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 111(2) għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi ppubblikata.

2.   L-Uffiċċju għandu joħroġ ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Dak iċ-ċertifikat jista' jinħareġ b'mezzi elettroniċi. L-Uffiċċju għandu jipprovdi kopji attestati jew mhux attestati taċ-ċertifikat soġġett għall-ħlas ta' tariffa, fejn dawk il-kopji huma maħruġa b'mezzi li mhumiex elettroniċi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fi u l-forma taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

TITOLU V

TUL TA' ŻMIEN, TIĠDID, TIBDIL U DIVIŻJONI TA' TRADEMARKS TAL-UE

Artikolu 52

Tul ta' żmien tar-reġistrazzjoni

It- trademarks tal-UE għandhom jiġu reġistrati għal perjodu ta' għaxar snin mid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni. Ir-reġistrazzjoni tista' tiġi mġedda skont l-Artikolu 53 għal perjodi oħrajn ta' għaxar snin.

Artikolu 53

Tiġdid

1.   Ir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE għandha tiġi mġedda fuq talba tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE jew ta' kull persuna espressament awtorizzata minnu, sakemm id-drittijiet ikunu tħallsu.

2.   L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE, u lil kull persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tat-trademark tal-UE, bl-iskadenza tar-reġistrazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tali skadenza. In-nuqqas li tingħata tali informazzjoni ma jinvolvix ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju u ma jaffettwax l-iskadenza tar-reġistrazzjoni.

3.   It-talba għat-tiġdid għandha tintbagħat f'perijodu ta' sitt xhur qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. It-tariffa bażika għat-tiġdid, u fejn xieraq, tariffa ta' klassi waħda jew aktar għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li jaqbżu l-ewwel waħda għandhom ukoll jitħallsu f'dan il-perijodu. Jekk dan ma jsirx, it-talba tista' tintbagħat u t-tariffi jitħallsu fi żmien perijodu ulterjuri ta' sitt xhur wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni, dment li titħallas tariffa addizzjonali għall-pagament tardiv tat-tariffa għat-tiġdid jew għas-sottomissjoni tardiva tat-talba għat-tiġdid fi żmien dan il-perijodu ulterjuri.

4.   It-talba għat-tiġdid għandha tinkludi:

(a)

l-isem tal-persuna li qed titlob it-tiġdid;

(b)

in-numru ta' reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li għandha tiġġedded;

(c)

jekk it-tiġdid jintalab għal parti biss mill-oġġetti u servizzi, indikazzjoni ta' dawk il-klassijiet jew dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom huwa mitlub it-tiġdid, jew dawk il-klassijiet jew dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom it-tiġdid mhuwiex mitlub, imqiegħda fi gruppi skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni ta' Nizza, kull grupp preċedut min-numru tal-klassi ta' dik il-klassifikazzjoni li għaliha jappartjeni dak il-grupp ta' oġġetti jew servizzi, u ppreżentat fl-ordni tal-klassijiet ta' dik il-klassifikazzjoni.

Jekk ikun sar il-pagament imsemmi fil-paragrafu 3, għandha titqies li tikkostitwixxi talba għal tiġdid dment li jkun fih l-indikazzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi stabbilit l-għan tal-pagament.

5.   Fejn it-talba tiġi ppreżentata jew it-tariffi jitħallsu fir-rigward biss ta' wħud mill-oġġetti jew servizzi li għalihom it-trade mark tal-UE tkun reġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded biss għal dawk l-oġġetti jew servizzi. Fejn it-tariffi mħallsa ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-klassijiet kollha ta' oġġetti u servizzi li għalihom ikun qiegħed jintalab it-tiġdid, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded jekk ikun ċar liema klassi jew klassijiet għandhom ikunu koperti. Fin-nuqqas ta' kriterji oħra, l-Uffiċċju għandu jqis il-klassijiet fl-ordni tal-klassifikazzjoni.

6.   It-tiġdid għandu jsir effettiv mill-jum wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiġi reġistrat.

7.   Fejn it-talba għat-tiġdid tiġi ppreżentata fil-perijodi previsti fil-paragrafu 3, iżda l-kondizzjonijiet l-oħra li jirregolaw it-tiġdid previsti f'dan l-Artikolu mhumiex sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqasijiet misjuba.

8.   Fejn it-talba għat-tiġdid ma tiġix sottomessa jew tiġi sottomessa wara li jiskadi l-perijodu previst fil-paragrafu 3, jew meta t-tariffi ma jitħallsux jew jitħallsu biss wara li jkun skada l-perijodu inkwistjoni, jew fejn in-nuqqasijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 ma jiġux rimedjati f'dak il-perijodu, l-Uffiċċju għandu jistabbilixxi li r-reġistrazzjoni skadiet u għandu jinnotifika lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE kif meħtieġ. Meta d-deċiżjoni tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jikkanċella l-marka mir-reġistru. Il-kanċellazzjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' wara d-data li fiha tiskadi r-reġistrazzjoni eżistenti. Meta t-tariffi tat-tiġdid ikunu tħallsu iżda r-reġistrazzjoni ma tiġġeddidx, dawk it-tariffi għandhom jitħallsu lura.

9.   Talba waħda għat-tiġdid tista' tiġi ppreżentata għal żewġ marki jew iżjed, mal-ħlas tat-tariffi meħtieġa għal kull waħda minn dawn il-marki, sakemm il-proprjetarji jew ir-rappreżentanti huma l-istess f'kull każ.

Artikolu 54

Tibdil

1.   It- trademark tal-UE m'għandhiex tinbidel fir-Reġistru waqt il-perjodu ta' reġistrazzjoni jew ladarba tiġġedded.

2.   Madanakollu, jekk it- trademark tal-UE tinkludi l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju, kull tibdil li ma jaffetwax b'mod sostanzjali l-identità tat-trade mark kif kienet reġistrata oriġinarjament jista' jiġi reġistrat fuq talba tal-proprjetarju.

3.   It-talba għal bidla għandha tinkludi l-element tal-marka li trid tinbidel u dak l-element fil-verżjoni mibdula tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talba għal bidla. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

4.   It-talba titqies li għadha ma ġietx ippreżentata sakemm tkun tħallset it-tariffa meħtieġa. Jekk it-tariffa ma tkunx tħallset jew ma tkunx tħallset kollha, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant b'dan. Tista' ssir talba waħda għall-bidla tal-istess element f'żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar tal-istess proprjetarju. It-tariffa meħtieġa għandha titħallas għal kull reġistrazzjoni li ser tinbidel. Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw il-bidla fir-reġistrazzjoni ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix rimedjat fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba.

5.   Il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-bidla għandha turi xbieha tat-trademark tal-UE kif mibdula. Il-partijiet terzi li d-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-bidla jistgħu jikkontestaw ir-reġistrazzjoni tagħha fi żmien il-perijodu ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni. L-Artikoli 46 u 47 u r-regoli adottati skont l-Artikolu 48 għandhom japplikaw għall-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-bidla.

Artikolu 55

Bidla fl-isem jew fl-indirizz

1.   Bidla fl-isem jew l-indirizz tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE li mhijiex bidla tat-trademark tal-UE skont l-Artikolu 54(2) u li mhijiex il-konsegwenza ta' trasferiment sħiħ jew parzjali tat-trademark tal-UE rreġistrata għandha, fuq talba tal-proprjetarju, tiġi rreġistrata fir-Reġistru.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'talba għal bidla fl-isem jew l-indirizz skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

2.   Tista' ssir talba waħda għal bidla fl-isem jew l-indirizz fir-rigward ta' żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar tal-istess proprjetarju.

3.   Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw ir-reġistrar ta' bidla ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE bin-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix rimedjat fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal bidla fl-isem jew l-indirizz tar-rappreżentant irreġistrat.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE. Il-bidla għandha tiġi rreġistrata fil-fajls miżmuma mill-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE.

Artikolu 56

Diviżjoni tar-reġistrazzjoni

1.   Il-proprjetarju tat- trademark tal-UE jista' jaqsam ir-reġistrazzjoni billi jiddikjara li wħud mill-oġġetti jew mis-servizzi inklużi fir-reġistrazzjoni oriġinali għandhom ikunu s-suġġett għal wieħed jew aktar reġistrazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fir-reġistrazzjoni diviżjonali m'għandhomx jirkbu fuq xulxin mal-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fir-reġistrazzjoni oriġinali jew ma' dawk li huma inklużi fir-reġistrazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

2.   Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

(a)

jekk, meta applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet jew tad-dikjarazzjoni tal-invalidità tkun ġiet ippreżentata fl-Uffiċċju kontra r-reġistrazzjoni oriġinali, tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-applikazzjoni għad-drittijiet tar-revoka jew għal dikjarazzjoni tal-invalidità tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

(b)

jekk, meta kontra-talba għal revoka ta' dikjarazzjoni tal-invalidità tkun ġiet ippreżentata quddiem qorti għat-trademark tal-UE, tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew servizzi li kontra tagħhom il-kontra-talba hija diretta, sakemm l-imsemmi ġudizzju tal-qorti għat-trademark tal-UE jkun irreġistrat fir-Reġistru bis-saħħa tal-Artikolu 128(6).

3.   Jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 8 ma jiġux sodisfatti jew il-lista ta' oġġetti u servizzi li għandhom jifformaw ir-reġistrazzjoni diviżjonali tiddupplika l-oġġetti u s-servizzi li għandhom jibqgħu fir-reġistrazzjoni oriġinali, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE biex jirrimedja n-nuqqasijiet f'tali perijodu li jispeċifika. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel jiskadi l-perijodu, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta d-dikjarazzjoni ta' diviżjoni.

4.   Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta' tariffa. Id-dikjarazzjoni m'għandhiex tkun meqjusa li saret sakemm it-tariffa tkun tħallset.

5.   Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha tkun imdaħħla fir-Reġistru.

6.   It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward tar-Reġistrazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jircievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward tar-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjonijiet diviżjonali. M'għandux ikun hemm rifużjoni tal-miżati għar-reġistrazzjoni oriġinali li ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet.

7.   Ir-reġistrazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità tar-reġistrazzjoni oriġinali.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji ta' kif għandha tiġi pproċessata dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' reġistrazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li fajl separat, inkluż numru ġdid ta' reġistrazzjoni, jiġi stabbilit għar-reġistrazzjoni diviżjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

KAPITOLU VI

ĊESSJONI, REVOKA U INVALIDITÀ

TAQSIMA 1

Ċessjoni

Artikolu 57

Ċessjoni

1.   Trademark tal-UE tista' tiġi ċeduta fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta' kollha.

2.   Iċ-ċessjoni għandha tiġi ddikjarata lill-Uffiċċju bil-miktub mill-proprjetarju tat-trademark. Ma għandhiex ikollha effett qabel ma tiddaħħal fir-Reġistru. Il-validità taċ-ċessjoni ta' trademark tal-UE li hija dikjarata lill-Uffiċċju wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal revoka ta' dik it-trademark skont l-Artikolu 63(1) għandha tkun kondizzjonali għar-rifjut finali jew l-irtirar tal-applikazzjoni għal revoka.

3.   Iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal biss bil-qbil tal-proprjetarju ta' dritt relatat mat-trademark tal-UE u li jiddaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet reġistrata, iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal fir-Reġistru biss jekk il-proprjetarju tat-trademark tal-UE jipprova li huwa għarraf lil-liċenzjat bil-ħsieb tiegħu li jċedi. L-entrata taċ-ċessjoni għandha ssir meta jiskadi l-perijodu tat-tliet xhur wara d-data li fiha l-proprjetarju jissodisfa lill-Uffiċċju li hu jkun għarraf lil-liċenzjat bl-intenzjoni tiegħu li jċedi, jew qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, malli jipprova li l-liċenzjat ta l-kunsens tiegħu.

4.   Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw iċ-ċessjoni ma jkunux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lid-dikjarant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jkunux rimedjati fi żmien li għandu jkun speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta li ċ-ċessjoni tiddaħħal fir-Reġistru.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni għal ċessjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u t-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit ftehim ta' parti terza skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

TAQSIMA 2

Raġunijiet għar-revokazzjoni

Artikolu 58

Raġunijiet għal revoka

1.   Id-drittijiet tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE għandhom jiġu ddikjarati bħala revokati malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur:

(a)

jekk, għal perjodu kontinwu ta' ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin mit-trade mark fl-Unjoni f'konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet siewja għal dan in-nuqqas ta' użu; madanakollu, l-ebda persuna ma tista' titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fit- trademark tal-UE jiġu revokati jekk, waqt l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta' ħames snin u l-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba, użu ġenwin tat-trade mark ikun beda jew issokta; il-bidu jew l-issoktar ta' użu waqt perjodu ta' tliet xhur qabel il-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba li jkun beda l-iktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta' ħames snin ta' nuqqas ta' użu għandu, madanakollu, ma jiġix meqjus jekk il-preparamenti għall-bidu jew għall-issoktar iseħħu biss wara li l-proprjetarju jsir jaf li l-applikazzjoni jew il-kontrotalba jistgħu jiġu preżentati;

(b)

jekk, bħala konsegwenza ta' atti jew inattività tal-proprjetarju, it-trade mark tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ ta' prodott jew servizz li għalih tkun reġistrata;

(c)

jekk, bħala konsegwenza tal-użu li jkun sar mit-trademark mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, it-trade mark aktarx tista' tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew tal-oriġini ġeografika ta' dawk il-prodotti jew servizzi.

2.   Meta r-raġunijiet ta' revoka ta' drittijiet jeżistu biss fir-rigward ta' xi wħud biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom it- trademark tal-UE hija reġistrata, id-drittijiet tal-proprjetarju għandhom jiġu dikjarati bħala revokati fir-rigward ta' dawk il-prodotti jew servizzi biss.

TAQSIMA 3

Raġunijiet ta' invalidità

Artikolu 59

Raġunijiet assoluti ta' invalidità

1.   Trademark tal-UE għandha tiġi ddikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur,

(a)

meta trademark tal-UE tkun ġiet irreġistrata kuntrarju għad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 7;

(b)

meta l-applikant jkun aġixxa morożament meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għat-trade mark.

2.   Meta t- trademark tal-UE tkun ġiet reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b), (c) jew (d), tista' madanakollu ma tiġix iddikjarata invalida jekk, b'konsegwenza tal-użu li jkun sar minnha, hija tkun wara r-reġistrazzjoni akkwistat karattru distintiv fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata.

3.   Jekk ir-raġuni ta' invalidità tkun teżisti biss fir-rigward ta' xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom it- trademark tal-UE hija reġistrata, it-trade mark għandha tiġi dikjarata bħala invalida fir-rigward ta' dawk l-prodotti jew servizzi biss.

Artikolu 60

Raġunijiet relattivi ta' invalidità

1.   Trademark tal-UE għandha tiġi ddikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur,

(a)

meta jkun hemm trade mark preċedenti kif msemmi fl-Artikolu 8(2) u l-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew 5 ta' dak l-Artikolu jkunu sodisfatti;

(b)

meta ikun hemm trade mark kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u l-kundizzjonijiet msemmija f'dak il-paragrafu jkunu sodisfatti;

(c)

meta jkun hemm dritt preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu jkunu sodisfatti;

(d)

fejn ikun hemm denominazzjoni ta' oriġini preċedenti jew indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikolu 8(6) u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu jkunu sodisfatti.

Il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu sodisfatti fid-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE.

2.   Trade mark tal- UE għandha wkoll tkun iddikjarata invalida mal-applikazzjoni lejn l-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fil-proċedimenti tal-ksur meta l-użu ta' tali trade mark jista jkun ipprojbit bis-saħħa ta' dritt aktar kmieni skont leġiżlazzjoni tal- Unjoni jew ta' liġi nazzjonali li tirregola l-protezzjoni tagħha, u partikolarment:

(a)

dritt għall-isem;

(b)

dritt għall-preżentazzjoni personali;

(c)

id-dritt tal-awtur;

(d)

id-dritt għal proprjetà industrijali.

3.   Trademark tal-UE ma tistax tiġi ddikjarata invalida jekk il-proprjetarju ta' dritt msemmi fil-paragrafu 1 jew 2 jagħti l-kunsens tiegħu espressament għar-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE qabel ma tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew il-kontrotalba.

4.   Meta l-proprjetarju ta' wieħed mid-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ikun applika qabel għal dikjarazzjoni li trademark tal-UE hija invalida jew ikun għamel kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur, huwa ma jistax jissottometti applikazzjoni ġdida għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew jippreżenta kontrotalba fuq il-bażi ta' dritt ieħor minn dawk imsemmija li huwa seta' jinvoka biex isaħħaħ l-ewwel applikazzjoni jew kontrotalba tiegħu.

5.   L-Artikolu 59(3) għandu japplika.

Artikolu 61

Limitazzjoni bħala konsegwenza ta' kunsens

1.   Fejn il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jkun ta l-kunsens tiegħu, għal perijodu ta' ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trademark tal-UE sussegwenti fl-Unjoni waqt li jkun jaf b'dan l-użu, hu ma jibqax intitolat abbażi tat-trademark preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t-trademark sussegwenti hija invalida fir-rigward tal-oġġetti jew servizzi li għalihom tkun intużat it-trademark sussegwenti, sakemm ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE sussegwenti ma tkunx saret applikazzjoni għaliha b'mala fede.

2.   Fejn il-proprjetarju ta' trademark nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) jew ta' sinjal preċedenti ieħor imsemmi fl-Artikolu 8(4) ikun ta l-kunsens tiegħu, għal perijodu ta' ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trademark tal-UE sussegwenti fl-Istat Membri fejn it-trademark preċedenti jew is-sinjal preċedenti l-ieħor huwa protett waqt li jkun jaf b'dan l-użu, hu ma jibqax intitolat abbażi tat-trademark preċedenti jew tas-sinjal l-ieħor preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t-trademark sussegwenti hija invalida fir-rigward tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun intużat it-trademark sussegwenti, sakemm ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE sussegwenti ma tkunx saret applikazzjoni għaliha b'mala fede.

3.   Fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE sussegwenti mhuwiex intitolat li jopponi l-użu tad-dritt preċedenti, avolja dak id-dritt ma jkunx jista' jiġi invokat iżjed kontra t- trademark tal-UE sussegwenti.

TAQSIMA 4

Konsegwenzi ta' revoka u ta' invalidità

Artikolu 62

Il-konsegwenzi ta' revoka u ta' invalidità

1.   It- trademark tal-UE għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tal-applikazzjoni għal revoka jew tal-kontrotalba, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Tista' tiġi iffissata data preċedenti meta waħda mir-raġunijiet għar-revoka tkun seħħet, fid-deċiżjoni fuq talba ta' waħda mill-partijiet.

2.   It- trademark tal-UE għandha titqies li ma kellhiex, sa mill-bidu, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn it-trade mark tkun ġiet iddikjarata invalida.

3.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-talbiet għal kumpens għal danni ikkawżati minħabba traskuraġni jew nuqqas ta' bona fede minn naħa tal-proprjretarju tat-trade mark, jew li jirrigwardaw qliegħ inġust, l-effett retroattiv tar-revoka jew tal-invalidità ta' trade mark m'għandux jaffetwa:

(a)

kull deċiżjoni dwar ksur li tkun saret res judicata u li tkun ġiet enforzata qabel id-deċiżjoni ta' revoka jew ta' invalidità;

(b)

kull kuntratt li jkun ġie konkluż qabel id-deċiżjoni ta' revoka jew ta' invalidità, sakemm ikun ġie mwettaq qabel dik id-deċiżjoni; madanakollu, fuq bażi ta' ekwità jista' jintalab ħlas lura ta' somom li jkunu diġa' tħallsu taħt il-kuntratt relevanti, sa fejn dan ikun ġustifikat miċ-ċirkostanzi.

TAQSIMA 5

Proċedimenti fl-uffiċċju fir-rigward ta' revoka jew invalidità

Artikolu 63

Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità

1.   Applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet ta' proprjetarju ta' trademark tal-UE jew għal dikjarazzjoni li t-trade mark hija invalida tista' tiġi preżentata lill-Uffiċċju:

(a)

meta japplikaw l-Artikoli 58 u 59, minn kull persuna fiżika jew ġuridika u minn kull grupp jew organu mwaqqfa bil-għan li jirrapreżentaw l-interessi ta' fabbrikanti, produtturi, fornituri ta' servizzi, negozjanti jew konsumaturi, li għandhom il-kapaċità li jfittxu jew li jiġi mfittxija f'isimhom stess, skont il-liġi li tirregolahom;

(b)

kull fejn japplika l-Artikolu 60(1), mill-persuni msemmija fl-Artikolu 46(1);

(c)

kull fejn japplika l-Artikolu 60(2), mill-proprjetarji tad-drittijiet preċedenti msemmija f'dik id-dispożizzjoni jew mill-persuni li huma intitolati taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, li jeżerċitaw id-drittijiet in kwistjoni.

2.   L-applikazzjoni għandha tiġi presentata fi prospett raġunat bil-miktub. M'għandux jitqies li ġie preżentat qabel ma jitħallas id-dritt.

3.   Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija inammissibbli meta applikazzjoni li tirrigwarda l-istess materja u l-istess kawża, u li tinvolvi lill-istess partijiet, tkun ġiet aġġudikata fuq il-merti tagħha, jew mill-Uffiċċju jew permezz ta' qorti għat-trademarks tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 123, u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju jew dik il-qorti dwar dik l-applikazzjoni tkun kisbet l-awtorità ta' deċiżjoni finali.

Artikolu 64

L-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni

1.   Waqt l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista' jkun spiss skont il-ħtieġa, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien li għandu jiġi iffissat mill-Uffiċċju, dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġa minnu stess.

2.   Jekk issir talba mill-proprjetarju ta' trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE preċedenti, li jkun parti għall-proċedimenti ta' invalidità, għandu jġib provi li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, it-trademark tal-UE preċedenti intużat b'mod ġenwin fl-Unjoni f'konnessjoni mal-oġġetti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata u li l-proprjetarju ta' dik it-trademark preċedenti jsemmi bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m'għandhiex tintuża, sakemm sa dik id-data dik it -trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. Jekk, fid-data li fiha l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun ġiet ippreżentata jew fid-data tal-prijorità tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, it-trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin, il-proprjetarju tat-trademark tal-UE preċedenti għandu jġib prova li, barra dan, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47(2) ikunu ġew sodisfatti sa dik id-data. F'nuqqas ta' provi f'dan ir-rigward l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandha tiġi rrifjutata. Jekk it-trademark tal-UE preċedenti tkun intużat biss fir-rigward ta' parti mill-oġġetti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata, din għandha titqies, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, bħala rreġistrata biss fir-rigward ta' dik il-parti tal-oġġetti jew servizzi.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), billi jiġi sostitwit l-użu fi Stat Membru fejn it-trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta b'użu fl-Unjoni.

4.   L-Uffiċċju jista', jekk jidhirlu li huwa xieraq, jistieden lill-partijiet sabiex jaslu għal ftehim bonarju.

5.   Jekk l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità turi li t-trade mark ma kellhiex tiġi reġistrata fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata jew xi wħud minnhom, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE għandhom jiġu revokati jew inkella għandha tiġi iddikjarata bħala invalida fir-rigward ta' dawk il-prodotti jew servizzi. F'kull każ ieħor, l-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandha tiġi miċħuda.

6.   Reġistrazzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet jew għal dikjarazzjoni tal-invalidità għandha sseħħ fir-Reġistru la darba din tkun tkun saret finali.

Artikolu 65

Delegazzjoni tas-setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 208, li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċeduri li jirregolaw ir-revoka u d-dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE kif imsemmija fl-Artikoli 63 u 64, kif ukoll it-trasferiment ta' trademark tal-UE rreġistrata f'isem aġent kif imsemmi fl-Artikolu 21.

KAPITOLU VII

APPELLI

Artikolu 66

Id-deċiżjonijiet soġġetti għal appell

1.   Jista' jsir appell mid-deċiżjonijiet ta' kwalunkwe każ ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 159, u, fejn ikun il-każ, il-punt (f) ta' dak l-Artikolu. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perijodu ta' appell imsemmija fl-Artikolu 68. Ir-rikors għal appell għandu jkollha effett sospensiv.

2.   Deċiżjoni li ma ttemmx proċedimenti fir-rigward ta' waħda mill-partijiet tista' biss tiġi appellata flimkien mad-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx tippermetti appell separat.

Artikolu 67

Il-persuni li huma intitolati li jappellaw u li jkunu partijiet fi proċedimenti ta' appell

Kull parti fi proċedimenti li tiġi milquta b'mod żvantaġġuż minn deċiżjoni tista' tappella. Il-partijiet l-oħrajn kollha fl-istess proċedimenti għandhom ikunu partijiet fil-proċedimenti tal-appell bi dritt.

Artikolu 68

Limitu ta' żmien u forma tal-appell

1.   L-avviż tal-appell għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. In-notifika għandha titqies li ġiet ippreżentata biss meta t-tariffa tal-appell tkun ġiet imħallsa. Din għandha tiġi ppreżentata fil-lingwa tal-proċedimenti li fihom ittieħdet id-deċiżjoni li hija soġġetta għall-appell. Fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni bil-miktub li tistipula r-raġunijiet tal-appell.

2.   Fi proċeduri f'materji inter partes, id-difensur jista' fit-tweġiba tiegħu, jfittex deċiżjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata dwar punt mhux imqajjem fl-appell. Tali sottomissjonijiet għandhom jieqfu milli jkollhom effett jekk il-appellant ma jkomplix il-proċedimenti.

Artikolu 69

Reviżjoni tad-deċiżjonijiet fil-każi ex parte

1.   Jekk il-parti li tkun ippreżentat appell hija l-parti unika għall-proċedura, u jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija kkontestata jikkonsidra li l-appell huwa ammessibbli kif ukoll ben fondat, id-dipartiment għandu jirrettifika d-deċiżjoni tiegħu.

