Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1815

    Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit biex jinżammu riżervi minimi u rekwiżiti relatati tar-riżervi minimi (BĊE/2021/45)

    ECB/2021/45

    ĠU L 367, 15.10.2021, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1815/oj

    15.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 367/4


    DEĊIŻJONI (UE) 2021/1815 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-7 ta’ Ottubru 2021

    dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit biex jinżammu riżervi minimi u rekwiżiti relatati tar-riżervi minimi (BĊE/2021/45)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 132(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 19.1 u l-Artikolu 34 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (1), u partikolarment l-Artikolu (6)2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u fl-interess tat-trasparenza, l-istituzzjonijiet għandhom jiġu infurmati dwar il-metodi applikati mill-BĊE biex jikkalkula s-sanzjonijiet imposti skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2531/98 (2) għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (3).

    (2)

    Il-formula u l-metodu applikati mill-BĊE biex jikkalkula s-sanzjonijiet għan-nuqqas li jinżammu r-riżervi minimi meħtieġa kollha jew parti minnhom huma speċifikati f’Avviż tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur tal-obbligu li jinżammu riżervi minimi (4). Fl-interess taċ-ċertezza legali u sabiex tiġi evitata frammentazzjoni ulterjuri tal-qafas legali rigward l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet f’oqsma differenti tal-kompetenza tal-BĊE, huwa xieraq li l-Avviż jiġi rtirat u jiġi trasferit il-kontenut rilevanti tiegħu għal Deċiżjoni ġdida.

    (3)

    Bl-istess mod, huwa meħtieġ fl-interessi tat-trasparenza li jiġu stabbiliti l-formula u l-metodu applikati mill-BĊE biex jikkalkula s-sanzjonijiet skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit li l-bank ċentrali nazzjonali rilevanti jiġi nnotifikat dwar kwalunkwe restrizzjoni li tipprevjeni lill-istituzzjoni milli tillikwida, titrasferixxi, tassenja jew tiddisponi mill-fondi tagħha miżmuma fir-riżervi minimi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat qafas armonizzat għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi, huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-istess data bħall-emenda għall-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2157/1999 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/1999/4) (5),

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-metodoloġija applikata mill-BĊE meta jiġu kkalkolati s-sanzjonijiet imposti skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 2531/98.

    Artikolu 2

    Metodoloġija applikata għall-kalkolu tas-sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ żamma ta’ riżervi minimi

    Meta l-BĊE jimponi sanzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98, is-sanzjoni applikabbli għan-nuqqas ta’ żamma ta’ riżervi minimi skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-formula u l-metodu stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Metodoloġija applikata għall-kalkolu tas-sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika fir-rigward tar-riżervi minimi

    Meta l-BĊE jimponi sanzjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit li l-bank ċentrali nazzjonali rilevanti jiġi nnotifikat bi kwalunkwe restrizzjoni li tipprevjeni istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi mill-fondi tagħha miżmuma f’riżervi minimi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), is-sanzjoni applikabbli għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-formula u l-metodu stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Dħul fis-seħħ

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Novembru 2021.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Ottubru 2021.

    Il-President tal-BĊE

    Christine LAGARDE


    (1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru 1998 li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni ta' riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1).

    (3)  Regolament (UE) Nru 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).

    (4)  ĠU C 39, 11.2.2000, p. 3.

    (5)  Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (ĠU L 264, 12.10.1999, p.21).


    ANNESS I

    Formula u metodu għall-kalkolu ta’ sanzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98

    1.   

    L-ammont tas-sanzjoni imposta mill-Bank Ċentrali Ewropew għal nuqqas li jinżamm il-livell meħtieġ ta’ riżervi minimi:

    Jekk istituzzjoni soġġetta għar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi tonqos milli żżomm il-livell meħtieġ ta’ riżervi minimi, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill jew ir-regolamenti jew id-deċiżjonijiet tal-BĊE assoċjati magħhom, tiġi imposta sanzjoni li tiġi kkalkulata bħala penali ta’ 2.5 punti perċentwali ‘l fuq mill-medja, meħuda matul il-perjodu ta’ żamma li fih seħħet in-nuqqas ta’ konformità, tar-rata ta’ self marġinali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, applikata għall-ammont medju ta’ kuljum ta’ riżervi minimi li l-istituzzjoni kkonċernata naqset milli żżomm.

    Il-penali tiġi kkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja:

    Image 1

    Fejn:

    Pt

    =

    penali li għandha titħallas dovuti għan-nuqqas ta’ riżervi meħtieġa għall-perjodu tal-żamma t

    Dt

    =

    l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet meħtieġa neqsin għall-perjodu ta’ żamma t (bħala medja ta’ kuljum)

    nt

    =

    in-numru ta’ jiem kalendarji fil-perjodu ta’ żamma t

    i

    =

    jum kalendarju tal-perjodu ta’ żamma t

    MLRi

    =

    ir-rata tas-self marġinali fil-jum i

    Meta istituzzjoni soġġetta għar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi tonqos milli tikkonforma mal-obbligu ta’ notifika stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), jekk, wara li tiġi identifikata dik in-nuqqas ta’ konformità, jiġi aċċertat ukoll li, bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), dik l-istituzzjoni tkun naqset milli tikkonforma mal-obbligu li żżomm il-livell meħtieġ ta’ minimu fuq aktar minn perjodu wieħed ta’ żamma, allura l-perjodu ta’ żamma rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tas-sanzjoni skont it-taqsima 1 ta’ dan l-Anness ikun il-perjodu ta’ żamma għal liema in-nuqqas ta' konformità huwa aċċertat.

