EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2278

Deċiżjoni (UE) 2022/2278 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2022 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2023 (BĊE/2022/40)

ECB/2022/40

OJ L 300, 21.11.2022, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2278/oj

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/46


DEĊIŻJONI (UE) 2022/2278 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Novembru 2022

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2023 (BĊE/2022/40)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem ‘Stati Membri taż-żona tal-euro’).

(2)

Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro u l-Kroazja li ser tadotta l-euro bħala munita unika mill-1 ta’ Jannar 2023, ippreżentaw lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2023, flimkien ma’ noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali rigward il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni, fejn tali informazzjoni hija disponibbli u meqjusa importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba ta’ approvazzjoni.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE.

(4)

Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), peress illi ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-Deċiżjoni dwar it-talbiet annwali għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2023 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-Kroazja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43).

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2023

Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2023 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

(EUR miljuni)

 

Volum ta’ muniti tal-euro approvati għall-ħruġ fl-2023

Muniti għaċ-ċirkolazzjoni

Muniti għall-kollezzjonisti

(mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni)

Volum ta’ ħruġ ta’ muniti

Il-Belġju

38,00

0,40

38,40

Il-Ġermanja

427,00

206,00

633,00

L-Estonja

15,30

0,29

15,59

L-Irlanda

32,60

0,50

33,10

Il-Greċja

125,50

0,62

126,12

Spanja

303,00

40,00

343,00

Franza

284,00

55,00

339,00

Il-Kroazja

316,34

0,43

316,77

L-Italja

257,00

4,55

261,55

Ċipru

6,00

0,01

6,01

Il-Latvja

10,00

0,20

10,20

Il-Litwanja

12,00

0,41

12,41

Il-Lussemburgu

13,20

0,26

13,46

Malta

8,00

0,50

8,50

In-Netherlands

49,00

1,00

50,00

L-Awstrija

81,00

175,51

256,51

Il-Portugall

71,50

2,00

73,50

Is-Slovenja

25,50

1,50

27,00

Is-Slovakkja

16,00

2,00

18,00

Il-Finlandja

10,00

5,00

15,00

Total

2 100,94

496,18

2 597,12

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Kroazja.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Novembru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 328, 12.12.2015, p. 123.


Top