2.   Jekk id-deċiżjoni ma tkunx rettifikata fi żmien xahar minn meta tkun wasslet l-istqarrija tar-raġunijiet, l-appell għandu jkun ri-ammess mingħajr dewmien lejn il-Bord tal-Appell, u mingħajr kummenti dwar il-meritu tiegħu.

Artikolu 70

Eżaminazzjoni ta' appelli

1.   Jekk l-appell ikun ammissibli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk l-appell huwiex permissibli.

2.   Waqt l-eżami tal-appell, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista' jkun spiss skont il-ħtieġa, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien perjodu iffissat mill-Bord tal-Appell, dwar il-komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġin minnu stess.

Artikolu 71

Deċiżjonijiet dwar appelli

1.   Wara li ssir l-eżaminazzjoni tal-permissibilità tal-appell, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi l-appell. Il-Bord tal-Appell jista' jew jeżerċita kull poter fil-kompetenza tad-dipartiment li kien responsabbli għad-deċiżjoni appellata jew jirrinvija l-każ lill-dak id-dipartiment għal prosekuzzjoni ulterjuri.

2.   Jekk il-Bord tal-Appell jirrinvija l-każ għal prosekuzzjoni ulterjuri lid-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu ġiet appellata, dak id-dipartiment huwa marbut bir-ratio decidendi tal-Bord tal-Appell, sa fejn il-fatti jkunu l-istess.

3.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 72(5) jew, jekk tkun infetħet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien dak il-perijodu, mid-data ta' meta tiġi miċħuda dik il-kawża jew ta' kwalunkwe appell ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

Artikolu 72

Kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1.   Jistgħu jitressqu azzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell rigward l-appelli.

2.   Il-kawża tista' tinfetaħ fuq raġunijiet ta' nuqqas ta' kompetenza, ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali, ksur tat-TFUE, ta' dan ir-Regolament jew ta' kull regola tal-liġi li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom jew abbuż ta' poter.

3.   Il-Qorti Ġenerali għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata.

4.   Il-kawża hija miftuħa għal kull parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' Appell li tkun intlaqtet b'mod żvantaġġuż mid-deċiżjoni.

5.   Il-kawża għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

6.   L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew, fil-każ ta' appell kontra dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 73

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw:

(a)

il-kontenut formali tan-notifika tal-appell imsemmija fl-Artikolu 68 u l-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' appell;

(b)

il-kontenut formali u l-forma tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell kif imsemmija fl-Artikolu 71;

(c)

ir-rimborż tat-tariffa tal-appell imsemmijha fl-Artikolu 68.

KAPITOLU VIII

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-MARKI KOLLETTIVI U L-MARKI TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA

TAQSIMA 1

Marki kollettivi tal-UE

Artikolu 74

Il- marki kollettivi tal-Unjoni Ewropea

1.   “Marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea” (“marka kollettiva tal-UE”) għandha tkun trademark tal-UE li hija hekk msejħa meta ssir l-applikazzjoni u li hija kapaċi tiddistingwi l-prodotti jew servizzi tal-membri tal-assoċjazzjoni li hija proprjetarja ta' dik il-marka minn dawk ta' impriżi oħrajn. Assoċjazzjonijiet ta' fabbrikanti, produtturi, fornituri ta' servizzi, jew negozjanti, skont il-liġi li tirregolahom, għandhom il-kapaċità li f'isimhom stess ikollhom drittijiet u obbligi ta' kull xorta, li jidħlu f'kuntratti jew li jwettqu atti legali oħra, u li jfittxu u li jiġu mfittxa, kif ukoll persuni ġuridiċi regolati mil-liġi pubblika, jistgħu japplikaw għal marki kollettivi tal-UE.

2.   B'deroga mill-Artikolu 7(1)(c), sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki kollettivi tal-UE skont it-tifsira tal-paragrafu 1. Marka kollettiva tal-UE ma għandhiex tagħti jedd lill-proprjetarju li jistabbilixxi lil terza persuna milli tuża fil-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm huwa jużahom skont il-prattika onesta fl-oqsma tal-industrija u tal-kummerċ; b'mod partikolari, din il-marka m'għandhiex tiġi invokata kontra terza persuna li hija intitolata li tuża isem ġeografiku.

3.   Il-Kapitoli I sa VII u IX sa XIV għandhom japplikaw għal marki kollettivi tal-UE sa fejn din it-taqsima ma tipprovdix mod ieħor.

Artikolu 75

Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva tal-UE

1.   Applikant għal marka kollettiva tal-UE għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tagħha fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

2.   Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-kondizzjonijiet għal adeżjoni fl-assoċjazzjoni u, fejn dawn jeżistu, il-kondizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu ta' marka msemmija fl-Artikolu 74(2) għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-prodotti jew servizzi tagħha joriġinaw miz-zona ġeografika in kwistjoni sabiex din issir membru tal-assoċjazzjoni li hija proprjetarja tal-marka.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 76

Rifjut tal-applikazzjoni

1.   Flimkien mar-raġunijiet għar-rifjut ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE kif imsemmi fl-Artikoli 41 u 42, applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE għandha tiġi miċħuda meta d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 74 jew 75 ma jkunux sodisfatti, jew jekk ir-regolamenti li jirregolaw l-użu imorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

2.   Applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikanza tal-marka, b'mod partikolari jekk aktarx tista' tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka kollettiva.

3.   L-applikazzjoni m'għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 77

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

Fejn osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka kollettiva tal-UE jiġu sottomessi lill-Uffiċċju skont l-Artikolu 45, dawk l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE għandha tiġi rrifjutata skont l-Artikolu 76.

Artikolu 78

L-użu ta' marki

L-użu ta' marka kollettiva tal-UE minn kull persuna li għandha l-awtorità li tużaha għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, sakemm il-kondizzjonijiet l-oħrajn imposti minn dan ir-Regolament fir-rigward tal-użu ta' trademarks tal-UE huma sodisfatti.

Artikolu 79

L-emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva tal-UE

1.   Il-proprjetarju ta' marka kollettiva tal-UE għandu jissottometti lill-Uffiċċju kwalunkwe regolament emendati li jirregola l-użu.

2.   L-emenda m'għandhiex tissemma fir-Reġistru jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 75 jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal rifjut msemmija fl-Artikolu 76.

3.   L-osservazzjonijiet bil-miktub li jsiru skont l-Artikolu 77 jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fir-rigward ta' regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

4.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-emendi tar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta' meta referenza għall-emenda titniżżel fir-Reġistru.

Artikolu 80

Il-persuni li huma intitolati jiftħu kawża ta' ksur

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(3) u (4) li jirrigwardaw id-drittijiet ta' detenturi ta' liċenzji għandhom japplikaw għal kull persuna li għandha l-awtorità li tuża marka kollettiva tal-UE.

2.   Il-proprjetarju ta' marka kollettiva tal-UE huwa intitolat li jitlob kumpens f'isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka jekk dawn ikunu sofrew danni b'konsegwenza ta' użu mhux awtorizzat tal-marka.

Artikolu 81

Ir-raġunijiet għal revoka

Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija fl-Artikolu 58, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' marka kollettiva tal-UE għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur, jekk:

(a)

il-proprjetarju ma jieħux passi raġonevoli sabiex jipprevjeni li l-marka tintuża b'mod li huwa inkumpatibbli mal-kundizzjonijiet tal-użu, jekk dawn ikunu jeżistu, li jinsabu fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, u l-emendi ta' liem, fejn dan huwa approprjat, huma msemmija fir-Reġistru;

(b)

il-mod kif il-marka intużat mill-proprjetarju wassal sabiex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod msemmi fl-Artikolu 76(2);

(c)

tkun saret referenza fir-Reġistru għal emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, u dana bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 79(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dawn id-dispożizzjonijiet billi jemenda ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu.

Artikolu 82

Ir-raġunijiet ta' invalidità

Minbarra r-raġunijiet ta' invalidità provduti fl-Artikoli 59 u 60, marka kollettiva tal-UE li hija reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 76 għandha tiġi ddikjarata invalida malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur, sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dawk id-dispożizzjonijiet billi jemenda r-regolamenti li jirregolaw l-użu.

TAQSIMA 2

Marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE

Artikolu 83

Marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE

1.   Il-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha tkun trademark tal-UE li tkun deskritta bħala tali meta l-marka ssir l-applikazzjoni għaliha u tkun kapaċi tiddistingwi l-oġġetti jew is-servizzi li huma ċertifikati mill-proprjetarju tal-marka fir-rigward tal-materjal, il-metodu ta' manifattura ta' oġġetti jew tat-twettiq tas-servizzi, il-kwalità, il-preċiżjoni jew karatteristiċi, bl-eċċezzjoni tal-oriġini ġeografika, minn oġġetti u servizzi li mhumiex ċertifikati b'dan il-mod.

2.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi istituzzjonijiet, awtoritajiet u korpi rregolati mid-dritt pubbliku, tista' tapplika għal marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE sakemm tali persuna ma twettaqx negozju li jinvolvi l-forniment ta' oġġetti jew servizzi tat-tip iċċertifikat.

3.   Il-Kapitoli I sa VII u IX sa XIV għandhom japplikaw għal marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE sa fejn din it-Taqsima ma tipprovdix mod ieħor.

Artikolu 84

Regolamenti li jirregolaw l-użu ta'marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE

1.   Applikant għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

2.   Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-karatteristiċi li għandhom ikunu ċċertifikati mill-marka, kif il-korp ta' ċertifikazzjoni għandu jittestja dawk il-karatteristiċi u jissorvelja l-użu tal-marka. Dawk ir-regolamenti għandhom jispeċifikaw ukoll il-kondizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 85

Rifjut tal-applikazzjoni

1.   Minbarra raġunijiet għal rifjut ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE previsti fl-Artikoli 41 u 42, applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha tiġi miċħuda fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 83 u 84 mhumiex sodisfatti, jew meta r-regolamenti li jirregolaw l-użu huma kuntrarji għall-politika pubblika jew għall-prinċipji aċċettati tal-moralità.

2.   Applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikat tal-marka, b'mod partikolari jekk aktarx tista' tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka ta' ċertifikazzjoni.

3.   Applikazzjoni ma għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 86

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

Meta osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE huma sottomessi lill-Uffiċċju skont l-Artikolu 45, dawk l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha tiġi miċħuda skont l-Artikolu 85.

Artikolu 87

Użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE

L-użu ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE minn kwalunkwe persuna li għandha l-awtorità li tużaha skont ir-regolamenti li jirregolaw l-użu msemmi fl-Artikolu 84 għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, sakemm il-kondizzjonijiet l-oħrajn stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-użu ta' trademarks tal-UE huma sodisfatti.

Artikolu 88

L-emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE

1.   Il-proprjetarju ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu jippreżenta lill-Uffiċċju kwalunkwe regolament emendat li jirregola l-użu.

2.   L-emendi ma għandhomx jissemmew fir-Reġistru fejn ir-regolamenti kif emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 84 jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal rifjut msemmija fl-Artikolu 85.

3.   Jistgħu jiġu sottomessi wkoll osservazzjonijiet bil-miktub skont l-Artikolu 86 rigward regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

4.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-emendi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta' meta referenza għall-emenda titniżżel fir-Reġistru.

Artikolu 89

Trasferiment

B'deroga mill-Artikolu 20(1), marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE tista' tiġi trasferita biss lil persuna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 83(2).

Artikolu 90

Persuni li huma intitolati jiftħu kawża ta' ksur

1.   Huwa biss il-proprjetarju ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE, jew kwalunkwe persuna speċifikament awtorizzata minnu għal dak il-għan, li għandu d-dritt jiftaħ kawża għal ksur.

2.   Il-proprjetarju ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu d-dritt jitlob kumpens f'isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka meta dawn ikunu sofrew danni bħala konsegwenza ta' użu mhux awtorizzat tal-marka.

Artikolu 91

Raġunijiet għal revoka

Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija fl-Artikolu 58, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur, meta kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:

(a)

il-proprjetarju ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 83(2);

(b)

il-proprjetarju ma jieħux passi raġonevoli sabiex jimpedixxi li l-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE tintuża b'mod li jkun inkompatibbli mal-kondizzjonijiet tal-użu stabbiliti fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, li l-emendi għalihom, fejn xieraq, issemmew fir-Reġistru;

(c)

il-mod kif il-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE ntużat mill-proprjetarju wassal sabiex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod imsemmi fl-Artikolu 85(2);

(d)

tkun saret referenza fir-Reġistru għal emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE, u dan bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka, billi jemenda ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu, ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu.

Artikolu 92

Raġunijiet għal invalidità

Minbarra r-raġunijiet għal invalidità previsti fl-Artikoli 59 u 60, marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE li hija rreġistrata bi ksur tal-Artikolu 85 għandha tkun iddikjarata invalida mal-applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur, sakemm il-proprjetarju tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE, billi jemenda r-regolamenti li jirregolaw l-użu, ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 85.

Artikolu 93

Konverżjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 139(2), il-konverżjoni ta' applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE jew ta' marka ta' ċertifikazzjoni reġistrata tal-UE ma għandhiex issir meta d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat ma jipprevedix għar-reġistrazzjoni ta' marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2015/2436.

KAPITOLU IX

PROĊEDURA

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 94

Deċiżjonijiet u komunikazzjonijiet tal-Uffiċċju

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Huma għandhom ikunu msejsa biss fuq raġunijiet jew provi li fuqhom il-partijiet ikkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Fejn il-proċedimenti orali jsiru quddiem l-Uffiċċju, id-deċiżjoni tista' tingħata bil-fomm. Sussegwentement, id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-partijiet.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni, komunikazzjoni jew notifika mill-Uffiċċju għandu jindika d-dipartiment jew diviżjoni tal-Uffiċċju kif ukoll l-isem jew l-ismijiet tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli. Huma għandhom jiġu ffirmati minn dak l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali, jew, minflok firma, jkollhom siġill stampat jew ittimbrat tal-Uffiċċju. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li mezzi oħra ta' identifikazzjoni tad-dipartiment jew diviżjoni tal-Uffiċċju u l-isem tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli, jew identifikazzjoni minbarra siġill jistgħu jintużaw meta d-deċiżjonijiet, il-komunikazzjonijiet jew in-notifiki mill-Uffiċċju huma trażmessi permezz ta' telecopier jew kull mezz tekniku ta' komunikazzjoni ieħor.

3.   Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju li huma miftuħa għall-appell għandhom ikunu akkumpanjati minn komunikazzjoni bil-miktub li tindika li kwalunkwe notifika tal-appell għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni fil-kwistjoni. Il-komunikazzjonijiet għandhom ukoll jiġbdu l-attenzjoni tal-partijiet għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 66, 67 u 68. Il-partijiet ma jistgħux jinvokaw xi nuqqas min-naħa tal-Uffiċċju li jikkomunika d-disponibbiltà tal-proċedimenti ta' appell.

Artikolu 95

L-eżami tal-fatti mill-Uffiċċju fuq inizzjattiva tiegħu stess

1.   Fi proċedimenti quddiemu l-Uffiċċju għandu jeżamina l-fatti fuq l-inizzjattiva tiegħu stess; madanakollu, fi proċedimenti li jirrigwardaw raġunijiet relattivi għal rifjut ta' reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jkun ristrett għal eżaminazzjoni ta' fatti, ta' provi u ta' argumenti ppreżentati mill-partijiet u tar-rimedji mitluba. Fi proċedimenti ta' invalidità skont l-Artikolu 59, l-Uffiċċju għandu jillimita l-eżami tiegħu għar-raġunijiet u l-argumenti ppreżentati mill-partijiet.

2.   L-Uffiċċju jista' ma jikkunsidrax fatti jew provi li ma jiġux preżentati fil-ħin preskritt mill-partijiet konċernati.

Artikolu 96

Proċedimenti orali

1.   Jekk l-Uffiċċju jqis li proċedimenti orali jisgħu ikunu espedjenti dawn għandhom isiru fuq l-inizzjattiva tal-Uffiċċju jew fuq talba ta' kull parti fil-proċedimenti.

2.   Il-proċedimenti orali quddiem l-eżaminaturi, id-Diviżjoni tal-Opposizzjoni u d- Dipartiment inkarigat mir-Reġistru m'għandhomx isiru fil-pubbliku.

3.   Il-proċedimenti orali, inkluża l-pronunzja tad-deċiżjoni, għandhom isiru fil-pubbliku quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell, sakemm id-dipartiment li quddiemu l-proċedimenti ikunu qegħdin isiru ma jiddeċidix mod ieħor f'każijiet fejn l-attendenza tal-pubbliku jista' jkollha żvantaġġi serji u mhux ġustifikati, b'mod partikolari għall-waħda mill-partijiet fil-proċedimenti.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għal proċedimenti orali, inklużi l-arranġamenti ddettaljati għall-użu ta' lingwi skont l-Artikolu 146.

Artikolu 97

Teħid tal-evidenza

1.   F'kull proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, il-miżati ta' kif għandha tingħata jew tinkiseb l-evidenza għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

is-smigħ tal-partijiet;

(b)

talbiet għall-informazzjoni;

(c)

il-preżentata ta' dokumenti u prodotti oħra ta' evidenza;

(d)

is-smigħ ta' xhieda;

(e)

l-opinjonijiet ta' esperti;

(f)

stqarrijiet bil-miktub ġuramentati jew affermati jew li għandhom effett simili taħt il-liġi tal-Istat fejn tinkiteb l-istqarrija.

2.   Id-dipartiment relevanti jista' jikkummissjona lil wieħed mill-membri tiegħu biex jeżamina l-evidenza- preżentata.

3.   Jekk l-Uffiċċju jidhirlu li huwa meħtieġ li xi parti, xhud jew espert jixhed viva voce, huwa jista' joħroġ ċitazzjoni kontra l-persuna in kwistjoni sabiex din tidher quddiemu. Il-perijodu ta' notifika pprovdut f'tali taħrika għandu jkun għallinqas ta' xahar, sakemm ma jaqblux fuq perijodu iqsar.

4.   Il-partijiet għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar is-smigħ ta' xhud jew ta' espert quddiem l-Uffiċċju. Huma għandhom id-dritt li jkunu preżenti u li jagħmlu mistoqsijiet lix-xhud jew lill-espert.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju għandu jiddetermina l-ammonti ta' spejjeż li għandhom jitħallsu, inklużi dawk bil-quddiem, fir-rigward tal-ispejjeż tal-ġbir ta' evidenza kif imsemmi f'dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għall-ġbir ta' evidenza.

Artikolu 98

Notifika

1.   L-Uffiċċju għandu, fil-prattika, jinnotifika lil dawk ikkonċernati dwar id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet u dwar kull notifika jew kull komunikazzjoni oħra li minnhom jiġi kkalkulat terminu ta' żmien, jew li dwarhom dawk ikkonċernati għandhom jiġu notifikati skont dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament jew ta' atti adottati skont dan ir-Regolament, jew li tagħhom tkun ġiet ordnata n-notifika mid-Direttur Eżekuttiv.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina liema dokumenti minbarra deċiżjonijiet soġġetti għal limitu ta' żmien għall-appell u ċitazzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati b'ittra rreġistrata bi prova tal-wasla.

3.   In-notifika tista' ssir b'mezzi differenti, fosthom b'mezzi elettroniċi. Id-dettalji rigward mezzi elettroniċi għandhom jiġu determinati mid-Direttur Eżekuttiv.

4.   Fejn notifika għandha ssir permezz ta' avviż pubbliku, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina kif għandu jingħata l-avviż pubbliku u għandu jiffissa l-bidu tal-perijodu ta' xahar li meta jiskadi, id-dokument għandu jitqies li jkun ġie notifikat.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għan-notifika.

Artikolu 99

Notifika ta' telf ta' drittijiet

Fejn l-Uffiċċju jsib li t-telf ta' kwalunkwe dritt jirriżulta minn dan ir-Regolament jew atti delegati u dawk ta' implementazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, mingħajr ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni, għandu jikkomunika dan lill-persuna kkonċernata f'konformità mal-Artikolu 98. Dan tal-aħħar jista' japplika għal deċiżjoni dwar il-kwistjoni fi żmien xahrejn min-notifika tal-komunikazzjoni, jekk hu jqis li s-sejbiet tal-Uffiċċju mhumiex korretti. L-Uffiċċju għandu jadotta tali deċiżjoni biss meta ma jaqbilx mal-persuna li qed titlobha; mill-bqija l-Uffiċċju għandu jemenda s-sejbiet tiegħu u jinforma lill-persuna li qed titlob id-deċiżjoni.

Artikolu 100

Komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju

1.   KomunikazzIl-perjodu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi interrott fil-każ imsemmi mill-paragrafu 1 permezz ta' talba għall-ħlas ta' dritt u fil-każ msemmi fil-paragrafu 2 minn talba raġonata bil-miktub. jonijiet indirizzati lill-Uffiċċju jistgħu jsiru b'mezzi elettroniċi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina sa fejn u taħt liema kondizzjonijiet tekniċi dawk il-komunikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati elettronikament.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw ir-regoli dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni, inklużi l-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni, li għandhom jintużaw mill-partijiet għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju u l-formoli li għandhom ikunu disponibbli mill-Uffiċċju.

Artikolu 101

Limiti ta' żmien

1.   Il-limiti ta' żmien għandhom jiġu stabbiliti f'termini ta' snin, xhur, ġimgħat, jew jiem sħaħ. Il-kalkolu għandu jibda mill-jum wara l-jum li fih seħħ il-fatt rilevanti. It-tul tal-limiti ta' żmien ma għandux ikun anqas minn xahar u mhux aktar minn sitt xhur.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina, qabel il-bidu ta' kull sena kalendarja, il-jiem li fihom l-Uffiċċju ma jkunx miftuħ biex jirċievi d-dokumenti jew li fihom ma titwassalx il-posta ordinarja fil-lokalità li fiha jinsab l-Uffiċċju.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina t-tul tal-perijodu ta' waqfien fil-każ ta' interruzzjoni ġenerali fit-twassil ta' posta fl-Istat Membru fejn jinsab l-Uffiċċju jew, fil-każ ta' interruzzjoni attwali tal-konnessjoni tal-Uffiċċju ma' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni ammessi.

4.   F'każ li avveniment straordinarju, bħal diżastru naturali jew strajk, jinterrompi jew jinterferixxi komunikazzjoni tajba mill-partijiet fil-proċedimenti lill-Uffiċċju jew viċi-versa, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li għall-partijiet fil-proċedimenti li għandhom ir residenza jew uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat jew li jkunu ħatru rappreżentant li għandu post ta' negozju fl-Istat Membru kkonċernat, il-limiti kollha ta' żmien li kellhom jiskadu fid-data jew wara d-data li fiha jkun beda dan l-avveniment, kif determinati minnu, għandhom jiġu estiżi sa data ddeterminata minnu. Fid-determinazzjoni ta' dik id-data, huwa għandu jevalwa meta l-avveniment eċċezzjonali jasal fi tmiem. Jekk l-avveniment jaffettwa s-sede tal-Uffiċċju, din id-determinazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha tispeċifika li tapplika fir-rigward tal-partijiet kollha fil-proċedimenti.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw id-dettalji dwar il-kalkolu u t-tul ta' limiti ta' żmien.

Artikolu 102

Korrezzjoni ta' żbalji u żvisti manifesti

1.   Fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' parti, l-Uffiċċju għandu jikkoreġi kull żball lingwistiku jew żball ta' traskrizzjoni u żvisti manifesti fid-deċiżjonijiet tiegħu, jew żbalji tekniċi attribwibbli lilu fir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni.

2.   Fejn il-korrezzjoni ta' żbalji fir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni hija mitluba mill-proprjetarju, għandu japplika l-Artikolu 55 mutatis mutandis.

3.   Korrezzjonijiet ta' żbalji fir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju.

Artikolu 103

Revoka ta' deċiżjonijiet

1.   Fejn l-Uffiċċju jkun daħħal entrata fir-Reġistru jew ikun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball ovvju attribwibbli lill-Uffiċċju, dan għandu jiżgura li l-entrata tiġi kkanċellata jew id-deċiżjoni tiġi revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss għall-proċedimenti u d-dħul jew l-att jaffettwa d-drittijiet tagħha, il-kanċellazzjoni jew ir-revoka għandhom ikunu determinati anki jekk l-iżball ma kienx evidenti għall-parti.

2.   Kanċellazzjoni jew revoka kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu determinati, ex officio jew fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun daħħal l-entrata jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellazzjoni tad-dħul fir-Reġistru jew ir-revoka tad-deċiżjoni għandhom isiru fi żmien sena mid-data tad-dħul fir-Reġistru jew minn meta ttieħdet id-deċiżjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet fil-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta' drittijiet għat-trademark tal-UE inkwistjoni li jiddaħħlu fir-Reġistru. L-Uffiċċju għandu jżomm rekords ta' kwalunkwe tali kanċellazzjoni jew revoka.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw il-proċedura għar-revoka ta' deċiżjoni jew għall-kanċellazzjoni ta' entrata fir-Reġistru.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jressqu appell skont l-Artikoli 66 u 72, jew għall-possibbiltà li jiġu kkoreġuti żbalji u żvisti manifesti taħt l-Artikolu 102. Fejn ikun ġie mressaq appell kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju li fiha żball, il-proċeduri tal-appell għandhom isiru mingħajr skop meta ssir ir-revoka mill-Uffiċċju tad-deċiżjoni tiegħu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. F'dan il-każ tal-aħħar, it-tariffa tal-appell għandha tiġi rimborżata lill-appellant.