    2.   

    Ksur ripetittiv tar-rekwiżiti tar-riżervi minimi:

    Jekk istituzzjoni soġġetta għar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi tonqos milli żżomm il-livell meħtieġ ta’ riżervi minimi matul iktar minn darbtejn waqt perijodu ta’ 12-il xahar, allura titqies li wettqet ksur ripetittiv.

    Għal kull ksur ripetittiv se tiġi imposta sanzjoni li tiġi kkalkulata bħala penali ta’ ħames punti perċentwali ogħla mill-medja, meħuda matul il-perjodu ta’ żamma li fih seħħ il-ksur ripetittiv, tar-rata ta’ self marġinali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, applikata għall-ammont medju ta’ kuljum ta’ riżervi minimi li l-istituzzjoni kkonċernata naqset milli żżomm. Il-penali tiġi kkalkulata b’mod ieħor bl-użu tal-formula stabbilita fit-taqsima 1 ta’ dan l-Anness.


    ANNESS II

    Formula u metodu għall-kalkolu ta’ sanzjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit li l-bank ċentrali nazzjonali rilevanti jiġi nnotifikat bi kwalunkwe restrizzjoni li tipprevjeni istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi mill-fondi tagħha miżmuma f’riżervi minimi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1)

    1.   

    L-ammont tas-sanzjoni imposta mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-każ ta’ nuqqas ta’ notifika lill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti kwalunkwe restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjoni oħra li tipprevjeni istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi mill-fondi tagħha miżmuma f’riżervi minimi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1):

    Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jiġi nnotifikat lill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti kwalunkwe restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjoni oħra li tipprevjeni istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi mill-fondi tagħha miżmuma f’riżervi minimi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), għandha tiġi imposta sanzjoni li tiġi kkalkulata bħala penali ta’ 2.5 punti perċentwali ‘l fuq mill-medja, meħuda matul il-perijodu li fir-rigward tiegħu tiġi imposta s-sanzjoni, tar-rata ta’ self marġinali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali applikata għall-ammont medju ta’ kuljum ta’ fondi affettwati min-nuqqas tal-istituzzjoni biex jinnotifikaw fuq il-perjodu li għaliha s-sanzjoni hija imposta. Jekk in-nuqqas ta’ konformità testendi għal aktar minn perjodu wieħed ta’ żamma, il-perjodu li fir-rigward tiegħu tiġi imposta s-sanzjoni ma jaqbiżx l-għadd totali ta’ jiem tal-perjodu ta’ żamma li fih instab in-nuqqas ta’ konformità.

    Bla ħsara għat-taqsima 3 ta’ dan l-Anness, il-penali tiġi kkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja:

    Image 2

    Fejn:

    Ps

    =

    penali li għandha titħallas minħabba n-nuqqas ta’ notifika skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1)

    Ds

    =

    l-ammont ta’ fondi affettwati minn-nuqqas ta’ notifika tal-istituzzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1)

    ns

    =

    l-inqas minn (i) l-għadd totali ta’ jiem kalendarji mingħajr notifika u (ii) l-għadd ta’ jiem fil-perjodu ta’ żamma li fih jinstab in-nuqqas ta’ konformità

    i

    =

    il-jum kalendarju tal-perijodu li fir-rigward tiegħu tiġi imposta s-sanzjoni

    MLRi

    =

    ir-rata tas-self marġinali fil-jum i

    2.   

    Ksur repettitiv tal-obbligu li jiġi notifikat lill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti kwalunkwe restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjoni oħra li tipprevjeni istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi mill-fondi tagħha miżmuma f’riżervi minimi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1):

    Meta tkun ġiet imposta sanzjoni fuq istituzzjoni għan-nuqqas tagħha li tinnotifika lill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti kwalunkwe restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjonijiet oħra li jipprevjenu lill-istituzzjoni milli tillikwida, tittrasferixxi, tassenja jew tiddisponi mill-fondi tagħha miżmuma f’riżervi minimi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), jekk dik l-istituzzjoni tonqos milli tinnotifika lill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti kwalunkwe restrizzjoni bħal din skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) matul il-perijodu ta’ 12-il xahar wara d-data li fiha l-impożizzjoni ta’ dik is-sanzjoni tkun ġiet innotifikata lilha, mela jitqies li jkun twettaq ksur ripetittiv.

    Għal kull ksur ripetittiv, se tiġi imposta sanzjoni li tiġi kkalkulata bħala penali ta’ ħames punti perċentwali ogħla mill-medja, meħuda matul il-perjodu li fih is-sanzjoni hija imposta, tar-rata ta’ self marġinali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, applikata għall-ammont medju ta’ kuljum ta’ fondi affettwati minn-nuqqas ta’ notifika tal-istituzzjoni għal dak il-perjodu li għalih is-sanzjoni hija imposta. Il-penali tiġi kkalkulata b’mod ieħor bl-użu tal-formula stabbilita fit-taqsima 1 ta’ dan l-Anness.

    3.   

    Il-prinċipju ta' proporzjonalità u ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku

    Wara li ġie kkalkulat skont il-formula stabbilita fit-taqsima 1 ta’ dan l-Anness, l-ammont tal-penali jista’ jiġi aġġustat biex iqis il-prinċipju tal-proporzjonalità u ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku skont l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2532/98. Kwalunkwe aġġustament fl-ammont tal-penali huwa soġġett għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament.


    Top