Artikolu 104

Restitutio in integrum

1.   L-applikant jew il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jew kull parti oħra fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, li ma jkunux f'pożizzjoni li ikunu konformi mat-terminu ta' żmien fil-konfront tal-Uffiċċju minkejja li jkunu għamlu dak kollu meħtieġ miċ-ċirkustanzi, għandhom, wara li ssir applikazzjoni, jingħataw lura d-drittijiet tagħhom jekk l-ostaklu għall-konformita jkollha l-konsegwenza diretta, minħabba d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li tikkawża t-telfien ta' kull dritt jew mezz ta' rimedju.

2.   L-applikazzjoni għandha tiġi preżentata bil-miktub fi żmien xahrejn mit-tneħħija tal-kawża ta' non-konformità mat-terminu. L-att li ma jkunx sar għandu jsir fi żmien dan il-perjodu. L-applikazzjoni hija biss ammissibbli fi żmien sena immedjatament wara l-iskadenza tat-terminu mhux osservat. F'każ fejn it-talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni ma tiġix sottomessa jew il-ħlas dovut għat-tiġdid ma jsirx, il-perjodu supplimentari ta' sitt xhur msemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 53(3), fit-tielet sentenza, għandu jitnaqqas mill-perjodu ta' sena.

3.   L-applikazzjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u għandha tippreżenta l-fatti li fuqhom hija msejjsa. M'għandhiex titqies li ġiet preżentata qabel ma jsir il-ħlas dovut għall-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet.

4.   Id-dipartiment li għandu l-kompetenza li jiddeċiedi dwar l-att li ma jkunx sar għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

5.   Dan l-Artikolu m'għandux ikun applikabli għal-limiti ta' żmien referuti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 46(1) u (3) u l-Artikolu 105.

6.   Meta l-applikant jew il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jingħata lura d-drittijiet tiegħu, hu ma jistax juża d-drittijiet tiegħu kontra terza persuna li, in bona fede, tkun poġġiet fuq is-suq jew provdiet servizzi taħt sinjal li huwa identiku jew simili għat- trademark tal-UE waqt il-perjodu ta' bejn it-telf tad-drittijiet tal-applikazzjoni jew tat- trademark tal-UE u l-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istabbiliment mill-ġdid ta' dawk id-drittijiet.

7.   Terza persuna li tista' tinqeda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 tista' tiftaħ proċedimenti ta' terza persuna kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha jkunu ġew stabbiliti mill-ġdid id-drittijiet tal-applikant jew tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istabbiliment mill-ġdid ta' dawk id-drittijiet.

8.   Xejn f'dan l-Artikolu ma jillimita d-dritt ta' Stat Membru li jagħti restitutio in integrum fir-rigward ta' termini ta' żmien provduti minn dan ir-Regolament u li għandhom jiġu osservati fil-konfront tal-awtoritajiet ta' dak l-Istat.

Artikolu 105

Kontinwazzjoni tal-proċedimenti

1.   Applikant għal, jew il-proprjetarju ta', trade mark tal- UE jew xi parti oħra għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju li tkun naqset milli tosserva l-limitu taż-żmien vis-à-vis l-Uffiċċju tista', b'talba, takkwista l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti filwaqt li tkun saret it-talba, li l-att imħolli barra jkun twettaq. It-talba għal-kontinwazzjoni tal-proċedimenti għandha tkun ammessibbli biss jekk din tkun ippreżentata fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-limitu taż-żmien li ma jkunx ġie osservat. It-talba m'għandhiex tkun meqjusa bħala li kienet imwettqa sakemm it-tariffa għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti tkun ġiet imħallsa.

2.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 32, l-Artikoli 34(1), l-Artikolu 38(1), l-Artikolu 41(2), l-Artikolu 46(1) u (3), l-Artikolu 53(3), l-Artikolu 68, l-Artikoli 72(5) l-Artikolu 104(2), u l-Artikolu 139, jew għal-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-limitu taż-żmien għal pretensjoni ta' anzjanità skont l-Artikolu 39 wara li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata.

3.   Id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

4.   Jekk l-Uffiċċju jaċċetta l-applikazzjoni, il-konsegwenzi talli jkun naqas milli josserva l-limitu taż-żmien għandhom jitqiesu li ma seħħewx. Jekk deċiżjoni tkun ittieħdet bejn l-iskadenza ta' dak il-limitu taż-żmien u t-talba għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, id-dipartiment kompetenti li għandu jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jirrevedi d-deċiżjoni u, meta l-ikkompletar tal-att imħolli barra nnifsu huwa biżżejjed, jieħu deċiżjoni differenti. Jekk, konsegwentement għar-reviżjoni, l-Uffiċċju jikkonkludi li d-deċiżjoni oriġinali ma teħtiġx li tinbidel, huwa għandu jikkonferma dik id-deċiżjoni bil-miktub.

5.   Jekk l-Uffiċċju jiċħad l-applikazzjoni, il-mizata għandha tkun rifuża.

Artikolu 106

Interruzzjoni tal-proċedimenti

1.   Il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom jiġu interrotti:

(a)

fil-każ tal-mewt jew inkapaċità legali tal-applikant għal, jew proprjetarju ta' trademark tal-UE jew tal-persuna awtorizzata mil-liġi nazzjonali biex taġixxi f'ismu. Sa fejn il-mewt jew l-inkapaċità ma jaffettwawx l-awtorizzazzjoni ta' rappreżentant maħtur taħt l-Artikolu 120, il-proċedimenti għandhom ikunu interrotti biss permezz ta' applikazzjoni minn dan ir-rappreżentant;

(b)

fil-każ li l-applikant għal, jew proprjetarju ta', trademark tal-UE, ma jitħalliex, minħabba raġunijiet legali li jirriżultaw minn azzjoni li tittieħed kontra l-proprjetà tiegħu, ikompli l-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju;

(c)

fil-każ tal-mewt jew l-inkapaċità legali tar-rappreżentant ta' applikant għal, jew proprjetarju ta', trademark tal-UE, jew fil-każ li dak ir-rappreżentant ma jitħalliex, minħabba raġunijiet legali li jirriżultaw minn azzjoni li tittieħed kontra l-proprjetà tiegħu, ikompli l-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

2.   Proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom ikomplu malli tkun ġiet stabbilita l-identità tal-persuna awtorizzata li tkomplihom.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

Artikolu 107

Referenza għall-prinċipji ġenerali

Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet proċedurali f'dan ir-Regolament jew f'atti adottati skont dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu jqis il-prinċipji ta' liġi proċedurali ġeneralment rikonoxxuti fl-Istati Membri.

Artikolu 108

Terminazzjoni ta' obbligi finanzjarji

1.   Id-drittijiet tal-Uffiċċju għall-ħlas ta' tariffa għandhom jiddekadu wara erba' snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta il-ħlas ġie dovut.

2.   Id-drittijiet kontra l-Uffiċċju għar-rimbors tal-eċċess imħallas fuq miżati jew somom ta' flus għandhom jiddekadu wara erba' snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta nħoloq id-dritt.

3.   Il-perjodu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi interrott fil-każ imsemmi mill-paragrafu 1 permezz ta' talba għall-ħlas ta' dritt u fil-każ msemmi fil-paragrafu 2 minn talba raġonata bil miktub. Malli jkun hemm interruzzjoni għandu jerġa' jibda immedjatament u għandu jintemm sal-iktar tard sitt snin wara t-tmiem tas-sena meta jkun beda oriġinarjament, ħlief jekk, fil-frattemp, ma jkunux inbdew proċedimenti ġuridiċi biex jenforzaw id-dritt; f'dan il każ il-perjodu għandu jintemm mill-iktar kmieni sena wara li d-deċiżjoni tkun saret res judicata.

TAQSIMA 2

Spejjeż

Artikolu 109

Spejjeż

1.   Il-parti sokkombenti fi proċedimenti ta' oppożizzjoni, proċedimenti ta' revoka, proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew proċedimenti ta' appell għandha tħallas it-tariffi mħallsa mill-parti l-oħra. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 146(7), il-parti sokkombenti għandha tħallas l-ispejjeż kollha li daħlet għalihom il-parti l-oħra li jkunu essenzjali għall-proċedimenti, inklużi spejjeż tal-ivvjaġġar u ta' sussistenza u ta' remunerazzjoni ta' rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 120(1), fil-limiti tal-iskali stabbiliti għal kull kategorija ta' spejjeż fl-att ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. It-tariffi li għandhom jiġġarrbu mill-parti sokkombenti għandhom ikunu limitati għat-tariffi mħallsa mill-parti l-oħra għal oppożizzjoni, għal applikazzjoni għar-revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE u għal appell.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rati massimi għall-ispejjeż essenzjali għall-proċedimenti u li verament inġarrbu mill-parti li kellha suċċess. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Meta tispeċifika tali ammonti fir-rigward ta' spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, il-Kummissjoni għandha tqis id-distanza bejn il-post ta' residenza jew in-negozju tal-parti, tar-rappreżentant jew tax-xhud jew espert u l-post fejn isiru l-proċedimenti orali, l-istadju proċedurali li fih jiġġarrbu l-ispejjeż, u, sa fejn huma kkonċernati l-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni fis-sens tal-Artikolu 120(1), il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-obbligu li jiġġarbu l-ispejjeż ma tistax tintuża b'mod ħażin għal raġunijiet tattiċi mill-parti l-oħra. L-ispejjeż ta' sussistenza għandhom jiġu kkalkolati f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (15) (“Regolamenti tal-Persunal” u l-“Kondizzjonijiet tal-Impjieg” respettivament).

Il-parti sokkombenti għandha ġġarrab l-ispejjeż għal parti opponenti waħda biss u, fejn applikabbli, rappreżentant wieħed biss.

3.   Madanakollu, jekk kull parti tirbaħ fuq xi punti u titlef fuq oħrajn, jew jekk ikun xieraq għal raġunijiet ta' ekwità, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjoni ta' Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell għandhom jiddeċiedu tqassim differenti tal-ispejjeż.

4.   Il-parti li ttemm il-proċedimenti billi tirtira l-applikazzjoni għal trademark tal-UE, l-oppożizzjoni, l-applikazzjoni għal revoka ta' drittijiet, l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew l-appell, jew billi ma ġġeddidx ir-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE jew billi ċċedi t- trademark tal-UE, għandha tagħmel tajjeb għall-ħlas ta' piżijiet u għall-ispejjeż li jkunu ntefqu mill-parti l-oħra kif stipulat fil-paragrafi 1 u 3.

5.   Meta każ ma jasalx għal deċiżjoni l-ispejjeż għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell.

6.   Meta l-partijiet jaslu għal ftehim quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell dwar l-ispejjeż li jkun differenti minn dak stipulat fil-paragrafi 1 sa 5, id-dipartiment konċernat għandu jieħu nota ta' dak il-ftehim.

7.   Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew id-Diviżjoni ta' Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell għandu jiffissal-ammont tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu skont il-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu meta l-ispejjeż li għandhom jitħallsu huma limitati għal tariffi mħallsa lill-Uffiċċju u l-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni. F'kull każ ieħor, ir-reġistru tal-Bord tal-Appell jew membru tal-persunal tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għandu jiffissa, fuq talba, l-ammont ta' spejjeż li għandhom jiġu rimborżati. It-talba għandha tkun ammissibbli biss għal perijodu ta' xahrejn wara d-data li fiha d-deċiżjoni li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-ispejjeż li għandhom jiġu stabbiliti ssir finali u għandha tkun akkumpanjata minn kont u evidenza ta' sostenn. Għall-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni skont l-Artikolu 120(1), assigurazzjoni mir-rappreżentant li l-ispejjeż iġġarrbu għandha tkun biżżejjed. Għal spejjeż oħra, ikun biżżejjed jekk il-plawżibbiltà tagħhom tkun stabbilita. Fejn l-ammont tal-ispejjeż ikun iffissat skont l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni għandhom jingħataw fil-livell stipulat fl-att ta' implementazzjoni adottat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u rrispettivament minn jekk fil-fatt iġġarrbux.

8.   Id-deċiżjoni dwar l-iffissar tal-ispejjeż, li tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, tista' tiġi riveduta b'deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew tal-Bord tal-Appell, fuq talba ppreżentata fi żmien xahar mid-data tan-notifika tal-għoti tal-ispejjeż. Ma għandiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm tkun tħallset it-tariffa għar-reviżjoni tal-ammont tal-ispejjeż. Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell, kif ikun il-każ, għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba għal reviżjoni tad-deċiżjoni dwar l-iffissar tal-ispejjeż mingħajr proċedimenti orali.

Artikolu 110

L-infurzar ta' deċiżjonijiet li jiffissaw l-ammont tal-ispejjeż

1.   Kull deċiżjoni finali tal-Uffiċċju li tiffissa l-ammont tal-ispejjeż għandha tkun infurzabbli.

2.   L-infurzar għandu jkun regolat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat fit-territorju fejn jitwettaq. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jikkomunika d-dettalji ta' kuntatt tagħha lill-Uffiċċju, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni. L-ordni għall-infurzar tad-deċiżjoni għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni minn dik l-awtorità, bil-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni bħala l-unika formalità.

3.   Meta dawn il-formalitajiet jiġu kompluti fuq applikazzjoni tal-parti konċernata, din tal-aħħar tista' tissokta għall-infurzar skont il-liġi nazzjonali, billi tipproċedi direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

4.   L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madanakollu, il-qrati tal-pajjiż konċernat għandhom ikollhom ġurisdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar ikun qed jitwettaq b'mod irregolari.

TAQSIMA 3

Informazzjoni li tista' tkun disponibbli għall-pubbliku u għall-awtoritajiet tal-istati membri

Artikolu 111

Reġistru tat-trademarks tal-UE

1.   L-Uffiċċju għandu jżomm Reġistru tat-trademarks tal-UE li huwa għandu jżomm aġġornat.

2.   Ir-Reġistru għandu jkun fih l-entrati li ġejjin marbuta mal-applikazzjonijiet għat-trademark tal-UE u r-reġistrazzjonijiet tagħhom:

(a)

id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(b)

in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni;

(c)

id-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni;

(d)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(e)

l-isem u l-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 119(3);

(f)

ir-rappreżentazzjoni tal-marka, b'indikazzjonijiet dwar in-natura tagħha; u, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-marka;

(g)

indikazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi b'isimhom;

(h)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' prijorità skont l-Artikolu 35;

(i)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' prijorità ta' esibizzjoni skont l-Artikolu 38;

(j)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata kif imsemmi fl-Artikolu 39;

(k)

dikjarazzjoni li l-marka saret ta' natura distintiva konsegwentement għall-użu li sar minnha, skont l-Artikolu 7(3);

(l)

indikazzjoni li l-marka hija marka kollettiva;

(m)

indikazzjoni li l-marka hija marka ta' ċertifikazzjoni;

(n)

il-lingwa li biha l-applikazzjoni ġiet ippreżentata u t-tieni lingwa li l-applikant indika fl-applikazzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 146(3);

(o)

id-data ta' reġistrazzjoni tal-marka fir-Reġistru u n-numru ta' reġistrazzjoni;

(p)

dikjarazzjoni li l-applikazzjoni hija r-riżultat ta' trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar l-Unjoni skont l-Artikolu 204 ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data li fiha kienet irreġistrata l-estensjoni territorjali għall-Unjoni magħmula sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3b(2) tal-Protokoll ta' Madrid u, fejn applikabbli, id-data ta' prijorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

3.   Ir-Reġistru għandu jkun fih ukoll dawn l-entrati li ġejjin, b'kull waħda jkollha magħha d-data tar-reġistrazzjoni ta' tali entrata:

(a)

bidliet fl-isem, indirizz jew nazzjonalità tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE jew bidla tal-Istat li fih huwa domiċiljat jew għandu s-sede jew l-istabbiliment tiegħu;

(b)

bidliet fl-isem jew fl-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 119(3);

(c)

fejn jinħatar rappreżentant ġdid, l-isem u l-indirizz tan-negozju ta' dak ir-rappreżentant;

(d)

emendi u alterazzjonijiet tal-marka, skont l-Artikoli 49 u 54, u korrezzjonijiet ta' żbalji;

(e)

notifika ta' emendi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva skont l-Artikolu 79;

(f)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata kif imsemmi fl-Artikolu 39, skont l-Artikolu 40;

(g)

trasferimenti totali jew parzjali skont l-Artikolu 20;

(h)

ħolqien jew trasferiment ta' dritt in rem skont l-Artikolu 22, u n-natura tad-dritt in rem;

(i)

imposta fuq l-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 23 u proċedimenti ta' insolvenza skont l-Artikolu 24;

(j)

l-għoti jew trasferiment ta' liċenzja skont l-Artikolu 25 u, fejn huwa applikabbli, it-tip ta' liċenzja;

(k)

tiġdid ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 53, id-data minn meta tidħol fis-seħħ u kwalunkwe restrizzjoni skont l-Artikolu 53(4);

(l)

rekord ta' determinazzjoni tal-iskadenza ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 53;

(m)

dikjarazzjonijiet ta' irtirar jew ċessjoni mill-proprjetarju tal-marka skont l-Artikoli 49 u 57 rispettivament;

(n)

id-data tas-sottomissjoni u d-dettalji ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 46, ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 63, jew kontrotalba skont l-Artikolu 128(4) għal revoka, jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità, jew ta' appell skont l-Artikolu 68;

(o)

id-data u l-kontenut ta' deċiżjoni fuq oppożizzjoni, jew applikazzjoni jew kontrotalba skont l-Artikolu 64(6) jew it-tielet sentenza tal-Artikolu 128(6), jew fuq appell skont l-Artikolu 71;

(p)

reġistrazzjoni tal-irċevuta ta' talba għal konverżjoni skont l-Artikolu 140(2);

(q)

il-kanċellazzjoni tar-rappreżentant reġistrat skont il-punt (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(r)

il-kanċellazzjoni tal-anzjanità ta' marka nazzjonali;

(s)

il-modifiki fir-Reġistru jew kanċellazzjonijiet mir-Reġistru tal-affarijiet imsemmija fil-punti (h), (i) u (j) ta' dan il-paragrafu;

(t)

is-sostituzzjoni tat-trademark tal-UE minn reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 197;

(u)

id-data u n-numru ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE li kienet reġistrata bħala trademark tal-UE skont l-Artikolu 185(1);

(v)

id-data u n-numru ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq it-trademark tal-UE skont l-Artikolu 185(2);

(w)

id-diviżjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50 u d-diviżjoni ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 56, flimkien mal-affarijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tar-reġistrazzjoni diviżjonali, kif ukoll il-lista ta' oġġetti u servizzi tar-reġistrazzjoni oriġinali kif emendata;

(x)

ir-revoka ta' deċiżjoni jew entrata fir-Reġistru skont l-Artikolu 103, meta r-revoka tikkonċerna deċiżjoni jew entrata li tkun ġiet ippubblikata;

(y)

notifika ta' emendi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE skont l-Artikolu 88.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li elementi oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru, soġġett għall-Artikolu 149(4).

5.   Ir-Reġistru jista' jinżamm f'forma elettronika. L-Uffiċċju għandu jiġbor, jorganizza, jagħmel pubbliku u jaħżen il-punti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 8. L-Uffiċċju għandu jżomm ir-reġistru faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni pubblika.

6.   Il-proprjetarju ta' trademark tal-UE għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe bidla fir-Reġistru.

7.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi estratti mir-Reġistru, kemm jekk iċċertifikati kif ukoll jekk le, fuq talba, u fuq ħlas ta' tariffa.

8.   L-ipproċessar tad-data li tirrigwarda l-entrati stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għandu jsir għall-finijiet ta':

(a)

l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u/jew tar-reġistrazzjonijiet kif deskritti f'dan ir-Regolament u atti adottati skont dan;

(b)

iż-żamma ta' reġistru pubbliku għal spezzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi u għall-informazzjoni tagħhom, sabiex tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet konferiti lilhom b'dan ir-Regolament u jkunu informati dwar l-eżistenza ta' drittijiet preċedenti li jappartjenu għal partijiet terzi; u

(c)

il-produzzjoni ta' rapporti u statistika li jippermettu lill-Uffiċċju jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb il-funzjonament tas-sistema.

9.   Id-data kollha, inklużi d-data personali, fir-rigward tal-entrati fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jitqiesu bħala ta' interess pubbliku u jistgħu jkunu aċċessibbli minn kwalunkwe parti terza. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, l-entrati fir-Reġistru għandhom jinżammu għall-perijodu ta' żmien indefinit.

Artikolu 112

Bażi ta' data

1.   Minbarra l-obbligu li jżomm Reġistru skont it-tifsira tal-Artikolu 111, l-Uffiċċju għandu jiġbor u jaħżen f'bażi ta' data elettronika d-dettalji kollha pprovduti mill-applikanti jew kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti skont dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan.

2.   Il-bażi tad-data elettronika tista' tinkludi data personali, minbarra dik inkluża fir-Reġistru skont l-Artikolu 111, safejn tali dettalji huma meħtieġa minn dan ir-Regolament jew b'atti adottati skont dan. Il-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar ta' tali data għandhom iservu għall-finijiet ta':

(a)

l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u/jew ir-reġistrazzjonijiet kif deskritti f'dan ir-Regolament u f'atti adottati skont dan;

(b)

l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-proċedimenti rilevanti b'mod aktar faċli u effiċjenti;

(c)

il-komunikazzjoni mal-applikanti u partijiet oħra fil-proċedimenti;

(d)

il-produzzjoni ta' rapporti u statistika li tippermetti lill-Uffiċċju jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb l-funzjonament tas-sistema.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet tal-aċċess għall-bażi tad-data elettronika u l-mod kif il-kontenut tagħha, għajr id-data personali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu iżda inkluż ukoll dik elenkata fl-Artikolu 111, jista' jkun disponibbli f'forma li tinqara minn magna, inkluża l-imposta għal tali aċċess.

4.   L-aċċess għad-data personali msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun ristrett u tali data ma għandhiex tkun pubblikament disponibbli sakemm il-parti kkonċernata ma tkunx tat il-kunsens espress tagħha.

5.   Id-data kollha għandha tinżamm b'mod indefinit. Madankollu, il-parti kkonċernata tista' titlob it-tneħħija ta' kwalunkwe data personali mill-bażi tad-data wara 18-il xahar mill-iskadenza tat-trademark tal-UE jew l-għeluq tal-proċedura inter partes rilevanti. Il-parti kkonċernata għandha jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta' data mhux preċiża jew żbaljata fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 113

Aċċess online għad-deċiżjonijiet

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom ikunu disponibbli online għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni mill-pubbliku ġenerali fl-interess tat-trasparenza u l-prevedibbiltà. Kwalunkwe parti għall-proċedimenti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tista' titlob it-tneħħija ta' kwalunkwe data personali inkluża fid-deċiżjoni.

2.   L-Uffiċċju jista' jipprovdi aċċess online għal sentenzi ta' qrati nazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kompiti tiegħu sabiex iqajjem kuxjenza pubblika dwar kwistjonijiet ta' proprjetà intellettwali u jippromwovi l-konverġenza tal-prattiki. L-Uffiċċju għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet tal-pubblikazzjoni inizjali fir-rigward tad-data personali.

Artikolu 114

Spezzjoni ta' fajls

1.   Il-fajls li għandhom x'jaqsmu ma' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE li jkunu għadhom ma ġewx ippubblikati m'għandhomx ikunu miftuħa għall-ispezzjoni mingħajr il-kunsens tal-applikant.

2.   Kull persuna li tista' ġġib prova li l-applikant għal trademark tal-UE stqarr li wara li t-trade mark tiġi reġistrata huwa ser juża dawn id-drittijiet kontra tagħha tista' titħalla tagħmel spezzjoni tal-fajls qabel il-pubblikazzjoni ta' dik l-applikazzjoni u dana jista' jsir mingħajr il-kunsens tal-applikant.

3.   Wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, il-fajls kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dik l-applikazzjoni u t-trade mark riżultanti jistgħu jiġu inspezzjonati wara li ssir talba.

4.   Fejn il-fajls jiġu spezzjonati skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, dawk id-dokumenti relatati ma' esklużjoni jew oġġezzjoni skont l-Artikolu 169, abbozzi ta' deċiżjonijiet u opinjonijiet, u d-dokumenti interni l-oħra kollha użati għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet, kif ukoll dawk it-taqsimiet mill-fajls li l-parti kkonċernata uriet interess speċjali fihom biex jinżammu kunfidenzjali qabel ma kienet saret it-talba għall-ispezzjoni tal-fajls, sakemm l-ispezzjoni ta' tali taqsimiet mill-fajl ma tkunx ġustifikata mill-interessi leġittimi prevalenti tal-parti li qed titlob spezzjoni.jistgħu jinżammu milli ssirilhom spezzjoni.

5.   L-ispezzjoni tal-fajls ta' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE u ta' trademarks irreġistrati tal-UE għandha tkun tad-dokument oriġinali, jew ta' kopji tiegħu, jew ta' mezzi tekniċi ta' ħażna jekk il-fajls ikunu miżmuma b'dan il-mod. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi ta' spezzjoni.

6.   Fejn l-ispezzjoni tal-fajls issir kif previst fil-paragrafu 7, it-talba għall-ispezzjoni tal-fajls ma għandiex titqies li saret sakemm it-tariffa meħtieġa tkun tħallset. Ma għandha titħallas ebda tariffa jekk l-ispezzjoni ta' mezzi tekniċi ta' ħażna ssir online.

7.   L-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir fil-bini tal-Uffiċċju. Fuq talba, l-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir permezz tal-ħruġ ta' kopji tad-dokumenti tal-fajl. Il-ħruġ ta' tali kopji għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li titħallas tariffa. L-Uffiċċju għandu joħroġ ukoll, fuq talba, kopji attestati jew mhux attestati tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE bi ħlas ta' tariffa.

8.   Il-fajls miżmuma mill-Uffiċċju dwar reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw lill-Unjoni jistgħu jiġu spezzjonati fuq talba mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 190(1), skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

9.   Soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fil-paragrafu 4, l-Uffiċċju jista', fuq talba, jikkomunika informazzjoni minn kwalunkwe fajl ta' trademark tal-UE li saret applikazzjoni għaliha jew ta' trademark irreġistrata tal-UE, soġġett għall-ħlas ta' tariffa. Madankollu, l-Uffiċċju jista' jitlob li jsir użu mill-possibilità li jiġi spezzjonat il-fajl innifsu jekk jidhirlu li dan huwa xieraq minħabba l-kwantità ta' informazzjoni li trid tingħata.

Artikolu 115

Żamma ta' fajls

1.   L-Uffiċċju għandu jżomm il-fajls ta' kwalunkwe proċedura dwar applikazzjoni għal trademark tal-UE jew reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-għamla li fiha dawk il-fajls għandhom jinżammu.

2.   Fejn il-fajls jinżammu f'format elettroniku, il-fajls elettroniċi, jew il-kopji back-up tagħhom, għandhom jinżammu indefinittivament. Id-dokumenti oriġinali rreġistrati minn partijiet għall-proċedimenti, u li jiffurmaw il-bażi ta' dawn il-fajls elettroniċi, għandhom jintremew wara perijodu ta' żmien minn meta jirċievihom l-Uffiċċju, li għandu jiġi stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.

3.   Fejn u sa fejn il-fajls jew partijiet mill-fajls jinżammu fi kwalunkwe forma oħra minbarra dik elettronika, id-dokumenti jew l-oġġetti ta' evidenza li jikkostitwixxu parti minn tali fajls għandhom jinżammu għal tal-anqas ħames snin minn tmiem is-sena li fiha l-applikazzjoni tiġi rifjutata, jew irtirata jew meqjusa irtirata, ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE tiskadi kompletament skont l-Artikolu 53, iċ-ċessjoni kompleta tat-trademark tal-UE tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 57, jew it-trademark tal-UE titneħħa kompletament mir-Reġistru skont l-Artikolu 64(6) jew 128(6).

Artikolu 116

Pubblikazzjonijiet perjodiċi

1.   L-Uffiċċju għandu jippubblika perjodikament:

(a)

Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea li jkun fih il-pubblikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet u l-entrati mniżżla fir-Reġistru kif ukoll dettalji oħrajn dwar l-applikazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet ta' trademarks tal-UE li l-pubblikazzjoni tagħhom tkun rekwiżita taħt dan ir-Regolament jew permezz ta' atti adottati skont dan;

(b)

Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju li jkun fih notifiki u informazzjoni ta' karattru ġenerali maħruġa mid-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għal dan ir-Regolament jew għall-implimentazzjoni tiegħu.

Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru b'mezzi elettroniċi.

2.   Il-Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ppubblikat b'mod u bi frekwenza li għandhom jiġu stabbiliti mid-Direttur Eżekuttiv.

3.   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi tal-Uffiċċju. Madankollu, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li ċerti oġġetti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-data li għandha tittieħed bħala d-data ta' pubblikazzjoni fil-Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea;

(b)

il-mod kif jiġu ppubblikati l-entrati dwar ir-reġistrazzjoni ta' trademark li ma jkunx fihom tibdiliet meta mqabbla mal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni;

(c)

l-għamliet li fihom edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju jistgħu jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 117

Kooperazzjoni amministrattiva

1.   Sakemm dan ir-Regolament jew il-liġijiet nazzjonali ma jipprovdux mod ieħor, l-Uffiċċju u l-qrati jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom fuq talba jassistu lil xulxin billi jikkomunikaw informazzjoni jew billi jiftħu l-fajls għall-ispezzjoni. Meta l-Uffiċċju jiftaħ xi fajls sabiex jiġu spezzjonati minn qrati, minn Uffiċċji ta' Prosekuturi Pubbliċi jew minn ċentrali ta' propjetà industrijali, l-ispezzjoni m'għandhiex tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 114.

2.   L-Uffiċċju ma għandux jitlob tariffi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni jew il-ftuħ ta' fajls għall-ispezzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti dettaljati dwar kif l-Uffiċċju u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom u jiftħu fajls għall-ispezzjoni, b'kont meħud tar-restrizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-ispezzjoni ta' fajls dwar applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet għal trademark tal-UE, skont l-Artikolu 114, meta din tinfetaħ għal partijiet terzi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 118

Skambju ta' pubblikazzjonijiet

1.   L-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali ta' proprjetà industrijali tal-Istati Membri għandhom jibagħtu b'xejn lil xulxin kopja waħda jew iżjed tal-pubblikazzjonijiet rispettivi tagħhom malli ssir talba u għall-użu tagħhom stess.

2.   L-Uffiċċju jista' jikkonkludi ftehim li jirrigwarda l-iskambju jew il-provvista ta' pubblikazzjonijiet.

TAQSIMA 4

Rappreżentanza

Artikolu 119

Prinċipji ġenerali dwar ir-rappreżentanza

1.   Soġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, ebda persuna ma tista' tiġi mġiegħla li tiġi rappreżentata quddiem l-Uffiċċju.

2.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma għandhom la d-domiċilju tagħhom u lanqas il-post prinċipali tagħhom ta' kummerċ jew stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom jiġu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 120(1) fil-proċedimenti kollha previsti minn dan ir-Regolament, ħlief għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE.

3.   Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jkunu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat. Impjegat ta' persuna ġuridika li għaliha japplika dan il-paragrafu jista' wkoll jirrappreżenta persuni ġuridiċi oħrajn li jkollhom konnessjonijiet ekonomiċi mal-ewwel persuna ġuridika, anki jekk dawk il-persuni ġuridiċi oħrajn ma jkollhom la domiċilju, la post prinċipali ta' negozju u lanqas stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-Żona Ekonomika Ewropea. L-impjegati li jirrappreżentaw persuni, fit-tifsira ta' dan il-paragrafu, għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju, jew, fejn ikun il-każ, fuq talba tal-parti fil-proċedimenti, jippreżentaw miegħu awtorizzazzjoni ffirmata biex tiġi inserita fil-fajls.

4.   Fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed jew aktar minn terza persuna waħda jaġixxu flimkien, għandu jinħatar rappreżentant komuni.

Artikolu 120

Ir-rappreżentanti professjonali

1.   Ir-rappreżentanza ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem l-Uffiċċju tista' ssir biss minn:

(a)

prattikant legali kwalifikat f'wieħed mill-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u li għandu l-post tan-negozju tiegħu ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm huwa intitolat, fl-Istat Membru msemmi, li jaġixxi bħala rappreżentant fi kwistjonijiet ta' trademarks;

(b)

rappreżentanti professjonali li l-ismijiet tagħhom jidhru fil-lista miżmuma għal dan l-iskop mill-Uffiċċju.

Rappreżentanti li jaġixxu quddiem l-Uffiċċju għandhom, fuq talba mill-Uffiċċju jew, fejn ikun il-każ, mill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jippreżentaw miegħu awtorizzazzjoni ffirmata biex tiddaħħal fil-fajls.

2.   Kull persuna fiżika li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin tista' titniżżel fil-lista ta' rappreżentanti professjonali:

(a)

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

ikollha l-post tan-negozju jew ta' impjieg tagħha ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea;

(c)

tkun intitolata li tirrappreżenta persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew quddiem l-uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali ta' Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea. Fejn, fl-Istat ikkonċernat, l-intitolament ma jkunx ikkondizzjonat bir-rekwiżit ta' kwalifiki professjonali speċjali, il-persuni li japplikaw sabiex jitniżżlu fil-lista u li jaġixxu fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew dawk l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali għandhom ikunu għamlu dak ix-xogħol abitwalment għal minimu ta' ħames snin. Madanakollu, persuni li l-kwalifiki professjonali tagħhom sabiex jirrappreżentaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew dawk l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali jkunu rikonoxxuti uffiċjalment skont ir-regolamenti tal-Istat ikkonċernat, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu eżerċitaw il-professjoni.

3.   L-inklużjoni fil-lista għandha tiġi effettwata wara li ssir talba, li magħha għandu jintbagħat ċertifikat maħruġ mill-uffiċċju ċentrali ta' proprjetà industrijali tal-Istat Membru konċernat, li jindika li l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 huma sodisfatti.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jagħti eżenzjoni minn:

(a)

ir-rekwiżit fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2(c), jekk l-applikant iġib prova li huwa akkwista l-kwalifika rikjesta b'mod ieħor;

(b)

ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2(a) fil-każ ta' professjonisti kwalifikati ħafna, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2(b) u (c) jiġu sodisfatti.

5.   Persuna tista' titneħħa mil-lista tar-rappreżentanti professjonali fuq it-talba tagħha jew meta tibqax aktar f'kapaċità li tirrappreżenta. L-emendi għal-lista ta' rappreżentanti professjonali għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

Artikolu 121

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 208 li jispeċifikaw:

(a)

il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħatra ta' rappreżentant komuni kif imsemmija fl-Artikolu 119(4);

(b)

il-kondizzjonijiet li taħthom l-impjegati msemmija fl-Artikolu 119(3) u r-rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 120(1) għandhom jirreġistraw awtorizzazzjoni ffirmata mal-Uffiċċju sabiex ikunu jistgħu jwettqu rappreżentanza, u l-kontenut ta' dik l-awtorizzazzjoni;

(c)

iċ-ċirkostanzi li taħthom persuna tista' titneħħa mil-lista ta' rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 120(5).

TITOLU X

IL-ĠURISDIZZJONI U L-PROĊEDURA F'KAWŻI LI JIRRIGWARDAW TRADEMARKS TAL-UE

TAQSIMA 1

L-applikazzjoni ta' regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

Artikolu 122

L-applikazzjoni ta' regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

1.   Sakemm dan ir-regolament ma jispeċifikax mod ieħor, r-regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali għandhom japplikaw għall-proċedimenti li jirrigwardaw it- trademarks tal-UE u l-applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE, kif ukoll għal proċedimenti li jirrigwardaw l-kawżi simultaneji u suċċessivi fuq il-bażi ta' trademarks tal-UE u trade marks nazzjonali.

2.   F'każ ta' proċedimenti li jirrigwardaw il-kawżi u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 124:

(a)

l-Artikoli 4 u 6, il-punti 1, 2, 3 u 5 tal-Artikolu 7 l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 ma japplikawx;

(b)

l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandhom japplikaw bla ħsara għal-limitazzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 125(4) ta' dan ir-Regolament;

(c)

id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 li huma applikabbli għal persuni domiċiljati fi Stat Membu għandhom ikunu applikabbli wkoll għal persuni li m'għandhomx domiċilju f'ebda Stat Membru iżda li għandhom stabbiliment hemmhekk.

3.   Referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandhom jinkludu, fejn xieraq, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali magħmul fid-19 ta' Ottubru 2005.

TAQSIMA 2

Tilwim li jirrigwarda l-ksur u l-validità ta' trademarks tal-UE

Artikolu 123

Il-qrati tat- trademarks tal-UE

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw fit-territorji tagħhom numru kemm jista' jkun limitat ta' qrati u tribunali nazzjonali tal-ewwel u tat-tieni istanza, li għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.

2.   Kull bidla fl-ismijiet, fin-numri jew fil-ġurisdizzjoni territorjali inkluża fil-lista tal-qrati tat-trademarks tal-UE komunikata minn Stat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 li ssir għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien mill-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi notifikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 124

Ġurisdizzjoni fuq ksur u validità

Il-qrati tat-trademarks tal-UE għandhom ġurisdizzjoni esklussiva fuq:

(a)

kull kawża ta' ksur u — jekk dawn huma permissibbli taħt il-liġi nazzjonali — kawżi dwar theddida ta' ksur ta' trademarks tal-UE;

(b)

kawżi għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' ksur, jekk dawn huma permissibli taħt il-liġi nazzjonali;

(c)

kull kawża li tinfetaħ bħala konsegwenza tal-atti msemmija fl-Artikolu 11(2);

(d)

kull kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE skont l-Artikolu 128.

Artikolu 125

Ġurisdizzjoni internazzjonali

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kif ukoll għal kull dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 122, il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 124 għandhom jinfetħu fil-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk huwa m'għandu domiċilju f'ebda Stat Membru, fejn huwa għandu stabbiliment.

2.   Jekk il-konvenut ma jkollu la domiċilju u lanqas stabbiliment f'ebda wieħed mill-Istati Membri, dawn il-proċedimenti għandhom jinfetħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-attur għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk m'għandu domiċilju f'ebda wieħed mill-Istati Membri, fejn huwa għandu stabbiliment.

3.   Jekk la l-konvenut u l-anqas l-attur mhuma hekk domiċiljati u lanqas m'għandhom tali stabbiliment, dawn il-proċedimenti għandhom jinġiebu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3:

(a)

Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 japplika jekk il-partijiet jaqblu li xi qorti oħra għat-trademarks tal-UE għandha jkollha ġurisdizzjoni;

(b)

Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 japplika jekk il-konvenut jidher quddiem qorti għat-trademarks tal-UE differenti.

5.   Il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 124, bl-eċċezzjoni tal-kawżi għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' ksur ta' trademark tal-UE, jistgħu jinfetħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-att ta' ksur ikun twettaq jew fejn tkun saret it-theddida, jew fejn jitwettaq att msemmi fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 126

Il-firxa tal-ġurisdizzjoni

1.   Qorti tat-trademarks tal-UE li għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 125(1) sa (4) għandha ġurisdizzjoni fir-rigward ta':

(a)

atti ta' ksur mwettqa jew mhedda fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri;

(b)

atti msemmija fl-Artikolu 11(2), mwettqa fit-territorju ta' xi wieħed mill-Istati Membri.

2.   Qorti tat-trademarks tal-UE li għandha ġurisdizzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 125(5) għandha ġurisdizzjoni biss fir-rigward ta' atti mwettqa jew mhedda fit-territorju tal-Istat Membru fejn tinsab dik il-Qorti.

Artikolu 127

Preżunzjoni ta' validità — Id-difiża fir-rigward tal-merti

1.   Il-qrati tat- trademarks tal-UE għandhom jikkunsidraw it- trademark tal-UE bħala valida sakemm il-validità tagħha ma tiġix kontestata mill-konvenut permezz ta' kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

2.   Il-validità ta' trademark tal-UE ma tistax tiġi kontestata f'kawża għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' ksur.

3.   Fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 124, appell relatat ma' revoka ta' trademark tal-UE mressaq b'mezz ieħor u mhux permezz ta' kontrotalba għandu jkun ammissibbli fejn il-konvenut jiddikjara li t-trademark tal-UE tista' tiġi revokata minħabba nuqqas ta' użu ġenwin fiż-żmien meta saret l-azzjoni ta' ksur.

Artikolu 128

Kontrotalbiet

1.   Kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tista' tiġi ibbażata biss fuq ir-raġunijiet ta' revoka jew ta' invalidità msemmija f'dan ir-Regolament.

2.   Il-qorti għat-trademarks tal-UE għandha tiċħad kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità jekk deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju li tinvolvi l-istess suġġett u l-istess kawża u li tinvolvi lill-istess partijiet tkun diġà saret finali.

3.   Jekk il-kontrotalba ssir f' kawża fejn il-proprjetarju tat-trade mark ma jkunx diġà parti, huwa għandu jiġi informat dwar il-kawża u jista' jiddaħħal bħala parti fil-kawża skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

4.   Il-qorti għat-trademarks tal-UE li permezz tagħha kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE tkun ġiet ippreżentata ma għandhiex tipproċedi b'eżami tal-kontrotalba, sakemm jew il-parti interessata jew il-qorti tkun infurmat lill-Uffiċċju bid-data ta' meta tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba. L-Uffiċċju għandu jirreġistra dik l-informazzjoni fir-Reġistru. Jekk applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE tkun diġà ġiet ippreżentata quddiem l-Uffiċċju qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba, il-qorti għandha tkun infurmata b'dan mill-Uffiċċju u twaqqaf il-proċedimenti skont l-Artikolu 132(1) sakemm id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tkun finali jew sakemm l-applikazzjoni tiġi rtirata.

5.   Artikolu 64(2) sa (5) għandu jkun applikabbli.

6.   Fejn qorti għat-trademarks tal-UE tkun tat sentenza li tkun saret finali dwar kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE, kopja tas-sentenza għandha tintbagħat lill-Uffiċċju mingħajr dewmien, jew mill-qorti jew minn kwalunkwe parti fil-proċedimenti nazzjonali. L-Uffiċċju jew kwalunkwe parti interessata oħra tista' titlob informazzjoni dwar tali trasmissjoni. L-Uffiċċju għandu jsemmi s-sentenza fir-Reġistru u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-parti operattiva tiegħu.

7.   Il-qorti għat-trademarks tal-UE li tkun qiegħda tismal-kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tista' tissospendi l-proċedimenti meta jsir rikors mill-proprjetarju ta' trademark tal-UE u wara li tisma' lill-partijiet l-oħrajn u tista' titlob lill-konvenut sabiex jippreżenta applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità lill-Uffiċċju fi żmien stabbilit minnha. Jekk l-applikazzjoni ma tiġix preżentata fiż-żmien stipulat, il-proċedimenti għandhom jitkomplew; il-kontrotalba għandha titqies li ġiet irtirata. Artikolu 132(3) għandu japplika f'dan il-każ.

Artikolu 129

Liġi applikabbli

1.   Il-qrati għat-trademarks tal-UE għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   Dwar il-kwistjonijiet kollha relattivi għat-trademarks mhux koperti minn dan ir-Regolament, il-qorti rilevanti għat-trademark tal-UE għandha tapplika d-dritt nazzjonali.

3.   Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, il-qorti għat-trademarks tal-UE għandha tapplika r-regoli ta' proċedura li jirregolaw l-istess tip ta' azzjoni fir-rigward ta' trade mark nazzjonali fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti.

Artikolu 130

Sanzjonijiet

1.   Meta l-qorti tat-trademarks tal-UE ssib li l-konvenut għamel ksur jew hedded li jagħmel ksur tad-drittijiet fi trademark tal-UE, hija għandha, sakemm ma jkollhiex raġunijiet speċjali biex tagħmel mod ieħor, toħroġ ordni sabiex twaqqaf lill-konvenut milli jissokta bl-atti li jkunu għamlu ksur jew li jkunu heddu li jagħmlu ksur tad-drittijiet fi trademark tal-UE. Għandha tieħu wkoll dawk il-miżuri skont il-liġi nazzjonali li huma mmirati biex jiżguraw li din li-projbizzjoni tiġi mħarsa.

2.   Il-qorti tat-trademarks tal-UE tista' wkoll tapplika miżuri jew ordnijiet disponibbli skont il-liġi applikabbli li jkun jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

Artikolu 131

Miżuri proviżorji u protettivi

1.   Jista' jsir rikors fil-qrati ta' Stat Membru, inklużi il-qrati għat-trademarks tal-UE, għal miżuri proviżorji, kif ukoll protettivi, fir-rigward ta' trademark tal-UE jew applikazzjoni għal trademarks tal-UE li huma disponibbli taħt il-liġi tal-istess Stat fir-rigward tat-trade mark nazzjonali, anki jekk, taħt dan ir-Regolament, qorti tat-trademarks tal-UE ta' Stat Membru ieħor għandha ġurisdizzjoni fuq is-sostanza tal-każ.

2.   Qorti tat-trademarks tal-UE li għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 125(1), (2), (3) jew (4) għandha ġurisdizzjoni biex tipprovdi miżuri proviżjonali u protettivi li huma applikabbli fit-territorju ta' kull Stat Membru, iżda dana soġġett għal kull proċedura neċessarja għall-għarfien u l-infurzar skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012. Ebda qorti oħra m'għandha jkollha din il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 132

Regoli speċifiċi dwar kawżi relatati

1.   Qorti għat-trademarks tal-UE li tkun qiegħda tisma' kawża msemmija fl-Artikolu 124, ħlief għal kawża għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' ksur għandha, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċjali sabiex jitkompla s-smiegħ, minn jeddha u wara li tisma' lill-partijiet jew fuq talba ta' waħda mill-partijiet u wara li tisma' lill-partijiet l-oħrajn, tissospendi il-proċedimenti jekk il-validità ta' trademark tal-UE tkun diġa' qiegħda tiġi kontestata quddiem qorti għat-trademarks tal-UE oħra fuq bażi ta' kontrotalba jew jekk applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tkun diġa' ġiet ippreżentata l-Uffiċċju.

2.   L-Uffiċċju, meta jkun qiegħed jisma' applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandu, sakemm ma jkunx hemm Raġunijiet speċjali sabiex jitkompla s-smiegħ, minn jeddu wara li jisma' lill-partijiet jew fuq talba ta' waħda mill-partijiet u wara li jisma' lill-partijiet l-oħrajn, iwaqqaf il-proċedimenti jekk il-validità ta' trademark tal-UE tkun diġa' qiegħda tiġi kontestata quddiem qorti tat-trademarks tal-UE oħra fuq bażi ta' kontrotalba. Madanakollu, jekk issir talba minn waħda mill-partijiet fil-proċedimenti quddiem il-qorti għat-trademarks tal-UE, il-qorti tista', wara li tisma' lill-partijiet l-oħrajn fil-proċedimenti, tissospendi il-proċedimenti. F'dan il-każ l-Uffiċċju għandu jkompli l-proċedimenti li jkunu pendenti quddiemu.

3.   Meta l-qorti tat-trademarks tal-UE tissospendi l-proċedimenti hija tista' tordna miżuri proviżorji u protettivi għal waqt il-perjodu tas-sospensjoni.

Artikolu 133

Il-ġurisdizzjoni tal-qrati għat-trademarks tal-UE tat-tieni istanza — Appell ulterjuri

1.   Jista' jsir appell minn deċiżjoni ta' qorti tat-trademarks tal-UE tal-Prima Istanza lill-qorti tat-trademarks tal-UE tat-tieni istanza fir-rigward ta' proċedimenti li jirriżultaw mill-kawżi u mit-talbiet imsemmija fl-Artikolu 124.

2.   Il-kundizzjonijiet taħt liema jista' jsir appell lill-qorti tat-trademarks tal-UE tat-tieni istanza huma iddeterminati mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinsab il-qorti.

3.   Ir-regoli nazzjonali li jirrigwardaw appell ulterjuri għandhom ikunu applikabbli fir-rigward ta' deċiżjonijiet tal-qrati tat-trademarks tal-UE tat-tieni istanza.

TAQSIMA 3

Tilwim ieħor dwar trademarks tal-UE

Artikolu 134

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġurisdizzjoni ta' qrati nazzjonali li mhumiex qrati għat-trademarks tal-UE

1.   Ġewwa l-Istat Membru fejn il-qrati għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 122(1), dawk il-qrati għandhom ġurisdizzjoni għal kull azzjoni ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 124, li għandhom ġurisdizzjoni ratione loci u ratione materiae fil-każ ta' kawżi li jirrigwardaw trade marks nazzjonali reġistrati f'dak l-Istat.

2.   Il-kawżi li jirrigwardaw trademark tal-UE, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 124, li dwarhom ebda qorti m'għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 122(1) u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinstemaw quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.

Artikolu 135

L-obbligu tal-qorti nazzjonali

Qorti nazzjonali li tkun qiegħda tisma' kawża li għandha x'taqsam ma' trademark tal-UE, ħlief għall-azzjoni msemmija fl-Artikolu 124, għandha tikkunsidra t-trademark tal-UE bħala valida.

KAPITOLU XI

L-EFFETTI FUQ IL-LIĠIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

TAQSIMA 1

Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta' iktar minn trade mark waħda

Artikolu 136

Kawżi ċivili simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta' trademarks tal-UE u trade marks nazzjonali

1.   Meta kawżi ta' ksur li jinvolvu l-istess kawża li u li jkunu bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, li waħda minnhom ikollha ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta' trademark tal-UE waqt li l-oħra jkollha ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta' trade mark nazzjonali:

(a)

il-qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel għandha minn jeddha tirrinunċja l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti fejn it-trade marks in kwistjoni huma identiċi u validi fir-rigward ta' prodotti u servizzi identiċi. Il-qorti li jkollha tirrinunċja l-ġurisdizzjoni tagħha tista' tissospendi l-proċedimenti jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti l-oħra tkun ikkontestata;

(b)

il-qorti ħlief għal dik li jkollha ġurisdizzjoni l-ewwel tista' tissospendi il-proċedimenti jekk it-trade marks konċernati huma identiċi u validi għal prodotti jew servizzi simili u jekk it-trade marks konċernati huma simili u validi għal prodotti jew servizzi simili jew identiċi.

2.   Il-qorti li tkun qiegħda tisma' kawża ta' ksur fuq il-bażi ta' trademark tal-UE għandha tiċħad il-kawża jekk deċiżjoni finali fuq il-merti tkun ingħatat fuq l-istess kawża u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta' trade mark nazzjonali identika u valida għal prodotti u servizzi identiċi.

3.   Il-qorti li tkun qiegħda tisma' kawża ta' ksur fuq il-bażi ta' trade mark nazzjonali għandha tiċħad il-kawża jekk deċiżjoni finali fuq il-merti tkun ingħatat fuq l-istess kawża u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta' trademark tal-UE identika u valida għal prodotti u servizzi identiċi.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw fir-rigward ta' miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi.

TAQSIMA 2

Applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali bil-għan li jiġi pprojbit l-użu ta' trademarks tal-UE

Artikolu 137

Il-projbizzjoni tal-użu ta' trademarks tal-UE

1.   Dan ir-Regolament m' għandux, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet kuntrarji, jaffetwa id-dritt li jeżisti taħt il-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jiġu invokati talbiet ta' ksur ta' drittijiet preċedenti taħt l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 60(2) fir-rigward tal-użu ta' trademark tal-UE suċċessiva. It-talbiet ta' ksur ta' drittijiet preċedenti taħt l-Artikolu 8(2) u (4) ma jistgħux, madanakollu, jiġu invokati iżjed jekk il-proprjetarju tad-dritt preċedenti ma jkunx għadu jista' japplika għal dikjarazzjoni li t- trademark tal-UE hija invalida taħt l-Artikolu 61(2).

2.   Dan ir-Regolament m'għandux, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja, jaffetwa id-dritt li jinfetħu proċedimenti taħt il-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali ta' Stat Membru jew taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni bl-iskop li jiġi projbijt l-użu ta' trademark tal-UE sa fejn l-użu ta' trade mark nazzjonali jkun projbit taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew taħt il-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 138

Drittijiet preċedenti li japplikaw għal lokalitajiet partikolari

1.   Il-proprjetarju ta' dritt preċedenti li japplika biss f'lokalità partikolari jista' jopponi l-użu tat- trademark tal-UE fit-territorju fejn id-dritt tiegħu huwa protett sa fejn il-liġi tal-Istat Membru konċernat tippermetti.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika jekk il-proprjetarju tad-dritt preċedenti jkun aċċetta l-użu tat- trademark tal-UE fit-territorju fejn id-dritt tiegħu jkun protett għal perjodu ta' ħames snin suċċessivi, waqt li kien jaf b'dan l-użu, sakemm l-applikazzjoni għat- trademark tal-UE ma tkunx saret f'malafede.

3.   Il-proprjetarju ta' trademark tal-UE mhuwiex intitolat li jopponi l-użu tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anki jekk dak id-dritt ma jistax jiġi invokat iżjed kontra t- trademark tal-UE.

TAQSIMA 3

Konverżjoni f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali

Artikolu 139

Talba għall-applikazzjoni tal-proċedura nazzjonali

1.   L-applikant jew il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jista' jitlob li l-applikazzjoni għal trademark tal-UE jew it- trademark tal-UE tiegħu tinqeleb f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali.

(a)

sakemm l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun ġiet miċħuda, irtirata, jew meqjusa bħala irtirata;

(b)

sakemm it- trademark tal-UE tieqaf milli jkollha effett.

2.   Il-konverżjoni m'għandhiex isseħħ:

(a)

meta d-drittijiet tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE jkunu ġew revokati minħabba nuqqas ta' użu, sakemm it- trademark tal-UE ma tkunx intużat fl-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab il-konverżjoni b'mod li jitqies bħala użu ġenwin taħt il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru;

(b)

għall-iskop ta' protezzjoni fi Stat Membru fejn, skont id-deċiżjoni tal-Uffiċċju jew tal-qorti nazzjonali, japplikaw raġunijiet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni jew japplikaw raġunijiet għar-revoka jew l-invalidità tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE jew ta' trademark tal-UE.

3.   L-applikazzjoni għal trade mark nazzjonali li tirriżulta mill-konverżjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE jew ta' trademark tal-UE, għandha tgawdi fir-rigward tal-Istat Membru konċernat id-data ta' meta tkun ġiet ippreżentata jew id-data ta' prijorità ta' dik l-applikazzjoni jew trade mark u, meta approprjat, l-anzjanità ta' trade mark ta' dak l-Istat mitluba taħt l-Artikolu 39 jew 40.

4.   Fil-każi meta applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun meqjusa bħala rtirata, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-applikant komunikazzjoni li tistabbilixxi perijodu ta' tlett xhur mid-data ta' dik il-komunikazzjoni li matulhom talba għal-konverżjoni tista tkun ippreżentata.

5.   Meta l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun irtirata jew meta t-trademark tal-Unjoni tispiċċa milli jkollha effett bħala riżultat ta' ċessjoni li jkun reġistrat jew tan-nuqqas li tkun imġedda r-reġistrazzjoni, it-talba għal-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhurmid-data li fiha l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE tkun ġiet irtirata jew li fiha t-trademark tal-UE tispiċċa milli jkollha effett.

6.   Meta applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun miċħuda b'deċiżjoni tal-Uffiċċju jew meta t- trademark tal-UE tieqaf milli jkollha effett bħala riżultat ta' deċiżjoni tal-Uffiċċju jew ta' qorti għat-trademarks tal-UE, it-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhur mid-data li fiha dik id-deċiżjoni tkun akkwistat l-awtorità ta' deċiżjoni finali.

7.   L-effett imsemmi fl-Artikolu 37 jiddekadi jekk it-talba ma tiġix ippreżentata fil-ħin.

Artikolu 140

Is-sottomissjoni, il-pubblikazzjoni u t-trasmissjoni tat-talba għal konverżjoni

1.   Talba għal konverżjoni għandha tkun sottomessa lill-Uffiċċju fi żmien il-perijodu rilevanti skont l-Artikolu 139(4), (5) jew (6), u għandha tinkludi indikazzjoni tar-raġunijiet għal konverżjoni skont l-Artikolu 139(1)(a) jew (b), l-Istati Membri li fir-rigward tagħhom qed tintalab il-konverżjoni, u tal-oġġetti u s-servizzi soġġetti għal konverżjoni. Meta tintalab konverżjoni wara li ma tkunx ġiet imġedda r-reġistrazzjoni, il-perijodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 139(5) għandu jibda fil-jum ta' wara l-aħħar jum li fih tista' ssir it-talba għat-tiġdid skont l-Artikolu 53(3). It-talba għal konverżjoni ma għandhiex titqies li saret qabel ma tkun tħallset it-tariffa tal-konverżjoni rilevanti.

2.   Meta t-talba għal konverżjoni tkun marbuta ma' applikazzjoni għal trademark tal-UE li tkun diġà ġiet ippubblikata jew meta t-talba għal konverżjoni tkun marbuta ma' trademark tal-UE, ir-riċevuta ta' kwalunkwe talba bħal din għandha tiġi rreġistrata fir-Reġistru u t-talba għal konverżjoni għandha tiġi ppubblikata.

3.   L-Uffiċċju għandu jivverifika jekk il-konverżjoni mitluba tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, partikolarment l-Artikolu 139(1), (2), (4), (5) u (6), u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-kondizzjonijiet formali speċifikati fl-att ta' implementazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Jekk il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-talba ma jkunux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fi żmien perijodu li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba għal konverżjoni. Fejn japplika l-Artikolu 139(2), l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba għal konverżjoni bħala inammissibbli biss fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li għalihom il-konverżjoni hi eskluża skont dik id-dispożizzjoni. Meta t-tariffa tal-konverżjoni ma titħallasx fil-perijodu ta' żmien rilevanti ta' tliet xhur skont l-Artikolu 139(4), (5) jew (6), l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li t-talba għal konverżjoni titqies li ma saritx.

4.   Jekk l-Uffiċċju jew qorti għat-trademark tal-UE tkun irrifjutat applikazzjoni għal trademark tal-UE jew iddikjarat it-trademark tal-UE bħala invalida għal raġunijiet assoluti b'referenza għal-lingwa ta' Stat Membru, il-konverżjoni għandha tiġi eskluża taħt l-Artikolu 139(2) għall-Istati Membri kollha li fihom dik il-lingwa hija waħda mil-lingwi uffiċjali. Jekk l-Uffiċċju jew qorti għal trademarks tal-UE jkunu rrifjutaw applikazzjoni għal trademark tal-UE jew iddikjaraw it-trademark tal-UE bħala invalida għal raġunijiet assoluti li jinstab li jkunu japplikaw kullimkien fl-Unjoni jew minħabba trademark tal-UE preċedenti jew dritt ta' proprjetà industrijali ieħor tal-Unjoni, il-konverżjoni għandha tkun eskluża taħt l-Artikolu 139(2) għall-Istati Membri kollha.

5.   Fejn it-talba għal konverżjoni tkun konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti t-talba għal konverżjoni u d-data msemmija fl-Artikolu 111(2) lill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, li għalihom it-talba tkun tqieset ammissibbli. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bid-data tat-trasmissjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'talba għal konverżjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE jew trademark tal-UE rreġistrata f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali skont il-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji li għandhom jinsabu fil-pubblikazzjoni tat-talba għal konverżjoni skont il-paragrafu 2.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 141

Rekwiżiti formali għall-konverżjoni

1.   Kwalunkwe uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali li fih it-talba għal konverżjoni hija trasmessa jista' jakkwista mill-Uffiċċju kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna t-talba li tiffaċilita lil dak l-uffiċċju li jieħu deċiżjoni rigward it-trade mark nazzjonali li tirriżulta mil-konverżjoni.

2.   Applikazzjoni għal trademark tal-UE jew trademark tal-UE li tiġi trasmessa skont l-Artikolu 140 ma għandhiex tiġi soġġetta għar-rekwiżiti formali tal-liġi nazzjonali li jkunu differenti jew addizzjonali għal dawk previsti f'dan ir-Regolament jew f'atti adottati skont dan ir-Regolament.

3.   Kull uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali li jkun irċieva t-talba jista' jordna lill-applikant sabiex, fi żmien ta' mhux inqas minn xahrejn:

(a)

iħallas it-tariffa nazzjonali tal-applikazzjoni;

(b)

jippreżenta traduzzjoni tat-talba u tad-dokumenti annessi magħha f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati involuti;

(c)

jindika l-indirizz fejn jista' jinstab fl-Istat involut;

(d)

jipprovdi numru ta' kopji kif speċifikat mill-Istat involut tax-xbieha tat-trade mark.

KAPITOLU XII

UFFIĊĊJU

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 142

L-istatus legali

1.   L-Uffiċċju huwa organu tal- Unjoni. Huwa għandu personalità ġuridika.

2.   F'kull wieħed mill-Istati Membri l-Uffiċċju għandu jgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi mil-liġijiet tagħhom; huwa jista', b'mod partikolari, jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti ġudizzjarji.

3.   L-Uffiċċju għandu jkun rappreżentat mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu.

Artikolu 143

Il-persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kondizzjonijiet tal-Impieg, u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-Istituzzjonijiet tal- Unjoni sabiex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impieg għandhom japplikaw għall-impjegati tal-Uffiċċju, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 166 ta' dan ir-Regolament għall-membri tal-Bord tal-Appell.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Uffiċċju jista' jagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Uffiċċju. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali fl-Uffiċċju.

Artikolu 144

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal- Unjoni għandu japplika għall-Uffiċċju u l-persunal tiegħu.

Artikolu 145

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Uffiċċju għandha tiġi regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-kompetenza li tagħti sentenzi taħt kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li tinstab f'kuntratti konklużi mill-Uffiċċju.

3.   F'każ ta' responsabbiltà mhux kontrattwali, l-Uffiċċju għandu, skont il-prinċipji ġenerali komuni fil-liġijiet tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull ħsara kaġunata mid-dipartimenti tiegħu jew mill-impjegati tiegħu waqt li dawn ikunu qegħdin jaqdu dmirhom.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni f'tilwimiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumpens għall-ħsara msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Ir-responsabbiltà personali tal-impjegati tiegħu lejn l-Uffiċċju għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 146

Il-lingwi

1.   L-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tiġi ppreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal- Unjoni.

2.   Il-lingwi tal-Uffiċċju huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.

3.   L-applikant għandu jindika lingwa oħra li għandha tkun lingwa tal-Uffiċċju u li hu jaċċetta bħala lingwa possibbli fi proċedimenti ta' oppożizzjoni, ta' revokazzjoni jew fi proċedimenti ta' invalidità.

Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f'lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jagħmel mezz sabiex l-applikazzjoni, kif deskritta fl-Artikolu 31(1), tiġi tradotta fil-lingwa indikata mill-applikant.

4.   Meta l-applikant għal trademark tal-UE ikun l-unika parti fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, il-lingwa tal-proċedimenti għandha tkun il-lingwa li tkun intużat meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal trademark tal-UE. Jekk l-applikazzjoni tkun saret f'lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jibgħat komunikazzjonijiet bil-miktub lill-applikant bit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu.

5.   In-notifika għal oppożizzjoni u applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità għandhom isiru b'waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5:

(a)

kwalunkwe applikazzjoni jew dikjarazzjoni relatata ma' applikazzjoni għal trademark tal-UE tista' ssir bil-lingwa li ntużat biex issir l-applikazzjoni għal dik it-trademark tal-UE jew bit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu;

(b)

kwalunkwe applikazzjoni jew dikjarazzjoni relatata ma' trademark tal-UE rreġistrata tista' ssir b'waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju.

Madankollu, meta l-applikazzjoni ssir billi tintuża kwalunkwe formola provduta mill-Uffiċċju kif imsemmi fl-Artikolu 100(2), dawn il-formoli jistgħu jintużaw fi kwalunkwe mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, sakemm il-formola timtela b'waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, sa fejn huma kkonċernati l-elementi testwali.

7.   Jekk il-lingwa magħżula, skont il-paragrafu 5, għan-notifika tal-oppożizzjoni jew l-applikazzjoni għal revoka jew invalidità tkun il-lingwa tal-applikazzjoni għal trade mark jew it-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, dik il-lingwa għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti.

Jekk il-lingwa magħżula, skont il-paragrafu 5, għan-notifika ta' oppożizzjoni jew għall-applikazzjoni għal revoka jew invalidità ma tkun la l-lingwa tal-applikazzjoni għal trade mark u lanqas it-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni, il-parti li tkun qed topponi jew il-parti li tkun qed tipprova tikseb ir-revoka jew l-invalidità għandha tipproduċi, bi spejjeż tagħha, traduzzjoni tal-applikazzjoni tagħha jew fil-lingwa tal-applikazzjoni għat-trade mark, sakemm din tkun waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, jew fit-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni. It-traduzzjoni għandha ssir fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perijodu ta' oppożizzjoni jew mid-data li ssir applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità. Il-lingwa li fiha tkun ġiet tradotta l-applikazzjoni għandha mbagħad issir il-lingwa tal-proċedimenti.

8.   Il-partijiet fi proċedimenti ta' oppożizzjoni, ta' revoka, ta' invalidità jew ta' appell jistgħu jiftiehmu li lingwa uffiċjali oħra tal- Unjoni għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 8, u sakemm mhux previst mod ieħor, fi proċeduri bil-miktub quddiem l-Uffiċċju kwalunkwe parti tista' tuża kwalunkwe lingwa tal-Uffiċċju. Jekk il-lingwa magħżula ma tkunx il-lingwa tal-proċedimenti, il-parti għandha tipprovdi traduzzjoni b'dik il-lingwa fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tad-dokument oriġinali. Fejn l-applikant għal trademark tal-UE huwa l-unika parti għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju u l-lingwa li ntużat biex saret l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE ma tkunx waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, it-traduzzjoni tista' ssir ukoll fit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu.

10.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mod li bih iridu jiġu ċċertifikati t-traduzzjonijiet.

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

il-punt sa fejn id-dokumenti ta' sostenn li ser jintużaw fi proċedimenti bil-miktub quddiem l-Uffiċċju jistgħu jiġu ppreżentati bi kwalunkwe lingwa tal-Unjoni, u l-ħtieġa li tiġi pprovduta traduzzjoni;

(b)

l-istandards meħtieġa ta' traduzzjonijiet li jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 147

Pubblikazzjoni u entrati fir-Reġistru

1.   L-applikazzjoni għal trademark tal-UE, kif deskritta fl-Artikolu 31(1), u kull informazzjoni oħra li għandha tiġi ppubblikata skont dan ir-Regolament jew att adottat skont dan ir-Regolament, għandha tiġi ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha tal- Unjoni.

2.   Kull entrata fir-Reġistru għandha ssir bil-lingwi kollha tal- Unjoni.

3.   F'każ ta' dubju, it-test bil-lingwa tal-Uffiċċju li ntużat fl-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandu jitqies bħala awtentiku. Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet preżentata bl-lingwa uffiċjali tal- Unjoni li mhijiex waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, it-test bit-tieni lingwa indikata mill-applikant għandu jitqies bħala awtentiku.

Artikolu 148

Is-servizzi ta' traduzzjoni

Is-servizzi ta' traduzzjoni li huma meħtieġa sabiex ikun jista' jaħdem l-Uffiċċju għandhom jiġu provduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 149

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiġu kkontestati permezz tal-Ombudsman Ewropew jew ikunu s-suġġett ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFEU rispettivament.

4.   L-ipproċessar ta' data personali mill-Uffiċċju għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

Artikolu 150

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjon ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-Uffiċċju għandu japplika l-prinċipji ta' sigurtà li jinsabu fir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta' Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (18) u 2015/444 (19). Il-prinċipji tas-sigurtà għandhom ikopru, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta' tali informazzjoni.

TAQSIMA 2

Kompiti tal-uffiċċju u kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza

Artikolu 151

Kompiti tal-Uffiċċju

1.   L-Uffiċċju għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema tat-trademarks tal-UE stabbilita f'dan ir-Regolament;

(b)

l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema tad-disinn tal-Unjoni Ewropea stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (20);

(c)

il-promozzjoni tal-konverġenza ta' prattiki u għodod fl-oqsma tat-trademarks u d-disinji, b'kooperazzjoni mal-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali;

(d)

il-kompiti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(e)

il-kompiti mogħtija lilu taħt id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

2.   L-Uffiċċju għandu jikkoopera ma' istituzzjonijiet, awtoritajiet, korpi, uffiċċji tal-proprjetà industrijali, organizzazzjonijiet internazzjonali u dawk mhux governattivi fir-rigward tal-kompiti mogħtija lilu taħt il-paragrafu 1.

3.   L-Uffiċċju jista' jipprovdi servizzi ta' medjazzjoni volontarji sabiex jgħin lill-partijiet biex jilħqu soluzzjoni bonarja.

Artikolu 152

Kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza ta' prattiki u għodod

1.   L-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jippromwovu l-konverġenza ta' prattiki u għodod fil-qasam tat-trademarks u d-disinji.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, din il-kooperazzjoni għandha tkopri b'mod partikolari l-oqsma ta' attività li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp ta' standards komuni ta' eżaminazzjoni;

(b)

il-ħolqien ta' bażijiet ta' data u portali komuni jew konnessi għall-finijiet ta' konsultazzjoni, tiftix u klassifikazzjoni mal-Unjoni kollha;

(c)

il-forniment u skambju kontinwi ta' data u informazzjoni, inkluż sabiex ikunu fornuti l-bazijiet ta' data u l-portali msemmija fil-punt (b);

(d)

l-istabbiliment ta' standards u prattiki komuni, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn il-proċeduri u s-sistemi fl-Unjoni kollha u t-titjib tal-konsistenza, l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom;

(e)

il-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar id-drittijiet tal-proprjetà industrijali u l-proċeduri, inkluż l-appoġġ reċiproku għal helpdesks u ċentri ta' informazzjoni;

(f)

l-iskambju ta' għarfien espert u assistenza teknika b'rabta maż-żoni msemmijin fil-punti (a) sa (e).

2.   Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi u jikkoordina proġetti ta' interess għall-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 6, u għandu jistieden lill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali biex jipparteċipaw f'dawk il-proġetti.

Id-definizzjoni tal-proġett għandu jkun fiha l-obbligi u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta' kull uffiċċju tal-proprjetà industrijali parteċipanti tal-Istati Membri, l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali u l-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jikkonsulta ma' rappreżentanti tal-utenti b'mod partikolari waqt il-fażijiet ta' definizzjoni tal-proġetti u l-evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom.

3.   L-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jistgħu ma jipparteċipawx fi, jillimitaw jew temporanjament jissospendu l-kooperazzjoni tagħhom fil-proġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Meta jagħmlu użu mill-possibbiltajiet previsti fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom jipprovdu lill-Uffiċċju b'dikjarazzjoni bil-miktub li tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

4.   Ladarba jkunu impenjaw ruħhom biex jipparteċipaw f'ċerti proġetti, l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, jipparteċipaw b'mod effettiv fil-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 bil-għan li jiġi żgurat li huma żviluppati, jiffunzjonaw, li huma interoperabbli u jinżammu aġġornati.

5.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata, għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-parteċipazzjoni effettiva tal-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali f'dawk il-proġetti. Dak l-appoġġ finanzjarju jista' jieħu l-forma ta' għotjiet u ta' kontribuzzjonijiet in natura. L-ammont totali tal-finanzjament ma għandux jaqbeż il-15 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju. Il-benefiċjarji tal-għotjiet għandhom ikunu l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali. L-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħiet għal proposti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju u l-prinċipji tal-proċeduri tal-għotjiet li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (24).

6.   L-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin fuq bażi volontarja biex jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sistema tat-trademarks u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi proġetti li b'mod partikolari jimmiraw lejn l-implimentazzjoni ta' standards u prattiki stabbiliti kif ukoll lejn l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ. L-appoġġ finanzjarju għal dawk il-proġetti għandu jkun parti mill-ammont totali ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 5. Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

TAQSIMA 3

Bord tat-Tmexxija

Artikolu 153

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet attribwiti lill-Kumitat tal-Baġit fit-Taqsima 6, il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 157(4)(c), jadotta l-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju għas-sena li ġejja, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni, u jgħaddi l-programm ta' ħidma annwali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(b)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 157(4)(e) u b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta programm strateġiku pluriennali għall-Uffiċċju, li jinkludi l-istrateġija tal-Uffiċċju għall-kooperazzjoni internazzjonali, wara skambju ta' fehmiet bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew, u jgħaddi l-programm strateġiku pluriennali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(c)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 157(4)(g), jadotta r-rapport annwali u jgħaddi r-rapport annwali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

(d)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 157(4)(h), jadotta l-pjan pluriennali ta' politika tal-persunal;

(e)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikolu 152(2);

(f)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikolu 172(5);

(g)

jadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fl-Uffiċċju;

(h)

f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju, is-setgħat mogħtija bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg lill-Awtorità Mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta' Impjieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

(i)

jadotta regoli ta' implimentazzjoni adatti sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(j)

ifassal il-lista ta' kandidati prevista fl-Artikolu 158(2);

(k)

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni msemmija fl-Artikolu 210, kif ukoll minn investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF);

(l)

ikun ikkonsultat qabel l-adozzjoni tal-linji gwida għall-eżaminazzjoni li ssir fl-Uffiċċju u fil-każijiet l-oħra previsti f'dan ir-Regolament;

(m)

jagħti opinjonijiet u jagħmel talbiet għal informazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Kummissjoni fejn huwa jqis li jkun meħtieġ.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 142 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg, deċiżjoni msejsa fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg, li tiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dik id-delega ta' setgħat ta' awtorità li taħtar tista' tiġi sospiża.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat li ġew issottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 154

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u rappreżentant wieħed mill-Parlament Ewropew, u s-supplenti rispettivi tagħhom.

2.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

Artikolu 155

President tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi President għandu ex officio jissostitwixxi lill-President f'każ li dan ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu.

2.   Il-perijodu tal-mandati tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandati għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll b'mod awtomatiku f'dik id-data.

Artikolu 156

Laqgħat

1.   Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord tat-Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu laqgħa ordinarja tal-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, huwa għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' terz tal-Istati Membri.

4.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli ta' proċedura.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madankollu, maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu għandha tkun rekwiżita għad-deċiżjonijiet li l-Bord tat-Tmexxija għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikolu 153(1)(a) u (b), l-Artikolu 155(1) u l-Artikolu 158(2) u (4). Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu jkollu vot wieħed.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

7.   Is-Segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi provdut mill-Uffiċċju.

TAQSIMA 4

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 157

Funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.   L-Uffiċċju għandu jiġi amministrat mid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord tat-Tmexxija.

2.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija, u l-Kumitat għall-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Uffiċċju.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu b'mod partikolari l-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jiġu delegati:

(a)

jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' notifiki, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Uffiċċju;

(b)

jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)

iħejji abbozz ta' programm ta' ħidma annwali li jindika r-riżorsi umani u finanzjarji stmati għal kull attività, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d)

jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija proposti skont l-Artikolu 152(2);

(e)

iħejji abbozz ta' programm strateġiku pluriennali, li jinkludi l-istrateġija tal-Uffiċċju għall-kooperazzjoni internazzjonali, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara skambju ta' fehmiet mal-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew;

(f)

jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali u l-programm strateġiku pluriennali u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

(g)

iħejji r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(h)

iħejji abbozz ta' pjan pluriennali ta' politika tal-persunal u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(i)

iħejji pjan ta' azzjoni li jagħmel segwitu tal-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll isegwi l-investigazzjonijiet tal-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u lill-Bord tat-Tmexxija;

(j)

jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz tal-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(k)

iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Uffiċċju u jippreżentaha lill-Kumitat tal-Baġit għall-approvazzjoni;

(l)

sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament, jirreferi, fejn ikun xieraq, mistoqsijiet dwar punt ta' liġi lill-Bord tal-Appell imkabbar (“il-Bord Suprem”), b'mod partikolari jekk il-Bordijiet tal-Appell ikunu ħarġux deċiżjonijiet differenti dwar il-punt;

(m)

iħejji estimi tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju u għandu jimplimenta l-baġit;

(n)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu fir-rigward tal-persunal mill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 153(1)(h);

(o)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikoli 31(3), 34(5), 35(3), 94(2), 97(5), l-Artikoli 98, 100, 101, l-Artikoli 111(4), 112(3), 114(5), l-Artikoli 115, 116, l-Artikoli 120(4), 146(10), u l-Artikolu 178, l-Artikolu 179(1) u 180(2), u l-Artikolu 181 skont il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-atti adottati skont dan ir-Regolament.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi għandu jieħu postu skont il-proċedura stipulata mill-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 158

Ħatra u tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv u estensjoni tal-mandat

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Kunsill b'maġġoranza sempliċi, minn lista ta' kandidati proposti mill-Bord tat-Tmexxija, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista' jkun mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem kwalunkwe kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jsiru mill-membri tiegħu. Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Uffiċċju għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Bord tat-Tmexxija.

3.   Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jwettaq valutazzjoni li tieħu kont ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Uffiċċju.

4.   Il-Kunsill, b'kont meħud tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba u għal mhux aktar minn ħames snin.

5.   Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-mandat globali tiegħu.

6.   Il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew Viċi Diretturi Eżekuttivi għandhom jinħatru jew jitneħħew mill-kariga kif previst fil-paragrafu 2, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv u, fejn applikabbli, id-Direttur Eżekuttiv elett. Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Dan jista' jiġi estiż darba u għal mhux aktar minn ħames snin mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv.

TAQSIMA 5

L-implementazzjoni ta' proċeduri

Artikolu 159

Kompetenza

Dawn li ġejjin huma kompetenti sabiex jieħdu deċiżjonijiet marbuta mal-proċeduri li jinsabu f'dan ir-Regolament:

(a)

l-eżaminaturi;

(b)

id-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni;

(c)

dipartiment inkarigat bir-Reġistru;

(d)

id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni;

(e)

il-Bordijiet tal-Appell;

(f)

kwalunkwe unità jew persuna oħra maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak il-għan.

Artikolu 160

L-eżaminaturi

L-eżaminatur huwa responsabbli sabiex jieħu deċiżjonijiet f'isem l-Uffiċċju fir-rigward ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE, inklużi l-ħwejjeġ msemmija fl- Artikoli 41, 42, 76 u 85, ħlief fejn tkun responsabbli d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Artikolu 161

Diviżjonijiet tal-Opposizzjoni

1.   Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni hija responsabbli sabiex tieħu deċiżjonijiet li jirrigwardaw opposizzjoni lejn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE.

2.   Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal- Oppożizzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. Deċiżjonijiet marbuta mal-ispejjeż jew mal-proċeduri għandhom jittieħdu minn membru uniku.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tipi eżatti ta' deċiżjonijiet li jridu jittieħdu minn membru uniku. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 162

Dipartiment inkarigat bir-Reġistru

1.   Id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru għandu jkun responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jirrigwardaw entrati fir-Reġistru.

2.   Huwa għandu ikun responsabbli wkoll għaż-żamma tal-lista ta' rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 120(2).

3.   Id-deċiżjonijiet tad-Dipartiment għandhom jittieħdu minn membru uniku.

Artikolu 163

Id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni

1.   Għandha tkun responsabbli Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jirrigwardaw:

(a)

applikazzjonijiet għar-revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE;

(b)

talbiet għall-assenjazzjoni ta' trademark tal-UE kif previsti fl-Artikolu 21.

2.   Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. Deċiżjonijiet marbuta mal-ispejjeż jew il-proċeduri kif speċifikat fl-atti adottati skont l-Artikolu 161(2) għandhom jittieħdu minn membru uniku.

Artikolu 164

Kompetenza Ġenerali

Id-deċiżjonijiet meħtieġa taħt dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta' eżaminatur, ta' Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, ta' Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru, għandhom jittieħdu minn kull uffiċjal jew unità maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak il-għan.

Artikolu 165

Il-Bordijiet tal-Appell

1.   Il-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu responsabbli sabiex jiddeċiedu dwar appelli minn deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 160 sa 164.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell għandhom jittieħdu minn tlett membri, li mill-anqas tnejn minhom għandhom ikunu legalment kwalifikati. F'ċerti każi speċifiċi, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mill-Bord Suprem li jkun ippresedut mill-President tal-Bordijiet tal-Appell jew minn membru wieħed, li għandu jkun legalment kwalifikat.

3.   Sabiex ikunu determinati l-każi speċjali li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Bord Suprem, għandu jittieħed kont tad-diffikultà legali jew tal-importanza tal-każ jew ta' ċirkostanzi speċjali li jkunu jiġġustifikawh. Tali każijiet jistgħu jiġu riferuti lill-Bord Suprem:

(a)

bl-awtorità tal-Bordijiet tal-Appell imsemmija fl-Artikolu 166(4)(a); jew

(b)

mill-Bord li jitratta l-każ.

4.   Il-Bord Suprem għandu wkoll ikun responsabbli biex jagħti opinjonijiet motivati dwar kwistjonijiet tal-liġi riferuti lilu mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 157(4)(l).

5.   Sabiex ikunu determinati l-każi speċifiċi li jidħlu taħt l-awtorità ta' membru wieħed, qies għandu jittieħed tan-nuqqas tad-diffikultà tal-materji legali jew fattwali imressqa, u l-importanza limitata tal-każ individwali jew in-nuqqas ta' ċirkostanzi speċifiċi oħrajn. Id-deċijoni li każ ikun mismugħ minn membru wieħed fil-każi referuti għandha tkun adottata mill-Bord li jittratta l-każ.

Artikolu 166

Indipendenza tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell

1.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet għandhom ikunu maħtura, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 158 għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, għal perijodu ta' ħames snin. Dawn ma jistgħux jitneħħew mill-kariga matul dan il-perijodu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizzja, fuq applikazzjoni mill-istituzzjoni li tkun ħatrithom, ma tiħux deċiżjoni biex isir dan.

2.   Il-mandat tal-President tal-Bordijiet tal-Appell jista' jiġi estiż darba għal perijodu addizzjonali wieħed ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tiegħu mill-Bord tat-Tmexxija.

3.   Il-mandat tal-presidenti tal-Bordijiet jista' jiġi estiż għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord tat-Tmexxija, u wara konsultazzjoni mal-President tal-Bordijiet tal-Appell.

4.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jkollu l-funzjonijiet maniġerjali u organizzazzjonali li ġejjin:

(a)

jippresjedi l-Presidju tal-Bordijiet tal-Appell (“il-Presidju”), responsabbli għall-istabbiliment tar-regoli u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Bordijiet;

(b)

jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Presidju;

(c)

jalloka l-każijiet lil Bord abbażi ta' kriterji oġġettivi determinati mill-Presidju;

(d)

jibgħat ir-rekwiżiti tal-infiq tal-Bordijiet lid-Direttur Eżekuttiv, bil-għan li jitfasslu l-estimi tal-infiq.

Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jippresjedi fuq il-Bord Suprem.

5.   Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija għal perijodu ta' ħames snin. Il-mandat tagħhom jista' jiġi estiż għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk dik l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid wara li tkun saret evalwazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord tat-Tmexxija, wara konsultazzjoni mal-President tal-Bordijiet tal-Appell.

6.   Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx jitneħħew mill-kariga sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizzja, wara li l-każ ikunu ġie riferut lilha mill-Bord tat-Tmexxija fuq ir-rakkommandazzjoni tal-President tal-Bordijiet tal-Appell, u wara li jkun ikkonsulta mal-President tal-Bord li tiegħu l-membru kkonċernat jappartjeni, tieħu deċiżjoni biex isir dan.

7.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fid-deċiżjonijiet tagħhom, dawn ma għandhomx ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet.

8.   Deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Suprem dwar appelli jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-liġi riferuti lilu mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 165 għandhom ikunu vinkolanti fl-istanzi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fl-Artikolu 159.

9.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx ikunu eżaminaturi jew membri tad-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru jew id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni.

Artikolu 167

Il-Presidju tal-Bordijiet tal-Appell u l-Bord Suprem

1.   Il-Presidju għandu jkun magħmul mill-President tal-Bordijiet tal-Appell, li għandu jippresjedi fuqu, il-presidenti tal-Bordijiet u l-membri tal-Bordijiet eletti għal kull sena kalendarja minn u minn fost il-membri kollha tal-Bordijiet minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet. L-għadd tal-membri tal-Bord eletti b'dan il-mod għandu jikkostitwixxi kwart tal-għadd tal-membri tal-Bord, minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet, u dak in-numru għandu jiġi aġġustat 'il fuq jekk meħtieġ.

2.   Il-Bord Suprem imsemmi fl-Artikolu 165(2) għandu jkun magħmul minn disa' membri, inkluż il-President tal-Bordijiet tal-Appell, il-presidenti tal-Bordijiet, ir-relatur innominat qabel konsultazzjoni mal-Bord Suprem, jekk applikabbli, u membri magħżula b'rotazzjoni minn lista li fiha l-ismijiet tal-membri kollha tal-Bordijiet tal-Appell minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet.

Artikolu 168

Delegazzjoni tas-setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw id-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell, inkluż it-twaqqif u r-rwol tal-Presidju, il-kompożizzjoni tal-Bord Suprem u r-regoli dwar ir-riferimenti li jsirulu, u l-kondizzjonijiet li taħthom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru uniku skont l-Artikolu 165(2) u (5).

Artikolu 169

Esklużjoni u oġġezzjoni

1.   L-eżaminaturi u l-membri tad-Diviżjonijiet stabbiliti ġewwa l-Uffiċċju jew tal-Bordijiet ta' Appell ma jistgħux jieħdu sehem f'ebda proċedimenti jekk huma jkollhom xi interess personali, jew jekk huma kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta' xi waħda mill-partijiet. Tnejn mit-tliet membri tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ma jistgħux ikunu ħadu sehem fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni. Il-Membri tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni ma jistgħux jieħdu sehem f'ebda proċedimenti jekk huma jkunu pparteċipaw fid-deċiżjoni finali dwar il-każ fil-proċedimenti dwar reġistrazzjoni jew fi proċedimenti ta' opposizzjoni. Il-Membri tal-Bordijiet tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti ta' appell jekk ikunu ipparteċipaw fid-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi appellata.

2.   Jekk, minħabba waħda mir-raġunijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, xi membru tad-Diviżjoni jew tal-Bord tal-Appell iħoss li huwa m'għandux jieħu sehem f'xi proċedimenti, huwa għandu jinforma lid-Diviżjoni jew lill-Bord debitament.

3.   Tista' ssir oġġezzjoni kontra l-eżaminaturi u l-membri tad-Diviżjonijiet jew tal-Bord tal-Appell minn kull parti fuq bażi ta' waħda mir-raġunijiet msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk ikun hemm suspett ta' parzjalità. Oġġezzjoni mhijiex ammissibli jekk, minkejja li tkun taf li teżisti raġuni għal oġġezzjoni, il-parti tkun ħadet pass proċedurali. Ebda oġġezzjoni ma tista' ssir abbażi tan-nazzjonalità tal-eżaminaturi jew tal-membri.

4.   Id-Diviżjonijiet u l-Bordijiet tal-Appell għandhom jiddeċiedu dwar liema azzjoni għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat. Għall-finijiet tat-teħid ta' din id-deċiżjoni il-membru li jirtira jew li tkun saret oġġezzjoni kontrih għandu jiġi mibdul fid-Diviżjoni jew fil-Bord tal-Appell mill-alternat tiegħu.

Artikolu 170

Ċentru ta' medjazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 151(3), l-Uffiċċju jista' jistabbilixxi Ċentru ta' Medjazzjoni (“iċ-Ċentru”).

2.   Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża s-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja bil-għan li tinstab soluzzjoni bonarja ta' tilwim, abbażi ta' dan ir-Regolament jew bir-Regolament (KE) Nru 6/2002, bi ftehim reċiproku.

3.   Il-partijiet għandu jkollhom rikors għall-medjazzjoni permezz ta' talba konġunta. It-talba ma għandhiex titqies li saret qabel ma tkun tħallset l-imposta rilevanti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiffissa l-ammont li għandu jiġi impost f'konformità mal-Artikolu 178(1).

4.   Fil-każ ta' tilwim soġġett għall-proċedimenti pendenti quddiem id-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni jew quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju, talba konġunta għal medjazzjoni tista' ssir fi kwalunkwe ħin wara li ssir notifika ta' oppożizzjoni, applikazzjoni għal revoka jew applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew notifika ta' appell kontra deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

5.   Il-proċedimenti inkwistjoni għandhom jiġu sospiżi u l-perijodi ta' żmien, minbarra l-perijodi ta' żmien għall-ħlas tat-tariffa applikabbli, għandhom jiġu interrotti sa mid-data li ssir l-applikazzjoni ta' talba konġunta għal medjazzjoni. Il-perjodi ta' żmien għandhom ikomplu jiddekorru mill-jum li fih jerġgħu jibdew il-proċedimenti.

6.   Il-partijiet għandhom jiġu mistiedna jaħtru b'mod konġunt, medjatur mil-lista msemmija fil-paragrafu 12, li jkun iddikjara illi huwa għandu għarfien sew tal-lingwa tal-medjazzjoni inkwistjoni. Fejn il-partijiet ma jaħtrux medjatur fi żmien 20 jum mill-istedina biex jagħmlu dan, il-medjazzjoni għandha titqies li falliet.

7.   Il-partijiet għandhom jaqblu flimkien mal-medjatur dwar l-arranġamenti dettaljati għall-medjazzjoni fi ftehim ta' medjazzjoni.

8.   Il-medjatur għandu jikkonkludi l-proċedimenti ta' medjazzjoni hekk kif il-partijiet jilħqu ftehim ta' soluzzjoni, waħda mill-partijiet tiddikjara li tixtieq ittemm il-medjazzjoni jew il-medjatur jistabbilixxi li l-partijiet ma rnexxielhomx jilħqu tali ftehim.

9.   Il-medjatur għandu jinforma lill-partijiet kif ukoll lill-istanza rilevanti tal-Uffiċċju hekk kif il-proċedimenti tal-medjazzjoni jkunu ġew konklużi.

10.   Id-diskussjonijiet u n-negozjati li jsiru fi ħdan il-qafas tal-medjazzjoni għandhom ikunu kunfidenzjali għall-persuni kollha involuti fil-medjazzjoni, b'mod partikolari għall-medjatur, il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom. Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha ppreżentati waqt il-medjazzjoni għandhom jinżammu separatament minn, u ma għandhomx ikunu parti mill-fajl ta' ebda proċediment ieħor quddiem l-Uffiċċju.

11.   Il-medjazzjoni għandha ssir f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li dwarha għandhom jaqblu l-partijiet. Fejn il-medjazzjoni tkun marbuta ma' tilwim pendenti quddiem l-Uffiċċju, il-medjazzjoni għandha ssir fil-lingwa tal-proċedimenti tal-Uffiċċju, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-partijiet.

12.   L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi lista ta' medjaturi li għandhom jappoġġaw lill-partijiet fis-soluzzjoni tat-tilwim. Il-medjaturi għandhom ikunu indipendenti u jkollhom ħiliet u esperjenza rilevanti. Il-lista tista' tinkludi kemm medjaturi li huma impjegati mill-Uffiċċju kif ukoll medjaturi li mhumiex.

13.   Il-medjaturi għandhom ikunu imparzjali fit-twettiq ta' dmirijiethom u għandhom jiddikjaraw kull kunflitt ta' interess reali jew ipperċepit hekk kif jiġu ddenominati. Il-membri tal-istanzi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fl-Artikolu 159 ma għandhomx jieħdu sehem f'medjazzjoni li tkun marbuta ma' każ li fih huma:

(a)

kellhom kwalunkwe involviment preċedenti fil-proċedimenti riferuti għall-medjazzjoni;

(b)

għandhom kwalunkwe interess personali f'dawk il-proċedimenti; jew

(c)

kienu preċedentement involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet.

14.   Il-medjaturi ma għandhomx jieħdu sehem bħala membri tal-istanzi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fl-Artikolu 159 fi proċedimenti li reġgħu bdew bħala konsegwenza ta' falliment tal-medjazzjoni.

15.   L-Uffiċċju jista' jikkoopera ma' korpi rikonoxxuti nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jittrattaw il-medjazzjoni.

TAQSIMA 6

Baġit u kontroll finanzjarju

Artikolu 171

Kumitat tal-Baġit

1.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jkollu l-funzjonijiet assenjati lilu f'din it-Taqsima.

2.   Artikoli 154 u 155, l-Artikolu 156(1) sa (4), u (5), sa fejn jirrigwarda l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President, u l-Artikolu156 (6) u (7) għandhom japplikaw għall-Kumitat tal-Baġit, mutatis mutandis.

3.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madankollu, maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu għandha tkun meħtieġa għad-deċiżjonijiet li l-Kumitat tal-Baġit għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikolu 173(3) u l-Artikolu 177. Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Artikolu 172

Baġit

1.   Għandhom jitħejjew estimi tad-dħul u tal-infiq kollu tal-Uffiċċju għal kull sena finanzjarja u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Uffiċċju. Kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

2.   Id-dħul u l-infiq indikati fil-baġit għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

3.   Id-dħul għandu jinkludi, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' dħul, it-tariffi totali pagabbli skont l-Anness I għal dan ir-Regolament, it-tariffi totali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 6/2002, it-tariffi totali pagabbli, skont il-Protokoll ta' Madrid għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni u ħlasijiet oħra li jsiru lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta' Madrid, it-tariffi totali pagabbli, skont l-Att ta' Ġinevra msemmi fl-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Unjoni u ħlasijiet oħra li jsiru lill-Partijiet Kontraenti għall-Att ta' Ġinevra, u, sa fejn ikun meħtieġ, sussidju mdaħħal taħt intestatura speċifika tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   Kull sena l-Uffiċċju għandu jikkumpensa għall-ispejjeż imġarrba mill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, mill-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali u minn kwalunkwe awtorità rilevanti oħra li tiġi nnominata minn Stat Membru, bħala riżultat tal-kompiti speċifiċi li huma jwettqu bħala partijiet funzjonali tas-sistema tat-trademarks tal-UE fil-kuntest tas-servizzi u l-proċeduri li ġejjin:

(a)

proċedimenti ta' oppożizzjoni u invalidità quddiem l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali li jinvolvu t-trademarks tal-UE;

(b)

l-għoti ta' informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistema tat-trademark tal-UE permezz ta' helpdesks u ċentri tal-informazzjoni;

(c)

l-infurzar tat-trademarks tal-UE, inkluż l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 9(4).

5.   Il-kumpens totali tal-ispejjeż identifikati fil-paragrafu 4 għandu jikkorrispondi għal 5 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fuq proposta mill-Uffiċċju u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat tal-Baġit, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddetermina l-iskema ta' distribuzzjoni abbażi tal-indikaturi ġusti, ekwi u rilevanti li ġejjin:

(a)

l-għadd annwali ta' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE li joriġinaw minn applikanti f'kull Stat Membru;

(b)

l-għadd annwali ta' applikazzjonijiet għal trademark nazzjonali f'kull Stat Membru;

(c)

l-għadd annwali ta' oppożizzjonijiet u applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' invalidità ppreżentat minn proprjetarji ta' trademarks tal-UE f'kull Stat Membru;

(d)

l-għadd annwali ta' każijiet imressqa quddiem il-qrati għat-trademark tal-UE denominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 123.

Għall-fini li jiġu ssostanzjati l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Uffiċċju sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, data statistika li turi ċ-ċifri msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għas-sena preċedenti, li għandha tkun inkluża fil-proposta li għandha ssir lill-Bord tat-Tmexxija.

Għal raġunijiet ta' ekwità, l-ispejjeż imġarrba mill-korpi msemmija fil-paragrafu 4 f'kull Stat Membru għandhom jitqiesu li jikkorrispondu għal tal-inqas 2 % tat-total tal-kumpens previst skont dan il-paragrafu.

6.   L-obbligu tal-Uffiċċju li jikkumpensa għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4 u li jiġġarrbu f'sena partikolari għandu japplika biss sal-punt li ma jkun hemm l-ebda defiċit baġitarju f'dik is-sena.

7.   Fil-każ ta' bilanċ baġitarju pożittiv, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, fuq proposta mill-Uffiċċju u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat tal-Baġit, il-Bord tat-Tmexxija jista' jżid il-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 5 għal massimu ta' 10 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 sa 7 u għall-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu u għall-Artikoli 151 u 152, fejn jiġi ġġenerat bilanċ pożittiv sostantiv fuq ħames snin konsekuttivi, il-Kumitat tal-Baġit, fuq proposta mill-Uffiċċju u skont il-programm ta' ħidma annwali u l-programm strateġiku pluriennali msemmijin fl-Artikolu 153(1)(a) u (b), għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi dwar it-trasferiment għall-baġit tal-Unjoni ta' bilanċ pożittiv iġġenerat mit-23 ta' Marzu 2016.

9.   L-Uffiċċju għandu jħejji fuq bażi ta' kull sentejn rapport għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, inkluż dwar l-operazzjonijiet finanzjarji mwettqa skont l-Artikolu 152(5) u (6), u paragrafi 5 u 7 ta' dan l-Artikolu. Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju.

10.   L-Uffiċċju għandu jipprevedi fond ta' riżerva li jkopri sena waħda tal-infiq operazzjonali tiegħu biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 173

It-tħejjija tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji kull sena stima tad-dħul u tal-infiq tal-Uffiċċju għas-sena li jkun imiss u għandu jibgħatha lill-Kumitat tal-Baġit sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, flimkien ma' lista ta' karigi.

2.   ekk il-baġit jipprovdi għal sussidju mill-Unjoni, il-Kumitat tal-Baġit għandu jgħaddi l-istima immedjatament lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddiha lill-awtorita' tal-baġit tal- Unjoni. Il-Kummissjoni tista' tehmeż opinjoni mal-istima flimkien ma' stima alternattiva.

3.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jadotta l-Baġit, li għandu jinkludi l-lista tal-karigi tal-Uffiċċju. Jekk l-estimi tal-baġit ikun fihom sussidju mill-baġit ġenerali tal- Unjoni, il-baġit tal-Uffiċċju għandu jiġi aġġustat, jekk dan ikun meħtieġ.

Artikolu 174

Verifika u kontroll

1.   Funzjoni ta' verifika interna għandha tiġi stabbilita fl-Uffiċċju. Din għandha tiġi esegwita skont l-istandards rilevanti internazzjonali. L-awditur intern, maħtur mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jkun responsabbli lejh għall-verifika tal-operat kif suppost tas-sistemi ta' implimentazzjoni tal-baġit u tal-proċeduri tal-Uffiċċju.

2.   L-awditur intern għandu jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv dwar kif jimmaniġġja riskji, u dan billi joħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet fuq kif jistgħu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u fuq kif jista' tista' tiġi promossa ġestjoni finanzjarja b'saħħitha.

3.   L-uffiċjal li għandu l-awtorità huwa responsabbli sabiex jitwaqqfu sistemi ta' kontroll intern u proċeduri addattati għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 175

Ġlieda kontra l-frodi

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), l-Uffiċċju għandu jaċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF, u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Uffiċċju bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

2.   Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Uffiċċju.

3.   L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (26) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Uffiċċju.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet ta' għotja tal-Uffiċċju għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu b'mod espliċitu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

5.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji tal-frodi wara li jikkunsidra l-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati.

Artikolu 176

Il-verifika tal-kontijiet

1.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħaddi lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tal-Baġit u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontijiet tad-dħul u tal-infiq totali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżaminahom skont l-Artikolu 287 tat-TFUE.

2.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jagħti rendikont lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit.

Artikolu 177

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Il-Kumitat tal-Baġit għandu, wara li jikkonsulta mal-Qorti tal-Awdituri u mal-Kummissjoni, jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jispeċifikaw, b'mod partikolari, il-proċedura ta' kif għandu jiġi stabbilit u implimentat il-baġit tal-Uffiċċju. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ibbażati fuq ir-regolamenti finanzjarji adottati għall-entitajiet oħrajn stabbiliti mill- Unjoni, sa fejn dawn ikunu kumpatibbli mal-karatteristiċi partikolari tal-Uffiċċju.

Artikolu 178

Tariffi u imposti u data skedata

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi impost għal kwalunkwe servizz imwettaq mill-Uffiċċju minbarra dawk imsemmija fl-Anness, kif ukoll l-ammont li għandu jiġi impost għall-Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju u kwalunkwe pubblikazzjoni oħra maħruġa mill-Uffiċċju. L-ammonti tal-imposti għandhom ikunu stabbiliti fl-euro u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. L-ammont ta' kull imposta ma għandux jeċċedi dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż tas-servizz speċifiku mogħti mill-Uffiċċju.

2.   It-tariffi u l-imposti li fir-rigward tagħhom mhix speċifikata d-data skedata f'dan ir-Regolament għandhom ikunu dovuti fid-data li tasal it-talba għas-servizz li għalih it-tariffa jew l-imposta tkun iġġarbet.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina liema mis-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu jiddependu fuq ħlas bil-quddiem tat-tariffi jew imposti korrispondenti.

Artikolu 179

Pagament ta' tariffi u imposti

1.   It-tariffi u l-imposti dovuti lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bi ħlas jew trasferiment fil-kont tal-bank miżmum mill-Uffiċċju.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi liema metodi speċifiċi ta' ħlas għajr dawk stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, b'mod partikolari permezz ta' depożiti f'kontijiet kurrenti miżmuma mal-Uffiċċju, jistgħu jintużaw.

Id-determinazzjonijiet li jsiru skont it-tieni subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

Il-pagamenti kollha, inkluż b'kull metodu ieħor ta' ħlas stabbilit skont it-tieni subparagrafu, għandhom isiru f'euros.

2.   Kull pagament għandu jindika isem il-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament u għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista' jistabbilixxi minnufih l-għan tal-pagament. B'mod partikolari, għandha tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

(a)

meta titħallas it-tariffa marbuta mal-applikazzjoni, l-għan tal-pagament, jiġifieri “tariffa marbuta mal-applikazzjoni”;

(b)

meta titħallas it-tariffa marbuta mal-oppożizzjoni, in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni u l-isem tal-applikant għat-trademark tal-UE li għaliha tkun qiegħda ssir l-oppożizzjoni, u l-għan tal-pagament, jiġifieri “tariffa marbuta mal-oppożizzjoni”;

(c)

meta jitħallsu t-tariffa marbuta mar-revoka u t-tariffa marbuta mal-invalidità, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-isem tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE li għaliha tkun indirizzata l-applikazzjoni, u l-għan tal-pagament, jiġifieri “tariffa marbuta mar-revoka” jew “tariffa marbuta mal-invalidità”.

3.   Jekk l-għan tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jista' jiġi stabbilit immedjatament, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-persuna li tkun qiegħda tagħmel il-pagament sabiex tinformah bil-miktub b'dan il-għan, fi żmien li hu jista' jispeċifika. Jekk il-persuna ma tikkonformax ma' din it-talba fiż-żmien dovut, il-pagament għandu jiġi kkunsidrat bħala li ma sarx. L-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat.

Artikolu 180

Data meqjusa tal-pagament

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 179(1), id-data li fiha pagament għandu jitqies bħala li jkun sar lill-Uffiċċju għandha tkun id-data li fiha l-ammont tal-pagament jew tat-trasferiment ikun fil-fatt iddaħħal f'kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju.

2.   Meta jistgħu jintużaw il-metodi ta' pagament imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 179(1), id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi d-data li fiha tali pagamenti għandhom jitqiesu bħala li saru.

3.   Fejn, taħt il-paragrafi 1 u 2, il-pagament ta' tariffa ma jitqiesx li jkun sar sa wara li jkun skada il-perijodu ta' żmien li fih ikun dovut, għandu jitqies li dan il-perijodu jkun ġie rrispettat jekk l-Uffiċċju jingħata evidenza li l-persuna li tkun għamlet il-pagament fi Stat Membru, fil-perijodu ta' żmien li fih il-pagament kellu jsir, tat ordni kif dovut lil stabbiliment bankarju biex jittrasferixxi l-ammont tal-pagament, u tkun ħallset somma addizzjonali ta' 10 % tat-tariffa jew tat-tariffi rilevanti, iżda mhux aktar minn EUR 200. L-ebda somma addizzjonali ma għandha tkun dovuta jekk l-ordni rilevanti lill-istabbiliment bankarju tkun ingħatat mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel l-iskadenza tal-perijodu għall-pagament.

4.   L-Uffiċċju jista' jitlob lill-persuna li tkun għamlet il-pagament biex tipprovdi evidenza tad-data li fiha ngħatat l-ordni lill-istabbiliment bankarju kif imsemmija fil-paragrafu 3 u, fejn meħtieġ, biex tħallas somma addizzjonali rilevanti fi żmien perijodu speċifikat mill-Uffiċċju. Jekk il-persuna tonqos milli tikkonforma ma' dik it-talba jew jekk l-evidenza ma tkunx suffiċjenti, jew jekk somma addizzjonali mitlub ma jitħallasx fiż-żmien dovut, il-perijodu għall-pagament għandu jitqies li ma ġiex osservat.

Artikolu 181

Pagamenti insuffiċjenti u rimborż ta' ammonti insinifikanti

1.   Limitu ta' żmien għall-pagament għandu, fil-prinċipju, jitqies bħala li ġie osservat biss jekk l-ammont sħiħ tat-tariffa ikun tħallas fiż-żmien dovut. Jekk id-dritt ma jitħallasx kollu, l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat wara li jkun skada l-perijodu għall-pagament.

2.   L-Uffiċċju jista', madankollu, sa fejn ikun possibbli fiż-żmien li jkun fadal qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu, jagħti lill-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament l-opportunità li tħallas l-ammont li jkun fadal jew, fejn dan jitqies ġustifikat, jinjora xi ammonti żgħar li ma tħallsux, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament.

3.   Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista' jirrinunzja l-azzjoni għall-irkupru infurzat ta' kwalunkwe somma dovuta meta s-somma li għandha tiġi rkuprata hija minima jew fejn dan l-irkupru huwa inċert iżżejjed.

4.   Meta titħallas somma eċċessiva biex tkopri tariffa jew imposta, l-eċċess ma għandux jiġi rimborżat jekk l-ammont ikun insinifikanti u l-parti kkonċernata ma tkunx espressament talbet rimborż.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina l-ammont li taħtha somma eċċessiva mħallsa biex tkopri tariffa jew imposta ma għandhiex tiġi rimborżata.

Determinazzjonijiet skont it-tieni subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

KAPITOLU XIII

REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI TA' MARKI

TAQSIMA 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 182

L-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet

Ħlief jekk xort'oħra speċifikat f'dan il-kapitolu, dan ir-Regolament u l-atti adottati skont dan ir-Regolament għandhom jgħoddu għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid (“applikazzjonijiet internazzjonali”), ibbażati fuq applikazzjoni għal trademark tal-UE jew fuq trademark tal-UE u għal reġistrazzjonijiet ta' marki fir-reġistri internazzjonali miżmuma mill-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà (“reġistrazzjonijiet internazzjonali” u “l-Bureau Internazzjonali”, rispettivament) li jinnominaw l-Unjoni.

TAQSIMA 2

Reġistrazzjoni internazzjonali fuq il-bażi ta' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE u ta' trademarks tal-UE

Artikolu 183

Preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali

1.   Applikazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Madrid ibbażati fuq applikazzjoni għal trademark tal-UE jew fuq trademark tal-UE għandhom ikunu preżentati fl-Uffiċċju.

2.   Fejn applikazzjoni internazzjonali tkun ippreżentata qabel ma l-marka li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata tkun ġiet reġistrata bħala trademark tal-UE, l-applikant għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jindika jekk ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandhiex tkun ibbażata fuq applikazzjoni għal jew reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE. Fejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq trademark tal-UE ladarba tkun reġistrata, l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun meqjusa li ġiet riċevuta fl-Uffiċċju fid-data tar-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE.

Artikolu 184

Forma u kontenut tal-applikazzjoni internazzjonali

1.   L-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun ippreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal- Unjoni, billi tintuża formola provduta mill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li jippreżenta l-applikazzjoni internazzjonali bid-data li fiha d-dokumenti li jagħmlu l-applikazzjoni internazzjonali jkunu waslu l-Uffiċċju. Ħlief jekk speċifikat xort'oħra mill-applikant fuq dik il-formola meta jippreżenta l-applikazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jikkorrispondi mal-applikant fil-lingwa tal-preżentazzjoni f'formola standard.

2.   Jekk l-applikazzjoni internazzjonali tiġi preżentata f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid, l-applikant għandu jindika lingwa oħra minn fost dawk il-lingwi. Din għandha tkun il-lingwa li fiha l-Uffiċċju jissottometti l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali.

3.   Fejn l-applikazzjoni internazzjonali tkun preżentata f'lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet internazzjonali, l-applikant jista' jipprovdi traduzzjoni tal-lista ta' oġġetti jew servizzi u ta' kwalunkwe element testwali ieħor li jagħmel parti mill-applikazzjoni internazzjonali fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni internazzjonali tkun ser tiġi ppreżentata lill-Bureau Internazzjonali skont il-paragrafu 2. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx akkumpanjata minn traduzzjoni bħal din, l-applikant għandu jawtorizza lill-Uffiċċju biex jinkludi dik it-traduzzjoni fl-applikazzjoni internazzjonali. Meta t-traduzzjoni tkun għadha ma ġietx stabbilita tul il-proċedura ta' reġistrazzjoni għall-applikazzjoni tat-trademark tal-UE li fuqha l-applikazzjoni internazzjonali hija bbażata, l-Uffiċċju għandu, mingħajr dewmien, jagħmel arranġamenti biex issir it-traduzzjoni.

4.   Ir-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' tariffa lill-Uffiċċju. Meta r-reġistrazzjoni internazzjonali ser tkun ibbażata fuq trademark tal-UE ladarba din tiġi rreġistrata, it-tariffa għandha tkun dovuta fid-data tar-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE. L-applikazzjoni għandha titqies li għadha ma saritx sakemm tkun tħallset it-tariffa meħtieġa. Meta t-tariffa ma tkunx tħallset, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant b'dan. Fil-każ ta' preżentazzjoni b'mod elettroniku, l-Uffiċċju jista' jawtorizza lill-Bureau Internazzjonali biex jiġbor it-tariffa f'ismu.

5.   Fejn l-eżami tal-applikazzjoni internazzjonali jiżvela xi wieħed min-nuqqasijiet li ġejjin, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja dawk in-nuqqasijiet fi żmien tali perijodu li hu jista' jispeċifika:

(a)

l-applikazzjoni internazzjonali ma tkunx saret bl-użu tal-formola msemmija fil-paragrafu 1, u ma tinkludix l-indikazzjonijiet u l-informazzjoni kollha rikjesta f'dik il-formola;

(b)

il-lista ta' oġġetti u servizzi li tinsab fl-applikazzjoni internazzjonali ma tkunx koperta mil-lista ta' oġġetti u servizzi li jidhru fl-applikazzjoni bażika tat-trademark tal-UE jew fit-trademark bażika tal-UE;

(c)

il-marka li hija soġġetta għall-applikazzjoni internazzjonali mhijiex identika għall-marka kif tidher fl-applikazzjoni bażika tat-trademark tal-UE jew fit-trademark bażika tal-UE;

(d)

indikazzjoni għat-trademark fl-applikazzjoni internazzjonali, barra rinunzja tad-dritt jew talba ta' kulur, ma tkunx tidher ukoll fl-applikazzjoni bażika tat-trademark tal-UE jew fit-trademark bażika tal-UE;

(e)

fejn il-kulur huwa mitlub fl-applikazzjoni internazzjonali bħala fattur distintiv tal-marka, l-applikazzjoni tat-trademark tal-UE jew it-trademark bażika tal-UE mhijiex fl-istess kulur jew kuluri; jew

(f)

skont l-indikazzjonijiet magħmula fil-formola internazzjonali, l-applikant ma jkunx eliġibbli biex jagħmel applikazzjoni internazzjonali permezz tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 2(1)(ii) tal-Protokoll ta' Madrid.

6.   Fejn l-applikant ikun naqas milli jawtorizza l-Uffiċċju biex jinkludi traduzzjoni kif previst fil-paragrafu 3, jew b'xi mod ieħor ma jkunx ċar fuq liema lista ta' oġġetti u servizzi l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jagħmel l-indikazzjonijiet rikjesti fi żmien li hu jista' jispeċifika.

7.   Jekk in-nuqqasijiet msemmija fil-paragrafu 5 ma jiġux rimedjati jew l-indikazzjonijiet rikjesti msemmija fil-paragrafu 6 ma jingħatawx fi żmien il-perijodu ffissat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta li jibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali.

8.   L-Uffiċċju għandu jibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali flimkien maċ-ċertifikazzjoni prevista taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta' Madrid hekk kif l-applikazzjoni internazzjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 183 ta' dan ir-Regolament.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-formola eżatta, inklużi l-elementi tagħha, li għandha tintuża biex tkun preżentata applikazzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 185

Irrekordjar fil-fajls u fir-Reġistru

1.   Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq applikazzjoni għal trademark tal-UE, għandhom ikunu rekordjati fil-fajls ta' dik l-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni tirriżulta fi trademark tal-UE, id-data u n-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandhom jiddaħhlu fir-reġistru.

2.   Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq trademark tal-UE għandhom jiddaħhlu fir-Reġistru.

Artikolu 186

Notifika tal-invalidità tal-applikazzjoni bażika jew ir-reġistrazzjoni

1.   Fi żmien ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali bi kwalunkwe fatt u deċiżjoni li jaffettwaw il-validità tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE jew ir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE li fuqha kienet ibbażata r-reġistrazzjoni internazzjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-fatti u d-deċiżjonijiet individwali soġġetti għall-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 6(3) tal-Protokoll ta' Madrid kif ukoll il-punt ta' żmien rilevanti ta' tali notifiki. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 187

Talba għal estensjoni territorjali sussegwenti għal reġistrazzjoni internazzjonali

1.   Talba għal estensjoni territorjali magħmula sussegwentement għal reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid tista' ssir permezz tal-intermedjarju tal-Uffiċċju. It-talba għandha ssir bil-lingwa li biha l-applikazzjoni internazzjonali tkun saret skont l-Artikolu 184 ta' dan ir-Regolament. Din għandha tinkludi indikazzjonijiet li jissostanzjaw l-intitolament li ssir denominazzjoni skont l-Artikolu 2(1)(ii) u l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li jitlob l-estensjoni territorjali bid-data li fiha kienet waslet it-talba għal estensjoni territorjali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dettaljati rigward it-talba għal estensjoni territorjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

3.   Fejn it-talba għal estensjoni territorjali li tkun saret sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 2, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja n-nuqqasijiet li nstabu f'tali limitu ta' żmien li hu jista' jispeċifika. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fil-limitu ta' żmien iffissat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta li jibgħat it-talba lill-Bureau Internazzjonali. L-Uffiċċju ma għandux jirrifjuta li jibgħat it-talba lill-Bureau Internazzjonali qabel ma l-applikant ikollu l-opportunità li jikkoreġi kwalunkwe nuqqas identifikat fit-talba.

4.   L-Uffiċċju għandu jibgħat it-talba għal estensjoni territorjali li tkun saret sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali hekk kif ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 jiġu sodisfatti.

Artikolu 188

Miżati internazzjonali

Kwalunkwe miżati pagabbli lill-Bureau Internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid għandhom jitħallsu direttament lill-Bureau Internazzjonali.

TAQSIMA 3

Reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill- Unjoni

Artikolu 189

Effetti ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill- Unjoni

1.   Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni Ewropea għandha, mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew mid-data tan-nomina sussegwenti tal- Unjoni skont l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid, ikollha l-istess effett bħal applikazzjoni għal trademark tal-UE.

2.   Jekk l-ebda rifjut ma ġiet innotifikata skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi rifjut ta' din ix-xorta ġiet irtirata, ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marka li tinnomina lill- Unjoni għandha, mid-data msemmija fil-paragrafu 1, ikollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta' marka bħala trademark tal-UE.

3.   Għall-għanijiet li jkun applikat l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, pubblikazzjoni tad-dettalji tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni skont l-Artikolu 190(1) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, u pubblikazzjoni skont l-Artikolu 190(2) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE.

Artikolu 190

Pubblikazzjoni

1.   L-Uffiċċju għandu jippubblika d-data ta' reġistrazzjoni ta' marka li tinnomina lill- Unjoni skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data tan-nomina sussegwenti tal- Unjoni skont l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid, il-lingwa tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni internazzjonali u t-tieni lingwa indikata mill-applikant, in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta ppublikata mill-Bureau Internazzjonali, riproduzzjoni tal-marka u n-numru tal-klassijiet tal-merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom protezzjoni hija mitluba.

2.   Jekk l-ebda rifjut ta' protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni ma ġiet notifikata skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi rifjut ta' din ix-xorta ġiet irtirata, l-Uffiċċju għandu jippubblika dan il-fatt, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u, fejn applikabbli, d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta pubblikata mill-Bureau Internazzjonali.

Artikolu 191

Anzjanità pretiża f'applikazzjoni internazzjonali

1.   L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Unjoni jista' jitlob, fl-applikazzjoni internazzjonali, li tiġi rikonoxxuta l-anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trademark rreġistrata fil-pajjiżi tal-Benelux, jew irreġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 39.

2.   Id-dokumenti, kif speċifikat fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 39(6), ta' sostenn għall-pretensjoni ta' anzjanità għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Bureau Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju. F'dan ir-rigward, għandu japplika l-Artikolu 39(7).

3.   Fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun obbligat li jiġi rrappreżentat quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 119(2), il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ħatra ta' rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 120(1).

4.   Fejn l-Uffiċċju jsib li l-pretensjoni ta' anzjanità taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkunx konformi mal-Artikolu 39, jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu, huwa għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja n-nuqqasijiet. Jekk ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel sentenza ma jiġux sodisfatti fil-limitu ta' żmien speċifikat mill-Uffiċċju, id-dritt ta' anzjanità fir-rigward ta' dik ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jintilef. Jekk in-nuqqasijiet jirrigwardjaw ftit biss mill-oġġetti u s-servizzi, id-dritt ta' anzjanità għandu jintilef biss sa fejn jirrigwarda dawk l-oġġetti u s-servizzi.

5.   L-Uffiċċju għandu jinforma lill-Bureau Internazzjonali bi kwalunkwe dikjarazzjoni ta' telf tad-dritt ta' anzjanità skont il-paragrafu 4. Hu għandu jinforma wkoll lill-Bureau Internazzjonali dwar kull irtirar jew restrizzjoni tal-pretensjoni ta' anzjanità.

6.   Għandu japplika l-Artikolu 39(5), sakemm id-dritt ta' anzjanità ma jkunx iddikjarat bħala mitluf skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 192

Anzjanità pretiża quddiem l-Uffiċċju

1.   Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Unjoni jista', mid-data tal-pubblikazzjoni tal-effetti ta' dik ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 190(2), jitlob li tiġi rikonoxxuta fl-Uffiċċju l-anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trademark irreġistrata fil-pajjiżi tal-Benelux, jew irreġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 40.

2.   Fejn l-anzjanità tiġi pretiża qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, il-pretensjoni ta' anzjanità għandha titqies li waslet fl-Uffiċċju f'dik id-data.

3.   Pretensjoni ta' anzjanità taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 40 u għandu jkun fiha informazzjoni li tippermetti l-eżami tagħha fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti.

4.   Jekk ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti li jirregolaw il-pretensjoni ta' anzjanità msemmija fil-paragrafu 3 u speċifikati fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6, l-Uffiċċju għandu jistieden lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali biex jirrimedja n-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fi żmien perijodu li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-pretensjoni.

5.   Fejn l-Uffiċċju jkun aċċetta l-pretensjoni ta' anzjanità, jew meta pretensjoni ta' anzjanità tkun ġiet irtirata jew ikkanċellata mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-Bureau Internazzjonali b'dan.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pretensjoni ta' anzjanita taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 193

Denominazzjoni ta' oġġetti u servizzi u eżami ta' raġunijiet assoluti għal rifjut

1.   Reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal eżami tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 33(2) (3) u (4) u għal raġunijiet assoluti għal rifjut bl-istess mod bħall-applikazzjonijiet għat-trademarks tal-UE.

2.   Meta jinsab li reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Unjoni ma tkunx eliġibbli għall-protezzjoni skont l-Artikolu 33(4) jew l-Artikolu 42(1) ta' dan ir-Regolament għall-oġġetti u s-servizzi kollha, jew parti minnhom, li għalihom tkun ġiet irreġistrata mill-Bureau Internazzjonali, l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ex officio proviżorja ta' rifjut lill-Bureau Internazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid.

3.   Meta d-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jiġi rrappreżentat quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 119(2), in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha stedina biex jinħatar rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 120(1).

4.   In-notifika ta' rifjut proviżorju għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, u għandha tispeċifika perijodu ta' żmien li fih id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u, jekk xieraq, għandu jaħtar rappreżentant. Il-perijodu ta' żmien għandu jibda fil-ġurnata li fiha l-Uffiċċju joħroġ ir-rifjut proviżorju.

5.   Fejn l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni internazzjonali li tinnominassemmi lill-Unjoni ma tinkludix l-indikazzjoni tat-tieni lingwa skont l-Artikolu 206 ta' dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ex officio proviżorja ta' rifjut lill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid.

6.   Meta d-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali jonqos milli jegħleb ir-raġuni għar-rifjut ta' protezzjoni fil-limitu ta' żmien preskritt jew, jekk xieraq, li jaħtar rappreżentant jew li jindika t-tieni lingwa, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-protezzjoni kollha jew għal parti mill-oġġetti u s-servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni internazzjonali hija rreġistrata. Ir-rifjut ta' protezzjoni għandu jieħu post rifjut ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE. Id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal appell skont l-Artikoli 66 sa 72.

7.   Fejn, mill-bidu tal-perijodu ta' oppożizzjoni msemmi fl-Artikolu 196(2), l-Uffiċċju ma jkunx ħareġ in-notifika ex officio proviżorja ta' rifjut skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandu jibgħat dikjarazzjoni lill-Bureau Internazzjonali li tindika li l-eżami tar-raġunijiet assoluti tar-rifjut skont l-Artikolu 42 jkun tlesta iżda li r-reġistrazzjoni internazzjonali għadha soġġetta għal oppożizzjonijiet jew osservazzjonijiet ta' persuni terzi. Din id-dikjarazzjoni interim għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Uffiċċju li jerġa' jiftaħ l-eżami tar-raġunijiet assoluti fuq l-inizjattiva tiegħu stess fi kwalunkwe żmien qabel ma tinħareġ id-dikjarazzjoni finali tal-għoti ta' protezzjoni.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu fin-notifika ex officio proviżorja ta' rifjut ta' protezzjoni li għandha tintbagħat lill-Bureau Internazzjonali, u fil-komunikazzjonijiet finali li għandhom jintbagħtu lill-Bureau Internazzjonali dwar l-għoti jew ir-rifjut finali ta' protezzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 194

Marki kollettivi u ta' ċertifikazzjoni

1.   Meta r-reġistrazzjoni internazzjonali tkun ibbażata fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika dwar marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija, ir-reġistrazzjoni internazzjonali litinnomina lill-Unjoni għandha tiġi ttrattata bħala marka kollettiva tal-UE jew bħala marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE, skont liema minnhom tkun applikabbli.

2.   Id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jippreżenta r-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, kif previst fl-Artikoli 75 u 84, direttament lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-Bureau Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 208 li jespeċifikaw id-dettalji tal-proċedura li tikkonċerna r-reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika dwar marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija.

Artikolu 195

Tfittxija

1.   Ladarba l-Uffiċċju jkun irċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni, għandu jikteb rapport ta' tfittxija tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 43(1) sakemm it-talba għal rapport ta' riċerka, skont l-Artikolu 43(1), issir lill-Uffiċċju fi żmien xahar mid-data tan-notifika.

2.   Hekk kif l-Uffiċċju jkun irċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni, l-Ufficċju għandu jittrasmetti kopja tagħha lill-ufficċju ċentrali għall-proprjetà industrijali ta' kull Stat Membru li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel tfittxija fir-reġistru tiegħu tat-trade marks kif previst fl-Artikolu 43(2) sakemm talba għal rapport ta' riċerka, skont l-Artikolu 43(2), issir lill-Uffiċċju fi żmien xahar mid-data tan-notifika u l-imposta għar-riċerka titħallas fl-istess perjodu.

3.   Artikolu 43(3) sa (6) għandu japplika mutatis mutandis.

4.   L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' xi trademarks tal-UE jew ta' applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE preċedenti ċitati fir-rapport tat-tfittxija bil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Unjoni kif previst fl-Artikolu 190(1). Dan għandu japplika kemm jekk id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun talab li jirċievi r-rapport ta' riċerka tal-UE u sew jekk le, sakemm il-proprjetarju ta' reġistrazzjoni jew applikazzjoni preċedenti ma jitlobx li ma jirċevix in-notifika.

Artikolu 196

Oppożizzjoni

1.   Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni għandha tkun soġġetta għal oppożizzjoni bl-istess mod bħal applikazzjonijiet ippubblikati għal trademark tal-UE.

2.   Avviż ta' oppożizzjoni għandu jsir fi żmien tliet xhur li għandu jibda xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 190(1). L-oppożizzjoni ma għandhiex titqies bħala li ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma tkun tħallset it-tariffa marbuta mal-oppożizzjoni.

3.   Rifjut ta' protezzjoni għandha tieħu post rifjut ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 208 li jispeċifikaw il-proċedura biex issir u tiġi eżaminata oppożizzjoni, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha meħtieġa li għandhom isiru lill-Bureau Internazzjonali.

Artikolu 197

Tibdil ta' trademark tal-UE ma' reġistrazzjoni internazzjonali

L-Uffiċċju għandu, fuq talba, idaħħal avviż fir-Reġistru li trademark tal-UE hija meqjusa li ġiet mibdula minn reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 4a tal-Protokoll ta' Madrid.

Artikolu 198

Invalidazzjoni tal-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali

1.   L-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni tista' tiġi dikjarata invalida.

2.   L-applikazzjoni għall-invalidazzjoni tal-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni għandha tieħu post l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' revoka kif previst fl-Artikolu 58 jew għal dikjarazzjoni ta' invalidita' kif previst fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 60.

3.   Fejn, skont l-Artikolu 64 jew l-Artikolu 128 ta' dan ir-Regolament u dan l-Artikolu, l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnominalill-Unjoni jkunu ġew iddikjarati invalidi permezz ta' deċiżjoni finali, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 5(6) tal-Protokoll ta' Madrid.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fin-notifika li għandha tintbagħat lill-Bureau Internazzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-att ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 199

Effett legali tar-reġistrazzjoni tat-trasferimenti

Ir-rekordjar ta' bidla fil-proprjetarju ta' reġistrazzjoni internazzjonali fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollu l-istess effett bħall-entrata ta' trasferiment fir-Reġistru skont l-Artikolu 20.

Artikolu 200

Effett legali tar-reġistrazzjoni ta' liċenzji u drittijiet oħra

Ir-rekordjar ta' liċenzja jew restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur fir-rigward ta' reġistrazzjoni internazzjonali fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollu l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta' dritt in rem, imposta ta' eżekuzzjoni, proċedimenti ta' insolvenza jew ta' liċenzja fir-Reġistru skont l-Artikoli 22, 23, 24 u 25 rispettivament.

Artikolu 201

Eżami ta' talbiet għar-reġistrazzjoni ta' trasferimenti, liċenzji jew restrizzjonijiet tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur

L-Uffiċċju għandu jittrasmetti talbiet għar-reġistrazzjoni ta' bidla tal-proprjetarju, liċenzja jew restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur, l-emenda jew il-kanċellazzjoni ta' liċenzja jew it-tneħħija ta' restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur li jkunu sarulu lill-Bureau Internazzjonali, jekk ikunu akkumpanjati bi prova adatta tat-trasferiment, il-liċenzja, jew ir-restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni, jew bil-prova li l-liċenzja ma għadhiex teżisti jew li ġiet emendata, jew li r-restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tkun tneħħiet.

Artikolu 202

Konverżjoni ta' nomina tal- Unjoni Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali jew f'nomina ta' Stati Membri

1.   Fejn nomina tal- Unjoni permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali ġiet miċħuda jew tieqaf milli jkollha effett, id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jitlob il-konverżjoni tan-nomina tal- Unjoni:

(a)

f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali skont l-Artikoli 139, 140 u 141;

(b)

f'nomina ta' Stat Membru parti għall-Protokoll ta' Madrid, dment li fid-data ta' meta ntalbet il-konverżjoni kien possibbli li dak l-Istat Membru jiġi ddenominat direttament skont il-Protokoll ta' Madrid. L-Artikoli 139, 140 u 141 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

2.   L-applikazzjoni għal trademark nazzjonali jew id-denominazzjoni ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid li tirriżulta mill-konverżjoni tad-denominazzjoni tal-Unjoni permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali għandha tgawdi, fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat, id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data tal-estensjoni għall-Unjoni skont l-Artikolu 3ter(2) tal-Protokoll ta' Madrid, jekk din tal-aħħar kienet saret sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali, jew id-data ta' prijorità ta' dik ir-reġistrazzjoni u, fejn xieraq, l-anzjanità ta' trademark ta' dak l-Istat mitlub taħt l-Artikolu 191 ta' dan ir-Regolament.

3.   It-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippubblikata.

4.   It-talba għal konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali għandha tinkludi l-informazzjoni u l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 140(1).

5.   Fejn il-konverżjoni tintalab skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 139(5) ta' dan ir-Regolament wara nuqqas li tiġġedded ir-reġistrazzjoni internazzjonali, it-talba msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha indikazzjoni ta' dan u d-data li fiha skadiet il-protezzjoni. Il-perijodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 139(5) ta' dan ir-Regolament għandu jibda jiddekorri fil-jum ta' wara l-aħħar jum li fih it-tiġdid ikun għadu jista' jsir skont l-Artikolu 7(4) tal-Protokoll ta' Madrid.

6.   L-Artikolu 140(3) u (5) għandhom japplikaw għat-talba għal konverżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

7.   It-talba għal konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni f'nomina ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid għandha tinkludi l-indikazzjonijiet u l-elementi msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

8.   L-Artikolu 140(3) għandu japplika għat-talba għal konverżjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. L-Uffiċċju għandu wkoll jirrifjuta t-talba għal konverżjoni meta l-kondizzjonijiet għan-nomina tal-Istat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid jew għall-Ftehim ta' Madrid ma kinux sodisfatti la fid-data tan-nomina tal-Unjoni lanqas fid-data li fiha l-applikazzjoni għal konverżjoni tkun waslet jew, skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 140(1), tqieset li waslet l-Uffiċċju.

9.   Fejn it-talba għal konverżjoni msemmija fil-paragrafu 7 tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u regoli adottati f'konformità miegħu, l-Uffiċċju għandu jibgħat it-talba mingħajr dewmien lill-Bureau Internazzjonali. L-Uffiċċju għandu jinforma lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali bid-data ta' trasmissjoni.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talbiet għal konverżjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 7;

(b)

id-dettalji li għandhom jinsabu fil-pubblikazzjoni tat-talbiet għal konverżjoni skont il-paragrafu 3.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 203

L-użu tal-marka soġġett għal reġistrazzjoni internazzjonali

Għall-għanijiet li jkunu applikati l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 64(2), id-data tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 190(2) għandha tieħu l-post tad-data tar-reġistrazzjoni għall-għan li tkun stabbilita d-data li minnha l-marka li hija s-suġġett ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni għandha titqiegħed għal użu ġenwin fl- Unjoni.

Artikolu 204

Trasformazzjoni

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, id-disposizzjonijiet applikabbli għal applikazzjonijiet għal trademark tal-UE għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal trademark tal-UE bi qbil mal-Artikolu 9quinquies tal-Protokoll ta' Madrid.

2.   Meta l-applikazzjoni għat-trasformazzjoni tirrigwarda reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill- Unjoni li d-dettalji tagħha ġew ippubblikati skont l-Artikolu 190(2), l-Artikoli 42 sa 47 m'għandhomx japplikaw.

3.   Sabiex titqies bħala trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tkun ġiet ikkanċellata mill-Bureau Internazzjonali fuq talba tal-uffiċċju tal-oriġini skont l-Artikolu 9quinquies tal-Protokoll ta' Madrid, applikazzjoni għal trademark tal-UE għandu jkun fiha indikazzjoni ta' dan. Dik l-indikazzjoni għandha ssir meta ssir l-applikazzjoni.

4.   Meta, waqt li jkun qed isir l-eżami f'konformità mal-Artikolu 41(1)(b), l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni ma saritx fi żmien tliet xhur mid-data li fiha r-reġistrazzjoni internazzjonali tkun ġiet ikkanċellata mill-Bureau Internazzjonali; jew l-oġġetti u s-servizzi li għalihom ser tiġi rreġistrata t-trademark tal-UE ma jinsabux fil-lista ta' oġġetti u servizzi li għalihom ġiet irreġistrata r-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja n-nuqqasijiet.

5.   Jekk in-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ma jiġux irrimedjati fil-perijodu ta' żmien speċifikat mill-Uffiċċju, id-dritt għad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali jew id-data tal-estensjoni territorjali u, jekk hemm, id-data tal-prijorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jintilef.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni għal trasformazzjoni skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 207(2).

Artikolu 205

Komunikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali

Komunikazzjonijiet mal-Bureau Internazzjonali għandhom ikunu bil-mod u bil-format miftiehem bejn il-Bureau Internazzjonali u l-Uffiċċju, u preferibbilment ikun b'mezzi elettroniċi. Kull referenza għal formoli għandha tkun interpretata li tinkludi formoli magħmula disponnibli fil-format elettroniku.

Artikolu 206

Użu tal-lingwi

Għall-fini li dan ir-Regolament, u r-regoli adottati f'konformità miegħu, jiġu applikati għal reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw lill-Unjoni, il-lingwa li biha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 146(4), u t-tieni lingwa indikata fl-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun it-tieni lingwa skont it-tifsira tal-Artikolu 146(3).

KAPITOLU XIV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 207

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar ir-Regoli ta' Implimentazzjoni. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 208

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 48, l-Artikolu 49(3), l-Artikoli 65 u 73, l-Artikoli 96(4), 97(6), 98(5), 100(2), 101(5), 103(3) u 106(3), l-Artikoli 121 u 168, u l-Artikoli 194(3) u 196(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat ta' żmien mit-23 ta' Marzu 2016.

3.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 48, l-Artikolu 49(3), l-Artikolu 65 u 73, l-Artikoli 96(4), 97(6), 98(5), 100(2), 101(5), 103(3) u 106(3), l-Artikoli 121 u 168, u l-Artikoli 194(3) u 196(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni 'li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 48, l-Artikolu 49(3), l-Artikoli 65 u 73, l-Artikoli 96(4), 97(6), 98(5), 100(2), 101(5), 103(3) u 106(3), l-Artikoli 121 u 168, u l-Artikoli 194(3) u 196(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 209

Disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir tal- Unjoni

1.   Mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja (“l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda”), trademark tal-UE reġistrata jew li saret applikazzjoni għaliha skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva tagħhom għandha tiġi estiża għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollha effett ugwali fl- Unjoni kollha.

2.   Ir-reġistrazzjoni tat- trademark tal-UE li għaliha kien hemm applikazzjoni pendenti fid-data tal-adeżjoni ma tistax tiġi rrifjutata abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet assoluti għar-rifjut ta' reġistrazzjoni mniżżlin fl-Artikolu 7(1), jekk dawn ir-raġunijiet saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid.

3.   Fejn applikazzjoni biex tiġi rreġistrata trademark tal-UE ssir matul is-sitt xhur ta' qabel id-data tal-adeżjoni, tista' tingħata notifika ta' opposizzjoni skont l-Artikolu 46 fejn trade mark ta' qabel jew dritt ieħor ta' qabel skont id-definizzjoni tal-Artikolu 8 ġiet akkwistata fi Stat Membru ġdid qabel l-adeżjoni, sakemm kienet akkwistata in bonafide u li d-data tal-preżentata jew, fejn hu applikabbli, id-data tal-prijorità jew id-data tal-akkwist fl-Istat Membru l-ġdid tat-trade mark ta' qabel jew ta' dritt ieħor ta' qabel jippreċedu d-data tal-preżentata, jew fejn hu applikabbli, id-data tal-prijorità tat-trademark tal-UE.

4.   Trademark tal-UE kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi ddikjarata invalida:

(a)

skont l-Artikolu 59 jekk ir-raġunijiet għall-invalidità saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid;

(b)

skont l-Artikolu 60(1) u (2) jekk id-dritt nazzjonali preċedenti kien irreġistrat, saret applikazzjoni għalih jew ġie miksub f'xi Stat Membru qabel id-data tal-adeżjoni.

5.   L-użu ta' trademark tal-UE kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 jista' jiġi pprojbit skont l-Artikoli 137 u 138, jekk it-trade mark preċedenti jew dritt preċedenti ieħor kienet reġistrata, saret applikazzjoni għaliha jew inkisbet bonafede mill-Istat Membru l-ġdid, qabel id-data tal-adeżjoni ta' dak l-Istat jew, fejn hu applikabbli, għandha data ta' priorita' qabel id-data tal-adeżjoni ta' dak l-Istat.

Artikolu 210

Evalwazzjoni u reviżjoni

1.   Sal-24 ta' Marzu 2021, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   L-evalwazzjoni għandha tirrevedi l-qafas legali għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-mekkaniżmu ta' finanzjament stabbilit taħt l-Artikolu 152. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Uffiċċju u l-prattiki tal-ħidma tiegħu. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Uffiċċju, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

3.   l-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha fuq il-bażi ta' dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

4.   Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Uffiċċju wara li jitqiesu l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tiegħu.

Artikolu 211

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009, hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 212

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Ġunju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

H. DALLI


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 (għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1)

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1).

(5)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).

(7)  Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).

(9)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilltat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(10)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(11)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).

(13)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbilta' II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2001/24/ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).

(15)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1).

(22)  Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5).

(23)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(24)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(26)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il- verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


ANNESS I

AMMONT TAT-TARIFFI

A.   It-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej (f' EUR):

1.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 31(2)):

EUR 1 000

2.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 31(2)):

EUR 850

3.

Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 31(2)):

EUR 50

4.

Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 31(2)):

EUR 150

5.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 31(2) u Artikolu 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 1 800

6.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 31(2) u Artikolu 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 1 500

7.

Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE: (Artikolu 31(2) u Artikolu 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 50

8.

Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 31(2) u 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 150

9.

Tariffa marbuta mar-riċerka għal applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 43(2)) jew għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni (Artikolu 43(2) u Artikolu 195(2)):

EUR 12 immultiplikat bl-għadd ta' uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali msemmija fl-Artikolu 43(2); dak l-ammont, u t-tibdiliet sussegwenti, għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

10.

Tariffa marbuta ma' oppożizzjoni (Artikolu 46(3)):

EUR 320

11.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE (Artikolu 53(3)):

EUR 1 000

12.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 53(3)):

EUR 850

13.

Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 53(3)):

EUR 50

14.

Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 53(3)):

EUR 150

15.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 53(3) u Artikolu 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 1 800

16.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 53(3) u Artikolu 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 1 500

17.

Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 53(3) u Artikolu 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 50

18.

Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 53(3) u Artikolu 74(3) jew Artikolu 83(3)):

EUR 150

19.

Tariffa addizzjonali għall-ħlas tardiv tat-tariffa ta' tiġdid jew għall-preżentazzjoni tardiva tat-talba għat-tiġdid (Artikolu 53(3)):

25 % tat-tariffa ta' tiġdid tardiv, soġġett għal massimu ta' EUR 1 500)

20.

Tariffa għall-applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità (Artikolu 63(2)):

EUR 630

21.

Tariffa marbuta ma' appell (Artikolu 68 (1)):

EUR 720

22.

Tariffa għall-applikazzjoni ta' restitutio in integrum (Artikolu 104(3)):

EUR 200

23.

Tariffa għall-applikazzjoni għall-konverżjoni ta' applikazzjoni ta' trademark tal-UE jew trademark tal-UE (Artikolu 140(1), flimkien ukoll mal-Artikolu 202(1)):

(a)

f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali

(b)

f'denominazzjoni ta' Stati Membri skont il-Protokoll ta' Madrid:

EUR 200

24.

Tariffa għat-tkomplija tal-proċedimenti: (Artikolu 105(1)):

EUR 400

25.

Tariffa għad-dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 56(4) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 50(3)):

EUR 250

26.

Tariffa għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor fir-rigward ta' trademark irreġistrata tal-UE (l-Artikolu 26(2)) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (l-Artikolu 26(2)):

(a)

għoti ta' liċenzja;

(b)

trasferiment ta' liċenzja;

(c)

ħolqien ta' dritt in remi;

(d)

trasferiment ta' dritt in rem;

(e)

imposta tal-eżekuzzjoni:

EUR 200 għal kull reġistrazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

27.

Tariffa għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor, l-Artikolu 29(3)):

EUR 200 għal kull kanċellazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

28.

Tariffa għat-tibdil ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 54(4)):

EUR 200

29.

Tariffa għall-ħruġ ta' kopja tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 114(7)), kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (Artikolu 51(2)), jew estratt mir-reġistru (Artikolu 111(7)):

(a)

kopja mhux iċċertifikata jew estratt:

EUR 10

(b)

kopja ċċertifikata jew estratt:

EUR 30

30.

Tariffa għall-ispezzjoni tal-fajls (Artikolu 114(6)):

EUR 30

31.

Tariffa għall-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti tal-fajl (Artikolu 114(7)):

(a)

kopja mhux iċċertifikata:

EUR 10

(b)

kopja ċċertifikata:

EUR 30

u għal kull paġna, li taqbeż l-10

EUR 1

32.

Tariffa għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni f'fajl (Artikolu 114(9)):

EUR 10

33.

Tariffa għar-reviżjoni tad-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu rimborżati (l-Artikolu 109(8)):

EUR 100

34.

Tariffa biex issir applikazzjoni internazzjonali fl-Uffiċċju (l-Artikolu 184(4)):

EUR 300

B.   Tariffi li għandhom jitħallsu lill-Bureau Internazzjonali

I.   Tariffa individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1.

L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ li jħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2.

Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li jagħmel talba għal estensjoni territorjali li tiddenomina lill-Unjoni magħmula sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

3.

L-ammont tat-tariffa taħt punti B.I.1 jew B.I.2 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a)

għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi t-tieni klassi;

(b)

għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi.

II.   Tariffa individwali għat-tiġdid ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1.

Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali, bħala parti mit-tariffi għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni internazzjonali, tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2.

L-ammont tat-tariffa msemmija fil-punt B.II.1 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a)

għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn;

(b)

għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn.


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendamenti suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

(ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1)

 

Anness III, punt 2 (I) tal-Att ta' Adeżjoni 2012

 

Regolament tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2015/2424

(ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21)

L-Artikolu 1 biss


ANNESS III

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 207/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1 sa 7

Artikolu 1 sa 7

Artikolu 8(1) sa 4

Artikolu 8(1) sa (4)

Artikolu 8(4a)

Artikolu 8(6)

Artikolu 8(5)

Artikolu 8(5)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 9a

Artikolu 10

Artikoli 9b

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 13a

Artikolu 16

Artikolu 14

Artikolu 17

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17(1), (2) u (3)

Artikolu 20(1), (2) sa (3)

Artikoli 17(5)

Artikoli 20(4)

Artikolu 17(5a)

Artikolu 20(5)

Artikolu 17(5b)

Artikolu 20(6)

Artikolu 17(5c)

Artikolu 20(7)

Artikolu 17(5d)

Artikolu 20(8)

Artikolu17(5e)

Artikolu 20(9)

Artikolu17(5f)

Artikolu 20(10)

Artikolu 17(6)

Artikolu 20(11)

Artikolu 17(7)

Artikolu 20(12)

Artikolu 17(8)

Artikolu 20(13)

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 23

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25

Artikolu 22a

Artikolu 26

Artikolu 23

Artikolu 27

Artikolu 24

Artikolu 28

Artikolu 24a

Artikolu 29

Artikolu 25

Artikolu 30

Artikolu 26

Artikolu 31

Artikolu 27

Artikolu 32

Artikolu 28

Artikolu 33

Artikolu 29

Artikolu 34

Artikolu 30

Artikolu 35

Artikolu 31

Artikolu 36

Artikolu 32

Artikolu 37

Artikolu 33

Artikolu 38

Artikolu 34(1)

Artikolu 39(1)

Artikolu 34(1a)

Artikolu 39(2)

Artikolu 34(2)

Artikolu 39(3)

Artikolu 34(3)

Artikolu 39(4)

Artikolu 34(4)

Artikolu 39(5)

Artikolu 34(5)

Artikolu 39(6)

Artikolu 34(6)

Artikolu 39(7)

Artikolu 35

Artikolu 40

Artikolu 36

Artikolu 41

Artikolu 37(1)

Artikolu 42(1)

Artikolu 37(3)

Artikolu 42(2)

Artikolu 38

Artikolu 43

Artikolu 39

Artikolu 44

Artikolu 40

Artikolu 45

Artikolu 41

Artikolu 46

Artikolu 42

Artikolu 47

Artikolu 42a

Artikolu 48

Artikolu 43

Artikolu 49

Artikolu 44(1) u (2)

Artikolu 50(1) u (2)

Artikolu 44(4)

Artikolu 50(3)

Artikolu 44(4a)

Artikolu 50(4)

Artikolu 44(5) sa (9)

Artikolu 50(5) sa (9)

Artikolu 45

Artikolu 51

Artikolu 46

Artikolu 52

Artikolu 47

Artikolu 53

Artikolu 48

Artikolu 54

Artikolu 48a

Artikolu 55

Artikolu 49

Artikolu 56

Artikolu 50

Artikolu 57

Artikolu 51

Artikolu 58

Artikolu 52

Artikolu 59

Artikolu 53

Artikolu 60

Artikolu 54

Artikolu 61

Artikolu 55

Artikolu 62

Artikolu 56

Artikolu 63

Artikolu 57

Artikolu 64

Artikolu 57a

Artikolu 65

Artikolu 58

Artikolu 66

Artikolu 59

Artikolu 67

Artikolu 60

Artikolu 68

Artikolu 61

Artikolu 69

Artikolu 63

Artikolu 70

Artikolu 64

Artikolu 71

Artikolu 65

Artikolu 72

Artikolu 65a

Artikolu 73

Artikolu 66

Artikolu 74

Artikolu 67

Artikolu 75

Artikolu 68

Artikolu 76

Artikolu 69

Artikolu 77

Artikolu 70

Artikolu 78

Artikolu 71

Artikolu 79

Artikolu 72

Artikolu 80

Artikolu 73

Artikolu 81

Artikolu 74

Artikolu 82

Artikolu 74a

Artikolu 83

Artikolu 74b

Artikolu 84

Artikolu 74c

Artikolu 85

Artikolu 74d

Artikolu 86

Artikolu 74e

Artikolu 87

Artikolu 74f

Artikolu 88

Artikolu 74g

Artikolu 89

Artikolu 74h

Artikolu 90

Artikolu 74i

Artikolu 91

Artikolu 74j

Artikolu 92

Artikolu 74k

Artikolu 93

Artikolu 75

Artikolu 94

Artikolu 76

Artikolu 95

Artikolu 77

Artikolu 96

Artikolu 78

Artikolu 97

Artikolu 79

Artikolu 98

Artikolu 79a

Artikolu 99

Artikolu 79b

Artikolu 100

Artikolu 79c

Artikolu 101

Artikolu 79d

Artikolu 102

Artikolu 80

Artikolu 103

Artikolu 81

Artikolu 104

Artikolu 82

Artikolu 105

Artikolu 82a

Artikolu 106

Artikolu 83

Artikolu 107

Artikolu 84

Artikolu 108

Artikolu 85(1)

Artikolu 109(1)

Artikolu 85(1a)

Artikolu 109(2)

Artikolu 85(2)

Artikolu 109(3)

Artikolu 85(3)

Artikolu 109(4)

Artikolu 85(4)

Artikolu 109(5)

Artikolu 85(5)

Artikolu 109(6)

Artikolu 85(6)

Artikolu 109(7)

Artikolu 85(7)

Artikolu 109(8)

Artikolu 86

Artikolu 110

Artikolu 87

Artikolu 111

Artikolu 87a

Artikolu 112

Artikolu 87b

Artikolu 113

Artikolu 88

Artikolu 114

Artikolu 88a

Artikolu 115

Artikolu 89

Artikolu 116

Artikolu 90

Artikolu 117

Artikolu 91

Artikolu 118

Artikolu 92

Artikolu 119

Artikolu 93

Artikolu 120

Artikolu 93a

Artikolu 121

Artikolu 94

Artikolu 122

Artikolu 95(1)

Artikolu 123(1)

Artikolu 95(2)

Artikolu 95(3)

Artikolu 123(2)

Artikolu 95(4)

Artikolu 123(3)

Artikolu 95(5)

Artikolu 96

Artikolu 124

Artikolu 97

Artikolu 125

Artikolu 98

Artikolu 126

Artikolu 99

Artikolu 127

Artikolu 100

Artikolu 128

Artikolu 101

Artikolu 129

Artikolu 102

Artikolu 130

Artikolu 103

Artikolu 131

Artikolu 104

Artikolu 132

Artikolu 105

Artikolu 133

Artikolu 106

Artikolu 134

Artikolu 107

Artikolu 135

Artikolu 109

Artikolu 136

Artikolu 110

Artikolu 137

Artikolu 111

Artikolu 138

Artikolu 112

Artikolu 139

Artikolu 113

Artikolu 140

Artikolu 114

Artikolu 141

Artikolu 115

Artikolu 142

Artikolu 116

Artikolu 143

Artikolu 117

Artikolu 144

Artikolu 118

Artikolu 145

Artikolu 119(1) sa (5)

Artikolu 146(1) sa (5)

Artikolu 119(5a)

Artikolu 146(6)

Artikolu 119(6)

Artikolu 146(7)

Artikolu 119(7)

Artikolu 146(8)

Artikolu 119(8)

Artikolu 146(9)

Artikolu 119(9)

Artikolu 146(10)

Artikolu 119(10)

Artikolu 146(11)

Artikolu 120

Artikolu 147

Artikolu 121

Artikolu 148

Artikolu 123

Artikolu 149

Artikolu 123a

Artikolu 150

Artikolu 123b

Artikolu 151

Artikolu 123c

Artikolu 152

Artikolu 124

Artikolu 153

Artikolu 125

Artikolu 154

Artikolu 126

Artikolu 155

Artikolu 127

Artikolu 156

Artikolu 128

Artikolu 157

Artikolu 129

Artikolu 158

Artikolu 130

Artikolu 159

Artikolu 131

Artikolu 160

Artikolu 132

Artikolu 161

Artikolu 133

Artikolu 162

Artikolu 134

Artikolu 163

Artikolu 134a

Artikolu 164

Artikolu 135

Artikolu 165

Artikolu 136

Artikolu 166

Artikolu 136a

Artikolu 167

Artikolu136b

Artikolu 168

Artikolu 137

Artikolu 169

Artikolu 137a

Artikolu 170

Artikolu 138

Artikolu 171

Artikolu 139

Artikolu 172

Artikolu 140

Artikolu 173

Artikolu 141

Artikolu 174

Artikolu 141a

Artikolu 175

Artikolu 142

Artikolu 176

Artikolu 143

Artikolu 177

Artikolu 144

Artikolu 178

Artikolu 144a

Artikolu 179

Artikolu 144b

Artikolu 180

Artikolu 144c

Artikolu 181

Artikolu 145

Artikolu 182

Artikolu 146

Artikolu 183

Artikolu 147

Artikolu 184

Artikolu 148

Artikolu 185

Artikolu 148a

Artikolu 186

Artikolu 149

Artikolu 187

Artikolu 150

Artikolu 188

Artikolu 151

Artikolu 189

Artikolu 152

Artikolu 190

Artikolu 153

Artikolu 191

Artikolu 153a

Artikolu 192

Artikolu 154

Artikolu 193

Artikolu 154a

Artikolu 194

Artikolu 155

Artikolu 195

Artikolu 156

Artikolu 196

Artikolu 157

Artikolu 197

Artikolu 158

Artikolu 198

Artikolu 158a

Artikolu 199

Artikolu 158b

Artikolu 200

Artikolu 158c

Artikolu 201

Artikolu 159

Artikolu 202

Artikolu 160

Artikolu 203

Artikolu 161

Artikolu 204

Artikolu 161a

Artikolu 205

Artikolu 161b

Artikolu 206

Artikolu 163

Artikolu 207

Artikolu 163a(1)

Artikolu 208(1)

Artikolu 163a(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 208(2)

Artikolu 163a(2), it-tieni sentenza

Artikolu 208(4)

Artikolu 163a(3)

Artikolu 208(3)

Artikolu 163a(4)

Artikolu 208(5)

Artikolu 163a(5)

Artikolu 208(6)

Artikolu 165

Artikolu 209

Artikolu 165a

Artikolu 210

Artikolu 166

Artikolu 211

Artikolu 167

Artikolu 212

Anness –I

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III


Top